This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0878
2008/878/EC: Commission Decision of 2 July 2008 on State aid C 18/07 (ex N 874/06) which Germany is planning to implement for DHL (notified under document number C(2008) 3178) (Text with EEA relevance)
2008/878/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta’ Lulju 2008 dwar l-għajnuna mill-istat li l-Ġermanja ser tagħti lid-DHL (irreġistrata taħt in-Numru C 18/07 (eks N 874/06)) (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3178) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2008/878/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta’ Lulju 2008 dwar l-għajnuna mill-istat li l-Ġermanja ser tagħti lid-DHL (irreġistrata taħt in-Numru C 18/07 (eks N 874/06)) (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3178) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 312, 22.11.2008, p. 31–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.
22.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 312/31 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-2 ta’ Lulju 2008
dwar l-għajnuna mill-istat li l-Ġermanja ser tagħti lid-DHL (irreġistrata taħt in-Numru C 18/07 (eks N 874/06))
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3178)
(It-test Ġermaniż biss hu awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/878/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, speċjalment l-artikolu 88, paragrafu 2, subparagrafu 1,
wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, speċjalment l-artikolu 62, paragrafu 1, punt a),
wara talba lill-persuni involuti biex jagħtu l-pożizzjoni tagħhom skond l-artikoli msemmija (1),
b’konsiderazzjoni tar-raġunijiet li ġejjin:
1. PROĊEDURA
(1) |
Permezz tal-korrispondenza tal-21 ta’ Diċembru 2006 l-Ġermanja applikat għal assistenza finanzjarja għat-taħriġ għad-DHL. |
(2) |
Bil-korrispondenza tas-27 ta’ Ġunju 2007 l-Kummissjoni infurmat lill-Ġermanja bid-deċiżjoni tagħha dwar l-assistenza lid-DHL sabiex jinbeda l-proċess skond artikolu 88, paragrafu 2 tat-trattat tal-KE. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għall-bidu tal-proċess ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). Permezz ta’ ittra tas-26 ta’ Settembru 2007 l-Ġermanja tat l-opinjoni tagħha dwarha. |
(3) |
Il-Kummissjoni talbet lil dawk involuti biex jagħtu l-pożizzjoni tagħhom. DHL tat il-pożizzjoni tagħha b’korrispondenza tal-15 ta’ Ottubru 2007 u UPS Deutschland b’korrispondenza tas-26 ta’ Ottubru 2007. L-ispjegazzjonijiet tal-pożizzjonijiet korrispondenti ngħataw b’korrispondenzi tas-16 ta’ Novembru 2007 kif ukoll tal-20 ta’ Novembru 2007. Il-Ġermanja tat ir-risposta tagħha b’korrispondenza tal-14 ta’ Diċembru 2007. Fit-12 ta’ Frar 2008 u fil-5 ta’ Ġunju 2008 l-Kummissjoni talbet għal aktar informazzjoni permezz ta’ posta elettronika. Il-Ġermanja tat ir-risposta tagħha permezz tal-korrispondenza tal-14 ta’ Frar 2008, 31 ta’ Marzu 2008 u 17 ta’ Ġunju 2008. |
2. DESKRIZZJONI TAL-PROĠETT
2.1. Il-benefiċjarju
(4) |
Id-DHL, bi dħul globali ta’ 18,2 biljun Ewro fis-sena 2005, hi minn ta’ quddiem fost il-fornituri ta’ servizzi kunsinja ta’ pakki express. L-intrapriża hi 100 % sussidjarja tal-korporazzjoni Deutsche Post. |
(5) |
DHL bniet f’Leipzig-Halle, il-Ġermanja, ċentru ġdid għal-loġistika bl-ajru għal konsenji express u merkanzija bl-ajru, li għandu jibda jopera fl-aħħar ta’ Ottubru 2007. L-ispejjeż totali tal-investiment għal dan il-proġett jammontaw għal 250 miljun Ewro. F’April 2004, id-DHL ingħatat assistenza reġjonali għall-investiment ta’ bejn wieħed u ieħor 70 miljun Ewro li ġew approvati mill-Kummissjoni bħala assistenza N 608/2003 b’livell massimu ta’ intensità ta’ assistenza ta’ 28 %. |
(6) |
Iċ-ċentru għal konsenji express u merkanzija bl-ajru hu mmexxi miż-żewġ intrapriżi benefiċjarji DHL Hub Leipzig GmbH (li ser tissejjaħ “DHL HUB”) u European Air Transport Leipzig Ltd (li ser tissejjaħ “DHL EAT”) li t-tnejn jinsabu 100 % fil-pussess tal-korporazzjoni Deutsche Post permezz ta’ intrapriżi sussidjarji. DHL Hub ser tkun responsabbli għas-servizzi ta’ mmaniġġjar ta’ konsenji relatati mat-trasport ta’ merkanzija bl-ajru filwaqt li DHL EAT għall-kontroll tekniku tal-flotta ta’ ajruplani tad-DHL. |
(7) |
DHL Hub u DHL EAT huma t-tnejn stabbiliti f’żona ta’ żvilupp skond artikolu 87, paragrafu 3, ittra a tat-trattat tal-KE. |
2.2. Proġett ta’ taħriġ
(8) |
Fiċ-ċentru tal-loġistika d-DHL tmexxi s-servizzi kollha ta’ mmaniġġjar ta’ konsenji kif ukoll il-kontrolli ta’ qabel it-titjira u tar-rampa għall-ajruplani kollha li jaslu u jitilqu. L-intrapriża għandha l-ħsieb li timpjega madwar 1 500 persuna gradwalment u tagħtihom it-taħriġ meħtieġ. Iżda s-sussidju nnotifikat hu relatat biss mat-taħriġ ta’ 485 ħaddiem. |
(9) |
Il-Ġermanja nnotifikat sussidju dirett fl-ammont ta’ 7 753 307 Ewro għall-iskemi ta’ taħriġ li nofshom jiġu provduti minn mill-istat ta’ Sassonja u Sassonja-Anhalt. |
(10) |
Il-miżuri ta’ taħriġ ippjanati mid-DHL jiġu mmexxija (3) minn DHL Hub (320 persuna) u DHL EAT (165 persuna). |
2.2.1. DHL Hub
(11) |
It-taħriġ offrut minn DHL Hub jikkonsistu primarjament fi skemi ta’ taħriġ ġenerali li għandhom jagħtu konoxxenza u ħila lill-ħaddiema sabiex jagħmlu ċertu xogħlijiet. It-taħriġ jinkludi parti teoretika u l-għoti ta’ konoxxenza prattika diretta fuq il-post tax-xogħol. L-iskemi ta’ taħriġ ta’ DHL Hub huma mmirati b’kollox lejn 320 ħaddiem fl-oqsma tax-xogħol deskritti aktar fil-fond hawn taħt: Tabella 1
|
(a) Dispaċers tal-ajruplani (Personal tar-Rampi II)
(12) |
Id-dmirijiet prinċipali ta’ personal tar-rampi jinkludu t-tagħbija u ħatt fil-ħin ta’ ajruplani, it-tħaddim u sewqan ta’ hekk imsejjaħ “Ground Service Equipment”, l-għoti tad-dokumenti tat-titjiriet, it-tħejjija ta’ rapporti kif ukoll il-komunikazzjoni mal-piloti u awtoritajiet tal-ajruport. |
(13) |
It-taħriġ għall-personal tar-rampi jikkonsisti f’dsatax-il kors flimkien mal-parti prattika tat-taħriġ li jsiru fuq firxa ta’ 77 ġurnata ta’ taħriġ, 47 minnhom fuq il-post tax-xogħol. L-iskema ta’ taħriġ hi mmirata għall-ħaddiema li temmew kors ta’ taħriġ li mhux relatat mal-iskema ta’ taħriġ imsemmija. Il-parti teoretika tat-taħriġ għandha ssir qabel ma jibda x-xogħol tal-hub. It-taħriġ jinkludi wkoll kors bl-isem “Unit load device build up”, li hu kkunsidrat bħala miżura speċifika ta’ taħriġ, minħabba li fiha jsir it-trattament għall-bini ta’ ċertu kontenituri użati biss mid-DHL. B’mod ġenerali, il-taħriġ jinkludi wkoll:
|
(14) |
Fil-prinċipju tar-regolamenti nazzjonali u Ewropej mhemmx stipulat in-numru minimu ta’ ħaddiema u lanqas tal-ispeċifikazzjonijiet jew kwalifiki biex wieħed jagħmel ix-xogħol ta’ ramp agent II. Iżda fil-Ġermanja jiġi speċifikat, li ħamsa mill-korsijiet ippjanati huma obbligatorji għall-ħaddiema skond ir-regolamenti fis-seħħ (fosthom fil-qasam tal-prevenzjoni tan-nar, tħaddim ta’ bibien tal-merkanzija, l-ewwel għajnuna, korsijiet ta’ taħriġ dwar oġġetti perikolużi u regolamenti tas-sigurtà fuq ir-rampi tal-ajruport) (4) u l-korsijiet addizzjonali inklużi dawk għal taħriġ partikolari fuq il-post tax-xogħol għandhom jintemmu b’suċċess minn minimu ta’ persuni (madwar 70), jiġifieri fl-użu ta’ bibien tal-merkanzija, u skemi ta’ taħriġ ġenerali marbuta ma’ ċertifikat ta’ kompetenza. Sussegwentament, il-persuni mħarrġa addattati jistgħu jgħaddu l-konoxxenza tagħhom f’korsijiet qosra fil-kulleġġi tagħhom. |
(15) |
Il-Ġermanja nnotifikat li anke l-outsourcing hu possibbli, u għaddiet l-analiżi tal-ispejjeż korrispondenti. |
(b) Forzi tas-sigurtà
(16) |
Ix-xogħol ta’ personal tas-sigurtà jinkludi l-ispezzjonijiet ta’ persuni u merkanzija sabiex ikun garantit l-operat mingħajr problemi. It-taħriġ għall-forzi tas-sigurtà jinkludi biss kontenut ġenerali ta’ taħriġ:
|
(17) |
L-iskemi ta’ taħriġ jikkorrispondu mar-regolamenti relevanti nazzjonali u Ewropej. DHL qed tippjana taħriġ estensiv għall-forzi tas-sigurtà fil-materji kollha tas-sigurtà, iżda fl-assenza ta’ assistenza finanzjarja minima mill-istat jingħata l-minimu ta’ dan it-taħriġ, jiġifieri taħriġ ġenerali fil-qasam tas-sigurtà relatat ma’ qasam speċifiku. F’dan ir-rigward hu ppjanat ukoll, li korsijiet ta’ taħriġ ġenerali oħra jiġu offruti biss lil numru limitat ta’ ħaddiema li wara għandhom jgħaddu l-konoxxenza tagħhom lill-bqija tal-ħaddiema. |
(18) |
Anki f’dan il-każ, skond informazzjoni mill-Ġermanja outsourcing alternattiv hu possibbli, jekk l-ispejjeż relatati magħhom bejn wieħed u ieħor ikunu [(15-30 %)] (**) inqas mill-ispejjeż tal-personal tad-DHL. |
(c) Taħriġ għall-middle management
(19) |
It-taħriġ għall-middle management tal-operat hu mmirat għal ħaddiema li għandhom x’jaqsmu maċ-ċentru tal-loġistika kollu. Bi qbil mal-Kummissjoni l-ewwel għandhom jagħmlu l-proċeduri tat-taħriġ imsemmija, qabel ma jingħataw konoxxenza fid-dettall sussegwenti fl-oqsma tat-tmexxija. Il-kontenut tat-taħriġ ikopri wkoll il-liġi tax-xogħol, prinċipji bażiċi tal-komunikazzjoni, ġestjoni tal-personal u kunflitti, lingwi barranin u formazzjoni ta’ timijiet. |
2.2.2. DHL EAT
(20) |
Ix-xogħlijiet f’DHL EAT huma relatati primarjament mal-manutenzjoni tal-ajruplani qabel l-approvazzjoni għat-titjira. It-taħriġ mad-DHL EAT huma relatati max-xogħlijiet li ġejjin u huma mmirati totalment għal 165 ħaddiem: Tabella 2
|
2.3. Spejjeż tat-taħriġ eliġibbli għall-assistenza finanzjarja u assistenza finanzjarja ppjanata
(21) |
Fl-applikazzjoni tagħha l-Ġermanja preżentat sommarju ġenerali dwar l-ispejjeż eliġibbli għall-assistenza finazjarja li huma provduti fid-deċiżjoni ta’ ftuħ ta’ proċeduri. L-ispejjeż totali eliġibbli għall-assistenza finanzjarja fil-kwadru tal-proġett ta’ taħriġ jammontaw għal [(10-15)] miljun Ewro u l-assistenza finanzjarja ppjanata għat-taħriġ għal 7 753 307 Ewro. |
3. DEĊIŻJONI GĦALL-FTUĦ TAL-PROĊESS FORMALI TAL-ANALIŻI
(22) |
Il-proċess formali tal-analiżi nfetaħ, minħabba li l-Kummissjoni kellha d-dubju li s-sussidju għat-taħriġ hu kompatibbli mas-Suq Komuni |
(23) |
Il-Kummissjoni fissret id-dubju, speċjalment li l-assistenza fil-fatt kienet neċessarja għat-tmexxija tal-proġett ta’ taħriġ. Hi indikat li sussidju għat-taħriġ jista’ jiġi kkunsidrat kompatibbli mas-Suq Komuni biss fit-termini ta’ artikolu 87, paragrafu 3, ittra c tat-trattat tal-KE, jekk it-tali sussidju mhux neċessarju direttament man-negozju tal-benefiċjarju. F’dan il-kuntest il-Kummissjoni għamlet referenza għal deċiżjoni preċedenti (5). Il-Kummissjoni kellha r-raġun tassumi li sa ċertu punt il-benefiċjarju seta’ joffri talanqas skemi ta’ taħriġ simili lill-ħaddiema tiegħu anki mingħajr sussidju. |
(24) |
L-ewwel nett, id-DHL għamlet investiment evidentement kbir fiċ-ċentru tal-loġistika bl-ajru u riedet ukoll tħaddmu. Il-Ġermanja kkonfermat li l-ħaddiema Belġjani rrifjutaw b’mod kategoriku li jiġu trasferiti lejn il-Ġermanja. Għalhekk, sabiex jibda l-operat id-DHL kellha timpjega ħaddiema ġodda. |
(25) |
It-tieni nett, f’ħafna mill-każi deher li ċertu taħriġ tekniku tal-ħaddiema hu neċessarju għall-operat taċ-ċentru tal-loġistika li kellu jkopri l-oqsma li ġejjin:
|
(26) |
It-tielet nett, il-Kummissjoni ddubitat, jekk id-DHL kinitx fil-pożizzjoni li timpjega n-numru ta’ ħaddiema neċessarji għax-xogħlijiet tal-operat bil-ħiliet imsemmija fis-suq lokali jew Ewropew. |
(27) |
Ir-raba nett, il-Kummissjoni ddubitat jekk ir-reklutaġġ ta’ ħaddiema kwalifikati kinitx tkun alternattiva addattata għal taħriġ intern fl-intrapriża. Il-Kummissjoni assumiet, li talanqas l-iskemi ta’ taħriġ speċifiċi u l-korsijiet ta’ taħriġ fil-qasam tas-sigurtà iridu jsiru mid-DHL, irrispettivament x’jiġri, la t-taħriġ speċifiku ma jistax jiġi provdut minn għalliema minn barra l-kumpanija u d-DHL għandha tipprovdi evidenza ta’ korsijiet ta’ taħriġ adekwati. |
(28) |
Il-ħames nett, il-Kummissjoni kellha d-dubju, jekk id-DHL fil-fatt setgħetx tirrifjuta diversi korsijiet mill-pakett ta’ taħriġ, minħabba li, skond l-applikazzjoni, dawn huma speċjalment maħsuba għad-dispaċers tal-ajruplani, li anki persuni li diġà għandhom ċertifikat ta’ kompetenza korrispondenti, għandhom jagħmlu l-kors kollu mill-ġdid. Ma’ dan, kienet dibattibbli jekk fil-fatt numru limitat ta’ ħaddiema biss setgħu jiġu mħarrġa, minħabba l-fatt li setgħu jinħolqu xi problemi fl-operat. Barra da, id-DHL diġà impjegat il-personal kollu bil-ħsieb li tipprovdilu t-taħriġ, b’hekk ma tantx jagħmel sens jekk it-taħriġ ippjanat ma jseħħx u tħallas lil ħaddiema li m’għandhom l-ebda sengħa. |
(29) |
Is-sitt nett, il-Kummissjoni ddubitat l-argument tad-DHL, li, jekk is-sussidju ma jingħatax, diversi servizzi jkollhom jingħataw lil intrapriżi esterni, sabiex jiġu evitati l-iskemi ta’ taħriġ relatati magħhom, minħabba li min-naħa, f’dan il-każ l-iskemi ta’ taħriġ taħt l-ittri a, b u d kienu neċessarji u min-naħa l-oħra l-investiment kollu tad-DHL f’Leipzig-Halle kien immirat sabiex is-servizzi kollha ta’ kunsinna ta’ pakki express isiru mill-ħaddiema tagħha stess u – kif il-Kummissjoni ddeduċiet mid-diskusjoni mal-awtoritajiet Ġermaniżi – li dawn is-servizzi ser jiġu offruti anki lil kompetituri oħra li joperaw fl-istess ajruport. |
(30) |
B’kuntrast, il-Kummissjoni, apparti punt wieħed, ma kellha l-ebda dubju, li fil-prinċipju l-ispejjeż ta’ taħriġ ġew ikkalkulati b’mod korrett. L-unika dubju tal-Kummissjoni hu relatat mal-fatt, li l-parti l-kbira tat-taħriġ għandu jsir fuq il-post tax-xogħol u b’hekk possibbilment jistgħu jitnaqqsu mis-sigħat produttivi fl-ispejjeż għal dawk li jkunu qed jitħarrġu. |
4. OSSERVAZZJONIJIET TAL-ĠERMANJA
(31) |
Il-Ġermanja qed targumenta li l-applikazzjoni għas-sussidju għat-taħriġ tissodisfa l-kondizzjonijiet mitluba kollha ta’ kompatibilità stipulati fir-regolament (KE) Nru 68/2001 tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ artikolu 87 u 88 tat-trattat tal-KE dwar sussidju għal taħriġ (6). L-ewwel nett, il-Ġermanja wriet b’mod sodisfaċenti li fil-kwadru tat-taħriġ fuq il-post tax-xogħol mhemm l-ebda sigħat produttivi miżjuda. |
(32) |
It-tieni nett, il-Ġermanja qiegħda tinnega li fil-każ imsemmi l-Kummissjoni hi ġustifikata li tapplika l-kriterju tan-neċessità ladarba dan jikser il-prinċipju ta’ trattament ugwali. Għal dan il-prinċipju bażiku ġdid mhemm l-ebda bażi legali, u jikkontradixxi r-regolament legali tal-KE relevanti kif ukoll ta’ deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni. |
(33) |
Il-Ġermanja qiegħda targumenta li fil-premessa 11 tar-Regolament (KE) Nru 68/2001 it-tliet kriterji huma msemmija, li skond dawn irid jiġi vverifikat jekk sussidju jkunx limitat għal ammont minimu neċessarju: tip ta’ proġett ta’ taħriġ, kobor tal-intrapriża u s-sit tal-intrapriża. Fuq bażi ta’ dawn it-tliet kriterji jiġi deċiż, jekk l-iskemi ta’ taħriġ għandhomx effett ta’ inċentiv u jekk humiex relattivi. Skond il-qafas tal-Komunità għal sussidji ta’ taħriġ (7), effett ta’ inċentiv jiġi preżunt biss f’każi ta’ sussidji għal skemi ta’ taħriġ speċifiċi favur intrapriżi kbar barra ż-żona ta’ żvilupp skond l-artikolu 87, paragrafu 3, ittra a jew c tat-trattat tal-KE. Iżda, ladarba l-applikazzjoni tal-proġett ta’ taħriġ tikkonsisti f’aktar minn 80 % mill-iskemi ta’ taħriġ ġenerali u tirrigwarda intrapriża f’żona ta’ żvilupp skond l-artikolu 87, paragrafu 3 ittra a tat-trattat tal-KE, l-effett ta’ inċentiv għal sussidju għal taħriġ hu mogħti. Ma’ dan, fl-applikazzjoni tas-sussidju ma teċċedix l-ogħla intensità ta’ sussidju permissibbli, sabiex b’hekk l-effetti pożittivi tat-taħriġ ikunu f’relazzjoni addattata mad-distorzjoni tal-kompetizzjoni u b’hekk jiġi sodisfat il-kriterju tal-proporzjonalità. |
(34) |
It-tielet nett, il-Ġermanja enfasizzat, li l-Kummissjoni hi marbuta wkoll bil-kriterji tal-kompatibilità msemmija f’paragrafu (32) fl-analiżi tal-proġetti li għandhom ikunu notifikati. Il-Ġermanja qiegħda targumenta, li għas-sussidju, li huma eżenti minn reġistrazzjoni obbligatorja, u għal sussidji, li jeċċedu l-miljun Ewro u li b’hekk għandha ssir applikazzjoni għalihom, ma jistgħux jiġu applikati kriterji differenti ta’ kompatibilità; il-verifika ta’ proġetti li għandhom jiġu notifikati ma għandhomx jiġu ommessi minħabba xi restrizzjonijiet meta mqabbla ma’ proġetti li ma għandhomx jiġu notifikati. B’hekk is-sussidju għat-taħriġ ikun kompatibbli mas-Suq Komuni, jekk dawn jissodisfaw il-kondizzjonijiet mitluba kollha fir-regolament (KE) Nru 68/2001. Skond l-opinjoni tal-Ġermanja d-deċiżjoni preċedenti għal bosta snin tal-Kummissjoni, per eżempju, fil-kwistjoni Volvo Gent (8) tikkonferma din l-interpretazzjoni. Il-Ġermanja qiegħda tindika espressament, li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll, li l-proġett ta’ taħriġ tad-DHL jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa speċifikati fid-deċiżjoni Webasto (9). |
(35) |
Ir-raba’ nett, l-applikazzjoni ta’ kriterji ta’ analiżi differenti jiksru l-prinċipji tas-sigurtà legali u tat-trattament ugwali. |
(36) |
Il-ħames nett, il-Ġermanja qiegħda ssostni, li d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni f’materji ta’ sussidju ta’ Ford Genk u GM Antwerp huma wkoll każi preċedenti adattati għall-każ imsemmi, ladarba ċ-ċirkustanzi tagħhom tal-każ kellhom bażi differenti. Filwaqt li s-sussidju għat-taħriġ fiż-żewġ każi msemmija l-ewwel kien maħsub għall-introduzzjoni ta’ mudell ġdid kif ukoll biex jibqgħu jaħdmu l-ħaddiema, is-sussidju għat-taħriġ fil-każ tad-DHL iservi għat-taħriġ tal-ħaddiema ġodda għat-tħaddim taċ-ċentru tal-loġistika bl-ajru li għadu kif inbena. Il-proġett tad-DHL hu differenti miż-żewġ każi l-oħra fil-punti li ġejjin: L-iskemi ta’ taħriġ tad-DHL jikkonsistu għal aktar minn 80 % ta’ skemi ta’ taħriġ ġenerali; skond l-Artikolu 87, paragrafu 3, ittra a tat-Trattat tal-KE l-intrapriża qiegħda f’żona ta’ żvilupp; id-DĦL, permezz tal-bini taċ-ċentru tal-loġistika bl-ajru tagħha, trid toħloq impjiegi ġodda; minbarra dan, is-settur tal-merkanzija bl-ajru mhux qed isofri minn eċċess tal-kapaċità meta mqabbel mal-industrija tal-karozzi, iżda qed jirreġistra rati ta’ tkabbir għolja. |
(37) |
Is-sitt nett, il-Ġermanja qiegħda tibgħat informazzjoni addizzjonali. Il-Ġermanja rrimarkat li fir-regolamenti relevanti hemm stabbiliti standards minimi għal livell ta’ kwalifikazzjoni. Fil-fatt, f’dawn il-każi mhemmx ikkwotat l-ammont minimu ta’ ħaddiema mħarrġa korrispondenti, li intrapriża għandha timpjega. Fl-istess ħin il-Ġermanja qiegħda tindika n-numru ta’ ħaddiema neċessarji għall-operat taċ-ċentru tal-loġistika, u tikkonkludi li l-iskemi ta’ taħriġ għall-ħaddiema addizzjonali imur lilhinn mil-livell neċessarju tal-operat. Wieħed mill-istudji li ġie ppreżentat mill-Ġermanja minn konsulent tat-taħriġ estern wera li d-DHL tista’ tibda l-operat taċ-ċentru tal-loġistika fis-sit ta’ Leipzig-Halle mingħajr problemi b’numru anqas ta’ ħaddiema mħarrġa minn dak kif speċifikat fl-applikazzjoni tal-proġett ta’ taħriġ. |
5. DDIKJARAZZJONIJIET TA’ DAWK INVOLUTI
(38) |
Anke l-benefiċjarji tas-sussidju, DHL tat il-pożizzjoni tagħha, li, simili għall-Ġermanja qiegħda ssotni, li fl-analiżi tal-kompatibilità tagħha l-Kummissjoni ddevjat f’deċiżjonijiet preċedenti f’każi preċedenti. B’hekk, l-applikazzjoni għas-sussidju tissodisfa l-kriterji kollha stipulati fir-regolament (KE) Nru 68/2001. Dan l-approċċ jikser il-prinċipji taċ-ċertezza legali u tat-trattament ugwali, li ma għandux jipproċedi b’mod differenti minn deċiżjonijiet preċedenti, li fihom il-kwistjoni ta’ neċessità ma ġietx analizzata fid-detall. Ma’ dan, id-deċiżjonijiet fil-kwistjonijiet ta’ għajnuna ta’ Genk u GM Antwerp ma jirriflettux id-deċiżjonijiet preċedenti ġenerali, la dawn il-każijiet kienu appoġġjati b’mod ieħor u li ċ-ċirkustanzi ma jistgħux jiġu mqabbla mal-każ tad-DHL Leipzig. Minflok id-DHL irreferit għall-kriterji bbażati fuq id-deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ Ġunju 2006 għall-approvazzjoni ta’ sussidju għat-taħriġ favur Webasto, li skond dawn anki l-proġett ta’ taħriġ tad-DHL għandu jkun kompatibbli mas-Suq Komuni. Finalment, id-DHL tenniet, li d-devjazzjoni tal-proċedura f’każi ta’ applikazzjoni ta’ proġett ta’ taħriġ twassal għal żvantaġġ għad-DHL mhux permissibbli. |
(39) |
Ma’ dan, id-DHL qiegħda tagħti informazzjoni addizzjonali dwar materji li joħorġu fil-ftuħ tal-proċeduri. L-ewwel nett, fir-regolamenti legali relevanti nazzjonali, Ewropej u internazzjonali hemm stipulat biss kondizzjonijiet mitluba rigward kontenut għal taħriġ u kwalifikazzjoni ta’ ħaddiema b’kuntatt ma’ merkanzija bl-ajru u inġenji tal-ajru, iżda mhux in-numru minimu ta’ ħaddiema. It-tieni nett, l-iskemi ta’ taħriġ ippjanati ma jservux biss sabiex jissodisfaw il-kondizzjonijiet legali mitluba, iżda jmorru lilhinn mil-livell stipulat. Għall-miżuri kollha li jmorru lilhinn mill-kondizzjonijiet mitluba legali jistgħu jiġu kkunsidrati alternattivi (per eżempju, outsourcing). Iżda, la l-alternattivi huma biss varjazzjonijiet konċepibbli, id-DHL ma kkummissjonat l-ebda analiżi tal-ispejjeż dettaljata li fih l-ispejjeż ta’ taħriġ obbligatorju u minimu neċessarju u fl-istess ħin jintwerew l-ispejjeż addizzjonali għall-outsourcing u/jew reklutaġġ ta’ ħaddiema diġà kwalifikati. Id-DHL ma għandha l-ebda informazzjoni disponibbli dwar il-livell ta’ taħriġ li normalment jinħtieġ fl-industrija. |
(40) |
Ma’ dan, il-Ups, kompetitriċi tad-DHL, tat il-pożizzjoni tagħha, li l-intrapriża qablet mal-pożizzjoni tal-Kummissjoni. L-ewwel nett, il-UPS spejgat li fil-każi tar-reklutaġġ ta’ ħaddiema ġodda għad-DHL Hub u DHL EAT, li rrispettivament għal każ, għandhom jittieħdu ċerti miżuri ta’ taħriġ u jingħataw istruzzjonijiet. Għalhekk, l-iskemi ta’ taħriġ huma sa ċertu punt neċessarji u għandhom isiru mill-intrapriża anki mingħajr sussidju. |
(41) |
It-tieni nett, il-UPS qiegħda targumenta, li skond regolament legali nazzjonali u Ewropej relevanti d-DHL hi obbligata li toffri korsijiet ta’ taħriġ minimi għall-ħaddiema tagħha – per eżempju, rappreżentanti uffiċjali. Skond ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 għall-ispeċifikazzjoni ta’ regolamenti komuni għas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili (10) ir-rappreżentanti uffiċjali għandhom jiġu nnominati, awtorizzati u rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti (f’dan il-każ l-Uffiċċju Federali tal-Avjazzjoni). Għal dan il-għan l-Uffiċċju Federali tal-Avjazzjoni addotta linji gwida u ħareġ pjan ta’ kurrikulu ta’ taħriġ li fih hemm stabbilit il-korsijiet ta’ taħriġ stipulati. It-taħriġ obbligatorju għall-ħaddiema tad-DHL EAT dwar iż-żamma tal-kondizzjoni tajba għat-titjir ta’ inġeni tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u strumenti tal-inġinerija ajrunawtika u l-għoti ta’ permessi għal organizzazzjonijiet u persuni li jagħmlu dawn ix-xogħlijiet hu speċifikat permezz tar-regolament (KE) tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Novembru 2003 (11). It-tielet nett, id-DHL irċiviet sussidju reġjonali għall-ħolqien ta’ xogħlijiet ġodda, b’hekk ma jistax jiġi assunt li DHL tirrifjuta li tagħmel l-iskemi ta’ taħriġ, timpjega anqas nies u tiddeċiedi li minflok tiddeċiedi favur l-outsourcing. |
6. ASSESSJAR ELIĠIBBLI GĦAS-SUSSIDJU
6.1. Applikazzjoni għal għajnuna mill-Istat
(42) |
Il-Kummissjoni hi tal-opinjoni, li l-iskemi ta’ għajnuna mill-istat fit-termini tal-artikolu 87, paragrafu 1 tat-trattat tal-KE jissottolineaw l-għoti ta’ fondi mill-Istat fil-forma ta’ sussidju. L-iskema hi selettiva, għaliex hi limitata għad-DHL. Is-sussidju selettiv jhedded li jfixkel il-kompetizzjoni minħabba li dan jiffavorixxi lid-DHL fil-konfront ta’ kompetituri oħra li ma rċivew l-ebda sussidju. Finalment, għandu jiġi nnotat li fis-suq għas-servizzi express, li fih id-DHL hi kkunsidrata bħala waħda mill-intrapriżi ta’ quddiem, isir negozju intensiv bejn l-Istati Membri. |
(43) |
Il-Ġermanja qiegħda tapplika għall-awtorizzazzjoni tas-sussidju fuq bażi tar-regolament (KE) Nru 68/2001. |
(44) |
Skond l-artikolu 5 tar-regolament (KE) Nru 68/2001 sussidji li jeċċedu l-miljun Ewro għal proġetti individwali ta’ taħriġ ta’ intrapriża mhumiex eżenti mir-reġistrazzjoni obbligatorja skond l-artikolu 88 paragrafu 3 tat-Trattat tal-KE. Il-Kummissjoni stabbiliet li sussidju propost jammonta għal 7 753 307 Ewro u li għandu jitħallas lil intrapriża individwali u li l-iskemi ta’ taħriġ jikkostitwixxu proġett individwali. b’hekk, skond l-opinjoni tal-Kummissjoni, is-sussidju propost jaqa’ taħt ir-reġistrazzjoni obbligatorja u l-Ġermanja żammet din ir-reġistrazzjoni obbligatorja. |
(45) |
Fil-premessa 16 tar-Regolament (KE) Nru 68/2001 il-proposta bbażata fuq l-artikolu 5 tiġi kkoroborata u ppreżentata, li t-tali sussidju ma jistax jiġi eżentat: “Hu xieraq li ammonti kbar ta’ għajnuna jibqgħu suġġetti għal stima individwali mill-Kummissjoni qabel dawn jitpoġġew fis-seħħ. ” |
(46) |
Fid-deċiżjoni ta’ sussidju individwali ta’ taħriġ li ma jaqax taħt ir-regolament ta’ eżenzjoni tar-Regolament (KE) Nru 68/2001 il-Kummissjoni għandha għalhekk tieħu deċiżjoni (12) individwali b’konformità mad-deċiżjonijiet preċedenti tagħha (13) fuq il-bażi tal-artikolu 87, paragrafu 3, ittra c tat-Trattat tal-KE, qabel ma tista tapprova l-għoti tas-sussidju. Fl-analiżi ta’ dan il-każ individwali, bla ebda dubju, il-Kummissjoni qiegħda tibbaża b’d analogu fuq il-prinċipji bażiċi fundamentali tar-regolament (KE) Nru 68/2001. Dan speċjalment ifisser li jiġi analizzat jekk il-kriterji ta’ eżenzjoni formali stipulati f’artikolu 4 tar-regolament imsemmi jiġux issodisfatti u jekk is-sussidju hux neċessarju bħala inċentiv sabiex il-benefiċjarju tas-sussidju jimplimenta l-iskemi ta’ taħriġ. |
6.2. Kompatibilità mas-Suq Komuni
(47) |
Il-Kummissjoni diġà analizzat il-ftuħ ta’ proċeduri, jekk l-applikazzjoni tal-proġett tissodisfax il-kriterji ta’ eżenzjoni skond l-artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 68/2001. |
(48) |
L-ewwel nett, għandu jiġi stabbilit, li l-intensità tas-sussidju mogħti ma teċċedix l-ogħla limitu ta’ sussidju stipulat fl-artikolu 4, paragrafu 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 68/2001 ta’ 35 % għal skemi ta’ taħriġ speċifiċi (35 % ta’ […] = [(ċirka 5-25 %)]) u 60 % għal skemi ta’ taħriġ ġenerali (60 % ta’ […] = [(ċirka 75-95 %)]). La l-proġetti, skond artikolu 87, paragrafu 3, ittra a tat-trattat tal-KE, hu f’żona ta’ żvilupp, il-Ġermanja tista’ tgħolli l-ogħla livell ta’ 25 % u 50 % rispettivament b’10 punti perċentwali. |
(49) |
It-tieni nett, l-ispejjeż eliġibbli tal-iskema huma konformi mal-artikolu 4, paragrafu 7 tar-Regolament (KE) Nru 68/2001. L-investigazzjoni kkonfermat, li l-ispejjeż tal-personal eliġibbli għal dawk li jkunu qed jitħarrġu huma ovvjament limitati għas-somma globali tal-bqija tal-ispejjeż eliġibbli. Il-Ġermanja provdiet evidenza, li verament parti kbira mit-taħriġ isir fuq il-post tax-xogħol, iżda l-ebda sigħat produttivi mhuma provduti. |
6.3. Neċessità tas-sussidju
(50) |
L-argument primarju fil-ftuħ tal-proċeduri kien, li skema ta’ taħriġ tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli mas-Suq Komuni biss fit-termini tal-Artikolu 87, paragrafu 3, ittra c tat-Trattat tal-KE, jekk din tkun neċessarja għall-appoġġ dirett tal-produzzjoni tal-benefiċjarju. Il-Kummissjoni ddeterminat li n-neċessità tas-sussidju hi kriterju tal-kompatibilità ġenerali u wasslet għall-konklużjoni: jekk is-sussidju ma jwassalx sabiex aktar skemi jiġu implimentati kif kien il-każ minħabba l-forzi tas-suq, mhux mistenni li s-sussidju jħalli effetti pożittivi u li jwassal għall-bilanċ tad-distorzjoni tal-kummerċ, b’hekk din ma tistax tiġi approvata. Jekk l-intrapriża timplimenta l-iskemi ta’ taħriġ, ikun kif ikun il-każ, speċjalment anki mingħajr sussidju fis-sussidju għat-taħriġ konċernat ma jistax jiġi assunt li dan ser iservi għall- “promozzjoni” tal-iżvilupp ekonomiku fit-termini tal-artikolu 87, paragrafu 3, ittra c tat-Trattat tal-KE kif ukoll li dan, skond il-premessa 10 tar-Regolament (KE) Nru 68/2001, jikkontribwixxi sabiex jiġu bbilanċjati d-dgħjufijiet tas-suq, li jwassal sabiex intrapriżi in ġenerali ftit li xejn jinvestu (14) fit-taħriġ tal-ħaddiema tagħhom. Din ma taffettwax ir-reġistrazzjoni obbligatorja ta’ sussidji eżenti, skond ir-regolament (KE) Nru 68/2001 li dawn jiġu assunti prima facie li dawn iservu għall-promozzjoni tal-iżvilupp eknomiku. |
(51) |
Il-fatt li Kummissjoni tanalizza l-eżistenza ta’ effett ta’ inċentiv u f’każi tiċħad skemi ta’ taħriġ stipulati bil-liġi, skond l-opinjoni tal-Ġermanja tippreżenta approċċ ġdid, li mhux konformi mar-Regolament tal-KE, tiddevja minn deċiżjonijiet preċedenti u tagħmilha impossibbli li jingħata sussidju għat-taħriġ għal skopijiet politiċi reġjonali. Il-Kummissjoni ma tistax tassoċja ruħha ma’ dawn l-argumenti minħabba r-raġunijiet li ġejjin: |
(52) |
L-ewwel nett wieħed irid jiftakar li sussidji għat-taħriġ jiġu analizzati fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 68/2001, li fil-premessa 4 jfisser li: “Dan ir-Regolament hu mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li Stati Membri jinnotifikaw l-għajnuna għal taħriġ. Dawn in-notifiki ser ikunu evalwati mill-Kummissjoni b’mod partikolari fid-dawl tal-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament, jew skond il-linji gwida tal-Komunità applikabbli u l-qafas, jekk jeżistu dawn il-linji gwida u l-oqfsa.” |
(53) |
Barra dan, il-premessa 16 tikkorobora li: “Hu xieraq li ammonti kbar ta’ għajnuna jibqgħu suġġetti għal stima individwali mill-Kummissjoni qabel dawn jitpoġġew fis-seħħ. Għaldaqstant, l-ammonti ta’ għajnuna li jeċċedu ammont fiss, li għandhom ikunu stabbiliti għal Ewro 1 000 000, huma esklużi mill-eżenzjoni kif ipprovdut f’dan ir-Regolament u jibqgħu suġġetti għar-rekwiżiti tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat. ” |
(54) |
Finalment, fil-premessa 4 huwa stipulat li: “Il-qafas għall-għajnuna għal taħriġ għandu jkun abolit mid-data tal-bidu fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, peress li l-kontenuti tiegħu huma ssostitwiti b’dan ir-Regolament. ” |
(55) |
La s-sussidju proġettat jeċċedi l-miljun Ewro, mhemm l-ebda dubju li dan għandu jiġi reġistrat u approvat mill-Kummissjoni. Barra dan hu ċert li t-tali sussidju għandu jissodisfa l-kriterji ta’ eżenzjoni stipulati f’artikolu 4 tar-regolament (KE) Nru 68/2001. |
(56) |
Iżda l-Ġermanja tiddubita jekk il-Kummissjoni hix awtorizzata sabiex tanalizza jekk is-sussidju għandux effett ta’ inċentiv. Skond l-opinjoni tal-Kummissjoni l-kunċett ta’ għajnuna mill-istat u speċjalment il-kriterju tan-neċessità jinkludu li s-sussidju hu bħala inċentiv għal benefiċjarju. B’hekk ma jservix għall-interess komuni, jekk l-istat jappoġġja skemi (anki skemi ta’ taħriġ), li l-benefiċjarju xorta waħda jkun ser jimplimenta. B’konformità mar-Regolament (KE) Nru 68/2001, il-pjan ta’ azzjoni “għajnuna mill-istat” u s-sentenza dwar l-kondizzjonijiet mitluba li skond dawn sussidju jista’ jiġi dikjarat kompatibbli mas-Suq Komuni, il-Kummissjoni, fid-deċiżjoni reċenti tagħha (Ford Genk, GM Antwerp) analizzat is-sussidji ta’ taħriġ konċernati mmirati wkoll għall-effett ta’ inċentiv. |
(57) |
L-ewwel nett, il-Ġermanja qegħda targumenta sabiex tikkorrobora l-pożizzjoni tagħha li l-kompatibilità ta’ sussidju li għandu jiġi applikat mas-Suq Komuni għandu jiġi analizzat fuq bażi tal-kriterji stipulati fir-Regolament u f’dan il-kuntest hija ċċitata l-parti 4 tad-dokument li tesponi l-fatti tar-Regolament (KE) Nru 68/2001, li fih ifisser li s-sussidji jiġu “analizzati primarjament mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-kriterji stipulati. ” B’hekk, il-Ġermanja ma tatx importanza xi trid tfisser il-frażi “primarjament”, li l-analiżi ta’ każi individwali mhux ristrett għall-analiżi leġittmi ta’ sussidji stipulati fir-Regolament (KE) Nru 68/2001. La fil-premessa 16 jiġi indikat espressament li s-sussidji korrispondenti għandhom jibqgħu jiġu analizzati individwalment, bla dubju, dawn l-analiżi għandhom isiru mhux b’restrizzjoni għall-kriterji stipulati fir-Regolament imsemmi u direttament fuq bażi tal-Artikolu 87 tat-Trattat tal-KE. |
(58) |
It-tieni nett, il-Ġermanja qegħda tirrimarka, li r-Regolament (KE) Nru 68/2001 għandu jiġi interpretat b’konsiderazzjoni għall-kwadru tal-Komunità għas-sussidji għat-taħriġ mis-sena 1998, li qabel ma ġie fis-seħħ dan ir-Regolament kien jiġi applikat u fih kienu stipulati dawn il-kriterji, li fihom sussidji għoljin jiġu analizzati jekk humiex bħala inċentivi. Skond il-kwadru tal-Komunità inċentiv ma jistax jiġi assunt speċjalment f’każ li l-proġett ta’ taħriġ ikun ser isir f’żona ta’ żvilupp skond l-Artikolu 87, paragrafu 3, ittri a jew c. Il-Kummissjoni ma tistax tifhem din l-asserzjoni, minħabba li l-premessa 4 tar-Regolament (KE) Nru 68/2001 ma tħalli l-ebda dubju li l-qafas tal-Komunità għas-sussidji tat-taħriġ jiġi abolit malli jiġi fis-seħħ dan ir-Regolament. L-intenzjoni tal-Kummissjoni hi, li tibdel il-kwadru tal-Komunità permezz tar-Regolament (KE) Nru 68/2001, u r-Regolament imsemmi għandu wkoll dan l-effett. Din tiġi ċċarata f’verżjoni oħra, li fiha l-premessa 4 tar-Regolament (KE) Nru 68/2001 tgħid ċar, li l-qafas tal-Komunità ser jiġi “abolit” minħabba li l-kontenut tiegħu ser jiġi “sostitwit”. Min-naħa l-oħra dan ġie kkonfermat espressament anki f’deċiżjonijiet tal-Kummissjoni preċedenti (15). Barra dan, fir-Regolament imsemmi mhux ser tiġi addottata preżunzjoni legali mill-kwadru tal-Komunità, li jagħti effett ta’ inċentiv, pjuttost jiġi determinat konxjentament fil-forma ġenerali, li sussidji għal taħriġ jistgħa jiġu kkunsidrati konformi mas-Suq Komuni taħt kondizzjonijiet speċifiċi (16). Iżda kieku intrapriża implimentat l-iskemi ssussidjati anke mingħajr sussidju, irrispettivament għal każ, b’hekk dan is-sussidju ma jitqisx bħala inċentiv. |
(59) |
It-tielet nett, il-Ġermanja u speċjalment il-benefiċjarju qed isostnu li analiżi addizzjonali tan-neċessità tas-sussidju fuq bażi tal-Artikolu 87 paragrafu, 3 ittra, c tat-trattat tal-KE jfisser li r-Regolament (KE) Nru 68/2001 jikkontradixxi kollu kemm hu din il-klawżsola tat-Trattat. B’hekk, qed jiġi ovvjament assunt li n-neċessità tas-sussidju mhix qed tiġi analizzata. Il-Kummissjoni ma tistax tifhem lanqas dan l-argument, minħabba li ovvjament ma ngħatatx importanza li għal sussidji taħt il-miljun Ewro li jissodisfaw il-kriterji tar-Regolament imsemmi, jiġi assunt li anki l-kriterju tan-neċessità ġie milħuq. |
(60) |
Ir-raba’ nett, il-Ġermanja qed issostni li l-Kummissjoni qed tiddevja ruħha minn każi preċedenti, li fihom hi ma għamlitx l-analiżi jekk ingħatawx inċentivi. Din id-dikjarazzjoni hi korretta. Iżda l-Kummissjoni tat l-ispjegazzjoni tagħha, li hi bidlet il-proċedura tagħha fuq bażi ta’ approċċ ekonomiku mtejjeb. Din il-bidla saret fil-kwadru tal-analiżi fil-fond fil-każ tas-sussidju ta’ Ford Genk u GM Antwerp, fejn ġie indikat espressament l-approċċ il-ġdid. Madankollu l-Ġermanja qed issostni li l-approċċ tal-Kummissjoni mhux koerenti la hu wara l-introduzzjoni tal-proċess formali tal-analiżi fil-każ Ford Genk ħadet id-deċiżjonijiet tagħha f’talanqas żewġ każi, jiġifieri BMW Österreich (każ Nru 304/2005) (17) u Webasto (każ Nru 653/2005), mingħajr l-ebda analiżi korrispondenti jew fuq bażi ta’ analiżi oħra. Iżda l-Kummissjoni indikat li dawn id-deċiżjonijiet ittieħdu mingħajr l-ebda analiżi fid-dettall u qabel il-konklużjoni tal-ewwel miż-żewġ analiżi msemmija li fihom il-Kummissjoni ma tatx importanza għal klawżola differenti. Hi indisputabbli, li l-Kummissjoni tista’ ttejjeb u tibdel il-metodu tagħha ta’ analiżi, sakemm jeżistu raġunijiet suffiċjenti għalia. Dan kien il-każ fil-każijiet ta’ sussidju Genk u GM Antwerp, iżda mhux f’każijiet ta’ sussidju preċedenti. Konsegwentement, il-Kummissjoni setgħet tkompli tibbaża fuq id-deċiżjonijiet preċedenti qabel il-ħruġ tad-deċiżjoni definita fil-każ tas-sussidju Ford Genk. |
(61) |
Il-ħames nett, il-Ġermanja u l-benefiċjarju oġġezzjonaw li l-Kummissjoni setgħet tirreferi għal każi ta’ sussidju Ford Genk u GM Antwerp, la ċ-ċirkustanzi tagħhom huma differenti mill-każ tad-DHL. Il-Kummissjoni kellha aktar tibbaża fuq id-deċiżjoni fil-każ tas-sussidju Webasto. Bl-ebda mod ma jista’ jiġi argumentat li s-sussidju għad-DHL għandu jiġi trattat b’mod differenti, għaliex dan mhux relatat, bħaż-żewġ każi l-oħra, mas-settur tal-karozzi. Anke fid-deċiżjoni fil-każ tas-sussidju Webasto, li qed jirreferu għalih il-Ġermanja u l-benefiċjarju, hu relatat mas-settur tal-karozzi. L-unika differenza li possibbilment hemm hi, li l-ewwel żewġ każi jikkonsistu f’workshops tal-produzzjoni, filwaqt li DHL u Webasto jikkonċernaw intrapriżi li għadhom kif infetħu. Il-Kummissjoni ma tistax tifhem li filwaqt li fl-ewwel żewġ każi kwalunkwe apoġġ ta’ skemi, li setgħu jiġu implimentati xorta waħda ma jwasslux għall-ebda assistenza għall-operat, min-naħa l-oħra f’intrapriżi li għadhom kemm fetħu f’każi ta’ skemi ta’ taħriġ li kienu ser jiġu implimentati xorta waħda ma għandhiex twassal għal assistenza għall-operat. Anki f’dan il-każ l-intrapriża tirċievi assistenza għal skemi, li irrispettivament għal każ, għandhom jiġu implimentati. |
(62) |
Barra dan, f’każi ta’ intrapriżi li għadhom kemm fetħu ma jistgħux jiġu ġustifikati konsiderazzjonijiet għal skemi ta’ taħriġ li kienu ser jiġu implimentati xorta waħda bbażati fuq l-għoti ta’ sussidju reġjonali, minħabba li żvantaġġi reġjonali għandhom jiġu kkumpensati permezz ta’ assistenza reġjonali għall-investiment u mhux permezz ta’ sussidju għal taħriġ. F’dan il-kuntest, il-Ġermanja qegħda ssostni, li l-prospett għal għajnuna mill-istat għal skemi ta’ taħriġ estensivi u neċessarji għandhom irwol importanti fid-deċiżjoni finali tad-DHL dwar ir-rilokazzjoni tas-sit. Iżda l-Kummissjoni qegħda ssostni li fl-Unjoni Ewropea hi prattika komuni, li intrapriżi jikkunsidraw deċiżjonijiet dwar is-sit u deċiżjonijiet dwar rilokazzjonijiet ta’ siti li jnaqqsu l-ispejjeż u jżidu l-profitabilità. Intrapriżi li għandhom ħsieb jirrilokaw il-produzzjoni tagħhom jikkunsidraw f’ħafna drabi diversi siti fi Stati Membri differenti li qed jikkompetu ma’ xulxin. Finalment, id-deċiżjoni dwar is-sit tiddependi mhux biss fuq l-ispejjeż tal-intrapriża mistennija (inklużi spejjeż ta’ taħriġ għal ħaddiema ġodda, li f’ħafna mill-każi ma għandhom l-ebda taħriġ relevanti) u vantaġġi u żvantaġġi oħra ekonomiċi (per eżempju, regolamenti lokali dwar il-ħinijiet tal-operat), iżda sa ċertu punt anki minħabba l-possibbiltà li jirċievu sussidju mill-istat (jiġifieri sussidji reġjonali). Il-Kummissjoni ma tistax tifhem l-argument imsemmi, la sussidji għat-taħriġ, b’kuntrast għal sussidji għall-investiment, mhumiex immirati biex jinfluwenzaw id-deċiżjoni dwar is-sit, iżda biex jibbilanċjaw in-nuqqas ta’ investimenti fi skemi ta’ taħriġ. Livell baxx ta’ kwalifikazzjoni f’żona ta’ żvilupp hu problema reġjonali għandha tiġi kkonfrontata permezz ta’ sussidju reġjonali għall-investiment. |
(63) |
Fuq bażi tal-informazzjoni preżentata l-Kummissjoni tikkonkludi, li d-DHL, f’kull każ, kellha timplimenta l-parti kbira tal-iskemi tat-taħriġ anki mingħajr sussidju. Dan jirriżulta primarjament minn żewġ osservazzjonijiet, huma spjegati aktar fid-dettall kif ġej. L-ewwel nett, it-taħriġ hu neċessarju sabiex iċ-ċentru tal-loġistika bl-ajru jkun jista’ jibda jopera u t-tieni nett, l-iskemi ta’ taħriġ huma fil-parti kbira tagħhom stipulati bil-liġi. |
(a) Skemi ta’ taħriġ neċessarji għall-intrapriża
(64) |
Għan-neċessità ta’ skemi ta’ taħriġ irid jiġi determinat li r-rilokazzjoni tad-DHL għas-sit ta’ Leipzig-Halle (il-Ġermanja) ikollha l-effetti simili bħat-twaqqif ta’ intrapriża ġdida u biex id-DHL tibda l-operat tagħha trid timpjega ħaddiema ġodda. Jidher li l-kondizzjonijiet operattivi mitluba jistgħu jkunu konformi bi tliet modi: id-DHL tista’ timpjega ħaddiema ġodda, li l-kumpanija trid tħarriġhom, id-DHL tista’ timpjega ħaddiema diġà kwalifikati; jew id-DHl tista’, f’każ li ma jkunx hemm ħaddiema kwalifikati disponibbli, tirrikorri għall-outsourcing ta’ ċertu servizzi. |
(65) |
Min-naħa, il-Ġermanja ma ppreżentat l-ebda informazzjoni addizzjonali, sabiex tneħħi d-dubji tal-Kummissjoni rigward il-possibbiltajiet tad-DHL sabiex timpjega ħaddiema kwalifikati biżżejjed għas-sit il-ġdid tagħha. Fil-fatt, il-Ġermanja kkonfermat, li l-ħaddiema minn Brussell eskludew li jiġu trasferiti għall-Ġermanja. Min-naħa l-oħra, id-DHL ma provditx il-provi, li hi setgħet timpjega l-ammont ta’ ħaddiema kwalifikati neċessarju għall-operat mis-suq tax-xogħol lokali jew dak Ewropew. Ovvjament, fis-suq lokali mhemmx ħaddiema disponibbli bi kwalifiki relevanti, u anki fis-suq Ewropew tas-servizzi tat-trasport bl-ajru jidher li hu relattivament diffiċli biex jinstabu ħaddiema bi kwalifiki relevanti |
(66) |
Min-naħa l-oħra, il-Ġermanja ma saħħitx l-argument tad-DHL b’mod konvinċenti, li mingħajr l-għoti ta’ sussidju diversi servizzi jkollhom jingħataw minn terzi intrapriżi lokali u konsegwentament l-iskemi ta’ taħriġ jistgħu ma jsirux. Barra dan, il-Ġermanja ma provditx evidenza li fl-ajruport ta’ Leipzig hemm fornituri tas-servizzi korrispondenti. Barra dan, la l-ewwel nett anki f’każi ta’ outsourcing diversi skemi ta’ taħriġ huma xorta waħda neċessarji u t-tieni nett l-investiment kollu tad-DHL fis-sit ta’ Leipzig-Halle hu orjentat sabiex is-servizzi kollha ta’ kunsinna ta’ pakketti express isiru mill-ħaddiema tagħha stess u sabiex dawn s-servizzi jiġu offruti lill-kompetituri oħra li joperaw fl-istess ajruport, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-outsourcing mhux addattat għall-pjan tal-intrapriża u jista’ jwassal għal spejjeż addizzjonali. |
(67) |
Barra dan, il-Ġermanja qiegħda ssostni, li d-DHL ser toħloq impjiegi f’żona ta’ żvilupp skond artikolu 87, paragrafu 3 tat-Trattat tal-KE, sabiex, b’kuntrast għall-każi tal-manifatturi tal-vetturi bil-mutur fil-Belġju, ma jikkonsistix sempliċiment f’sussidju għall-operat, iżda f’sussidju għal intrapriża li għadha kif twaqqfet, li għaliha ma jkunx hemm ħaddiema kwalifikati disponibbli. Il-Kummissjoni għandha twaqqa’ dan l-argument, la d-DHL kien ser ikollha timplimenta l-iskemi ta’ taħriġ għall-intrapriża l-ġdida barra Brussel irrispettivament għal każ u indipendentament mis-sit il-ġdid. |
(b) Skemi ta’ taħriġ stipulati bil-liġi
(68) |
Skond informazzjoni li għandha l-Kummissjoni ħafna mill-iskemi ta’ taħriġ huma stipulati skond il-Liġi Nazzjonali kif ukoll Ewropea. La fin-natura tagħhom is-servizzi provduti mid-DHL jinkludu riskju tas-sigurtà konsiderevoli japplikaw ċertu standards minimi u kondizzjonijiet mitluba tas-sigurtà skond liġijiet relevanti għall-immaniġġjar ta’ merkanzija kif ukoll l-ispezzjoni u kontrolli tekniċi ta’ ajruplani. |
(69) |
Din tapplika għall-iskemi ta’ taħriġ fil-qasam tal-kontrolli qabel it-titjira u tar-rampa, li huma ppjanati għall-mekkaniks u teknixins tad-DHL EAT. Skond ir-Regolament (KE) Nru 2042/2003, dawk il-ħaddiema li għandhom x’jaqsmu mal-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru għandhom ikollhom liċenzja li jistgħu joħorġu ċertifikat tal-manutenzjoni. Il-kondizzjonijiet għat-tali liċenzja huma speċifikati u jirreferu għall-ambitu u l-kontenut tal-iskemi ta’ taħriġ korrispondenti. |
(70) |
L-iskemi ta’ taħriġ ippjanati jikkorrispondu mar-Regolamenti legali msemmija u jirrigwardaw żewġ gruppi tax-xogħol: mekkaniks tal-ajruplani b’awtorizzazzjoni ta’ ħruġ ta’ ċertifikati tal-manutenzjoni (CAT A) u teknixins/mekkaniks tal-ajruplani b’awtorizzazzjoni ta’ ħruġ ta’ ċertifikati tal-manutenzjoni (CAT B1). L-iskemi ta’ taħriġ għal dawn iż-żewġ gruppi jinkludu l-partijiet ta’ studju indipendenti li ġejjin:
|
(71) |
L-iskemi ta’ taħriġ kollha tad-DHL EAT jiġu kompluti permezz ta’ ġranet ta’ taħriġ fuq il-post tax-xogħol, li jeċċedu b’mod konsiderevoli n-numru ta’ ġranet tax-xogħol allokati għall-parti teoretika tat-taħriġ. |
(72) |
Il-Ġermanja hi konxja, li d-DHL ma tistax tibda l-operat tagħha mingħajr personal kwalifikat li għandhom il-liċenzji korrispondenti. La l-iskemi kollha ta’ taħriġ ippjanati skond ir-Regolament (KE) Nru 68/2001 huma stipulati, l-awtoritajiet Ġermaniżi jikkonċedu li d-DHL ma tista tagħmel l-ebda tnaqqis mill-iskemi ta’ taħriġ. Iżda huma qed jargumentaw, li mingħajr is-sussidju d-DHL ma timplimentax l-iskemi ta’ taħriġ, iżda tirrikorri għall-ħaddiema tal-kompetituri li għandhom il-liċenzja neċessarja, jew li tiddeċiedi favur l-outsourcing. |
(73) |
Skond l-analiżi tal-ispejjeż preżentati mill-Ġermanja l-ispejjeż għall-outsourcing huma inqas mill-ispejjeż tal-personal inklużi l-ispejjeż għall-iskemi ta’ taħriġ (jiġifieri madwar [(5-20 %)] għas-CAT A u madwar [(10-30 %)] għas-CAT B1). Iżda l-Ġermanja ma pprovditx evidenza li jeżistu fornituri tas-servizzi korrispondenti kif ukoll li huma disponibbli. |
(74) |
Għall-impjegar ta’ ħaddiema diġà kwalifikati ta’ kompetituri qed jiġi stabbilit, li l-Ġermanja ma pprovditx il-provi li fis-suq tax-xogħol Ewropew hemm ħaddiema mħarrġa u kwalifikati disponibbli, li huma lesti li jiġu fis-sit ta’ Leipzig-Halle. Il-Ġermanja stess ikkonċediet, li fis-suq tax-xogħol Ewropew mhemmx mekkaniks u teknixins imħarrġa u kwalifikati għas-servizzi tat-trasport bl-ajru. |
(75) |
Ma’ dan, il-Ġermanja preżentat analiżi tal-ispejjeż għall-korsijiet fl-Ingliż, li huma ppjanati għall-mekkaniks u teknixins tad-DHL EAT. Il-Ġermanja qegħda targumenta li dawn jikkonsistu fi skemi ta’ taħriġ ġenerali, li jmorru lilhinn mill-iskemi ta’ taħriġ stipulati. Għalhekk, il-Ġermanja tistima l-ispejjeż eliġibbli għas-sussidju għal [(0,5-1)] miljun Ewro. Iżda, l-ewwel nett, il-Kummissjoni qed tistabbilixxi li f’dawn il-korsijiet jingħata Ingliż tekniku. It-tieni nett, qiegħda tosserva li l-kontrolli tekniċi tal-inġenji tal-ajru huma standardizzati fl-Ewropa kollha, b’hekk mekkaniks u teknixins tad-DHL EAT għandhom ikollhom Ingliż tajjeb. Barra dan, skond il-fehma tal-Kummissjoni, dawn il-korsijiet fl-Ingliż tekniku huma parti mill-programm ta’ taħriġ stipulat, standardizzat. Għalhekk, il-Kummissjoni hi tal-opinjoni, li, irrsipettivament għal każ, id-DHL għandha toffri dawn il-korsijiet fl-Ingliż tekniku anki mingħajr sussidju. |
(76) |
Bħala riżultat ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet il-Kummissjoni tikkonkludi li l-iskemi ta’ taħriġ imsemmija kemm dawk stipulati bil-liġi kif ukoll neċessarji għall-operat mingħajr problemi tad-DHL EAT u jiġu implimentati mill-intrapriża irrispettivament għal każ, anki mingħajr sussidju. Għalhekk, il-Kummissjoni hi tal-opinjoni, li l-ispejjeż ta’ taħriġ għall-mekkaniks u teknixins tad-DHL EAT mhumiex eliġibbli għas-sussidju. |
(77) |
Personal tar-Rampi II huma inkarigati bid-dmirijiet li ġejjin: tħaddim u sewqan ta’ ground service equipment; tagħbija u ħatt ta’ inġenji tal-ajru; kunsinna tad-dokumenti tat-titjira; tħejjija ta’ rapporti u komunikazzjoni mal-piloti u mal-awtoritajiet tal-ajruport. Fil-kwadru tal-proġett li għalih saret l-applikazzjoni għandhom jitħarrġu 210 personal tar-rampi II li l-ispejjeż għalihom eliġibbli għas-sussidju jammontaw għal [(2-3)] miljun Ewro. |
(78) |
Skond il-liġi Ġermaniża, Personal tar-Rampi II jistgħu jaħdmu biss fir-rampi tal-ajruplani, meta dawn ikunu ġew imħarrġa fl-oqsma tal-“immaniġġjar tal-ground service equipment” (“l-Att dwar il-Kondizzjonijiet tax-Xogħol”) u “sigurtà” (BGV C 10 l-Att dwar it-Traffiku fl-Ajru) u jkollhom ċertifikat għall-użu tal-konvejers tal-art (BGG 925 – Taħriġ u xogħol assenjat lis-sewwieqa ta’ konvejers tal-art). Ma’ dan, huma għandhom ikunu mħarrġa fl-immaniġġjar ta’ oġġetti perikolużi u dwar ir-riskji marbuta magħhom (“l-Att dwar sustanzi perikolużi”). Finalment, personal tar-rampi II għandhom ukoll ikunu temmew b’suċċess taħriġ dwar oġġetti perikolużi skond regolamenti dwar oġġetti perikolużi tal-IATA. |
(79) |
Mill-ispjegazzjonijiet tal-paragrafi (77) u (78) jiġi dedott, li l-iskemi ta’ taħriġ ippjanati fil-kwadru tal-proġett li għalih saret l-applikazzjoni huma fil-parti l-kbira stipulati bil-liġi: immaniġġjar ta’ tagħmir li jmexxi ajruplani mal-art, tneħħija tas-silġ (kors bażiku), tneħħija tas-silġ (kors ta’ aġġornament), liċenzja tas-sewqan f’rampi tal-ajruplani, xogħol u istruzzjonijiet għal rampi tal-ajruplani; istruzzjonijiet dwar il-protezzjoni min-nirien; tħaddim ta’ bibien tal-merkanzija; l-ewwel għajnuna, liċenzja tal-konvejers tal-art, IATA PK 7/8, ground service equipment (istruzzjoni dwar tagħmir tad-dispaċċ), perikli f’xogħol fuq ir-rampi tal-ajruplani, regolamenti tas-sigurtà għar-rampi tal-ajruplani, regolamenti tas-sigurtà tal-ajruport. Il-kors ULD-Build-up-Kurs għall-introduzzjoni fit-tqassim ta’ kontejners tal-merkanzija jirrigwardaw b’mod partikolari kontejners tad-DHL. |
(80) |
Il-korsijiet “G25/41 analiżi tal-mediċina tax-xogħol” (4 minn total ta’ 240 siegħa ta’ taħriġ), “DIN EN 9001:2000 kwalità u proċessi” u “DIN EN 14001 ġestjoni ambjentali u struttura tal-organizzazzjoni” (8 minn total ta’ 240 siegħa ta’ taħriġ) biss mhumiex stipulati bil-liġi. Iżda, la l-Ġermanja ssottolineat li d-DHL stess ser tipprovdi s-servizzi kollha marbuta mal-operat taċ-ċentru tal-loġistika u li anki trid li dawn toffrihom lill-kompetituri fl-ajruport ta’ Leipzig-Halle, u ma provditx evidenza, li d-DHL mhux ser toffri dawn il-korsijiet mingħajr sussidju, dawn il-korsijiet ovvjament huma parti mill-pakkett ta’ taħriġ għall-ħaddiema tad-DHL, li hu neċessarju, sabiex jiġi garantit il-bidu tal-operat taċ-ċentru tal-loġistika bl-ajru mingħajr problemi. Minbarra Ħonkong (Ċina) u Wilmington (l-Istati Uniti) dan iċ-ċentru tal-loġistika bl-ajru hu l-aktar ċentru tal-loġistika tad-DHL importanti fid-dinja. Speċjalment il-kors “analiżi għall-mediċina tax-xogħol” jidher li f’dan ir-rigward hu essenzjali, b’konsiderazzjoni li l-personal jiġi mħarreġ, sabiex jiddentifika, jekk hux qed jirriżulta periklu għall-ambjent tax-xogħol tiegħu minn xi ħaddiem, minħabba li għall-operat mingħajr problemi tad-DHL jeħtieġ li jiġu evitati u mneħħija problemi mhux mistennija. Skond l-informazzjoni disponibbli, ramp aġents II li temmew it-tali kors b’suċċess, huma wkoll fil-pożizzjoni li jittestjaw l-abbilità ġenerali relatata max-xogħol ta’ ħaddiema. B’konformità mal-qafas tagħha tal-evalwazzjoni spjegati f’paragrafu (25) il-Kummissjoni tikkonkludi li tassew l-iskemi ta’ taħriġ mhumiex stipulati bil-liġi, iżda huma neċessarji għall-operat mingħajr problemi taċ-ċentru tal-loġistika u għalhekk, irrispettivament għal każ, id-DHL kienet ser timplimentahom. Il-kors dwar standards tal-kwalità hu tassew mhux stipulat bil-liġi wkoll, iżda l-maniġment tad-Deutschen Post għamlu obbligatorju għall-friegħi kollha tad-DHL. Id-DHL innotifikat li minħabba ċ-ċertifikat skond DIN EN 9001 il-ħaddiema kollha tad-DHL għandhom jitħarrġu b’mod speċifiku (18). Minbarra dan, ġie indikat, li ċ-ċertifikazzjoni skond DIN EN 14001 ser jibda minn Lulju 2008 (19). Konsegwentament, l-iskemi ta’ taħriġ, li huma s-suġett ta’ din id-deċiżjoni, huma definittivament neċessarji, sabiex jiġu milħuqa l-istandards immirati fl-istrateġija tan-negozju tal-intrapriża u għalhekk anki mingħajr sussidju kienu jiġu implimentati. Ma’ dan, kumpaniji sussidjarji tad-DHL jippromwovu, li s-servizzi tagħhom, kif iddokumentat permezz ta’ ċertifikati tad-DIN korrispondenti, jissodisfaw l-istandards għoljin, sabiex id-DHL, bħala fornitur tas-servizzi minn ta’ quddiem, hi ovvjament fil-pożizzjoni li tikkunsidra dawn l-ispejjeż fil-kwadru tal-istrateġija tal-prezz tagħha. Għalhekk, il-Kummissjoni hi tal-opinjoni, li d-DHL kienet timplimenta l-iskemi ta’ taħriġ imsemmija anki mingħajr is-sussidju. |
(81) |
Fuq bażi ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet il-Kummissjoni tikkonkludi, li diversi skemi ta’ taħriġ għal-personal tar-rampi II huma stipulati bil-liġi, iżda oħrajn jagħmlu parti mill-istrateġija tal-kwalità tal-intrapriża u għalhekk l-iskemi kollha, mingħajr eċċezzjoni, huma neċessarji għall-operat mingħajr problemi taċ-ċentru tal-loġistika bl-ajru u kienu ser jingħataw mill-intrapriża irrispettivament għal każ, anki mingħajr sussidju. Għalhekk, il-Kummissjoni hi tal-opinjoni, li l-ispejjeż ta’ taħriġ għar-personal tar-rampi II mhumiex eliġibbli għas-sussidju. |
(82) |
Dan il-qasam hu rregolat permezz tar-Regolament (KE) Nru 2320/2002. Skond il-paragrafi 8 – 9 tal-Att tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ġermaniża, operaturi ta’ ajruporti u intrapriżi tat-trasport bl-ajru huma obbligati li jħarrġu l-personal tas-sigurtà tagħhom u l-bqija tal-ħaddiema l-oħra kollha. |
(83) |
Il-korsijiet ippjanati mid-DHL għall-forzi tas-sigurtà jikkorispondu fil-biċċa l-kbira kemm fil-kontenut kif ukoll fin-numru ta’ sigħat ta’ taħriġ mal-iskemi ta’ taħriġ li huma ppjanati skond il-pjan tal-kurrikulu ta’ taħriġ għall-forzi tal-kontroll tas-sigurtà fl-avjazzjoni għall-ispezzjoni ta’ personal u oġġetti għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2320/2002. Il-parti indipendenti ta’ taħriġ hi wkoll stipulata fuq bażi tar-Regolamenti dwar oġġetti perikolużi li ġew implimentati mal-NfL II-36/05 fil-Liġi Ġermaniża. Anki l-kors tal-ewwel għajnuna u introduzzjoni dwar il-protezzjoni kontra n-nar, skond l-Att tal-Kondizzjonijiet tax-Xogħol Ġermaniż huma parti mit-taħriġ obbligatorju. |
(84) |
Evidentament, il-korsijiet għal “liċenzja tas-sewqan fir-rampa tal-ajruplani” u “ġestjoni tal-kwalità” (8 mit-total ta’ aktar minn 300 siegħa ta’ taħriġ rispettivament) biss ser jiġu offruti b’mod addizzjonali, jiġifieri dawn mhumiex stipulati bil-liġi. Iżda, la l-Ġermanja ssottolineat, li d-DHL trid li s-servizzi kollha marbuta mal-operat taċ-ċentru tal-loġistika tipprovdihom hi stess u ma prrovditx evidenza li d-DHL ma kinitx ser timplimenta dawn il-korsijiet anki mingħajr sussidju, il-Kummissjoni hi tal-opinjoni, li dawn jagħmlu parti mill-pakkett ta’ taħriġ totali. Anki l-korsijiet ippjanati għall-forzi tas-sigurtà “DIN EN 9001:2000” u “DIN EN 14001” jikkorrispondu mal-prassi tal-intrapriża tad-Deutschen Post u għalhekk huma indispensabbli għall-ħaddiema kollha tad-DHL (ara paragrafu (80)). Il-kors għall-ksib tal-liċenzja tas-sewqan għar-rampi tal-ajruplani jidher li hu wkoll indispensabbli la dawn f’kull ħin iridu jkunu fuqhom għall-aċċess ta’ passaġġi tal-ajruplani u tar-rampa tal-ajruplani. Ma jagħmilx sens li l-operat mingħajr problemi taċ-ċentru tal-loġistika jiġi pperikolat minħabba li personal mill-forzi tas-sigurtà ma jkollux aċċess għar-rampa tal-ajruplani (kif spjegat f’dak li jsegwi paragrafu 90, f’dan il-każ, madankollu il-limitazzjoni tat-taħriġ għal ċertu numru ta’ ħaddiema hi possibbli). B’konformità mal-qafas tal-evalwazzjoni tagħha f’paragrafu (24) il-Kummissjoni tikkonkludi li tassew li l-qafas tal-evalwazzjoni mhux stipulat bil-liġi, iżda hu neċessarju għall-operat taċ-ċentru tal-loġistika mingħajr problemi u għalhekk għandu jiġi implimentat mid-DHL irrispettivament għal każ. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeterminat, li dawn iż-żewġ korsijiet ma setgħux ma jingħatawx anki mingħajr sussidju. |
(85) |
La l-korsijiet ta’ taħriġ għall-forzi tas-sigurtà huma stipulati f’paragrafi (83) u (84) il-Kummissjoni ma tistax tifhem l-argument tal-Ġermanja, li d-DHL tkun tista’ tħaddem numru limitat biss ta’ ħaddiema kwalifikati, li mbagħad iħarrġu lill-bqija tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol. Mill-informazzjoni preżentata, il-Kummissjoni ddeduċiet li l-forzi kollha tas-sigurtà għandhom itemmu l-iskemi ta’ taħriġ imsemmija kollha kemm huma. |
(86) |
Fuq bażi ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ispejjeż tat-taħriġ għall-forzi tas-sigurtà mhux eliġibbli għas-sussidju. |
(87) |
Rigward il-maniġers tal-operat biss il-Kummissjoni tikkonkludi mod ieħor. It-taħriġ għal din il-kategorija ta’ ħaddiema jinkludi l-Ingliż, prinċipji bażiċi tal-Liġi tax-Xogħol, komunikazzjoni, negozjati, ġestjoni tal-personal, prinċipji bażiċi tal-ikkowċjar, ġestjoni ta’ kunflitti, żvilupp ta’ timijiet, tmexxija ta’ negozjati u negozju intraprenditorjali. Fil-kwadru tal-proġett li għalih saret l-applikazzjoni għandhom jitħarrġu 110 maniġers tal-operat, li għalihom japplikaw l-ispejjeż eliġibbli għas-sussidja ta’ [(1-2)] miljun Ewro. Il-middle management għandu jiġu reklutat minn dan il-grupp ta’ ħaddiema, li diġà temmew b’suċċess il-bqija tal-iskemi ta’ taħriġ (jiġifieri personal tar-rampi II u forzi tas-sigurtà). |
(88) |
Dan it-taħriġ tal-maniġment hu konness mal-iskemi ta’ taħriġ għal personal tar-rampi II kif ukoll forzi tas-sigurtà u ma jidhirx li hu daqshekk neċessarju għall-operat taċ-ċentru tal-loġistika mingħajr problemi. Dan jipprovdi possibilità ta’ promozzjoni għall-ħaddiema, li d-DHL diġà qed tħaddem fuq is-sit u għat-titjib tal-kompetenzi personali u soċjali tagħhom. Ma’ dan, l-iskemi ta’ taħriġ ġenerali li mhumiex neċessarji biss għas-setturi tat-trasport bl-ajru, li minnhom il-konoxxenza miksuba tista’ tiġi applikata mingħajr problemi f’intrapriżi oħra u li tikkontribwixxi għat-titjib tal-ambjent tax-xogħol u tar-relazzjonijiet interpersonali fl-intrapriża. |
(89) |
Fuq bażi tad-dikjarazzjonijiet fil-paragrafi (87) u (88) il-Kummissjoni tikkonkludi li l-iskemi ta’ taħriġ għall-maniġers tal-operat mhumiex stipulati bil-liġi u jmorru lilhinn minn dak li hu neċessarju għall-operat taċ-ċentru tal-loġistika bl-ajru tad-DHL f’ Leipzig-Halle mingħajr problemi. Din hi r-raġuni għaliex l-ispejjeż għal dawn l-iskemi għas-sussidju għat-taħriġ qed jiġu kkunsidrati. |
(c) L-ambitu tal-iskemi ta’ taħriġ neċessarji
(90) |
Skond l-istudju ppreżentat mill-Ġermanja (ara pargarfu (37)) l-operat taċ-ċentru tal-loġistika mingħajr problemi jista’ jiġi garantit b’134 Personal tar-rampi II. Jekk f’tim tat-tagħbija li jikkonsisti f’sitt ħaddiema li tnejn mir-personal tar-rampi li jaħdmu bħala sewwieqa jiġu sostitwiti permezz ta’ Personal tar-Rampi I jiġu sodisfatti xorta waħda l-bżonnijiet mitluba legali u l-bżonnijiet tal-operat. Il-Ġermanja qed issostni, li b’hekk is-76 personal tar-rampi II addizzjonali ma għandhom jiġu mħarrġa mid-DHL u li mingħajr sussidju għat-taħriġ it-taħriġ tagħhom ma jsirx. L-ispejjeż eliġibbli għas-sussidju għal 76 personal tar-rampi II addizzjonali jammontaw għal [(0,5-1,5)] miljun Ewro għall-iskemi ta’ taħriġ ġenerali u [(0,01-0,03)] miljun Ewro għal skemi ta’ taħriġ speċifiċi. |
(91) |
Iżda, jekk id-DHL tassew tissostitwixxi lill-Personal tar-Rampi II li huma kkunsidrati bħala sewwieqa permezz ta’ Personal tar-Rampi I, dawn tal-aħħar għandhom jiġu mħarrġa sa ċertu punt, jiġifieri rigward it-tħaddim ta’ ground service equipment b’mod partikolari (dan japplika primarjament għal-liċenzja tas-sewqan f’rampi tal-ajruplani, xogħol u istruzzjonijiet għal rampi tal-ajruplani; ċertifikat għall-użu tal-konvejers tal-art, istruzzjonijiet dwar perikli fir-rampi tal-ajruplani, istruzzjonijiet dwar il-protezzjoni min-nirien, l-ewwel għajnuna eċċ.). Skond il-Ġermanja l-ispejjeż ta’ taħriġ għal Personal tar-Rampi I addizzjonali jammontaw għal [(0,1-0,5)] miljun Ewro għal skemi ta’ taħriġ ġenerali u [(0,01-0,03)] miljun Ewro għal skemi ta’ taħriġ speċifiċi. |
(92) |
Skond l-opinjoni tal-Kummissjoni l-ispejjeż li d-DHL ikollha tħallas għat-taħriġ supplimentari tal-Personal tar-Rampi 1 konċernati għandhom jitnaqqsu sabiex l-ispejjeż li huma eliġibbli għas-sussidju għat-taħriġ ta’ 76 Personal tar-Rampi II addizzjonali jammontaw għal [(0,4-1) miljun Ewro. La dawn l-iskemi ta’ taħriġ biss imorru lilhinn minn dak li hu neċessarju, li d’DHL għandha tkopri irrispettivament għal każ, il-Kummissjoni tikkonkludi li dan l-ammont biss hu eliġibbli għas-sussidju. |
(93) |
Anki għall-forzi tas-sigurtà, il-Ġermanja qed tispeċifika, li ċ-ċentru tal-loġistika bl-ajru tad-DHL jista’ jopera mingħajr problemi b’70 ħaddiem biss minflok il-110 ħaddiem li saret l-applikazzjoni għalihom oriġinarjament. It-tnaqqis ta’ 40 ħaddiem addizzjonali ssir permezz ta’ żieda tas-sorveljanza bil-kamera mingħajr ma titnaqqas is-sigurtà taċ-ċentru tal-loġistika bl-ajru. Fl-istudju korrispondenti ġie determinat in-numru minimu assolut ta’ ħaddiema li huma neċessarji għat-tmexxija tal-ispezzjonijiet ta’ persuni u ta’ merkanzija, u mmultiplikati bin-numru ta’ xiftijiet. Fil-kalkulazzjonijiet jiġu kkunsidrati wkoll in-numru totali ta’ ġranet tax-xogħol kull ġimgħa u l-ħaddiema addizzjonali li jaħdmu f’każi ta’ vaganzi jew mard sabiex jiġi garantit operat mingħajr interruzzjonijiet. Fl-istudju ġie konkluż, li b’dawn l-iskemi ta’ taħriġ addizzjonali l-ispejjeż eliġibbli għas-sussidju jammontaw għal [(0,05-0,2)] miljun Ewro. |
(94) |
Iżda fl-istess ħin il-Ġermanja rrimarkat li d-DHL qed tippjana li tħaddem 110 ħaddiema bħala forzi tas-sigurtà, la bħala intrapriża li topera fuq livell globali b’reputazzjoni għolja trid tevita kwalunkwe inċidenti relatati mas-sigurtà. Dawn l-inċidenti jistgħu jnaqqsu l-kwalità tat-trasport ta’ merkanzija, iwasslu għal dewmien konsiderevoli u jħallu effett ħażin fuq ir-relazzjoni mal-klijent. Sabiex it-trasport ta’ merkanzija ma jiġix ipperikolat, id-DHL iddeċidiet li tieħu passi ta’ “sigurtà addizzjonali”. Taħt dawn il-kondizzjonijiet il-Kummissjoni ma setgħetx tifhem l-argument tal-Ġermanja, li ċ-ċentru tal-loġistika seta’ jopera mingħajr problemi anki b’70 ħaddiem minflok il-110 ħaddiem għall-forzi tas-sigurtà. B’konformità mal-qafas tal-evalwazzjoni tagħha preżentat f’paragrafu (25) il-Kummissjoni tikkonkludi li tassew li l-iskemi ta’ taħriġ mhux stipulati bil-liġi, iżda huma neċessarji għall-operat taċ-ċentru tal-loġistika mingħajr problemi u għalhekk dawn jiġu implimentati mid-DHL irrispettivament għal każ. |
(95) |
Fuq bażi ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet jista’ jiġi konkluż, li, irrispettivament għal każ, permezz tal-iskemi kollha ta’ taħriġ għandha tingħata konnoxxenza neċessarja lill-110 ħaddiem tal-forzi tas-sigurtà kollha għall-bidu tal-operat u sabiex l-operat taċ-ċentru tal-loġistika bl-ajru jibqa’ għaddej mingħajr problemi. Għalhekk, il-Kummissjoni hi tal-opinjoni, li l-ispejjeż ma jiġux ikkunsidrati għal sussidju għat-taħriġ. Tabella 3
|
(96) |
Fuq bażi tal-analiżi tal-ispejjeż preżentati mill-Ġermanja l-Kummissjoni kkalkulat l-ispejjeż għal skemi ta’ taħriġ addizzjonali kif ġej (20): Tabella 4
|
(d) Kalkulazzjoni tal-ammont ta’ sussidju permissibbli
(97) |
L-iskema li għaliha saret l-applikazzjoni (bi spejjeż eliġibbli applikati fl-ammont ta’ [(10-15)] miljun Ewro) tinkludi spejjeż ta’ [(8-12)] miljun Ewro li d-DHL kien ikollha toħroġ anki mingħajr is-sussidju għat-taħriġ. Din il-parti tas-sussidju li għaliha saret l-applikazzjoni ma twassalx għal skemi ta’ taħriġ addizzjonali, iżda tirriferi għall-ispejjeż normali tal-operat u b’hekk twassal għal tnaqqis tal-ispejjeż normali li trid iġorr l-intrapriża. B’hekk is-sussidju ma jistax jiġi approvat. |
(98) |
Fil-bqija l-iskemi l-ispejjeż eliġibbli għas-sussidju jakkumulaw għall-ammont ta’ [(2-3)] miljun Ewro. Dawn jikkorrispondu għall-ammont ta’ sussidju ta’ 578 109 Ewro. Din il-parti tas-sussidju biss tikkorrispondi mal-kriterji għall-kompatibilità mas-Suq Komuni. |
7. KONKLUŻJONI
(99) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi, li s-sussidju li għalih saret l-applikazzjoni għad-DHL Leipzig min-naħa jirreferi għall-ispejjeż fl-ammont ta’ [(8-12)] miljun Ewro, li d-DHL, irrispettivament għal każ, trid iġġor anki mingħajr sussidju, u min-naħa l-oħra għall-ispejjeż fl-ammont ta’ 2 630 182 Ewro għall-iskemi ta’ taħriġ li jmorru lilhinn minn dak li hu stipulat bil-liġi kif ukoll mil-livell neċessarju għall-intrapriża. |
(100) |
Għalhekk, il-Kummissjoni hi tal-opinjoni, li l-parti tas-sussidju li għaliha saret l-applikazzjoni, li mhix neċessarja għall-iskemi ta’ taħriġ konċernati, ma twassalx għal skemi ta’ taħriġ addizzjonali, iżda tkopri spejjeż normali tal-operat tal-intrapriża u b’hekk tippermetti tnaqqis tal-ispejjeż li ġeneralment iridu jinġarru mill-intrapriża. Għalhekk, skond l-opinjoni tal-Kummissjoni, is-sussidju jwassal għad-distorzjoni tal-kompetizzjoni li jmur kontra l-interessi komuni u jinterfieri mat-termini kummerċjali. Konsegwentement, is-sussidju ma jistax jiġi ġustifikat fuq bażi ta’ artikolu 87, paragrafu 3, ittra c tat-Trattat tal-KE. La ma ngħatawx l-ebda eċċezzjonijiet oħra f’artikolu 87, paragrafi 2 u 3 tat-Trattat tal-KE, l-ammont 6 175 198 Ewro ta’ sussidju ma jissodisfawx il-kriterji tal-kompatibilità tas-Suq Komuni. |
(101) |
Il-bqija tal-iskemi li għalihom saret l-applikazzjoni bi spejjeż eliġibbli għas-sussidju ta’ [(2-3)] miljun Ewro, li għalihom hemm provduti sussidju fl-ammont ta’ 578 109 Ewro, jissodisfaw il-kriterji stipulati f’artikolu 87, paragrafu 3, ittra c tat-Trattat tal-KE għall-kompatibilità mas-Suq Komuni – |
ITTIEĦDET ID-DEĊIŻJONI LI ĠEJJA:
Artikolu 1
L-għajnuna mill-Istat, li l-Ġermanja trid tagħti għall-benefiċċju tad-DHL li jammonta għal 6 175 198 Ewro mhux konformi mas-Suq Komuni.
Il-parti li tifdal tal-għajnuna mill-Istat fl-ammont ta’ 1 578 109 Ewro, li l-Ġermanja trid tagħti għall-benefiċċju tad-DHl, skond l-Artikolu 87 tat-Trattat tal-KE hi konformi mas-Suq Komuni.
Artikolu 2
Il-Ġermanja tinnotifika lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn wara n-notifikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni dwar il-miżuri li ttieħdu għall-konformità ma’ din id-deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-deċiżjoni ġiet mgħoddija lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Magħmula fi Brussell, 2 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Neelie KROES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU C 213, 12.9.2007, p. 28.
(2) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 1.
(3) Fid-deċiżjoni għall-ftuħ tal-proċess il-proġett ta’ taħriġ hu deskritt aktar fid-dettall.
(*) DHL ser tagħti taħriġ addizzjonali fil-maniġment lil 110 ħaddiem li diġà attendew kors ieħor, per eżempju għal ramp agent II, forzi tas-sigurtà jew teknixins/mekkaniks.
(4) Ħaddiema, li għandhom x’jaqsmu mal-immaniġġjar dirett tal-merkanzija, għandhom ikollhom ċertifikat ta’ kompetenza rikonoxxut għall-immaniġġjar ta’ merkanzija; il-ħaddiema kollha li ma jaħdmux fil-qasam pubbliku tal-ajruport għandhom jagħmlu taħriġ fil-qasam tas-sigurtà; ħaddiema li jaħdmu fuq ajruplani għandhom jagħmlu kors kif iħaddmu bibien tal-merkanzija, ma’ dan, il-ħaddiema għandhom – skond ix-xogħol li jagħmlu – ikollhom kwalifiki għat-tħaddim ta’ tagħmir u għall-kontroll ta’ vetturi.
(**) Informazzjoni, li hi sostitwita permezz tal-parentesi, hi soġġetta għas-sigriet professjonali.
(5) Ara d-deċiżjoni 2007/612/KE tal-Kummissjoni tal-4 ta’ April 2007, General Motors Belġju ta’ Antwerp, ĠU L 243, 18.9.2007, p. 71, u d-deċiżjoni 2006/938/KE tal-Kummissjoni ta’ l-4 ta’ Lulju 2006, Ford Genk, ĠU L 366, 21.12.2006, p. 32.
(6) ĠU L 10, 13.1.2001, p. 20.
(7) ĠU C 343, 11.11.1998, p. 10.
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar Għajnuna mill-Istat C 35/07, Volvo Cars Gent, għadha mhix ippubblikata.
(9) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 2006 dwar Għajnuna mill-Istat N 635/05, Webasto Portugall, ĠU C 306, 15.12.2006, p. 12.
(10) ĠU L 355, 30.12.2002, p. 1.
(11) ĠU L 315, 28.11.2003, p. 1.
(12) Din tirriżulta mill-premessa 16 tar-Regolament (KE) Nru 68/2001.
(13) Ara d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni f’Ford Genk, General Motors Belgium, Auto-Europa Portugla u Volvo Cars Gent.
(14) Rigward is-sussidju għat-taħriġ, il-premessa 10 tar-Regolament (KE) Nru 68/2001 jgħid li: “It-taħriġ normalment ikollu effetti esterni pożittivi għas-soċjetà in ġenerali peress li dan ikabbar in-numru ta’ ħaddiema mħarrġa li minnhom jistgħu jagħżlu intrapriżi oħra, itejjeb il-kompetittività tal-industrija tal-Komunità u jilgħab parti importanti fl-istrateġija biex jitkattar l-impjieg. In vista tal-fatt li l-intrapriżi fil-Komunità normalment ma jinvestux biżżejjed fit-taħriġ tal-ħaddiema tagħhom, l-għajnuna Statali tista’ tgħin biex tkun korretta din l-imperfezzjoni fis-suq u għalhekk tista’ tkun ikkunsidrata taħt ċerti kondizzjonijiet li tkun kompatibbli mas-suq komuni u għalhekk eżentata minn notifika minn qabel.” Ma’ dan, il-premessa 11 żżid li għandu jiġi “assigurat li l-għajnuna Statali tkun illimitata għal dak li hu meħtieġ minimament biex jintlaħaq l-oġġettiv tal-Komunità li l-forzi tas-suq biss ma jagħmlux possibbli […]”.
(15) Ara, per eżempju, Deċiżjoni 2001/698/KE tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 2001, Sabena ĠU L 249, 19.9.2001, p. 21, li fil-premessa 28 tgħid: “… Minn dak iż-żmien dan il-qafas ġie sostitwit permezz tar-Regolament (KE) Nru 68/2001 tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 87 u 88 tat-trattat tal-KE dwar sussidji għat-taħriġ. ”
(16) Paragrafu (50) jidħol iktar fid-dettall dwar il-konklużjonijiet dwar inċentivi fir-Regolament (KE) Nru 68/2001.
(17) ĠU C 87, 11.4.2006, p. 4.
(18) http://www.dpwn.de/dpwn?skin=hi&check=yes&lang=de_DE&xmlFile=2000910
(19) http://www.dpwn.de/dpwn%3Ftab%3D1%26skin%3Dhi%26check%3Dyes%26lang%3Dde_DE%26xmlFile%3D2008898
(20) It-taħriġ addizzjonali jinkludi fil-biċċa l-kbira skemi ta’ taħriġ ġenerali, għall-personal tar-rampi II biss jakkumulaw spejjeż għal skemi ta’ taħriġ speċifiku fl-ammont ta’ […]Ewro. Iżda anki t-taħriġ għall-Personal tar-Rampi I, li – mingħajr sussidju – għandhom jissostitwixxu ħaddiema bi kwalifiki ogħla, jinkludi skemi ta’ taħriġ speċifiku għall-ammont ta’ […]Ewro, sabiex iż-żewġ ħlasijiet dovuti jikkompensaw lil xulxin.
(***) Mill-ħasijiet dovuti fit-tabella l-ispejjeż għat-taħriġ ta’ Personal tar-Rampi I diġà tnaqqsu l-ispejjeż tat-taħriġ. L-ispejjeż imsemmija tal-aħħar jiġu akkumulati rrispettivament għal każ, jiġifieri anki fix-xenarju alternattiv preżentat mill-Ġermanja (sostituzzjoni ta’ ċertu numru ta’ Personal tar-Rampi II permezz ta’ Personal tar-Rampi I bi kwalifiki inqas komprensivi).
(****) Fuq bażi tal-informazzjoni preżentata mill-Ġermanja fl-ispejjeż tal-ivvjaġġar iddikjarati ma ġewx ikkunsidrati spejjeż għall-ivvjaġġar relatati ma’ skemi ta’ taħriġ speċifiċi li jammontaw għal […]Ewro li setgħu kienu eliġibbli għas-sussidju. Il-Kummissjoni tassumi li l-awtoritajiet Ġermaniżi ma tawx assistenza f’dan ir-rigward.