Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0049

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 49/2008 tal- 21 ta’ Jannar 2008 li jiffissa l-kwantità ta’ qamħirrum disponibbli għall-intervent fil-fażi 2 tas-sena tas-suq 2007/2008

    ĠU L 17, 22.1.2008, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/49(1)/oj

    22.1.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 17/5


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 49/2008

    tal-21 ta’ Jannar 2008

    li jiffissa l-kwantità ta’ qamħirrum disponibbli għall-intervent fil-fażi 2 tas-sena tas-suq 2007/2008

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 824/2000 tad-19 ta’ April 2000 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-pussess ta’ ċereali mill-aġenziji ta’ l-intervent u li jippreskrivi l-metodi ta’ l-analiżi sabiex jistabbilixxu l-kwalità fiċ-ċereali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3a(2), it-tieni inċiż, tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 3a tar-Regolament (KE) Nru 824/2000 jistabbilixxi r-regoli għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet ta’ qamħirrum eliġibbli għall-intervent, għas-snin tas-suq 2007/2008 u 2008/2009. L-allokazzjoni ssir f’żewġ fażijiet, imsejħa “l-fażi 1” u “l-fażi 2”.

    (2)

    Il-kwantità globali ta’ qamħirrum offerta għall-intervent matul il-fażi 1, li damet mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Diċembru 2007, ma qabżitx il-limitu stabbilit bl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003. Jeħtieġ għalhekk li tiġi ppubblikata l-kwantità ta’ qamħirrum li tista’ tiġi offruta għall-intervent fil-fażi 2 tas-sena tas-suq 2007/2008.

    (3)

    Skond l-Artikolu 3a(1), it-tielet inċiż, il-fażi 2 tibda mill-għada li l-Kummissjoni tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea l-kwantità li tkun għadha disponibbli għall-intervent għal dik il-fażi. Dan il-jum ikun l-ewwel jum għat-tressiq ta’ offerti fl-Istati Membri kollha, u din il-fażi tintemm sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April fil-Greċja, fi Spanja, fl-Italja u l-Portugall, mit-30 ta’ Ġunju fl-Iżvezja u mill-31 ta’ Mejju fl-Istati Membri l-oħra. Jeħtieġ għalhekk li jkun ipprovdut li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-kwantità ta’ qamħirrum li jista’ jkun offrut għall-intervent matul il-fażi 2 tas-sena tas-suq 2007/2008 skond l-Artikolu 3a tar-Regolament (KE) Nru 824/2000, hija ta’ 1 500 000 tunnellata.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Jannar 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6).

    (2)  ĠU L 100, 20.4.2000, p. 31. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 883/2007 (ĠU L 195, 27.7.2007, p. 3).


    Top