Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008L0091

    Direttiva tal-Kummissjoni 2008/91/KE tad- 29 ta' Settembru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tad-diuron bħala sustanza attiva Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 262, 1.10.2008, p. 31–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/06/2011

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/91/oj

    1.10.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 262/31


    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/91/KE

    tad-29 ta' Settembru 2008

    li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tad-diuron bħala sustanza attiva

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 703/2001 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tieni stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta' sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-ħsieb li jiġu possibbilment inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista kienet tinkludi d-diuron. Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/417/KE (4) ġie deċiż li d-diuron ma jkunx inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

    (2)

    Skond l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE n-notifikant oriġinali bagħat applikazzjoni ġdida lid-Danimarka fis-26 ta' Ġunju 2007, li kien ġie nnominat Stat Membru relatur bir-Regolament (KE) Nru 451/2000.

    (3)

    Id-Danimarka evalwat it-tagħrif mibgħut min-notifikant u ħejjiet rapport addizzjonali fil-15 ta' Novembru 2007, filwaqt li rrakkomandat l-inklużjoni tas-sustanza fl-Anness I.

    (4)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas- 17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-evalwazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (5), daħal fis-seħħ fil-25 ta' Jannar 2008. Fil-każ tad-diuron l-Istat Membru relatur lesta l-valutazzjoni tat-tagħrif mibgħut min-notifikant qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, filwaqt li kkunsidra l-istess kriterji stipulati fl-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament. Fid-dawl ta' din is-sitwazzjoni l-Kummissjoni evalwat ir-rapport addizzjonali, u fejn kien rilevanti l-abbozz tar-rapport ta' evalwazzjoni, u r-rakkomandazzjoni mill-Istat Membru skond l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.

    (5)

    L-abbozz tar-rapport ta' evalwazzjoni ġie revedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u ffinalizzat fil-11 ta' Lulju 2008 fil-format tar-rapport tal-Kummissjoni għad-diuron. Huwa kkonċentra fuq il-punti ta' tħassib li wasslu għan-noninklużjoni. Dawn kienu l-espożizzjoni inaċċettabbli tal-operatur, in-natura mhux konklużiva tal-istima ta' riskju possibbli għall-ilma tal-art, minħabba nuqqas ta' ċertezzi għal dak li huwa d-destin ta' ċerti metaboliti, u n-nuqqas ta' data li turi li r-riskju għall-għasafar u l-mammali huwa aċċettabbli.

    (6)

    Kif stabbilit f'dan ir-rapport l-istruzzjonijiet min-notifikant issa jeħtieġu li l-applikazzjonijiet isiru bi kwantitajiet ħafna iżgħar ta' diuron. Bħala riżultat ta' dan, livelli aċċettabbli ta' espożizzjoni tal-operatur jistgħu jiġu ppruvati, xi uħud minnhom marbuta ma' l-użu ta' tagħmir ta' protezzjoni. Għar-rigward tar-riskju għall-ilma tal-art, il-mudell tad-degradazzjoni ta' ċerti metaboliti ġie ċċarat min-notifikant u analizzat mill-ġdid mill-Istat Membru relatur li qabel li meta jiġi applikat fuq il-mudelli tal-ilma tal-art ma jinqabiżx il-valur li minnu tiskatta l-azzjoni. Fl-aħħarnett, fuq il-bażi tal-istimi rfinuti li issa ntbagħtu min-notifikant, ir-riskju lill-għasafar u l-mammali jista' jitqies bħala aċċettabbli.

    (7)

    Għaldaqstant, id-data addizzjonali pprovduta min-notifikant tippermetti li jiġu eliminati l-punti speċifiċi ta' tħassib li wasslu għan-noninklużjoni. Ebda mistoqsija xjentifika miftuħa oħra ma tfaċċat. Għaldaqstant, il-konsultazzjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza tal-Ikel ma tqisitx meħtieġa.

    (8)

    Deher mill-bosta eżamijiet li saru li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom id-diuron jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw, b'mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1) (a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-użi li ġew eżaminati u rrappurtati fid-detall fir-rapport ta' evalwazzjoni tal-Kummissjoni. Huwa għalhekk xieraq li d-diuron jiġi inkluż fl-Anness I ta' din id-Direttiva, sabiex jiġi żgurat li fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva jistgħu jingħataw skond id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

    (9)

    Huwa għalhekk xieraq li tiġi emendata d-Direttiva 91/414/KEE skond dan.

    (10)

    Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2009 il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjonijiet bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din dakinhar tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2008.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, 29 ta’ Settembru 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Androulla VASSILIOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

    (2)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

    (3)  ĠU L 98, 7.4.2001, p. 6.

    (4)  ĠU L 156, 16.6.2007, p. 32.

    (5)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.


    ANNESS

    In-notazzjoni li ġejja għandha tiżdid f'qiegħ it-tabella fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

    Nru

    Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

    Isem IUPAC

    Safa (1)

    Dħul fis-seħħ

    Skadenza ta' inklużjoni

    Dispożizzjonijiet speċifiċi

    “198

    Diuron

    Nru CAS: 330-54-1

    Nru CIPAC: 100

    3-(3,4-dichlorophenyl)-1,1-dimethylurea

    ≥930 g/kg

    1 ta' Ottubru 2008

    30 ta' Settembru 2018

    PARTI A

    L-użi bħala erbiċida biss b'rati li ma jaqbżux 0.5okg/ha (medja arejika) jistgħu jiġu awtorizzati.

    PARTI B

    Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' analiżi dwar id-diuron, u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif ġew iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fil-11 ta' Lulju 2008 għandhom jitqiesu.

    F'din l-istima ġenerali l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari lil:

    is-sikurezza tal-operatur fejn il-kondizzjonijiet tal-użu għandhom jippreskrivu l-użu ta' tagħmir personali ta' protezzjoni, jekk ikun xieraq;

    il-protezzjoni ta' organiżmi tal-ilma u pjanti mhux fil-mira.

    Il-kondizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju, fejn xieraq.”


    (1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni ta' sustanza attiva huma pprovduti fir-rapport ta' analiżi.


    Top