EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008H0098

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas- 6 ta’ Diċembru 2007 dwar il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskji għas-sustanzi: Piperazine; Cyclohexane; Methylenediphenyl diisocyanate; But-2yne-1,4-diol; Methyloxirane; Anilina; 2-Ethylhexylacrylate; 1,4-Dichlorobenzene; 3,5-dinitro-2,6-dimethyl-4-tert-butylacetophenone; Di-(2-ethylhexyl)phthalate; Fenol; 5-tert-butyl-2,4,6-trinitro-m-xylene (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5901) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 33, 7.2.2008, p. 8–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2008/98/oj

7.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 33/8


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta’ Diċembru 2007

dwar il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskji għas-sustanzi: Piperazine; Cyclohexane; Methylenediphenyl diisocyanate; But-2yne-1,4-diol; Methyloxirane; Anilina; 2-Ethylhexylacrylate; 1,4-Dichlorobenzene; 3,5-dinitro-2,6-dimethyl-4-tert-butylacetophenone; Di-(2-ethylhexyl)phthalate; Fenol; 5-tert-butyl-2,4,6-trinitro-m-xylene

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5901)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/98/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta’ Marzu 1993 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta’ sustanzi eżistenti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 is-sustanzi li ġejjin kienu identifikati bħala sustanzi ta’ prijorità li jeħtieġu evalwazzjoni skond ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1179/94 (2), (KE) Nru 2268/95 (3) u (KE) Nru 143/97 (4) li jikkonċernaw rispettivament l-ewwel, it-tieni u t-tielet lista ta’ sustanzi ta’ prijorità kif provdut fir-Regolament (KEE) Nru 793/93:

Piperazine;

Cyclohexane;

Methylenediphenyl diisocyanate;

But-2yne-1,4-diol;

Methyloxirane;

Anilina;

2-Ethylhexylacrylate;

1,4-Dichlorobenzene;

3,5-dinitro-2,6-dimethyl-4-tert-butylacetophenone;

Di-(2-ethylhexyl)phthalate;

Fenol;

5-tert-butyl-2,4,6-trinitro-m-xylene.

(2)

L-Istati Membri relaturi nominati skond dawk ir-Regolamenti lestew l-attivitajiet ta’ l-evalwazzjoni ta’ riskju fir-rigward tal-bniedem u l-ambjent għal dawk is-sustanzi, skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 tat-28 ta’ Ġunju 1994 li jistipula l-prinċipji għall-evalwazzjoni tar-riskji lill-bniedem u l-ambjent ta’ sustanzi skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 (5) eżistenti u pproponew strateġija biex ir-riskji jkunu llimitati skond ir-Regolament tal-Kusill (KEE) Nru 793/93.

(3)

Il-Kumitat Xjentifiku dwar it-Tossiċità, l-Ekotossiċità u l-Ambjent (SCTEE) u l-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa u l-Ambjent (SCHER) kienu kkonsultati u ħarġu opinjonijiet dwar l-evalwazzjonijiet ta’ riskju li saru mir-relaturi. L-opinjonijiet ġew ippubblikati fil-websajt ta’ l-SCTEE u l-SCHER.

(4)

Ir-riżultati ta’ l-evalwazzjoni ta’ riskju u r-riżultati addizzjonali ta’ l-istrateġiji biex ikunu limitati r-riskji huma stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Frar 2008 dwar ir-riżultati ta’ l-evalwazzjoni ta’ riskju u ta’ l-istrateġiji biex ikunu limitati r-riskji: Piperazine; Cyclohexane; Methylenediphenyl diisocyanate; But-2yne-1,4-diol; Methyloxirane; Anilina; 2-Ethylhexylacrylate; 1,4-Dichlorobenzene; 3,5-dinitro-2,6-dimethyl-4-tert-butylacetophenone; Di-(2-ethylhexyl)phthalate; Fenol; 5-tert-butyl-2,4,6-trinitro-m-xylene (6).

(5)

Skond il-bażi ta’ dik l-evalwazzjoni, huwa xieraq li jkunu rrakkomandati ċerti miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għal ċerti sustanzi.

(6)

Il-leġiżlazzjoni dwar il-ħarsien tal-ħaddiema li bħalissa tinsab fis-seħħ fil-livell Komunitarju hija ġeneralment meqjusa li tagħti qafas xieraq biex ikunu limitati r-riskji tas-sustanzi għall-ħaddiema kemm hemm bżonn, u għandha tapplika.

(7)

Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju provduti f’din ir-Rakkomandazzjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat li twaqqaf skond l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 793/93,

TIRRAKKOMANDA:

SEZZJONI 1

PIPÉRAZINE

(CAS Nru 110-85-0; Einecs Nru 203-808-3)

Miżuri għat-tnaqqis tar-riskji għall-ambjent

1.

L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kkonċernati, fil-permessi maħruġa skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (7), għandhom jistabbilixxu kundizzjonijiet, valuri ta’ limiti għall-emissjonijiet jew parametri ekwivalenti jew il-miżuri tekniċi dwar il-piperazine sabiex sal-31 ta’ Ottubru 2007, l-istallazzjonijiet ikkonċernati joperaw skond l-aħjar metodi disponibbli (minn hawn ‘l quddiem “BAT”), waqt li jikkunsidraw il-karatteristiċi tekniċi ta’ l-istallazzjonijiet ikkonċernati, il-pożizzjonijiet ġeografiċi u l-kundizzjonijiet ambjentali lokali tagħhom.

2.

L-Istati Membri għandhom jezaminaw bir-reqqa l-implimentazzjoni tal-BAT rigward il-piperazine u jirrapurtaw kwalunkwe żviluppi importanti lill-Kummissjoni fil-qafas ta’ l-iskambju ta’ l-informazzjoni dwar il-BAT.

3.

L-emissjonijiet lokali fl-ambjent, fejn ikun neċessarju, se jkunu kkontrollati minn regoli nazzjonali biex jassiguraw li ma jkun mistenni l-ebda riskju għall-ambjent.

SEZZJONI 2

DIISOCYANATE DE MÉTHYLÈNEDIPHÉNYLE

(CAS Nru 26447-40-5; Einecs Nru 247-714-0)

Miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għall-ħaddiema

4.

Is-sidien ta’ l-azjendi li jużaw l-MDI għat-tipi ta’ użu li huma indikati bħala punti ta’ tħassib fl-evalwazzjoni tar-riskju għandhom jieħdu nota ta’ kwalunkwe gwida speċifika għas-settur għat-tindif u x-xogħol ta’ manutenzjoni u ta’ tiswija żviluppata fil-livell nazzjonali bbażata fuq linji ta’ gwida prattiċi u ta’ natura li ma torbotx, imfassla mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE (8).

SEZZJONI 3

BUT-2-YNE-1,4-DIOL

(CAS Nru 110-65-6; Einecs Nru 203-788-6)

Miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għall-ħaddiema

5.

Il-persuni li jħaddmu li jużaw il-għat-tipi ta’ użu li huma indikati bħala punti ta’ tħassib fl-evalwazzjoni tar-riskju u partikorlament fl-użu ta’ laqx (flakes), għandhom jieħdu nota ta’ kwalunkwe gwida speċifika żviluppata fil-livell nazzjonali bbażata fuq linji ta’ gwida prattiċi u ta’ natura li ma torbotx, imfassla mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE.

SEZZJONI 4

L-ANILINA

(CAS Nru 62-53-3; Einecs Nru 200-539-3)

Miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għall-ħaddiema, l-konsumaturi u l-ambjent

6.

Il-persuni li jħaddmu li jużaw l-Anilina f’attivitajiet bl-espożizzjoni prevedibbli (pereżempju xogħol fuq it-tiswija u l-manutenzjoni ta’ sistemi magħluqa) għandhom jieħdu nota ta’ kwalunkwe gwida speċifika żviluppata fil-livell nazzjonali bbażata fuq linji ta’ gwida prattiċi u ta’ natura li ma torbotx, imfassla mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE.

7.

L-Istati Membri għandhom iwettqu sorveljanza tas-suq attiva u effettiva fit-territorji tagħhom dwar il-preżenza ta’ prodotti għall-konsumaturi li fihom l-Anilina u jinnotifikaw lill-Kummissjoni permezz tas-Sistema Rapida ta’ Tagħrif tal-Komunità għal Prodotti Perikolużi (RAPEX) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/95/KE (9). Jekk jintwera li jkun hemm bżonn, dawn il-prodotti għandhom jitneħħew mis-suq bħala perikolużi skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/95/KE.

8.

Għal baċini tax-xmajjar fejn l-emissjonijiet ta’ l-Anilina jistgħu jkunu ta’ riskju, l-Istat Membru rilevanti għandu jistabilixxi standards ta’ kwalità ambjentali (minn hawn ‘l quddiem “EQS”) u jilħaqhom sat-22 ta’ Diċembru 2015.. Il-miżuri nazzjonali għat-tnaqqis tat-tniġġis għall-ilħiq ta’ l-EQS għandhom ikunu nklużi fil-pjani ta’ l-immaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar skond id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/60/KE (10).

9.

L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kkonċernati, fil-permessi maħruġa skond id-Direttiva 96/61/KE, għandhom jistabbilixxu kundizzjonijiet, valuri ta’ limiti għall-emissjonijiet jew parametri ekwivalenti jew il-miżuri tekniċi dwar l-Anilina sabiex sal-31 ta’ Ottubru 2007, l-istallazzjonijiet ikkonċernati joperaw skond il-BAT, waqt li jikkonsidraw il-karatteristiċi tekniċi ta’ l-istallazzjonijiet konċernati, il-pożizzjonijiet ġeografiċi u l-kundizzjonijiet ambjentali lokali tagħhom.

10.

L-Istati Membri għandhom jeżaminaw bir-reqqa l-implimentazzjoni tal-BAT rigward l-Anilina u jirrappurtaw kwalunkwe żviluppi importanti lill-Kummissjoni fil-qafas ta’ l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-BAT.

11.

L-emissjonijiet lokali fl-ambjent akkwatiku u permezz ta’ emissjonijiet ta’ l-Anilina fl-ajru għandhom, fejn ikun hemm bżonn, ikunu kkontrollati minn regoli nazzjonali biex jipprevjenu/jnaqqsu r-riskji għall-ambjent.

SEZZJONI 5

PHTALATE DE DI-(2-ÉTHYLHEXYLE) (DEHP)

(CAS Nru 117-81-7; Einecs Nru 204-211-0)

Miżuri għat-tnaqqis tar-riskji għall-ambjent

12.

Għal baċini tax-xmajjar fejn l-emissjonijiet tad-DEHP jistgħu jkunu ta’ riskju, l-Istat Membru rilevanti għandu jistabilixxi standards ta’ kwalità ambjentali (minn hawn ‘l quddiem “EQS”) u jilħaqhom sat-22 ta’ Diċembru 2015.. Il-miżuri nazzjonali għat-tnaqqis tat-tniġġis għall-ilħiq ta’ l-EQS għandhom ikunu inklużi fil-pjani ta’ l-immaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar skond id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/60/KE.

SEZZJONI 6

IL-FENOL

(CAS Nru 108-95-2; Einecs Nru 203-632-7)

Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għall-Konsumaturi u l-ambjent

13.

L-Istati Membri għandhom iwettqu sorveljanza tas-suq attiva u effettiva fit-territorji tagħhom dwar il-preżenza ta’ prodotti għall-konsumaturi li fihom il-fenol u jinnotifikaw lill-Kummissjoni permezz tas-Sistema Rapida ta’ Tagħrif tal-Komunità għal Prodotti Perikolużi (RAPEX) tad-Direttiva 2001/95/KE. Jekk jintwera li jkun hemm bżonn, dawn il-prodotti għandhom jitneħħew mis-suq bħala perikolużi skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/95/KE.

14.

L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kkonċernati, fil-permessi maħruġa skond id-Direttiva 96/61/KE, għandhom jistabbilixxu kundizzjonijiet, valuri ta’ limiti għall-emissjonijiet jew parametri ekwivalenti jew il-miżuri tekniċi dwar il-fenol sabiex sal-31 ta’ Ottubru 2007, l-istallazzjonijiet ikkonċernati joperaw skond il-BAT, waqt li jikkunsidraw il-karatteristiċi tekniċi ta’ l-istallazzjonijiet konċernati, il-pożizzjonijiet ġeografiċi u l-kundizzjonijiet ambjentali lokali tagħhom. L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kkonċernati għandhom jagħtu attenzjoni speċjali lir-riskji potenzjali li hemm mill-produzzjoni tal-fenol u/jew is-siti ta’ l-ipproċessar, fir-rigward ta’ l-impjanti ta’ trattament ta’ l-ilma tad-dranaġġ mill-industrija li jinsabu f’tali siti, u fir-rigward ta’ bnedmin esposti permezz ta’ l-ambjent (rimjiet tal-pjanti kkontaminati minn emissjonijiet ta’ l-arja minn tali siti).

15.

L-Istati Membri għandhom jeżaminaw bir-reqqa l-implimentazzjoni tal-BAT rigward il-fenol u jirrappurtaw kwalunkwe żviluppi importanti lill-Kummissjoni fil-qafas ta’ l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-BAT.

16.

L-emissjonijiet lokali għall-ambjent u għall-impjanti ta’ trattament ta’ l-ilma tad-dranaġġ mill-industrija għandhom, fejn ikun hemm bżonn, ikunu kontrollati minn regoli nazzjonali sabiex ikun żgurat li ma jkunu previsti l-ebda riskji għall-mikroorganiżmi fl-impjanti ta’ trattament ta’ l-ilma tad-dranaġġ mill-industrija u għall-bnedmin esposti permezz ta’ l-ambjent.

SEZZJONI 7

DESTINATARJI

17.

Din ir-Rakkomandazzjoni hija ndirizzata lis-setturi kollha li jimpurtaw, jipproduċu, jittrasportaw, jaħżnu, jifformulaw fi preparazzjoni jew xi pproċessar ieħor, jużaw, jarmu jew jirkurpraw is-sustanzi, kif ukoll lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 84, 5.4.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 131, 26.5.1994, p. 3.

(3)  ĠU L 231, 28.9.1995, p. 18.

(4)  ĠU L 25, 28.1.1997, p. 13.

(5)  ĠU L 161, 29.6.1994, p. 3.

(6)  ĠU C 34, 7.2.2008, p. 1.

(7)  ĠU L 257, 10.10.1996, p. 26. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1).

(8)  ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 27.6.2007, p. 21).

(9)  ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

(10)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1. Id-Direttiva emendata bid-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE (ĠU L 331, 15.12.2001, p. 1).


Top