Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0787

    2008/787/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 3 ta' Ottubru 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2006/410/KE li jistabbilixxi l-ammonti li, skond l-Artikoli 10(2), 143d u 143e tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, huma disponibbli għall-FAEŻR u l-ammonti li huma disponibbli għall-infiq mill-FAEG

    ĠU L 271, 11.10.2008, p. 41–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/05/2009; Impliċitament imħassar minn 32009D0379

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/787/oj

    11.10.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 271/41


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-3 ta' Ottubru 2008

    li temenda d-Deċiżjoni 2006/410/KE li jistabbilixxi l-ammonti li, skond l-Artikoli 10(2), 143d u 143e tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, huma disponibbli għall-FAEŻR u l-ammonti li huma disponibbli għall-infiq mill-FAEG

    (2008/787/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1) [titlu mhux uffiċjali], u b'mod partikolari l-Artikoli 12(2) u (3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/410/KE (2) tistipula l-ammonti li, skond l-Artikoli 10(2), 143d u 143e tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (3) li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 (4) li jistabbilixxi regoli għal modulazzjoni volontarja ta' pagamenti diretti previsti fir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 isiru disponibbli għall-FAEŻR, kif ukoll il-bilanċ nett disponibbli għall-infiq mill-FAEG.

    (2)

    Il-kalkolu għall-ammont skond l-applikazzjoni tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 nbidel. Dan minħabba ż-żieda fl-ammonti soġġetta għal modulazzjoni u għar-reviżjoni tal-ammonti addizzjonali ta' għajnuna li jingħataw skond l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

    (3)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (5) 2008/788/KE tistabbilixxi l-ammonti netti li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' modulazzjoni volontarja fil-Portugall għas-snin 2009-2012 skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 378/2007.

    (4)

    L-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 tad-29 ta' April 2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1493/1999, (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 3/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2392/86 u (KE) Nru 1493/1999 (6) jiffissa l-ammonti li għandhom ikunu disponibbli bħala fondi addizzjonali Komunitarji għal-miżuri fir-reġjuni li jipproduċu l-inbejjed taħt il-programm għall-iżvilupp rurali ffinanzjat skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (7) [titlu mhux uffiċjali].

    (5)

    Id-Deċiżjoni 2006/410/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan,

    IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

    Artikolu Uniku

    Id-Deċiżjoni 2006/410/KE hija emendata kif ġej:

    1)

    It-titlu jinbidel b'dan li ġej:

    “Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Mejju 2006 li jistabbilixxi l-ammonti li, skond l-Artikoli 10(2), 143d u 143e tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 u l-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008, ikunu disponibbli għall-FAEŻR, kif ukoll l-ammonti disponibbli għall-infiq mill-FAEG”;

    2)

    L-Artikolu Uniku għandu jinbidel b'dan li ġej:

    “Artikolu Uniku

    L-ammonti li għas-snin baġitarji 2007 sa 2013 qegħdin għad-dispożizzjoni tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), skond l-Artikoli 10(2), 143(d) u 143(e) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 378/2007, kif ukoll l-ammont nett disponibbli għall-infiq mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) jidhru fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.”;

    (3)

    L-Anness 1 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Magħmula fi Brussell, 3 ta’ Ottubru 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

    (2)  ĠU L 163, 15.6.2006, p. 10.

    (3)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1.

    (4)  ĠU L 95, 5.4.2007, p. 1.

    (5)  Ara paġna 44 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    (6)  ĠU L 148, 6.6.2008, p. 1.

    (7)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.


    ANNESS

    “ANNESS

    (EUR miljuni)

    Sena tal-baġit

    Ammonti disponibbli għall-FAEŻR

    Bilanċ nett disponibbli għall-infiq mill-FAEG

    Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003

    Artikolu 143(d) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003

    Artikolu 143(e) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003

    Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 378/2007,

    Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008,

    2007

    984

    22

     

     

     

    44 753

    2008

    1 241

    22

     

    362,0

     

    44 592

    2009

    1 305,7

    22

     

    424,0

    40,5

    44 886,8

    2010

    1 310,8

    22

     

    506

    80,9

    45 226,3

    2011

    1 290,8

    22

    484

    516,3

    121,4

    45 182,5

    2012

    1 292,3

    22

    484

    522,4

    121,4

    45 650,9

    2013

    1 293,0

    22

    484

    522,4

    121,4

    46 131,2 ”


    Top