This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008H0447
Commission Recommendation of 30 May 2008 on risk reduction measures for the substances: benzyl butyl phthalate (BBP), 2-furaldehyde (furfural), perboric acid, sodium salt (notified under document number C(2008) 2328) (Text with EEA relevance)
Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Mejju 2008 dwar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għas-sustanzi: Ftalat Butiliku Benziliku, 2-furaldeide (Furfural), aċidu perboriku, melħ tas-sodju (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2328) Test b’relevanza għaż-ŻEE
Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Mejju 2008 dwar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għas-sustanzi: Ftalat Butiliku Benziliku, 2-furaldeide (Furfural), aċidu perboriku, melħ tas-sodju (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2328) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 156, 14.6.2008, p. 24–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
14.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 156/24 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-30 ta’ Mejju 2008
dwar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għas-sustanzi: Ftalat Butiliku Benziliku, 2-furaldeide (Furfural), aċidu perboriku, melħ tas-sodju
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2328)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/447/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta’ Marzu 1993 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta’ sustanzi eżistenti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 is-sustanzi li ġejjin kienu identifikati bħala sustanzi ta’ prijorità li jeħtieġu valutazzjoni skond ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2268/95 (2) u (KE) Nru 143/97 (3) li jikkonċernaw rispettivament it-tieni u t-tielet lista ta’ sustanzi ta’ prijorità kif previst fir-Regolament (KEE) Nru 793/93
L-Istati Membri rapporteur maħtura skond dawk ir-Regolamenti temmew l-attivitajiet tal-valutazzjoni tar-riskju għall-bniedem u għall-ambjent għal dawk is-sustanzi skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 tat-28 ta’ Ġunju 1994 li jistipula l-prinċipji għal studju dwar ir-riskji lill-bniedem u l-ambjent ta’ materjali eżistenti (4) skond ir-Regolament (KEE) Nru 793/93. |
(2) |
Il-Kumitat Xjentifiku dwar it-Tossiċità, l-Ekotossiċità u l-Ambjent (SCTEE) u l-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa u l-Ambjent (SCHER) kienu kkonsultati u ħarġu opinjonijiet dwar il-valutazzjonijiet ta’ riskju li saru mir-rapporteurs. L-opinjonijiet ġew ippubblikati fuq il-websajt tal-Kumitati Xjentifiċi. |
(3) |
Ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u aktar riżultati ta’ l-istrateġiji biex ikunu limitati r-riskji huma stipulati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni korrispondenti (5). |
(4) |
Abbażi ta’ dik il-valutazzjoni, huwa xieraq li jkunu rakkomandati ċerti miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għal ċerti sustanzi. |
(5) |
Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju rakkomandati għall-ħaddiema għandhom ikunu kkunsidrati fi ħdan il-qafas tal-leġiżlazzjoni għall-protezzjoni tal-ħaddiema, meqjusa li tipprovdi qafas xieraq biex jiġu limitati r-riskji tas-sustanzi rilevanti sa fejn meħtieġ. |
(6) |
Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li għalihom tipprovdi din ir-rakkomandazzjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat li twaqqaf skond l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 793/93, |
B’DAN TIRRAKKOMANDA:
TAQSIMA 1
FTALAT BENZILIKU BUTILIKU (BBP)
(CAS Nru 85-68-7; Einecs Nru 201-622-7)
Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għall-ambjent (1, 2)
1. |
L-emissjonijiet lokali tal-BBP fl-ambjent għandhom, fejn meħtieġ, ikunu kkontrollati minn regoli nazzjonali biex jiżguraw li ma jkun mistenni l-ebda riskju għall-ambjent. |
2. |
Għall-baċini tax-xmajjar fejn l-emissjonijiet tal-BBP jistgħu jikkawżaw riskju, l-Istat/i Membru/i rilevanti għandu/għandhom jistabbilixxi/u Standards ta’ Kwalità Ambjentali (EQS) u l-miżuri nazzjonali għat-tnaqqis tat-tniġġis biex jintlaħqu dawk l-EQS sa l-2015 għandhom jiġu inklużi fil-pjanijiet tal-ġestjoni tal-baċini tax-xmajjar skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). |
TAQSIMA 2
2-FURALDEIDE (FURFURAL)
(CAS Nru 98-01-1; Einecs Nru 202-627-7)
Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għall-ambjent (3, 4, 5, 6)
3. |
Il-valutazzjoni tar-riskju identifikat sorsi oħra ta’ emissjonijiet tal-furfural (eż. kontaminazzjoni ewlenija mill-proċessi ta’ ppolpjar bis-sulfit użati fl-industrija tal-polpa u tal-karta), minbarra dawk mill-kimika prodotta jew impurtata. Il-ħtieġa biex jiġi kkunsidrat jekk hijiex meħtieġa ġestjoni tar-riskju addizzjonali tista’ tiġi kkunsidrata l-aħjar skond id-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u d-Direttiva 2000/60/KE, bl-użu tat-tagħrif fir-rapport komprensiv tal-valutazzjoni tar-riskju. |
4. |
L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kkonċernati għandhom jistipulaw, fil-permessi maħruġa skond id-Direttiva tal-Kunsill 2008/1/KE, kundizzjonijiet, valuri ta’ limitu għall-emissjonijiet jew parametri ekwivalenti jew il-miżuri tekniċi dwar il-Furfural sabiex joperaw skond l-Aqwa Metodi Disponibbli (BAT), waqt li jikkunsidraw il-karatteristiċi tekniċi ta’ l-installazzjonijiet ikkonċernati, il-pożizzjoni ġeografika tagħhom u l-kundizzjonijiet ambjentali lokali. |
5. |
L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw bir-reqqa l-implimentazzjoni tal-BAT rigward il-Furfural u jirrapportaw kwalunkwe żvilupp importanti lill-Kummissjoni fil-qafas ta’ l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-BAT. |
6. |
L-emissjonijiet lokali tal-Furfural fl-ambjent għandhom, fejn meħtieġ, ikunu kkontrollati minn regoli nazzjonali biex jiżguraw li ma jkun mistenni l-ebda riskju għall-ambjent. |
TAQSIMA 3
AĊIDU PERBORIKU, MELĦ TAS-SODJU
(CAS No 11138-47-9; Einecs Nru 234-390-0)
Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għall-ħaddiema (7)
7. |
L-impjegaturi li jużaw il-perborati tas-sodju għandhom jikkunsidraw kwalunkwe gwida speċifika għas-settur żviluppata fuq livell nazzjonali bbażata fuq il-gwida prattika u ta’ natura li ma torbotx, disponibbli mill-Kummissjoni kif stipulat fl-Artikolu 12(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE (8). |
TAQSIMA 4
DESTINATARJI
8. |
Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lis-setturi kollha li jimpurtaw, jipproduċu, jittrasportaw, jaħżnu, jifformulaw fi preparazzjoni jew ipproċessar ieħor, jużaw, jarmu jew jirkurpraw is-sustanzi u lill-Istati Membri. |
Magħmula fi Brussell, 30 ta’ Mejju 2008.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 231, 28.9.1995, p. 18.
(3) ĠU L 25, 28.1.1997, p. 13.
(5) ĠU C 149, 14.6.2008, p. 14.
(6) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2008/32/KE (ĠU L 81, 20.3.2008, p. 60).
(8) ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2007/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 27.6.2007, p. 21).