This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0723
2008/723/EC: Commission Decision of 18 July 2007 on State aid C 37/05 (ex NN 11/04) implemented by Greece — tax-exempt reserve fund (notified under document number C(2008) 3251) (Text with EEA relevance)
2008/723/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta’ Lulju 2007 dwar għajnuna mill-Istat C 37/05 (ex NN 11/04) implimentata mill-Greċja – Fond ta’ riżerva eżenti mit-taxxi (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3251) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2008/723/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta’ Lulju 2007 dwar għajnuna mill-Istat C 37/05 (ex NN 11/04) implimentata mill-Greċja – Fond ta’ riżerva eżenti mit-taxxi (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3251) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 244, 12.9.2008, p. 11–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
12.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 244/11 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-18 ta’ Lulju 2007
dwar għajnuna mill-Istat C 37/05 (ex NN 11/04) implimentata mill-Greċja – Fond ta’ riżerva eżenti mit-taxxi
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3251)
(Il-verżjoni bil-Grieg biss hija awtentika)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/723/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel sottoparagafu ta’ l-Artikolu 88(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li stiednet lill-partijiet interessati sabiex iressqu l-kummenti tagħhom skond id-dispożizzjoni ċċitata aktar ’il fuq (1),
Billi:
I. IL-PROĊEDURA
(1) |
Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni miġbura mill-Kummissjoni, b’ittra li ġġib id-data tat-22 ta’ Ottubru 2003 (D/56772), il-Greċja ntalbet tipprovdi informazzjoni dwar diversi miżuri inklużi f’abbozz ta’ liġi dwar “Miżuri ta’ żvilupp u ta’ politika soċjali – L-oġġettività tal-kontrolli fiskali u dispożizzjonijiet oħrajn”, sabiex jiġi stabbilit sa liema punt dawn jikkostitwixxu għajnuna fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87 tat-Trattat KE. Skond id-dispożizzjonijiet ta’ waħda minn dawn il-miżuri abbozzati, ċerti kumpaniji jitħallew jistabbilixxu fond ta’ riżerva speċjali ħieles mit-taxxi ta’ mhux aktar minn 35 % mill-profitti tagħhom sabiex iwettqu investimenti ta’ ammont indaqs. Il-Kummissjoni fakkret ukoll lill-Greċja bl-obbligu li għandha li tinnotifika lill-Kummissjoni bi kwalunkwe miżura li tikkostitwixxi għajnuna qabel ma tiġi implimentata, skond l-Artikolu 88(3) tat-Trattat KE. |
(2) |
B’ittra li ġġib id-data tas-27 ta’ Novembru 2003 (A/38170), l-awtoritajiet Griegi pprovdew parti mill-informazzjoni mitluba. Peress li t-tweġibiet ma kinux kompluti, bl-ittra li ġġib id-data tat-3 ta’ Diċembru 2003 (D/57817), il-Kummissjoni fakkret lill-awtoritajiet Griegi bit-talba tagħha u bis-setgħa li għandha li tgħamar lill-Greċja biex tipprovdi l-informazzjoni mitluba skond l-Artikolu 10(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (2). Sussegwentement, il-Kummissjoni rċeviet żewġ ittri li jġibu d-dati tat-8 ta’ Diċembru 2003 (A/38600) u tal-21 ta’ Jannar 2004 (A/30440) fejn l-awtoritajiet Griegi pprovdew aktar informazzjoni. Madankollu, it-tweġibiet kienu ferm ġenerali u mhux biżżejjed dettaljati sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-miżuri fid-dawl ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE. |
(3) |
Fil-15 ta’ Jannar 2004, il-Greċja implimentat il-Liġi 3220/2004 dwar “Miżuri ta’ żvilupp u ta’ politika soċjali – L-oġġettività tal-kontrolli fiskali u dispożizzjonijiet oħrajn”, li daħlet fis-seħħ fit-30 ta’ Jannar 2004, mal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Greċja Nru 3220/2004 (FEK A 15). |
(4) |
B’ittra li ġġib id-data tat-13 ta’ Mejju 2004 (COM(2004)1894), il-Kummissjoni adottat inġunzjoni ta’ informazzjoni skond l-Artikolu 10(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999. Il-Kummissjoni nnotifikat lill-awtoritajiet Griegi b’din id-deċiżjoni b’ittra li ġġib id-data ta’ l-14 ta’ Mejju 2004. |
(5) |
B’ittra li ġġib id-data tas-17 ta’ Ġunju 2004, li l-Kummissjoni rreġistratha fit-23 ta’ Ġunju 2004 (CAB(2004)1647), l-awtoritajiet Griegi pprovdew parti mill-informazzjoni meħtieġa sabiex ikun ivvalutat jekk il-miżura in kwistjoni hiex konformi ma’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat KE. |
(6) |
B’ittri li jġibu d-dati tas-7 ta’ Settembru 2004 (D/56332), tal-21 ta’ Settembru 2004 (D/56733), u tas-27 ta’ Jannar 2005 (D/50744), il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali. Il-Greċja pprovdiet lill-Kummissjoni b’aktar informazzjoni f’ittri li jġibu d-dati tas-6 ta’ Diċembru 2004, li l-Kummissjoni rreġistratha fit-13 ta’ Diċembru 2004 (A/39659), tal-11 ta’ Jannar 2005, li l-Kummissjoni rreġistratha fis-17 ta’ Jannar 2005 (A/30523), u tal-25 ta’ April 2005, li l-Kummissjoni rreġistratha fid-29 ta’ April 2005 (A/33595). |
(7) |
B’ittra li ġġib id-data tat-13 ta’ Lulju 2005, il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet Griegi bil-ħsieb li kellha li toħroġ inġunzjoni ta’ sospensjoni skond l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. B’ittra li ġġib id-data tal-25 ta’ Lulju 2005, li l-Kummissjoni rreġistratha fid-29 ta’ Lulju 2005 (A36189) l-awtoritajiet Griegi pproponew ir-revoka tal-miżura, madankollu biss b’effett fuq id-dħul u l-profitti akkumulati wara l-1 ta’ Jannar 2005, filwaqt li kellha tibqa’ fis-seħħ għad-dħul u għall-profitti li saru qabel dik id-data. |
(8) |
B’ittra li ġġib id-data ta’ l-20 ta’ Ottubru 2005 (3), il-Kummissjoni infurmat lill-Greċja li ddeċidiet li tagħti bidu għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat KE dwar il-miżura ta’ l-għajnuna. F’din id-deċiżjoni, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (4), il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex iressqu l-kummenti tagħhom dwar il-miżura. |
(9) |
B’ittri li jġibu d-dati tat-18 ta’ Novembru 2005 u tal-21 ta’ Diċembru 2005, li l-Kummissjoni rreġistratahom fit-22 ta’ Novembru 2005 (A/39597) u fit-23 ta’ Diċembru 2005 (A/40796) rispettivament, il-Greċja talbet estensjoni ta’ l-iskadenza biex tressaq l-osservazzjonijiet tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ l-20 ta’ Ottubru 2005. |
(10) |
B’ittri li jġibu d-dati tal-25 ta’ Novembru 2005 u tat-12 ta’ Jannar 2006, il-Kummissjoni tat l-estensjonijiet ta’ l-iskadenzi rispettivi. |
(11) |
B’ittra li ġġib id-data tat-30 ta’ Jannar 2006, li l-Kummissjoni rreġistratha fil-31 ta’ Jannar 2006 (A/30817), il-Greċja ressqet aktar informazzjoni u talbet it-tielet estensjoni ta’ l-iskadenza, li l-Kummissjoni ma tathiex. |
(12) |
B’faks li jġib id-data ta’ l-14 ta’ Frar 2006, li l-Kummissjoni rreġistratu dakinhar stess (A/31227), parti terza, il-Federazzjoni ta’ l-Industriji Griegi, talbet estensjoni ta’ l-iskadenza biex tressaq l-osservazzjonijiet tagħha dwar id-Deċiżjoni ta’ l-20 ta’ Ottubru 2005. Il-Kummissjoni rrifjutat li tagħti din l-estensjoni b’ittra li ġġib id-data ta’ l-20 ta’ Frar 2006, peress li qieset li l-perjodu preskritt biex jitressqu l-kummenti, li skond l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 ta’ l-22 ta’ Marzu 1999 normalment m’għandux jeċċedi x-xahar, kien biżżejjed. Barra minn hekk, ma kienet ipprovduta l-ebda ġustifikazzjoni partikolari għat-talba biex l-iskadenza tkun estiża. |
(13) |
B’faks li jġib id-data tat-28 ta’ Frar 2006, li l-Kummissjoni rreġistratu fl-istess data (A32693), il-Federazzjoni ta’ l-Industriji Griegi (FGI) ressqet il-kummenti tagħha bħala parti terza interessata. |
(14) |
B’email li jġib id-data tas-6 ta’ April 2006, li l-Kummissjoni rreġistratha fl-istess data (A/32693), u b’ittri li jġibu d-dati tas-16 ta’ Ġunju 2006 u tas-26 ta’ Ottubru 2006, li l-Kummissjoni rreġistrathom fl-20 ta’ Ġunju 2006 (A/34774) u fit-30 ta’ Ottubru 2006 (A/38658) rispettivament, il-Greċja ressqet aktar informazzjoni. Fl-ittra li ġġib id-data tas-16 ta’ Ġunju 2006, il-Greċja ddikjarat li l-informazzjoni mibgħuta b’ittra li ġġib id-data tas-6 ta’ April 2006 għandha titqies fil-qafas ta’ din il-proċedura u mhux bħala notifika separata. |
II. DESKRIZZJONI DDETTALJATA TA’ L-ISKEMA TA’ L-GĦAJNUNA
II.1. L-għan ta’ l-iskema
(15) |
L-Artikolu 2 tal-Liġi Griega 3220/2004 (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ “il-miżura” jew “l-iskema”) għandu l-għan li jippromwovi l-iżvilupp ekonomiku fir-reġjuni kollha tal-Greċja, iżid l-impjiegi u l-intraprenditorija u jtejjeb il-kompetittività ta’ l-ekonomija. |
II.2. Il-bażi legali ta’ l-iskema
(16) |
Il-bażi legali ta’ l-iskema hija l-Liġi Griega 3220/2004 bl-isem “Miżuri ta’ żvilupp u ta’ politika soċjali – L-oġġettività tal-kontrolli fiskali u dispożizzjonijiet oħrajn” (5) (li minn hawn ’il quddiem se tissejjaħ il-Liġi 3220/2004), li daħlet fis-seħħ fit-28 ta’ Jannar 2004, wara li ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern Grieg (FEK A 15). L-awtoritajiet Griegi jistipulaw ukoll li l-ispiża eliġibbli rilevanti, l-intensitajiet ta’ l-għajnuna, l-intrapriżi u l-proġetti eliġibbli ġew stabbiliti fil-liġi dwar l-iżvilupp reġjonali, 2601/1998 (6) (li minn hawn ’il quddiem se tissejjaħ il-Liġi 2601/1998). |
II.3. Il-forom ta’ l-għajnuna
(17) |
L-għajnuna se tieħu l-forma ta’ fond ta’ riżerva speċjali ħieles mit-taxxi stabbilit minn benefiċjarju minn mhux aktar minn 35 % tal-profitti aggregati mhux imqassma tiegħu matul l-2004. Barra minn hekk, il-fond jista’ jiġi stabbilit minn mhux aktar minn 50 % tal-profitti matul l-2003 wara t-tnaqqis tal-profitti mis-sena 2002 jew, jekk l-intrapriżi għamlu investiment eliġibbli fl-2003, il-fond ta’ riżerva jista’ jinħoloq sa ammont ta’ dak l-investiment imma li ma jeċċedix il-35 % tal-profitti aggregati mhux imqassma ta’ l-2003. L-għajnuna tingħata fil-waqt meta l-awtoritajiet fiskali Griegi jaċċettaw id-dikjarazzjoni fiskali ta’ benfiċjarju. Normalment, dan seħħ fl-ewwel nofs ta’ l-2004 u ta’ l-2005. Il-fond jista’ jintuża mill-intrapriżi li jissemmew fl-Artikolu 3 tal-Liġi 2601/1998, irrispettivament mil-liema kategorija ta’ kotba fiskali jżommu jew fejn huma stabbiliti. Il-fini tar-riżerva għandu jkun li jitwettqu investiment ta’, mill-inqas, il-volum tal-fond tul it-tliet snin wara l-ħolqien tiegħu. |
(18) |
Wara l-perjodu ta’ tliet snin mid-data meta nħoloq il-fond ta’ riżerva ħieles mit-taxxi, l-ammont totali tar-riżerva li ntuża għall-investimenti eliġibbli għandu jintuża sabiex iżid il-kapital ta’ l-intrapriża u għandu jkun eżentat mit-taxxa fuq id-dħul. Fl-ewwel sena tal-perjodu ta’ tliet snin, il-benefiċjarji jridu jonfqu mill-inqas terz mill-fond ta’ riżerva speċjali meta jwettqu l-invesitment. Il-parti tal-fond li mhix se tintuża għal-investiment matul it-tliet snin għandha tiġi ddikjarata bħala dħul supplimentari tard u se jkun intaxxat skond id-dispożizzjonijiet fiskali ġenerali flimkien ma’ l-imgħax legali. Ir-rata ta’ l-imgħax legali se tkun mill-inqas ta’ 1 % fix-xahar għall-ammont dovut, jiġifieri mill-inqas 12 % fis-sena u b’hekk ferm ogħla mir-rata ta’ referenza ta’ 4,43 % għall-għajnuna mogħtija fis-sena 2004 u mill-4.08 % għall-għajnuna mogħtija fis-sena 2005 (7). |
II.4. Il-benefiċjarji u d-delimitazzjonijiet settorjali
(19) |
Sabiex tibbenefika mill-iskema, intrapriża trid tkun attiva f’wieħed mit-23 settur kif ġew iddefiniti fl-Artikolu 3 tal-Liġi 2601/1998. L-ewwel settur, il-manifattura (8), jinkludi l-produzzjoni tal-materjali tessili, il-produzzjoni tal-metalli bażiċi u l-manifattura tal-karozzi (9). Is-setturi l-oħra huma l-produzzjoni sostenibbli ta’ l-enerġija (10), ir-riċerka applikata u l-iżvilupp tat-teknoloġija (11), is-servizzi ta’ teknoloġija għolja (12), l-iżvilupp tas-softwer (13), is-servizzi ta’ kwalità (14), it-tħaffir fil-minjieri (15), it-tħaffir fil-barrieri u t-trattament tal-minerali u tal-madum (16), l-agrikoltura u s-sajd intensivi (17), il-kooperattivi agrikoli u agro-industrijali (18), l-ippakkjar ta’ prodotti agrikoli u tal-ħut (19), l-iżvilupp urban (20), il-parkeġġi pubbliċi għall-karozzi (21), l-intrapriżi tal-gass likwidu u tal-fjuwils (22), it-trasport lejn żoni mbiegħda magħluqa mill-art (23), l-intrapriżi konġunti kbar (24), il-kumpaniji kummerċjali internazzjonali kbar (25), l-intrapriżi kummerċjali (26), iċ-ċentri ta’ terapija u ta’ riabilitazzjoni u d-djar għal persuni b’diżabbiltà (27), l-intrapriżi turistiċi speċifiċi (28), il-monasteri biex jittellgħu ħostels u ċentri kulturali (29), l-inġinerija (30), l-intrapriżi f’bini ta’ interess artistiku jew storiku (li ma jistax jitwaqqa’) jew bi produzzjoni tradizzjonali jew b’denominazzjoni ta’ l-oriġini (31). Il-kumpaniji attivi fis-settur tal-manifattura, kif ukoll fl-agrikoltura u fis-sajd intensivi jistgħu anki jużaw l-iskema għall-attivitajiet tagħhom barra mill-Greċja (32). Il-kumpaniji kummerċjali internazzjonali jistgħu jużaw l-iskema għall-attivitajiet tagħhom fil-Greċja kif ukoll barra mill-Komunità (33). |
(20) |
L-Artikolu 3 tal-Liġi 2601/1998 anki jiddefinixxi sett speċifiku ta’ nfiq li jista’ jsir mill-fond għal kull settur. Id-ditti li jagħmlu l-investimenti li jaqgħu fil-kategoriji msemmijin fl-Artikolu 3 tal-Liġi 2601/1998 biss jistgħu jkunu benefiċjarji ta’ l-iskema. L-awtoritajiet Griegi kkonfermaw li l-miżura tapplika għad-ditti kollha stabbiliti fi kwalunkwe mkien fil-Greċja bla ebda distinzjoni bejn ditti domestiċi u barranin jew bejn ditti ġodda u ditti antiki. |
II.5. Il-proġetti eliġibbli
(21) |
L-għajnuna tikkonċerna spejjeż ta’ l-investimenti u spejjeż operattivi marbuta ma’ l-attivitajiet tan-negozju ddefiniti fl-Artikolu 3 tal-Liġi 2601/1998. Fil-każ ta’ l-ispejjeż ta’ l-investimenti, ma ssir l-ebda differenza bejn l-investiment inizjali u l-investiment sostitut. Prinċipalment, il-proġetti ta’ investiment jistgħu jikkonċernaw:
|
(22) |
Prinċipalment, l-ispejjeż operattivi jistgħu jinkludu:
|
II.6. L-intensitajiet ta’ l-għajnuna
(23) |
L-eżenzjoni fiskali tikkorrispondi għat-totalità tat-taxxa fuq il-kumpaniji fuq il-profitti allokati lill-fond ta’ riżerva. Ir-rata applikabbli tat-taxxa fuq il-kumpaniji hija ta’ 35 %. Mill-inqas terz tar-riżerva jrid jintefaq fl-ewwel sena tal-ħolqien tagħha, filwaqt li l-bqija jrid jintefaq mhux aktar tard minn fi żmien tliet snin. Sabiex tkun ikkalkolata l-intensità massima ta’ l-għajnuna, kemm l-għajnuna kif ukoll in-nefqa għandha jiġu skontati sa tmiem l-ewwel sena. Ir-rata ta’ l-imgħax li għandha tintuża hija r-rata Komunitarja ta’ referenza u ta’ skont (72) applikabbli għall-Greċja fiż-żmien meta ngħatat l-għajnuna, li kienet ta’ 4,43 % għall-2004 u ta’ 4,08 % għall-2005. B’hekk, l-intensitajiet massimi possibbli ta’ l-għajnuna huma ta’ 37,05 % u ta’ 36,89 % rispettivament (73). |
II.7. L-akkumulazzjoni ta’ l-għajnuna
(24) |
Il-Liġi 3220/2004 espliċitament teskludi l-akkumulazzjoni ma’ l-għajnuna mogħtija skond il-Liġi 2601/1998. L-awtoritajiet Griegi kkonfermaw li ma teżisti l-ebda skema oħra ta’ għajnuna li ssostni l-istess spejjeż eliġibbli. |
II.8. It-tul u l-baġit ta’ l-iskema
(25) |
Id-ditti li jissemmew fl-Artikolu 3 tal-Liġi 2601/1998 jistgħu joħolqu riżerva speċjali eżenti mit-taxxi, skond l-Artikolu 2 tal-Liġi 3220/2004, mill-profitti akkumulati biss matul l-2003 u l-2004. Il-baġit ta’ l-iskema ma jissemmiex u meta jitqies li l-iskema hija vantaġġ fiskali, id-dħul totali tal-Gvern irrinunzjat mhux limitat u jiddependi mill-profitti mgħoddija u mill-investimenti eliġibbli li saru matul is-snin 2005-2007 u t-talbiet relatati. |
III. IR-RAĠUNIJIET BIEX JINGĦATA BIDU GĦALL-PROĊEDURA
(26) |
Il-Kummissjoni qieset li l-iskema ta’ l-għajnuna mhux innotifikata tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE. Din tinvolvi riżorsi ta’ l-Istat, tagħti vantaġġ lill-benefiċjarji, hija selettiva u għandha effett fuq il-kummerċ. Peress li il-miżura kienet ġdida u ddaħħlet fis-seħħ mingħajr notifika minn qabel lill-Kummissjoni, kienet tikkostitwixxi għajnuna illegali. |
(27) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-iskema fid-dawl ta’ l-Artikolu 87 tat-Trattat KE, u b’mod partikolari, fejn japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet, skond ir-regoli speċifiċi ta’ l-għajnuna mill-Istat. Il-Kummissjoni kellha dubji serji dwar jekk il-miżura kinitx tissodisfa l-kriterji ta’ kwalunkwe waħda mir-regoli applikabbli, u b’hekk dwar il-kompatibbiltà tal-miżura mas-suq komuni. |
IV. IL-KUMMENTI MINN PARTIJIET TERZI
(28) |
Il-Federazzjoni ta’ l-Industriji Griegi (li minn hawn ’il quddiem se tissejjaħ “FGI”) ressqet il-kummenti tagħha bħala parti terza interessata. |
(29) |
L-FGI l-ewwel argumentat li l-Kummissjoni llimitat ferm id-drittijiet tagħha billi ċaħdet it-talba tagħha għal estensjoni tal-limitu ta’ żmien biex tressaq il-kummenti tagħha. |
(30) |
L-FGI imbagħad argumentat li l-miżura hija ta’ natura ġenerali u mhix selettiva. Anki jekk uħud mill-aspetti tal-miżuri huma selettivi, ir-riżerva eżentata mit-taxxa nħolqot bil-għan li ssostni tipi speċifiċi ta’ spejjeż ta’ l-investimenti ta’ kwalunkwe intrapriża, u għaldaqstant għandha titqies bħala miżura fiskali ġenerali. |
(31) |
L-FGI mbagħad sostniet li l-miżura hija għajnuna eżistenti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(b) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. Għall-Federazzjoni, il-Liġi 3220/2004 sempliċement tadatta l-metodu għat-twaqqif tar-riżerva, li hija parti mill-iskema ta’ l-għajnuna mill-Istat stabbilita mil-Liġi 2601/1998, li kienet approvata mill-Kummissjoni. |
(32) |
L-FGI qieset li l-Liġi 3220/2004 tintroduċi adattament tekniku, jiġifieri l-possibbiltà li tinħoloq riżerva eżenti mit-taxxi qabel l-investimenti, m’għandha l-ebda influwenza konkreta fuq l-ambitu, l-ammont jew l-effett ta’ l-iskema. |
(33) |
L-FGI sostniet ukoll li la l-eżistenza ta’ grupp akbar ta’ benefiċjarji, la żieda fil-baġit, u lanqas l-investimenti ta’ ammont akbar invokati mill-Kummissjoni mhuma konsegwenzi diretti tal-bidla fil-metodu għall-ħolqien tar-riżerva. |
(34) |
Skond l-FGI, anki jekk bidliet oħrajn introdotti mil-Liġi 3220/2004 kellhom jitqiesu bħala għajnuna ġdida, kien ikollhom jitqiesu bħala emenda separata għall-iskema ta’ l-għajnuna eżistenti. F’dan il-każ, id-dispożizzjonijiet il-ġodda in kwistjoni biss kellhom jiġu nnotifikati u l-klassifikazzjoni ta’ l-iskema emendata bħala għajnuna eżistenti ma titbiddilx (74). |
(35) |
Għall-FGI, ir-raġunament fid-deċiżjoni tal-bidu mhux ċar u huwa ekwivoku, u sakemm il-Kummissjoni bbażat id-deċiżjoni tagħha fuq fatturi oħrajn, hija ma qdietx dmirha li tiddikjara r-raġunijiet skond l-Artikolu 253 tat-Trattat KE. |
(36) |
L-FGI kkritikat il-fatt li d-deċiżjoni tal-bidu ma tispjegax il-kalkolu ta’ l-intensità ta’ l-għajnuna, sabiex ikun jista’ jsir paragun ma’ l-intensità ta’ l-għajnuna li kien hemm taħt il-Liġi 2601/1998. |
(37) |
L-FGI mbagħad argumentat li anki jekk il-Kummissjoni qieset li l-bidliet separati kellhom jiġu nnotifikati bħala għajnuna ġdida, il-kompatibbiltà tagħhom kellha tiġi vvalutata għal kull benefiċjarju individwali fuq bażi ta’ każ b’każ (75). Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tqis b’mod partikolari d-deċiżjoni preċedenti tagħha – fejn il-Liġi 2601/1998 tqieset bħala għajnuna kompatibbli – bħala qafas li ma jistax jiġi emendat f’din il-proċedura. |
V. IL-KUMMENTI MILL-GREĊJA
V.1. Il-Liġi 3220/2004 hija għajnuna eżistenti
(38) |
Għall-awtoritajiet Griegi, il-fatt li l-għajnuna li qed tiġi eżaminata kienet introdotta minn Liġi differenti mil-Liġi 2601/1998 preċedenti mhux biżżejjed biex din tissejjaħ għajnuna ġdida, skond il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (76). |
(39) |
Il-Greċja ssostni li l-Artikolu 2(2) tal-Liġi 3220/2004 ma jċaqlaqx il-waqt meta twettaq l-investiment. |
(40) |
Barra minn hekk, il-Greċja qed targumenta li bidla fil-waqt meta l-intrapriżi jifformaw ir-riżerva m’għandha l-ebda korrelazzjoni diretta ma’ żieda fil-grupp tal-benefiċjarji. |
(41) |
Barra minn hekk, il-Greċja tqis li mhemm l-ebda korrelazzjoni diretta bejn it-tkabbir tal-firxa tal-benefiċjarji u t-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni. |
(42) |
L-awtoritajiet Griegi jqisu wkoll li jeħtieġ li l-intrapriżi li jibbenefikaw mil-Liġi 3220/2004 jiġu diviżi f’żewġ kategoriji:
|
(43) |
Fl-aħħarnett, il-Greċja qed targumenta li r-raġunijiet iddikjarati mill-Kummissjoni biex tiġi deskritta l-miżura introdotta mil-Liġi 3220/2004 bħala għajnuna ġdida mill-Istat mhumiex ċari u adegwati, li huwa bi ksur ta’ l-Artikolu 253 tat-Trattat KE. |
V.2. Il-possibbiltà ta’ l-inklużjoni tal-miżura fl-oqfsa Komunitarji eżistenti għal għajnuna mill-Istat kompatibbli
(44) |
L-awtoritajiet Griegi jqisu li l-investimenti mill-fond ta’ riżerva eżenti mit-taxxi jikkwalifikaw biex jiġu inklużi fl-oqfsa ta’ għajnuna mill-Istat permissibbli li ġejjin:
|
(45) |
L-għajnuna lill-intrapriżi f’diffikultà u l-għajnuna għall-esportazzjoni ġew esklużi, u d-ditti barranin stabbiliti fil-Greċja jistgħu jużaw il-miżura in kwistjoni. |
(46) |
Fit-tweġiba tagħhom, l-awtoritajiet Griegi inkludew ukoll abbozz ta’ proposta leġiżlattiva sabiex il-miżura tkun inkluża fl-oqfsa eżistenti dwar l-għajnuna mill-Istat. Huma jipproponu li l-fondi ta’ riżerva eżentati mit-taxxi jiġu trattati retroattivament bħala għajnuna mill-Istat u li tkun stabbilita awtorità nazzjonali li teżamina ex-post il-konformità ta’ kull każ individwali mar-regoli Komunitarji ta’ l-għajnuna mill-Istat. |
V.3. L-informazzjoni dwar l-investimenti koperti mir-regoli Komunitarji ta’ l-għajnuna mill-Istat
(47) |
Skond l-awtoritajiet Griegi, 3 315 intrapriża rċevew ammont ta’ inqas minn EUR 100 000; allura dawn il-każi jistgħu jitqiesu bħala li ġew inklużi fl-iskema de minimis. Rigward it-320 intrapriża l-oħra, l-eżami każ b’każ kien beda u kien għadu għaddej. |
(48) |
Fuq il-bażi tal-kontrolli li diġà ġew ikkompletati, l-investimenti li, skond l-awtoritajiet Griegi jistgħu jkunu konformi mal-RAG, jammontaw għal:
|
V.4. Il-konsegwenzi finanzjarji ta’ deċiżjoni negattiva min-naħa tal-Kummissjoni f’din il-kwistjoni
(49) |
L-awtoritajiet Griegi jemmnu li deċiżjoni negattiva u l-irkupru konsegwenti ta’ l-ammonti jkun diżastruż għall-pajjiż. L-awtoritajiet Griegi jsostnu li skond il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (ECJ), b’mod eċċezzjonali, tista’ tqis il-konsegwenzi finanzjarji intollerabbli tal-ġudizzju tagħha u tillimita l-konsegwenzi ta’ dan ta’ l-aħħar (86). |
VI. IL-VALUTAZZJONI
VI.1. Il-kwalifika bħala għajnuna mill-Istat
(50) |
Il-Kummissjoni tqis li l-miżura taħt skrutinju tissodisfa l-erba’ kundizzjonijiet kumulattivi kollha biex titqies bħala għajnuna fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE, kif ġie spjegat anki b’mod aktar preċiż fl-Avviż tal-Kummissjoni fuq l-applikazzjoni tar-regoli ta’ għajnuna ta’ l-istat għall-miżuri relatati mat-tassazzjoni tan-negozju dirett (87). |
(51) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja konsistentement sostniet li miżura li permezz tagħha l-awtoritajiet pubbliċi jagħtu eżenzjoni fiskali lil ċerti intrapriżi li, għalkemm ma tinvolvix trasferiment tar-riżorsi ta’ l-Istat, tqiegħed lill-persuni li għalihom tapplika l-eżenzjoni f’pożizzjoni finanzjarja aktar favorevoli mill-persuni l-oħra li jħallsu t-taxxi tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE (88). |
VI.1.1. Ir-riżorsi ta’ l-Istat
(52) |
L-ewwelnett, il-miżura tinvolvi riżorsi ta’ l-Istat, peress li l-Istat Grieg jirrinunzja għad-dħul fiskali li jappartjenu lilu. |
VI.1.2. Il-vantaġġ
(53) |
It-tieninett, il-miżura tagħti vantaġġ lill-benefiċjarji peress li dawn jitħallew jifformaw fond ta’ riżerva ħieles mit-taxxi mill-profitti tagħhom sa 35 % għall-2004 (is-sena finanzjarja 2005), u sa 50 % għall-2003 (is-sena finanzjarja 2004) fuq il-profitti li baqa’ wara t-tnaqqis tal-profitti ta’ l-2002 (is-sena finanzjarja 2003). Il-fatt li parti mill-profitti tal-benefiċjarji ma jiġux intaxxati jeħlishom minn ħlasijiet li normalment jitgħabba bihom il-baġit tagħhom. Jekk il-fond ta’ riżerva ma ntużax u fuq il-ħlas fiskali differit ma jiġi impost l-ebda imgħax jew inqas imgħax mir-rata Komunitarja ta’ referenza u ta’ skont għall-Greċja, id-differenza bejn id-dejn fiskali inkluż l-interess kompost ta’ referenza u l-ammont effettiv li għandu jitħallas jikkostitwixxi benefiċċju wkoll. |
(54) |
Il-fond ta’ riżerva li ma ntużax, skond il-leġiżlazzjoni Griega, irid jiġi intaxxat bir-rata ta’ l-imgħax legali. Ir-rata ta’ l-imgħax legali se tkun mill-inqas ta’ 1 % fix-xahar għall-ammont dovut, li hija mill-inqas ta’ 12 % fis-sena u b’hekk ferm ogħla mir-rata ta’ referenza ta’ 4,43 % għall-għajnuna mogħtija fis-sena 2004 u ta’ 4,08 % għall-għajnuna mogħtija fl-2005 (89). Konsegwentement, id-dħul fiskali li rrinunzja l-Istat li tqiegħed fil-fond u li jiġi intaxxat bir-rata ta’ l-imgħax legali ma jikkostitwix vantaġġ u b’hekk ma jikkwalifikax bħala għajnuna mill-Istat fis-sens ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE, peress li l-karattru tiegħu mhuwiex aktar vantaġġjuż minn dak ta’ self skond termini tas-suq, li għas-self lill-intrapriżi li mhumiex f’diffikultajiet jiġi suppost skond l- Avviż tal-Kummissjoni fuq il-metodu tat-twaqqif tar-referenza u r-rati ta’ skont (90) li jammonta għar-rata ta’ referenza, flimkien ma’ possibbilment 400 punti bażi jew aktar jekk ir-responsabbiltà ma tkunx assigurata. |
VI.1.3. Is-selettività
(55) |
It-tieletnett, il-miżura hija selettiva għaliex tiffavorixxi biss lill-kumpaniji li jwettqu l-attivitajiet tan-negozju li jissemmew fl-Artikolu 3 tal-Liġi 2601/1998. Il-kumpaniji fis-setturi elenkati biss b’kuntrast għas-setturi li ma ġewx inklużi fil-lista jistgħu jibbnefikaw mill-miżura. Barra minn hekk, skond l-Artikolu 3 tal-Liġi 2601/1998, uħud mis-setturi jeħtieġu leġiżlazzjoni sekondarja sabiex isiru eliġibbli għall-vantaġġi. Skond l-awtoritajiet Griegi, tali leġiżlazzjoni sekondarja ma ġietx implimentata. Fl-aħħarnett, għal kull settur tapplika lista differenti ta’ attivitajiet eliġibbli, bil-konsengwenza li l-kumpaniji li joperaw f’setturi differenti jibbenefikaw mill-miżura sa grad differenti. Għalhekk, il-miżura hija selettiva anki fost is-setturi elenkati fl-Artikolu 3 tal-Liġi 2601/1998. Is-sottomissjoni ta’ l-awtoritajiet Griegi u tal-parti terza, li din l-iskema tikkostitwixxi miżura fiskali ġenerali, b’hekk ma ġietx sostanzjata. |
VI.1.4. L-effett fuq il-kummerċ u t-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni
(56) |
Ir-rabanett, il-miżura għandha effett fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Peress li l-miżura tagħti vantaġġ lill-benefiċjarji, tista’ tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni. Barra minn hekk, l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3 tal-Liġi 2601/1998 huma tabilħaqq suġġetti għall-kummerċ intra-Komunitarju. B’hekk, il-benefiċjarji tal-miżuri mhumiex esklużi milli jwettqu attività ekonomika li tinvolvi kummerċ bejn l-Istati Membri. Għalhekk, l-iskema ta’ l-għajnuna għandha t-tendenza li taffetwa l-kummerċ u tgħawweġ il-kompetizzjoni. |
VI.1.5. Konklużjoni
(57) |
Minn dak li ngħad aktar ’il fuq jirriżulta li l-miżura in kwistjoni tikkostitwixxi skema li tagħti l-għajnuna mill-Istati fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE. Huwa wkoll importanti li wieħed iżomm quddiem għajnejh li l-Liġi 2601/1998, li għaliha jirreferu l-awtoritajiet Griegi, diġà tqieset bħala skema ta’ l-għajnuna mill-Istat mill-Kummissjoni, għalkemm tqieset kompatibbli (91). |
VI.2. Il-kwalifika ta’ l-iskema bħala għajnuna illegali
(58) |
Skond l-Artikolu 1(f) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 “għajnuna kontra l-liġi” (għajnuna illegali) tfisser għajnuna ġdida li tiddaħħal fis-seħħ bi ksur ta’ l-Artikolu 93(3) [issa 88(3)] tat-Trattat. Skond l-Artikolu 1(c) ta’ l-istess Regolament “għajnuna ġdida” għandha tfisser kull għajnuna li m’hijiex għajnuna eżistenti, li jinkludu l-bidliet fl-għajnuna eżistenti. |
(59) |
Skond il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, il-bidla bħala tali, f’għajnuna eżistenti għandha tiġi kklassifikata bħala għajnuna ġdida, u huwa biss fejn il-bidla taffetwa s-sostanza effettiva ta’ l-iskema oriġinali li din ta’ l-aħħar tiġi ttrasformata fi skema ta’ għajnuna ġdida. Mhemm l-ebda bidla sostantiva fi skema eżistenti fejn jidher biċ-ċar li l-element il-ġdid huwa separat mill-iskema inizjali (92). |
(60) |
Madankollu, din il-miżura turi diversi differenzi proċedurali u materjali sostanzjali. |
VI.2.1. Il-bidliet proċedurali
(61) |
L-ewwelnett, din il-miżura ma kinitx sostituzzjoni assoluta tal-miżuri eżistenti, imma miżura awtonoma ġdida, peress li ma rrevokat jew issostitwit lill-ebda miżura preċedenti. Barra minn hekk, il-perjodi ta’ applikabbiltà tal-miżuri ma kinux sussegwenti. |
(62) |
L-awtoritajiet Griegi kkonfermaw, kif issemma aktar ’il fuq, li d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2 tal-Liġi 3220/2004 essenzjalment għandhom l-għan li jikkomplementaw il-Liġi 2601/1998, li rċeviet l-approvazzjoni tal-Kummissjoni fl-1999 fil-qafas tal-każ NN 59/A/1998, bħala sistema nazzjonali ta’ żvilupp reġjonali, skond l-RAG (93). Għandu jiġi nnotat li, minn Frar 2005, il-Liġi 2601/1998 ġiet irrevokata. Minkejja dan, il-Kummissjoni tinnota li din il-miżura hija għajnuna ġdida. |
(63) |
L-ewwelnett, il-Liġi 3220/2004 tapplika għal sett ta’ proġetti f’numru ta’ setturi. Tirreferi għal-lista ta’ setturi u ta’ proġetti eliġibbli mogħtija fl-Artikolu 3 tal-Liġi 2601/1998. Madankollu, ma tiddikjarax espliċitament li qed temenda lil ta’ l-aħħar. Barra minn hekk, iż-żewġ dispożizzjonijeit kienu fis-seħħ parallelament, peress li l-Liġi 3220/04 daħlet fis-seħħ fit-28 ta’ Jannar 2004 u l-miżura ta’ l-għajnuna, skond il-Liġi 2601/1998, skadiet fit-23 ta’ Diċembru 2004, filwaqt li l-Liġi 2601/1998 kienet irrevokata minn Frar 2005. Fl-aħħarnett, għalkemm il-perjodu li matulu nħolqu l-fondi skond iż-żewġ skemi ma kienx jikkoniċidi, il-perjodi li matulhom kienu japplikaw il-miżuri kien jikkoniċidi, peress li ż-żewġ liġijiet kienu japplikaw għall-profitti tas-snin 2003 u 2004. Il-fatt li ż-żewġ miżuri kienu applikati parallelament juri li waħda ma emendatx jew issostitwiet lill-oħra. Għalhekk, temporanjament din il-miżura mhix sostituzzjoni jew kontinwazzjoni assoluta tal-miżura approvata skond NN 59/A/1998 (94), imma tirrappreżenta skema ta’ l-għajnuna separata. |
(64) |
It-tieninett, il-proċedura għall-għoti ta’ l-għajnuna tbiddlet, li għandu konsegwenzi fuq il-kundizzjonijiet li l-kumpaniji jridu jkunu konformi magħhom sabiex jiksbu l-għajnuna. |
(65) |
Skond il-Liġi 2601/1998 kien jeħtieġ li ssir applikazzjoni għall-għajnuna quddiem l-awtoritajiet Griegi, li kellhom japprovaw l-applikazzjoni qabel ma tingħata l-għajnuna. Skond id-deċiżjoni ta’ l-approvazzjoni għall-2601/1998 (95), l-awtoritajiet Griegi impenjaw irwieħhom li jivverifikaw il-limiti għall-akkumulazzjoni u għall-kombinazzjoni ta’ l-għajnuna, ir-rispett tal-Qafas ta’ l-R&D ta’ l-1996, il-linji ta’ gwida ambjentali ta’ l-1994, l-esklużjoni tat-tagħmir tat-traport fis-settur tat-trasport u l-esklużjoni ta’ l-għajnuna għall-esportazzjoni. Barra minn dan, l-awtoritajiet kellhom l-obbligu u l-possibbiltà, wara li jiriċevu l-applikazzjoni, li jivverifikaw dawn il-kwistjonijiet. |
(66) |
Skond il-Liġi 3220/2004, il-ħolqien ta’ riżerva speċjali eżenti mit-taxxi kien permess direttament fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tat-taxxa fuq id-dħul bla ebda obbligu min-naħa tal-benefiċjarju li jiddikjara quddiem l-awtoritajiet Griegi informazzjoni speċifika dwar l-attivitajiet eliġibbli. L-awtoritajiet Griegi lanqas ma kellhom il-possibbiltà li jirrifjutaw l-għajnuna fuq il-bażi ta’ l-impenji li daħlu għalihom fil-proċedura li wasslet għall-approvazzjoni ta’ l-għajnuna mogħtija skond il-Liġi 2601/1998. |
(67) |
Skond id-deċiżjoni li tapprova l-Liġi 2601/1998, l-awtoritajiet Griegi kellhom jiċċertifikaw li l-investiment kien ikkompletat sabiex jippermettu l-formazzjoni tal-fond ta’ riżerva mhux intaxxat. B’hekk, il-benefiċjarji l-ewwel kellhom jużaw is-sorsi ta’ finanzjament tagħhom stess qabel ma jkunu eliġibbli għall-għajnuna. Fil-Liġi 3220/2004 ma jista’ jinstab l-ebda obbligu simili. |
(68) |
Rigward l-argument li qajmu l-awtoritajiet Griegi li, għallinqas f’uħud mill-każi, l-għajnuna setgħet tinkiseb skond il-Liġi 2601/1998, irid jiġi osservat li dan l-argument mhux rilevanti peress li l-proċedura skond il-miżura l-ġdida kienet differenti u eħfef u ġew estiżi l-kriterji biex tiġi riċevuta l-għajnuna kif ukoll il-benefiċċji ta’ l-għajnuna għall-benefiċjarji potenzjali kollha. |
VI.2.2. Il-bidliet materjali
(69) |
L-ewwelnett, skond id-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ NN 59/A/1998 (96), skond il-Liġi 2601/1998, l-investiment inizjali biss bl-unika eċċezzjoni ta’ l-għajnuna operattiva għal rilokazzjoni f’żoni industrijali kienet eliġibbli, filwaqt li skond il-Liġi 3220/2004 l-għajnuna operattiva, inkluż l-investiment sostitut, tista’ tingħata wkoll flimkien ma’ għajnuna operattiva oħra għal kwalunkwe attività eliġibbli. Skond il-Liġi 2601/1998, l-investiment mgħejjun kellu jinżamm għal ħames snin, filwaqt li l-Artikolu 2(9) tal-Liġi 3220/2004 jeħtieġ biss li l-prodotti ta’ l-investiment jew l-assi fissi, ipprovduti mill-Artikolu 2(2), jinżammu għal tliet snin kalendarji. |
(70) |
Barra minn hekk, skond il-Liġi 2601/1998, kienu possibbli erba’ forom ta’ għajnuna:
|
(71) |
Il-Liġi 3220/2004 ma tipprovdix għall-ewwel tliet forom ta’ għajnuna msemmija aktar ’il fuq fil-paragrafi 70(a), (b) u (c). Barra minn hekk, ir-riservi ħielsa mit-taxxa jistgħu jintużaw għall-infiq eliġibbli kollu sa 100 %, irrispettivament miż-żona u mill-ammont ta’ l-ispejjeż eliġibbli ta’ l-investiment. |
(72) |
It-tieninett, tbiddel il-perjodu li matulu twaqqaf il-fond eżenti mit-taxxi meta pparagunat mal-waqt tan-nefqa fuq attivitajiet eliġibbli. Skond il-Liġi 2601/1998, il-fondi ta’ riżerva eżenti mit-taxxi setgħu nħolqu fis-sena tan-nefqa fuq l-attività eliġibbli jew sa għaxar snin wara. Skond il-Liġi 3220/2004, il-fondi setgħu nħolqu fis-sena sa tliet snin qabel in-nefqa fuq l-attività eliġibbli. Il-miżura l-ġdida hija ferm aktar ta’ benefiċċju għal finijiet ta’ likwidità peress li tippermretti li l-intrapriżi jibbenefikaw mill-eżenzjoni fiskali qabel l-investiment. Barra minn hekk, il-funzjonament tal-miżura għandu konsegwenzi differenti fuq il-possibbiltajiet tal-benefiċjarji li jinvolvu rwieħhom fil-proġetti eliġibbli. In-numru ta’ benefiċjarji ta’ l-iskema l-ġdida seta’ ġie miżjud minn dawk il-kumpaniji li taħt il-miżura preċedenti ma kellhomx biżżejjed likwidità sabiex jiffinanzjaw il-proġetti tagħhom minn qabel, imma biż-żieda ta’ l-eżenzjoni fiskali, issa setgħu jagħmlu dan. F’dan ir-rigward, huwa irrilevanti jekk ġiex miżjud il-baġit totali ta’ l-għajnuna jew ġewx miżjuda l-benefiċċji lil intrapriżi partikolari. Il-fatt huwa, li kollox ma’ kollox, li l-kundizzjonijiet ġenerali tal-miżura l-ġdida huma inqas restrittivi huwa biżżejjed biex jiġi konkluż li tikkostitwixxi għajnuna ġdida. |
(73) |
Fil-kummenti bil-miktub tagħhom, l-awtoritajiet Griegi invokaw ferm is-Sentenza tad-9 ta’ Awwissu 1994 tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-44/93 Namur Les Assurances du credit (97). F’dik il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja indikat li l-fatt li l-miżura, f’sitwazzjonijiet ipotetiċi, setgħet wasslet għal żieda fil-baġit ta’ l-għajnuna m’għandux jitqies bħala indikazzjoni li hija għajnuna ġdida jekk l-għajnuna tiġi pprovduta skond dispożizzjonijiet statutarji preċedenti li baqgħu l-istess. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li l-analiżi preċedenti turi biċ-ċar li d-dispożizzjonijiet tal-Liġi 3220/2004 huma ferm differenti minn dawk tal-Liġi 2601/1998. Għaldaqstant, ma tqisx li s-Sentenza hija rilevanti għal dan il-każ. |
(74) |
L-awtoritajiet Griegi jsostnu wkoll li t-tkabbir tal-firxa tal-benefiċjarji ma jwassalx għal tgħawwiġ tal-kompetizzjoni. Madankollu, huwa stabbilit sew fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u fil-prattika tal-Kummissjoni li kwalunkwe għajnuna mill-Istat f’setturi suġġetti għall-kompetizzjoni għandha t-tendenza li twassal għal tgħawwiġ fil-kompetizzjoni. Għaldaqstant, trid tiġi nnotifikata sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tevalwa l-kompatibbiltà ta’ tali għajnuna. |
(75) |
Fl-aħħarnett, bil-kontra ta’ dak li qed isostnu l-awtoritajiet Griegi li l-argumenti mressqa mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni li ħadet biex tagħti bidu għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali mhumiex ċari u adegwati, irid jiġi osservat li l-Kummissjoni f’dik id-deċiżjoni semmiet żewġ raġunijiet għaliex qieset li l-miżura kienet għajnuna ġdida: 1) bażi legali distinta, u 2) strument differenti li juża żmien ta’ ħolqien tal-fond differenti, u għalhekk jista’ jkollu konsegwenza differenti fuq is-suq intern. Il-Kummissjoni pprovdiet ukoll eżempju: grupp akbar possibbli ta’ benefiċji u kienet ipprovduta żieda fil-baġit. Il-Kummissjoni tqis li tali dikjarazzjoni ta’ raġunijiet kienet xierqa għall-att in kwistjoni peress li żvelat b’mod ċar u inekwivokabbli r-raġunament li segwiet il-Kummissjoni b’tali mod li l-persuni kkonċernati setgħu jaċċertaw irwieħhom mir-raġunijiet għad-deċiżjoni. |
VI.2.3. L-għajnuna l-ġdida
(76) |
Il-Kummissjoni tqis li l-analiżi t’aktar ’il fuq identifikat numru ta’ indikaturi li jissuġġerixxu li l-iskema stabbilita mil-Liġi 3220/2004 għandha titqies b’mod xieraq bħala skema ta’ l-għajnuna ġdida. B’mod partikolari, l-iskema maħluqa minn din il-Liġi kienet koeżistenti, għal xi żmien, ma’ l-iskema stabbilita mil-Liġi 2601/1998, u tinkludi kundizzjonijiet u proċedura għall-għotja ta’ l-għajnuna differenti. |
(77) |
Madankollu, anki jekk il-Liġi 3220/2004 tista’ titiqes bħala bidla fi skema preċedenti, jidher ċar li l-modifikazzjonijiet introdotti minn din il-liġi huma ta’ natura sostanzjali, peress li jaffetwaw l-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżura ta’ l-għajnuna mas-suq komuni (98), u mhumiex biss formali jew amministrattivi. Barra minn hekk, il-modifikazzjonijiet kienu japplikaw għall-benefiċjarji u għall-attivitajiet eliġibbli kollha. B’hekk, l-iskema l-ġdida biddlet l-istrument ta’ l-għajnuna kollu, u għaldaqstant jidher biċ-ċar li ma tistax tkun isseparata mill-għajnuna eżistenti. |
(78) |
Għaldaqstant, bil-kontra ta’ dak li sostnew l-awtoritajiet Griegi, il-miżura tikkostitwixxi għajnuna ġdida fl-intier kollu tagħha. |
VI.2.4. L-għajnuna illegali
(79) |
L-awtoritajiet Griegi ma nnotifikawx il-miżura qabel ma ġiet implimentata u għaldaqstant kisru l-Artikolu 88(3) tat-Trattat KE. Konsegwentement, il-miżura tikkostitwixxi għajnuna kontra l-liġi (għajnuna illegali) fis-sens ta’ l-Artikolu 1(f) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999. |
VI.3. Il-kompatibbiltà ta’ l-iskema ta’ l-għajnuna illegali
(80) |
Wara li ġie stabbilit li l-iskema tinvolvi għajnuna mill-Istat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE, jeħtieġ li jitqies jekk jistax jiġi konkluż li l-miżura hija kompatibbli mas-suq komuni. |
(81) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-iskema fid-dawl ta’ l-Artikolu 87 tat-Trattat KE, u b’mod partikolari, fejn japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet, fuq il-bażi ta’:
L-għajnuna kienet ivvalutata skond ir-regoli li kienu applikabbli fi żmien l-għotja. |
(82) |
Matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni preliminari, l-awtoritajiet Griegi għamlu numru ta’ dikjarazzjonijiet li kienu jikkonċernaw ir-restrizzjoni tal-provvista ta’ l-għajnuna f’tentattiv li jtaffu n-nuqqasijiet fil-kompatibbiltà mal-RAG. Fost l-oħrajn, huma impenjaw irwieħhom li jirrispettaw il-Qafas Multisettorjali għal proġetti kbar ta’ investiment u li ma jagħtux għajnuna lid-ditti f’diffikultà. Madanakollu, il-vantaġġ jingħata lill-benefiċjarji direttament mil-liġi, bla ebda kundizzjoni jew diskrezzjoni amministrattiva addizzjonali. Biss ftit setturi u proġetti sostnuti jeħtieġu leġiżlazzjoni sekondarja biex ikunu effettivi. Ħlief f’dawk iċ-ċirkostnzi fejn il-leġislazzjoni sekondarja tkun meħtieġa, jidher li huwa impossibbli li l-awtoritajiet Griegi jinfurzaw kwalunkwe impenn kontra persuni li jħallsu t-taxxi li jinvokaw id-drittijiet rikonoxxuti mil-liġi. Konsegwentement, dawn l-impenji ma jistgħux jitqiesu fil-valutazzjoni tal-miżura. |
(83) |
Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta la l-argumenti mressqa mill-awtoritajiet Griegi u lanqas dawk imressqa mill-FGI (108). B’mod partikolari, rigward, l-argument ta’ l-awtoritajiet Griegi li l-għajnuna lill-intrapriżi li diġà kienu intitolati li jifformaw fond ta’ riżerva eżenti mit-taxxi taħt l-iskema preċedenti tikkostitwixxi għajnuna eżistenti, il-Kummissjoni tinnota li l-fatt li tkun eliġibbli taħt skema eżistenti ma jiġġustifikax l-għajnuna pprovduta taħt skema ġdida. Fit-tweġiba tagħhom għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti bidu għal proċedura ta’ investigazzjoni formali, l-aworitajiet Griegi pproponew li jistabbilixxu awtorità nazzjonali li teżamina ex-post il-konformità ta’ kull każ individwali mar-regoli Komunitarji ta’ l-għajnuna mill-Istat. Il-Kummissjoni tinnota li hija l-prerogattiva tagħha li teżamina l-kompatibbiltà ta’ l-għajnuna u għalhekk din il-proposta ma tistax tiġi aċċettata. |
VI.3.1. L-applikazzjoni tar-Regolament De minimis
(84) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar it-tħaddim ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna de minimis (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ ir-“Regolament de minimis”) (109) ma jistax jiġi applikat għall-iskema kollha. Il-Liġi ma tinkludi l-ebda dispożizzjoni li tillimita l-ammont ta’ għajnuna li benefiċjarju jista’ jirċievi sa EUR 100 000 (110). Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 69/2001 rigward l-akkumulazzjoni u l-monitoraġġ mhux qed jiġu rispettati. |
(85) |
Rigward is-setturi tas-sajd u ta’ l-agrikoltura, id-dispożizzjonijiet speċjali għall-għajnuna de minimis ġew stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1860/2004 tas-6 ta’ Ottubru 2004 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE għall-għajnuna de minimis fis-setturi ta’ l-agrikoltura u tas-sajd (111). Dan ir-Regolament daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2005 u japplika għall-għajnuna mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu, jekk l-għajnuna individwali tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikoli 1 u 3 tiegħu. |
(86) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1860/2004 jiddikjara li l-għajnuna mogħtija fl-oqsma tal-prodotti agrikoli jew tal-prodotti tas-sajd sa EUR3 000 għal kull benefiċjarju tul kwalunkwe perjodu ta’ tliet snin, f’ammont massimu stabbilit għal kull Stat Membru (għall-Greċja rigward l-agrikoltura u s-sajd huwa ta’ EUR 34 965 000 u ta’ EUR 2 036 370 rispettivament) mhix għajnuna mill-Istat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat sakemm ma tkunx iffissata fuq il-bażi ta’ prezz jew ta’ kwantità ta’ prodotti mqiegħda fuq is-suq, la tkun relatata ma’ l-esportazzjoni (konnessa mal-kwantitajiet esportati, ma’ l-istabbiliment u mat-tħaddim ta’ netwerk ta’ distribuzzjoni jew ma’ nefqa kurrenti oħra konnessa ma’ attività ta’ esportazzjoni), u lanqas tkun dipendenti fuq l-użu ta’ prodotti domestiċi aktar milli dawk importati. Fil-qafas ta’ l-iskema bbażata fuq il-Liġi 3220/2004, l-għajnuna li tkun konformi mal-kundizzjonijiet li ssemmew aktar ’il fuq mhix se titqies bħala għajnuna mill-Istat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat. |
(87) |
Il-liġi ma tinkludi l-ebda dispożizzjoni li tillimita l-ammont ta’ l-għajnuna li benefiċjarju jista’ jirċievi sa EUR 3 000 jew l-ammont de minimis massimu għall-Greċja. Barra minn hekk id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1860/2004 rigward l-akkumulazzjoni u l-monitoraġġ mhux qed jiġu rispettati. |
(88) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni(KE) Nru 1998/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna de minimis (112) jista’ jkun applikabbli – skond l-Artikolu 5(1) tiegħu – għas-settur tat-trasport u għall-intrapriżi attivi fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli, jekk l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikoli 1 u 2 tiegħu. Dawn l-Artikoli jeħtieġu li jiġi limitat l-ammont ta’ għajnuna li benefiċjarju jista’ jirċievi sa l-ammonti massimi eleiġibbli kif ġie stipulat fl-Artikolu 2(2), jiġifieri EUR200 000 għall-intrapriżi attivi fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli u EUR100 000 għas-settur tat-trasport. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġu esklużi l-intrapriżi attivi fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli, f’każi meta
Fl-aħħarnett, l-għajnuna għall-akkwist ta’ vetturi għat-trasport tal-merkanzija fit-toroq mogħtija lill-intrapriżai li jwettqu trasport tal-merkanzija fit-toroq għall-kiri jew għal premjijiet trid tiġi eskluża. |
(89) |
Il-Liġi ma tinkludi l-ebda dispożizzjoni li tillimita l-ammont ta’ għajnuna li jista’ jirċievi benefiċjarju. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament (KE) Nru 1998/2006 mhux qed jiġu rispettati. |
(90) |
Jirriżulta li l-iskema mhix konformi mal-kundizzjonijiet tar-Regolamenti. |
VI.3.2. Il-kompatibbiltà skond l-RAG
(91) |
L-ewwelnett, il-miżura għandha tiġi eżaminata fuq il-bażi tal-RAG. Il-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I għat-Trattat, is-settur tas-sajd u l-industrija tal-faħam huma esklużi mill-ambitu ta’ l-applikazzjoni tal-RAG. Madankollu, skond din il-miżura, il-produzzjoni agrikola hija eliġibbli għall-għajnuna f’żewġ setturi, l-agrikoltura u s-sajd intensivi, kif ukoll il-kooperattivi agrikoli u agro-industrijali. Barra minn hekk, it-tħaffir fil-minjieri għall-faħam jista’ jiġi sostnut fis-setturi tat-tħaffir fil-minjieri, tat-tħaffir fil-barrieri, u tat-trattament tal-minerali jew tal-madum. Konsegwentement, ikun xi jkun il-każ, l-għajnuna f’dawn is-setturi ma tistax tiġi ġġustifikata skond l-RAG. |
(92) |
Skond l-RAG, l-għajnuna tista’ tiġi permessa bla ħsara għal diversi kundizzjonijiet kemm għall-ispejjeż ta’ l-investiment inizjali kif ukoll għall-ispejjeż operattivi akbar. Din il-Liġi ma tiċċarax liema mit-tnejn tkun applikabbli. |
(93) |
L-ewwelnett, skond il-punt 4.4 tal-RAG, l-investiment inizjali jrid jikkonċerna kapital fiss irrelatat mat-twaqqif ta’ stabbiliment ġdid, ma’ l-estensjoni ta’ stabbiliment eżistenti jew mal-bidu ta’ attività ġdida, jew max-xiri ta’ stabbiliment li għalaq jew kien jingħalaq kieku ma nxtarax, imma li ma jappartjenix lil ditta f’diffikultà. Il-Kummissjoni ma tqisx li l-infiq eliġibbli ta’ investiment taħt din il-miżura jirrispetta din id-definizzjoni u b’hekk li jikkwalifika bħala investiment inizjali. L-investiment sostitut mhux eskluż mill-proġetti eliġibbli ta’ investiment, pereżempju fejn il-proġetti jikkonċernaw mezzi ta’ trasport f’żona ta’ impjant akbar fid-daqs u għall-persunal, kompjuters, għamara u tagħmir, xogħlijiet ta’ art ta’ aċċess għall-minjieri jew trakks użati. L-investiment f’bini u f’tagħmir maħsub għall-akkomodazzjoni u għall-ħtiġiet soċjali tal-ħaddiema ma jidhirx li huwa investiment produttiv. Fis-settur tat-trasport għal żoni mbiegħda u inaċċessibbli magħluqa mill-art, il-proġetti relatati mat-tagħmir tat-trasport jinkludu tagħmir tat-trasport fuq bażi standard, li huwa bil-kontra tal-RAG (113). Ix-xiri tas-softwer u l-iżvilupp ulterjuri tas-softwer sa 60 % ta’ l-investiment totali jeċċedu l-limitu ta’ 25 % ta’ l-investiment f’assi mhux tanġibbli minbarra l-bażi standard. Lanqas ma jiġu imposti kundizzjonijiet oħrajn meħtieġa għall-inklużjoni tas-softwer fost l-ispejjeż eliġibbli (114). Barra minn hekk, peress li l-iżvilupp tas-softwer jikkostitwixxi n-negozju kurrenti fis-settur ta’ l-iżvilupp tas-softwer, dan jikkwalifika bħala nefqa operattiva f’dak is-settur. Skond l-Artikolu 3(2) tal-Liġi 2601/1998, l-għajnuna għall-investiment tista’ tingħata wkoll għal attivitajiet barra mill-Greċja. Madankollu, dan mhux eliġibbli skond l-RAG. |
(94) |
Barra minn hekk, l-intensità massima ta’ l-għajnuna, li f’din il-miżura hija sa 37,05 % u 36,89 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli għall-2004 u għall-2005 rispettivament, teċċedi l-intensitajiet massimi ta’ l-għajnuna kif ġew iddefiniti fil-Mappa ta’ l-Għajnuna Reġjonali għall-Greċja (115). B’mod partikolari, jidher li fiż-żoni A u B skond il-Mappa ta’ l-Għajnuna Reġjonali Griega, il-limiti massimi ta’ l-intensità ta’ l-għajnuna għall-proġetti skond l-Artikolu 5 tal-Liġi 2601/1998 (jiġifieri 35 %), dawk għal kwalunke proġett ko-finanzjat skond il-Qafas ta’ Sostenn Komunitarju (116) (jiġifieri 35 %) u dawk għal proġetti oħrajn (ma kienet ipprovduta l-ebda għajnuna reġjonali għaż-żoni A, għaż-Żoni B kienet ta’ 18,4 %) jistgħu jinqabżu. Fiż-żoni C u D, il-limiti massimi għall-proġetti turistiċi (jiġifieri 33,2 %) u għal proġetti oħrajn (35,1 %) jistgħu jinqabżu. |
(95) |
Il-miżura ma tinkludix l-obbligu li l-investiment inizjali jinżamm għal mill-inqas ħames snin, kif inhu meħtieġ mill-punt 4.10 tal-RAG. |
(96) |
It-tieninett, skond il-punt 4.15 tal-RAG, l-għajnuna operattiva tista’ tiġi ġġustifikata b’mod eċċezzjonali f’termini tal-kontribuzzjonijiet tagħha għall-iżvilupp reġjonali, fejn il-livell tagħha jkun proporzjonat għan-nuqqasijiet li qed tipprova ttaffi. Madankollu, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda indikazzjoni ta’ din ix-xorta u għandha dubji serji li din il-miżura ferm ġenerali tkopri t-territorju kollu tal-Greċja u bosta setturi ddefiniti b’mod ġenerali jistgħu jegħlbu nuqqasijiet reġjonali speċifiċi. |
(97) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tinnota li l-iskema kollha, li ma tirrispettax l-ambitu, id-definizzjoni ta’ investiment inizjali u l-intensità ta’ l-għajnuna, mhix kompatibbli skond l-RAG. Barra minn hekk, l-ebda għajnuna individwali mogħtija skond l-iskema ma kienet akkoppjata mill-bidu ma’ obbligu legali li l-investiment inizjali jinżamm għal mill-inqas ħames snin fir-reġjun mgħejjun. L-ebda għajnuna operattiva individwali ma kienet iġġustifikata mill-bidu. B’hekk, l-ebda għajnuna individwali mogħtija skond din l-iskema ma tista’ titqies bħala kompatibbli skond l-RAG. |
VI.3.3. Il-kompatibbiltà skond l-MSF (2002)
(98) |
L-MSF (2002) teħtieġ li tiġi nnotifikata l-għajnuna ta’ investiment reġjonali kollha jekk l-għajnuna pproposta teċċedi l-għajnuna massima permissibbli li investiment ta’ EUR 100 miljun jista’ jikseb taħt l-iskala mnaqqsa tal-limiti massimi ta’ l-għajnuna reġjonali ta’ l-MSF. Din il-miżura la teskludi lill- għajnuna għal investiment kbir, la tinkludi obbligu li każi ta’ din ix-xorta jiġu nnotifikati individwalment, u lanqas ma tapplika limiti massimi aktar baxxi ta’ għajnuna f’każi ta’ din ix-xorta. |
(99) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni tinnota li l-miżura ma tirrispettax il-kundizzjonijiet tal-MSF li ssemmew aktar ’il fuq, u b’hekk mhix kompatibbli skond l-MSF. Barra minn hekk, sabiex tkun kompatibbli ma’ l-MSF (2002), l-iskema trid tkun konformi mal-RAG. Madankollu, dan mhux il-każ kif intwera fil-parti preċedenti. B’mod partikolari, l-ebda għajnuna individwali mogħtija skond l-iskema ma kienet akkoppjata mill-bidunett ma’ obbligu legali li l-investiment inizjali jinżamm għal mill-inqas ħames snin fir-reġjun mgħejjun. B’hekk, l-ebda għajnuna individwali mogħtija skond din l-iskema ma tista’titqies bħala kompatibbli skond l-MSF (2002). |
VI.3.4. Il-kompatibbiltà skond il-Linji Gwida għall-għajnuna ta’ Salvataġġ u ta’ Ristrutturazzjoni
(100) |
L-awtoritajiet Griegi spjegaw li l-miżura ma kinitx tapplika għal intrapriżi f’diffikultajiet. Fil-fatt, setgħet tintuża biss minn kumpaniji li kienu qed jagħmlu profitt. Għalhekk, il-kompatibbiltà ta’ din l-iskema, skond il-Linji Gwida għall-għajnuna ta’ Salvataġġ u ta’ Ristrutturazzjoni kienet eskluża. B’hekk, l-ebda għajnuna individwali mogħtija skond din l-iskema ma tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli skond dawn il-linji gwida. |
VI.3.5. Il-kompatibbiltà skond il-Linji Gwida Ambjentali
(101) |
Il-Kummissjoni vvalutat ukoll jekk setax jiġi konkluż li l-għajnuna għal uħud mill-proġetti kienet kompatibbli mal-Linji Gwida Ambjentali. L-investimenti li ġejjin setgħu jiġu vvalutati skond il-Linji Gwida Ambjentali: l-investiment motivat mill-ambjent (117), l-introduzzjoni u l-adattament tat-teknoloġiji ambjentali, l-investiment fl-enerġija rinnovabbli, fil-produzzjoni kkombinata għall-enerġija elettrika u għas-sħana (CHP) u fl-iffrankar ta’ l-enerġija, kif ukoll l-istabbiliment u l-espansjoni tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ. |
(102) |
Il-punt 28 tal-Linji Gwida Ambjentali jippermetti l-għotja ta’ għajnuna għall-investiment lill-SMEs f’perjodu ta’ tliet snin mill-adozzjoni ta’ standards Komunitarji obbligatorji ġodda. Din l-iskema ma torbotx lill-għajnuna ma’ l-introduzzjoni ta’ standards Komunitarji ġodda u ma tiddefinix b’mod ċar l-ispejjeż ta’ l-investiment. |
(103) |
Il-punt 29 tal-Linji Gwida Ambjentali jippermetti l-għotja ta’ għajnuna għall-investiment, jekk dan jagħti l-possibbiltà lill-intrapriżi li jilħqu standards ambjentali lilhinn mill-istandards Komunitarji. L-iskema ma tikkundizzjonax l-għajnuna billi jridu jintlaħqu standards lilhinn mill-istandards Komunitarji u ma tiddefinix b’mod ċar l-ispejjeż ta’ l-investiment. |
(104) |
Il-punt 30 tal-Linji Gwida Ambjentali jippermetti l-għotja ta’ għajnuna għal investiment fl-iffrankar ta’ l-enerġija. Din l-iskema ma tiddefinixxix b’mod ċar l-ispejjeż ta’ l-investiment. |
(105) |
Il-punt 31 tal-Linji Gwida Ambjentali jippermetti l-għotja ta’ għajnuna għall-investiment lill-produzzjoni kkombinata ta’ l-enerġija elettrika u tas-sħana, jekk l-effiċjenza tal-konverżjoni tkun partikolarment għolja. Din l-iskema ma tikkundizzjonax l-għajnuna b’effiċjenza tal-konverżjoni tkun partikolarment għolja, ma tiddefinixxix b’mod ċar l-ispejjeż ta’ l-investiment u tista’ ma tirrispettax l-intensitajiet massimi ta’ l-għajnuna rilevanti mogħtija fil-linji ta’ gwida. |
(106) |
Il-punt 32 tal-Linji Gwida Ambjentali jippermetti l-għotja ta’ għajnuna għall-investiment biex ikunu promossi s-sorsi rinnovabbli ta’ l-enerġija fin-nuqqas ta’ standards Komunitarji mandatorji. Din l-iskema, madankollu, ma tipprovdix definizzjoni ċara ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u għalhekk mhux ċar sa liema punt huwa applikabbli l-punt 32 tal-linji ta’ gwida. Barra minn hekk, l-iskema ma tiddefinixxix b’mod ċar l-ispejjeż ta’ l-investiment u mhux ċar jekk l-intensitajiet massimi ta’ l-għajnuna rilevanti hux qed jiġu rispetattati. |
(107) |
Anki jekk l-investiment kien eliġibbli taħt dan il-punt, il-Greċja ma wrietx li l-ispiża eliġibbli tkun konformi mal-kundizzjonijiet tal-punti 36 u 37 tal-Linji Gwida Ambjentali, li jiddefinixxu l-investimenti sottostanti u l-ispejjeż eliġibbli. |
(108) |
Il-punt 38 tal-Linji Gwida Ambjentali jippermetti l-għotja ta’ għajnuna għar-riabilitazzjoni ta’ siti industrijali mniġġża, fejn il-persuna responsabbli għat-tniġġiż ma tiġix identifikata jew ma tistax tiġi mġiegħla tbati l-ispiża. Din l-iskema ma tikkundizzjonax l-għajnuna meta l-persuna responsabbli għat-tniġġiż ma tiġix identifikata jew ma tistax tiġi mġiegħla tbati l-ispiża. |
(109) |
Il-punt 39 tal-Linji Gwida Ambjentali jippermetti l-għotja ta’ għajnuna għall-investiment jekk id-ditti stabbiliti f’żona urbana jew f’żona magħżula ta’ Natura 2000 iwettqu legalment attivitajiet li joħolqu tniġġiż kbir u, minħabba din il-lokalità, jridu jiċċaqilqu mill-post ta’ stabbiliment tagħhom għal żona aktar adattata. Għaldaqstant, il-bidla fil-lokalità trid tkun iddeterminata minn raġunijiet ta’ ħarsien ambjentali u trid tkun ġiet ordnata permezz ta’ deċiżjoni amministrattiva jew ġuridika u d-ditta trid tkun konformi ma’ l-istandards ambjentali l-aktar ibsin applikabbli fir-reġjun il-ġdid fejn tinsab. L-intensità ta’ l-għajnuna ma tridx tkun ta’ aktar minn 30 %, jew 40 % għall-SMEs, ta’ l-ispejjeż eliġibbli. L-ispejjeż eliġibbli huma dawk konnessi max-xiri ta’ l-art jew mal-kostruzzjoni jew max-xiri ta’ impjant ġdid ta’ l-istess kapaċità bħall-impjant li kien abbandunat, bit-tnaqqis ta’ kwalunkwe benefiċċju li ġej mir-rilokazzjoni. Kwalunke ffrankar ta’ l-ispejjeż jew kwalunke benefiċċju li ġej minn żieda fil-kapaċità għall-ewwel ħames snin ta’ ħidma, jew l-ispejjeż għal investiment teknikament paragunabbli li ma jipprovdix l-istess grad ta’ ħarsien ambjentali ikollu jitnaqqas mill-ispejjeż eliġibbli ta’ l-għajnuna għall-investiment. Madankollu, din l-iskema ma tipprovdi l-ebda tnaqqis ta’ din ix-xorta ta’ l-ispejjeż eliġibbbli. Din l-iskema ma tikkundizzjonax l-għajnuna bir-restrizzjonijiet li ssemmew aktar ’il fuq bl-obbligu li tirriloka u bl-ispejjeż eliġibbli. L-intensità massima ta’ l-għajnuna għall-kumpaniji l-kbira ta’ 30 % ma tiġix rispettata mill-iskema. Barra minn hekk, l-għajnuna operattiva għar-rilokazzjoni mhix eskluża. |
(110) |
Rigward in-nefqa għall-istabbiliment u għall-espansjoni tal-faċilitajiet biex ikunu prodotti materja prima u materjali oħrajn mill-ippakkjar u mill-prodotti diġà kkonsmati, l-iskema ma teskludix li l-għajnuna se tintuża għar-riċiklaġġ tal-materjali minn sorsi esterni għall-benefiċjarju. Dan mhux skond il-prinċipju ta’ “min iniġġeż iħallas”, li jeħtieġ li intrapriża tinvesti sabiex ittejjeb ir-rekord ambjentali tagħha, u tnaqqas it-tniġġiż tagħha stess (118). Konsegwentement, il-Linji Gwida Ambjentali mhumiex applikabbli għall-istabbiliment u għall-espansjoni tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ li se jintużaw għar-riċiklaġġ tal-materjali minn sorsi esterni għall-benefiċjarju. Fin-nuqqas tal-possibbiltà li din il-miżura tkun ivvalutata skond il-Linji Gwida Ambjentali, il-Kummissjoni vvalutatha direttament skond l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat KE. Fl-imgħoddi, kienet il-prattika tal-Kummissjoni li tivvaluta tali każi skond tliet kriterji addizzjonali: 1) l-għajnuna m’għandiex teħles lin-niġġieża oriġinali mill-piż li jkollhom iġorru skond id-dritt Komunitarju, 2) il-materjali trattati, altrimenti kieku ma jinġabrux jew jiġu trattati b’mod li jiffavorixxi inqas lill-ambjent, u 3) il-proġetti għandhom ikunu innovattivi, jiġifieri it-teknoloġiji għandhom imorru “lilhinn mill-ogħla livelli tat-teknoloġija preżenti” (119). L-iskema ma tiżgurax li l-għajnuna għan-nefqa għall-istabbiliment u għall-espansjoni tal-faċilitajiet biex ikunu prodotti materja prima u materjali oħrajn mill-ippakkjar u mill-prodotti diġà kkonsmati tissodisfa t-tliet kriterji addizzjonali li ssemmew aktar ’il fuq. |
(111) |
Barra minn hekk, mhux eskluż li l-għajnuna operattiva tista’ tingħata fil-qafas ta’ l-introduzzjoni u ta’ l-adattament tat-teknoloġiji ambjentali. Din l-għajnuna tista’ tkun iġġustifikata biss jekk tingħata għall-ġestjoni ta’ l-iskart, għall-iffrankar ta’ l-enerġija, għall-produzzjoni ta’ l-enerġija rinnovabbli jew għall-produzzjoni kkombinata tas-sħana u ta’ l-enerġija. L-għajnuna jkollha tissodisfa l-kundizzjonijiet fil-punti 43 sa 67 tal-Linji Gwida Ambjentali. Madankollu, il-miżura la tidderieġi l-għajnuna operattiva lejn il-finijiet iddefiniti u lanqas ma ssegwi l-kundizzjonijiet rilevanti. |
(112) |
Id-dubji li wriet il-Kummissjoni matul il-bidu tal-proċedura pprovduta fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat għadhom jippersistu; għalhekk l-iskema ma tistax tiġi ddikjarata kompatibbli. |
(113) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni tinnota li l-iskema ma tirrispettax l-kundizzjonijiet tal-Linji ta’ Gwida Ambjentali jew dawk ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat KE li ssemmew aktar ’il fuq kif jirriżulta mill-prattika tal-Kummissjoni, u b’hekk mhix kompatibbli skond il-Linji Gwida Ambjentali u skond l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat KE. Barra minn hekk, il-Kummissjoni stħarrġet il-punti kollha tal-Linji Gwida Ambjentali u l-prattika tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 87(3)(c) u kkonkludiet li l-awtoritajiet Griegi ma wrewx li kwalunkwe għajnuna individwali mill-waqt ta’ l-għotja tagħha tkun kompatibbli skond dawn il-Linji Gwida jew il-prattika tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat KE (120). |
VI.3.6. Il-kompatibbiltà skond il-Qafas ta’ l-R&D
(114) |
Skond l-aħħar inċiż tat-Taqsima 10.3 tal-Qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat għar-Riċerka u l-Iżvilupp u għall-Innovazzjoni mit-30.12.2006 (121), il-qafas applikat għall-valutazzjoni ta’ l-għajnuna illegali mill-Istat huwa dak fis-seħħ mta ngħatat l-għajnuna, jiġifieri l-Qafas ta’ l-R&D (122). |
(115) |
Uħud mill-proġetti huma possibbilment relatati ma’ attivitajiet ta’ riċerka u ta’ żvilupp, u għalhekk, il-Kummissjoni qisithom anki fil-kuntest tal-Qafas ta’ l-R&D. Dawn huma l-istabbiliment, l-estensjoni jew il-modernizzazzjoni tal-laboratorji għar-riċerka applikata, l-iżvilupp ulterjuri tas-softwer, l-istudji għall-implimentazzjoni tat-teknoloġija l-ġdida, l-innovazzjoni u l-prototipi innovattivi u r-reġistrazzjoni tal-brevetti. |
(116) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-għajnuna għall-proġetti li ssemmew aktar ’il fuq tista’ taqa’ fl-ambitu materjali tal-Qafas ta’ l-R&D, biss sakemm dawn il-proġetti jikkonsistu f’attivitajiet ta’ riċerka kif ġew iddefiniti fl-Anness I għall-Qafas ta’ l-R&D. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li dawn ma jkoprux esklussivament ir-riċerka u l-iżvilupp kif ġew iddefiniti fl-Anness I għall-Qafas ta’ l-R&D. Mid-diċitura tal-liġi, l-ispejjeż eliġibbli skond il-miżura mhux bilfors ikollhom jikkorrispondu ma’ dawk skond il-Qafas ta’ l-R&D. |
(117) |
Barra minn hekk, fejn il-proġetti ta’ riċerka jew l-iżviluppi fil-brevetti li jirċievu għajnuna jikkonċernaw l-iżvilupp pre-kompetittiv, il-limitu massimu ta’ l-intensità ta’ l-għajnuna ġeneralment applikabbli tal-Greċja ta’ 35 % (25 % intensità bażika + 10 % għar-reġjuni ta’ l-Artikolu 87(3)a) jinqabeż fejn ma jkun applikabbli l-ebda bonus żejjed, għaliex l-intensità massima ta’ l-għajnuna skond il-miżura hija sa 37,05 % u 36,89 % għall-2004 u għall-2005 rispettivament. Skond ir-regoli ta’ l-għajnuna mill-Istat, l-ispiża tar-reġistrazzjoni tal-brevetti mhix eliġibbli għall-għajnuna jekk l-applikanta tkun intrapriża kbira. Madankollu, l-intrapriżi l-kbar mhumiex esklużi milli jirċievu għajnuna għar-reġistrazzjoni tal-brevetti skond l-iskema. |
(118) |
L-effett ta’ inċentiv fil-każ ta’ l-intrapriżi l-kbar irid jiġi stabbilit u vverifikat qabel ma tingħta l-għajnuna. Din il-kundizzjoni skond il-Qafas ta’ l-R&D kienet applikabbli għall-għajnuna kollha għall-R&D lill-kumpaniji l-kbar, inkluża l-għajnuna fiskali. Madankollu, l-iskema ma tipprovdix għall-istabbiliment ta’ l-effett ta’ inċentiv qabel l-għtoja ta’ l-għajnuna. Peress li l-intrapriża li tirċievi l-għajnuna ma kinitx obbligata żżid l-attiviatjiet ta’ l-R&D, anki l-fatt li f’uħud mill-intrapriżi tista’ tirriżulta f’żieda fl-attivitajiet ta’ l-R&D ma jistax jiġġustifika l-effett ta’ inċentiv, għaliex dan jista’ jkun riżultat ta’ fatturi esterni għall-għajnuna. |
(119) |
Barra minn hekk, fis-settur ta’ l-agrikoltura, ma tista’ tiġi osservata l-ebda evidenza ta’ konformità ma’ l-erba’ kundizzjonijiet elenkati fil-komunikazzjoni tal-Komunikazzjoni mill-1998 li temenda l-qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp (123). |
(120) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni tinnota li l-iskema ma tirrispettax il-kundizzjonijiet tal-Qafas ta’ l-R&D li ssemmew aktar ’il fuq, u b’hekk, mhix kompatibbli skond il-Qafas ta’ l-R&D. Barra minn hekk, l-ebda għajnuna individwali mogħtija skond l-iskema lil kumpaniji kbar ma kienet suġġetta mill-bidu għall-kundizzjoni ta’ effett ta’ inċentiv. L-awtoritajiet Griegi ma wrewx li kwalunkwe għajnuna individwali mill-waqt ta’ l-għotja tagħha tkun kompatibbli skond il-Qafas ta’ l-R&D. B’hekk, l-ebda għajnuna individwali mogħtija skond din l-iskema ma tista’ titqies bħala kompatibbli skond il-Qafas ta’ l-R&D. |
VI.3.7. Il-kompatibbiltà skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2001 (il-“BER tat-Taħriġ”)
(121) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-għajnuna għal taħriġ relatata ma’ l-introduzzjoni tas-sistemi ta’ awtomatizzazzjoni tal-proċessi (124), għal taħriġ relatat mas-softwer (125) u għal taħriġ ieħor (126) skond il-BER tat-Taħriġ. |
(122) |
Mid-diċitura tal-liġi, ma jistax jiġi stabbilit jekk l-ispejjeż eliġibbli skond il-miżura jikkorrispondux għal dawk skond il-BER tat-Taħriġ. Fejn it-taħriġ li jiriċievi l-għajnuna jkun speċifiku għal kumpanija, il-limitu massimu ta’ l-intensità ta’ l-għajnuna għall-kumpaniji l-kbar ta’ 35 % (25 % intensità bażika + 10 % għar-reġjuni ta’ l-Artikolu 87(3)a) jista’ jinqabeż, għaliex l-intensità massima ta’ l-għajnuna skond il-miżura, għas-snin 2004 u 2005, hija sa 37,05 % u 36,89 % rispettivament. |
(123) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni tinnota li l-iskema ma tirrispettax il-kundizzjonijiet tal-BER tat-Taħriġ li ssemmew aktar ’il fuq, u b’hekk ma tistax titqies kompatibbli skond il-BER tat-Taħriġ. |
VI.3.8. Il-kompatibbiltà skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 (il-“BER ta’ l-SMEs”)
(124) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-miżura ma tagħmel l-ebda differenza bejn l-ammonti ta’ l-għajnuna jew is-setturi jew il-proġetti eliġibbli skond id-daqs tal-benefiċjarju. Għalhekk, il-miżura kollha ma tistax titqies kompatibbli skond il-BER ta’ l-SMEs. Madankollu, fejn l-għajnuna tingħata skond il-miżura lil intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju peress li huma ddefiniti fl-Anness I għall-BER ta’ l-SMEs, jista’ japplika r-regolament ta’ l-eżenzjoni skond il-kategorija. |
(125) |
L-għajnuna għall-investiment għall-SMEs fil-Greċja, li fit-territorju kollu tagħha hija eliġibbli għall-għajnuna reġjonali skond l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat KE, hija suġġetta għal limiti massimi ta’ l-intensità ta’ l-għajnuna 15 % ogħla mil-limiti massimi skond l-RAG. Dan japplika għall-proġetti ta’ investiment kollha peress li huma inklużi fil-paragrafu 21 ta’ din id-deċiżjoni, ħlief l-investiment fis-settur agrikolu, l-investiment fil-mezzi tat-trasport fis-settur tat-trasport (127) u l-investiment dirett barra mill-pajjiż (128). Il-limiti massimi ta’ l-intensità ta’ l-għajnuna jinkisru għal proġetti għajr it-turiżmu, il-garaxxijiet fiż-Żoni A u B skond il-Mappa ta’ l-Għajnuna Reġjonali Griega (mhi prevista l-ebda għajnuna reġjonali għaż-żoni A, 18,4 % għaż-Żoni B u żieda ta’ 5 % għall-SMEs). Barra minn hekk, il-kundizzjoni sabiex jiġu applikati tali limiti massimi ogħla huwa li l-investiment jinżamm fir-reġjun riċevent għal mill-inqas ħames snin. Madankollu, dan mhux meħtieġ skond il-miżura. Fis-settur tat-trasport, l-ispejjeż tal-mezzi tat-trasport u tat-tagħmir tat-trasport m’għandhomx ikunu inklużi fl-ispejjeż eliġibbli. |
(126) |
L-investiment barrani dirett barra mill-Greċja jista’ jkun suġġett biss għal għajnuna lil intrapriżi żgħar sa limitu massimu ta’ l-intensità ta’ l-għajnuna ta’ 15 % u 7,5 % għall-intrapriżi ta’ daqs medju. Madankollu, dawn iż-żewġ limiti massimi jistgħu jinqabżu taħt din il-miżura. |
(127) |
L-istudji għall-implimentazzjoni ta’ teknoloġija ġdida, l-istudji rrelatati ma’ l-introduzzjoni taċ-ċertifikazzjoni tal-proċessi u tal-prodotti, l-istudji dwar l-organizzazzjoni u s-swieq, u l-istudji dwar l-eliġibbiltà għall-għajnuna jistgħu jkunu eliġibbli għall-għajnuna lill-SMEs. Madankollu, il-miżura ma tiggarantix li dawn is-servizzi jiġu pprovduti minn konsulenti barranin. Ma ġiex eskluż li tali studji jkunu attività kontinwa jew perjodika li tkun relatata ma’ l-attività operattiva tas-soltu. |
(128) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni tinnota li l-iskema ma tirrispettax il-kundizzjonijiet li ssemmew aktar ’il fuq tal-BER ta’ l-SMEs, u b’hekk mhix kompatibbli skond il-BER ta’ l-SMEs. |
VI.3.9. Il-kompatibbiltà skond il-linji gwida Komunitarji għall-għajnuna mill-Istat fis-settur agrikolu
(129) |
Fis-settur agrikolu, l-analiżi trid issir fuq żewġ livelli: għal attivitajiet ta’ pproċessar u ta’ kummerċjalizzazzjoni, fuq in-naħa l-waħda, u għal produzzjoni primarja, fuq in-naħa l-oħra, fejn ikun mifhum li, fiż-żewġ każi, il-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti li għandha titqies hija dik applikabbli fiż-żmien meta ngħatat l-għajnuna, jiġifieri l-linji ta’ gwida Komunitarji għall-għajnuna mill-Istat fis-settur agrikolu (minn hawn ’il quddiem se jissejħu, “il-linji ta’ gwida agrikoli”) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1860/2004 tas-6 ta’ Ottubru 2004 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE għall-għajnuna de minimis fis-setturi ta’ l-agrikoltura u tas-sajd (129). |
(130) |
Safejn hija kkonċernata l-produzzjoni primarja, id-dispożizzjonijiet rilevanti li għandhom jitqiesu, fuq il-bażi tal-miżuri, ta’ l-infiq eliġibbli u ta’ l-ispejjeż operattivi ddefiniti mil-Liġi 3220/2004, huma dawk li ġew stabbiliti fil-punti 4.1, 13 u 14 tal-linji gwida agrikoli, iddedikati rispettivament għall-għajnuna għall-investiment, għall-għajnuna biex ikunu inkoraġġiti l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli ta’ kwalità, u għall-għajnuna għall-provvista ta’ sostenn tekniku. |
(131) |
Skond il-punt 4.1 tal-linji gwida agrikoli, l-infiq eliġibbli fil-qafas ta’ l-investimenti jista’ jinkludi l-kostruzzjoni, l-akkwist jew it-titjib tal-proprjetà ta’ beni immobbli, il-makkinarju u t-tagħmir il-ġdid (inkluż is-softwer tal-kompjuters) u spejjeż ġenerali (bħall-ħlasijiet ta’ arkitetti, inġiniera u ta’ konsulenza, studji ta’ fattibbiltà, l-akkwist ta’ brevetti u ta’ liċenzji) sa 12 % mill-ammont li jikkorrispondi għall-infiq l-ieħor ikkwotat. L-għajnuna għax-xiri tal-pjanti hija permessa, ħlief għall-pjanti annwali. Ir-rati ta’ l-għajnuna stabbiliti fl-istess punt huma ta’ 40 % mill-infiq eliġibbli fiż-żoni “normali” u ta’ 50 % fiż-żoni inqas ivvantaġġjati, b’żieda ta’ ħames punti perċentwali għall-bdiewa żgħażagħ li jwettqu l-investiment fi żmien ħames snin minn meta jwaqqfu l-attività tagħhom. |
(132) |
Biex ikunu eliġibbli għall-għajnuna, l-irziezet iridu wkoll ikunu konformi ma’ l-istandards minimi fil-qasam ta’ l-ambjent, ta’ l-immaniġġjar ta’ l-annimali u ta’ l-iġjene u l-investimenti jridu jkunu mmirati għal prodotti li għalihom jista’ jinstab żbokk normali fis-swieq, u l-ammont totali ta’ l-infiq eliġibbli ma jridx jeċċedi l-limitu għall-investiment totali eliġibbli għas-sostenn stabbilit mill-Istat Membru skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u jemenda u jħassar ċerti Regolamenti (130). |
(133) |
F’każ ta’ rilokazzjoni ta’ bini ta’ l-irziezet, jistgħu jkunu previsti diversi possibbiltajiet:
|
(134) |
Fejn l-investimenti jitwettqu għal raġunijiet ambjentali, il-punt 4.1.2.4 tal-linji gwida agrikoli jiddikjara li r-rati ta’ l-għajnuna ta’ 40 % jew 50 % fiż-żoni inqas ivvantaġġjati jistgħu jiġu miżjud b’20 jew b’25 punt perċentwali jekk l-investiment imur lilhinn mir-rekwiżiti minimi Komunitarji fis-seħħ. F’dak il-każ, iż-żieda trid tkun limitata għall-ispejjeż eliġibbli żejda meħtieġa sabiex ikun sodisfatt l-għan li jissemma u ma tapplikax fil-każ ta’ investimenti li jirriżultaw f’żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni. |
(135) |
Skond il-punt 13 tal-linji gwida agrikoli, l-għajnuna għall-introduzzjoni taċ-ċertifikazzjoni tal-proċessi u tal-prodotti u għal studji relatati ma tistax teċċedi il-EUR100 000 għal kull benefiċjarju tul kwalunkwe perjodu ta’ tliet snin jew, għall-SMEs, 50 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli, liema minnhom ikun l-akbar. |
(136) |
Skond il-punt 14 tal-linji gwida agrikoli, l-għajnuna għat-taħriġ ma tistax teċċedi il-EUR 100 000 għal kull benefiċjarju tul kwalunkwe perjodu ta’ tliet snin jew, għall-SMEs, 50 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli, liema minnhom ikun l-akbar. Barra minn hekk, iridu jiġu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet: l-għajnuna trid tkun disponibbli għal dawk kollha eliġibbli fiż-żona kkonċernata u fejn is-servizz ikun ipprovdut minn gruppi ta’ produtturi jew minn organizzazzjonijiet agrikoli ta’ sostenn reċiproku oħrajn, ma tridx tkun limitata għall-membri tal-grupp jew ta’ l-organizzazzjoni in kwistjoni u l-kontribuzzjoni fir-rigward ta’ l-ispejjeż amministrattivi tal-grupp jew ta’ l-organizzazzjoni ma tridx tkun limitata għall-ispejjeż tal-provvista tas-servizz. |
(137) |
Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, jidher li l-intensitajiet ta’ l-għajnuna kkalkulati għall-iskema (37,05 % għall-2004 u 36,89 % għall-2005) ma jeċċedux dawk stabbiliti fid-diversi punti tal-linji gwida agrikoli li ssemmew aktar ’il fuq, imma mhux possibbli li jiġi ddeterminat jekk il-kundizzjonijiet kollha elenkati fil-punti 131 sa 136 ta’ din id-Deċiżjoni ġewx sodisfatti, ħlief fil-każ tal-miżuri ta’ rilokazzjoni, fejn id-dispożizzjonijiet ta’ l-iskema huma konformi mar-regoli deskritti fil-punt 133. B’mod partikolari:
|
(138) |
Id-dubji li wriet il-Kummissjoni matul il-bidu tal-proċedura pprovduta fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat għadhom jippersistu; għalhekk, l-iskema ma tistax tiġi ddikjarata kompatibbli. |
(139) |
L-għajnuniet għall-ipproċessar u għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli huma rregolati mill-punt 4.2 tal-linji gwida agrikoli, li jinkludi żewġ settijiet regoli:
|
(140) |
F’dan il-każ, l-ewwel sett ta’ regoli biss huwa applikabbli, peress li l-iskema fejn huma previsti għajnuniet għall-ipproċessar u għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli ma ġietx approvata imma ġiet ikkontestata mill-Kummissjoni. |
(141) |
Bħal fil-każ tal-produzzjoni primarja, il-Kummissjoni tinnota li l-intensitajiet ta’ l-għajnuna kkalkulati għall-iskema ma jeċċedux dawk stabbiliti fil-punt 4.2 tal-linji ta’ gwida agrikoli, imma mhux possibbli li jiġi ddeterminat jekk il-kundizzjonijiet kollha kkwotati fl-ewwel inċiż tal-punt 139 t’aktar ’il fuq f’din id-Deċiżjoni ġewx sodisfatti. B’mod partikolari:
|
(142) |
Id-dubji li wriet il-Kummissjoni matul il-bidu tal-proċedura pprovduta fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat għadhom jippersistu; għalhekk l-iskema ma tistax tiġi ddikjarata kompatibbli. |
(143) |
Konsegwentement, ħlief fil-każ tal-miżuri ta’ rilokazzjoni, il-Kummissjoni tinnota li l-iskema ma tirrispettax il-kundizzjonijiet tal-linji ta’ gwida agrikoli li ssemmew aktar ’il fuq, u b’hekk mhix kompatibbli skond l-linji ta’ gwida agrikoli. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-awtoritajiet Griegi ma wrewx li kwalunkwe għajnuna individwali, mill-waqt ta’ l-għoti tagħha, tkun kompatibbli skond dawn il-Linji ta’ Gwida jew il-prattika tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat KE. |
VI.3.10. Il-kompatibbiltà skond il-linji gwida ta’ l-għajnuna mill-Istat applikabbli għas-settur tas-sajd u ta’ l-akwakultura
(144) |
Id-ditti tas-sajd u ta’ l-akwakultura jistgħu jibbenefikaw mill-miżura taħt skrutinju. Il-proġetti ta’ l-għajnuna mill-Istat relatati mas-sajd u ma’ l-akwakultura għandhom jitqiesu fil-kuntest tal-Linji Gwida għall-Eżami ta’ l-Għajnuna mill-Istat lis-Sajd u lill-Akwakultura. Wara d-dħul fis-seħħ tal-Liġi Griega 3220/2004 li tistabbilixxi l-iskema ta’ l-għajnuniet in kwistjoni, mill-1 ta’ Jannar 2005 il-Linji Gwida nbidlu. Jirriżulta li l-Linji Gwida għall-Eżami ta’ l-Għajnuna mill-Istat lis-Sajd u lill-Akwakultura mill-2001 (131) għandhom jiġu applikati għall-għajnuna mogħtija qabel l-1 ta’ Novembru 2004. Il-linji ta’ gwida kurrenti mill-2004 (132) japplikaw għall-għajnuna mogħtija wara l-1 ta’ Novembru 2004. |
(145) |
B’mod ġenerali għandu jiġi nnotat li l-ebda għajnuna mill-Istat ma tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli mill-Kummissjoni jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ikkomunika l-ammont totali ta’ l-għajnuna għal kull miżura kif ukoll l-intensità ta’ l-għajnuna. Meta l-iskema tkun qed tiġi vvalutata, irid jitqies l-effett kumulattiv għar-riċevent tas-sussidji kollha ta’ l-Istat. L-iskema li qed tiġi eżaminata la tipprovdi tali dettaalji u lanqas ma tippermetti tali valutazzjoni. Barra minn hekk, l-iskema in kwistjoni ma tiżgurax li l-Istat Membru se jivverifika l-konformità tal-benefiċjarju mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd. |
(146) |
Iż-żewġ verżjonijiet tal-Linji Gwida jipprovdu għal projbizzjoni ta’ għajnuna li ma timponi l-ebda obbligu min-naħa tar-riċevent. Dawn il-Linji Gwida jenfasizzaw l-infurzar tal-kontroll ta’ tali għajnuniet, speċjalment dawk li jingħataw fil-forma ta’ ħelsien mit-taxxi. Peress li ma ġiet ipprovduta l-ebda informazzjoni min-naħa ta’ l-Istat Membru sabiex tkun ivvalutata l-għajnuna għas-sajd u għall-akwakultura, il-Kummissjoni trid tqishom bħala inkompatibbli. |
(147) |
L-għajnunijiet għall-investiment għandhom jiġu kkontrollati mill-Kummissjoni fir-rigward tat-tipi differenti ta’ benefiċjarji (sajjieda, akwakultura, ipproċessar, u kummerċjalizzazzjoni). Kull applikazzjoni tal-miżura għandha tiġi vvalutata b’mod separat fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet dettaljati elenkati fil-Linji Gwida. L-informazzjoni inkluża fl-iskema ma tippermettix tali valutazzjoni. |
(148) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ngħad aktar ’il fuq, il-Kummissjoni tqis li l-Artikolu 2 tal-Liġi 3220/2004, safejn jikkonċerna lis-sajd u lill-akwakultura, mhux kompatibbli. Id-dubji li wriet il-Kummissjoni matul il-bidu tal-proċedura pprovduta fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat għadhom jippersistu; għalhekk l-iskema ma tistax tiġi ddikjarata kompatibbli. Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkudiet li l-awtoritajiet Griegi ma wrewx li kwalunkwe għajnuna individwali mill-waqt ta’ l-għoti tagħha tkun kompatibbli skond dawn il-linji gwida (133). |
VI.3.11. Il-kompatibbiltà skond l-Artikoli 87(2) u (3) tat-Trattat KE
(149) |
L-ebda waħda mill-eċċezzjonijiet skond l-Artikolu 87(2) tat-Trattat KE ma tista’ tiġi applikata f’dan il-każ, peress li l-miżura mhix immirata lejn l-għanijiet elenkati f’dawn id-dispożizzjonijiet. |
(150) |
Skond l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat KE, l-għajnuna titqies bħala kompatibbli mas-suq komuni meta tkun imfassla sabiex tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku ta’ żoni fejn il-livell ta’ l-għajxien ikun baxx b’mod anormali, jew fejn ikun hemm livelli serji ta’ qgħad. Il-kriterji għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà skond dan l-Artikolu huma riflessi fir-regoli speċifiċi kif ġew diskussi aktar ’il fuq. |
(151) |
Rigward l-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat KE, l-għajnuna in kwistjoni mhix maħsuba biex tippromwovi t-twettiq ta’ proġett importanti ta’ interess komuni Ewropew u lanqas biex tkun ta’ rimedju għal disturb serju fl-ekonomija tal-Greċja, lanqas mhi maħsuba biex tippromwovi l-kultura jew il-konservazzjoni tal-wirt. |
(152) |
L-Artikolu 87(3)(d) tat-Trattat KE jikkonċerna l-kultura u l-konservazzjoni tal-wirt fejn tali għajnuna ma taffetwax il-kundizzjonijiet kummerċjali u l-kompetizzjoni fil-Komunità sa punt li jmur kontra l-interess komuni. Dan jista’ jikkonċerna għajnuna lil monasteri biex itellgħu ħostels u ċentri kulturali u lil intrapriżi f’bini ta’ interess artistiku jew storiku (li ma jistax jitwaqqa’) jew bi produzzjoni tradizzjonali jew b’denominazzjoni ta’ l-oriġini rigward it-tiswija u r-restawr ta’ bini ta’ interess artistiku jew storiku (li ma jistax jitwaqqa’), għall-investiment f’makkinarju tradizzjonali jew għaċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti jew tal-proċessi tradizzjonali li jitqiesu bħala wirt naturali. Madankollu, il-Kummissjoni m’għandha l-ebda informazzjoni rigward in-natura ta’ dawn l-attivitajiet bħala wirt kulturali, l-ammont ta’ l-għajnuna u l-impatt tagħha fuq il-kundizzjonijiet kummerċjali. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax tasal għal konklużjonijiet dwar il-kompatibbiltà ta’ dawn il-miżuri skond l-Artikolu 87(3)(d) tat-Trattat KE. |
(153) |
Fl-aħħarnett, jeħtieġ li jiġi eżaminat jekk l-għajnuna tistax tikkwalifika għall-eċċezzjoni stabbilita fl-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat KE li tiddikjara li għajnuna tista’ titqies kompatibbli jekk tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti oqsma ekonomiċi fejn tali għajnuna ma taffetwax ħażin il-kundizzjonijiet kummerċjali sa punt li jmur kontra l-interess komuni. Il-kriterji għall-valutazzjoni tal-kompatibbilà skond dan l-Artikolu huma riflessi fir-regoli speċifiċi kif ġew diskussi aktar ’il fuq. Kwalunkwe għajnuna li mhix konformi mal-kundizzjonijiet skond ir-regoli speċifiċi teħtieġ ġustifikazzjoni dettaljata, li ma ġietx ipprovduta mill-awtoritajiet Griegi. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tistx tasal għal konklużjonijiet dwar il-kompatibbiltà ta’ dawn il-miżuri direttament skond l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat KE. |
VI.4. Konklużjoni
(154) |
Peress li l-iskema ta’ l-għajnuna fl-intier tagħha u fil-partijiet kollha tagħha, ħlief għar-rilokazzjoni ta’ bini ta’ l-irziezet fis-settur agrikolu, ma tikkwalifika għall-ebda waħda mill-eċċezzjonijiet ipprovduti fit-Trattat, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-iskema ta’ l-għajnuna mhix kompatibbli mas-suq komuni, ħlief għar-rilokazzjoni tal-bini ta’ l-irziezet fis-settur agrikolu, fejn, fuq il-bażi ta’ l-analiżi li saret aktar ’il fuq, l-għajnuna mogħtija:
|
(155) |
L-għajnuna individwali mogħtija skond l-iskema tista’ titqies kompatibbli mas-suq komuni:
|
(156) |
L-għajnuna individwali l-oħra kollha mogħtija skond l-iskema trid titqies bħala inkompatibbli mas-suq komuni. |
VII. L-IRKUPRU
(157) |
Skond l-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, fejn f’każi ta’ għajnuna illegali jittieħdu deċiżjonijiet negattivi, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istati Membri kkonċernati għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirkupraw l-għajnuna mingħand il-benefiċjarju. |
(158) |
L-għajnuna inkompatibbli biss tista’ tiġi rkuprata. Il-kompatibbiltà għandha tiġi stabbilita fuq il-livell tal-proġett li rċieva l-għajnuna. Għandu jkun stabbilit ukoll jekk l-għajnuna kinitx kompatibbli skond kwalunkwe regola Komunitarja ta’ l-għajnuna mill-Istat jew skond kwalunkwe skema ta’ għajnuna eżistenti fiż-żmien li ngħatat skond ir-regoli validi f’dak iż-żmien. |
(159) |
Meta l-Kummissjoni tapprova għajnuna nnotifikata, il-miżura ta’ l-għajnuna trid tiżgura li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha tar-regoli applikabbli. Jekk ma tiġix sodisfatta kundizzjoni jista’ jwassal għal inkompatibbiltà. Konsegwentement, miżura ta’ għajnuna illegali m’għandha tirċievi l-ebda trattament aħjar meta tiġi vvalutata l-kompatibbiltà. Sabiex tintlaħaq konklużjoni dwar il-kompatibbiltà, il-kundizzjonijiet materjali kollha jridu jkunu ġew sodisfatti mill-bidu. Għaldaqstant, tentattivi biex jiġu introdotti retroattivament aktar kundizzjonijiet mhux se jdewwu l-inkompatibbiltà tal-miżura ta’ l-għajnuna fiż-żmien meta ngħatat l-għajnuna. |
(160) |
L-għajnuna skond ir-Regolamenti de minimis (KE) Nru 69/2001 u (KE) Nru 1860/2004, uħud mid-dispożizzjonijiet tal-BER ta’ l-SMEs u tat-Taħriġ u wħud mid-dispożizzjonijiet tal-linji ta’ gwida agrikoli biss jistgħu possibilment jitqiesu bħala li jissodisfaw il-kundizzjonijiet materjali kollha mill-waqt ta’ l-għotja. |
(161) |
Rigward l-allegazzjonijiet li għamlet il-Greċja li l-Kummissjoni għandha tillimita l-ambitu ta’ l-irkupru peress li jkollu konsegwenzi finanzjarji intollerabbli għall-Greċja, il-Kummissjoni tinnota li, skond il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (134), bħala difiża biex ma jikruprax l-għajnuna, l-Istat Membru jista’ juża biss l-argument ta’ impossibbiltà assoluta. Madankollu, diffikultajiet finanzjarji ma jikkostitwux tali impossibbiltà assoluta. |
(162) |
Is-Sentenzi fil-kawżi li semmiet il-Greċja (135), jirreferu għall-possibbiltà ta’ limitu potenzjali għall-forza retrospettiva ta’ deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, fejn, f’każi eċċezzjonali, jiġu limitati l-effetti temporali ta’ sentenza jekk is-sentenza rriżultat f’riperkussjonijiet ekonomiċi serji minħabba, partikolarment, numru kbir ta’ relazzjonijiet legali li saru in bona fede u fejn l-imsemmija prattiki kienu adottati minħabba l-inċertezza tad-dispożizzjonijiet Komunitarji. |
(163) |
L-allegazzjonijiet tal-Greġja mhumiex validi fil-miżura sottostanti peress li tikkonċerna miżura ta’ għajnuna mill-Istat li ma ġietx innotifikata, u b’hekk, ma kinitx approvata. Għalhekk, iċ-ċirkostanzi estenwanti, iċċitati fil-ġurisprudenza li semmiet il-Greċja (136), ta’ l-azzjoni in bona fede u ta’ l-inċertezza tad-dispożizzjonijiet Komunitarja, ma jistgħux ikunu raġonevolment sostnuti. |
(164) |
Rigward bona fede possibbli, il-benefiċjarji ma jistgħux isostnu l-bona fede fejn ma kellhomx aspettattivi leġittimi li jirċievu l-għajnuna. Skond ġurisprudenza stabbilita (137), aspettattivi leġittimi rigward il-legalità ta’ l-għajnuna jistgħu jinħolqu biss mill-istituzzjonijiet Komunitarji, kemm b’deċiżjoni ta’ approvazzjoni jew b’nuqqas ta’ azzjoni kontra miżura inkompatibbli għalkemm misshom ħadu azzjoni. Mill-proċedura, madankollu, jirriżulta li l-Kummissjoni ssenjalat lill-awtoritajiet Griegi it-tħassib tagħha rigward il-kompatibbiltà tal-miżura hemm kif saret taf biha, ftit xhur biss wara d-dħul fis-seħħ tagħha. Wara, il-Kummissjoni segwiet l-investigazzjoni tagħha. Konsegwentement, il-Greġja ma tistax tinvoka xi aspettattivi leġittimi kontra rkupru possibbli. Barra minn hekk, ma jistax jiġi sostnut li d-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat kienu inċerti. |
(165) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tiċħad il-possibbiltà li jiġu invokati limiti jew eċċezzjonijiet għall-irkupru ta’ l-għajnuna illegali min-naħa tal-Greċja. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-iskema ta’ l-għajnuna mill-Istat implimentata mill-Greċja skond l-Artikolu 2 tal-Liġi 3220/2004 mhix kompatibbli mas-suq komuni.
2. Fis-settur agrikolu, l-għajnuna mogħtija għar-rilokazzjoni tal-bini ta’ l-irziezet ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat, meta r-rilokazzjoni tirriżulta minn esproprjazzjoni li, skond il-leġiżlazzjoni ta’ l-Istat Membru kkonċernat, tagħti dritt għal kumpens. Din l-għajnuna hija kompatibbli mas-suq komuni fil-każi l-oħra ta’ rilokazzjoni.
Artikolu 2
L-għajnuna individwali mogħtija skond l-iskema li tissemma fl-Artikolu 1(1) ta’ din id-Deċiżjoni ma tikkostitwix għajnuna jekk, fiż-żmien meta ngħatat, kienet tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti minn regolament adottat skond l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 (138) li kien applikabbli fiż-żmien meta ngħatat l-għajnuna.
Artikolu 3
L-għajnuna individwali mogħtija skond l-iskema li ssemmiet fl-Artikolu 1(1) ta’ din id-Deċiżjoni li, fiż-żmien meta ngħatat, kienet tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti minn regolament adottat skond l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 994/98 jew minn skema approvata oħra ta’ l-għajnuna hija kompatibbli mas-suq komuni sa l-intensitajiet massimi ta’ l-għajnuna applikabbli għal dak it-tip ta’ għajnuna.
Artikolu 4
1. Il-Greċja għandha tirkupra l-għajnuna inkompatibbli mogħtija skond l-iskema li tissemma fl-Artikolu 1(1) ta’ din id-Deċiżjoni mingħand il-benefiċjarji.
2. Lis-somom li għandhom jiġu rkuprati għandu jiġi applikat imgħax mid-data meta tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji sa l-irkupru effettiv tagħhom.
3. L-imgħax għandu jiġi kkalkulat fuq bażi ta’ imgħax kompost skond il-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni(KE) 794/2004 (139).
4. Il-Greċja għandha tħassar il-ħlasijiet kollha li għadhom ma sarux ta’ l-għajnuna skond l-iskema li tissemma fl-Artikolu 1(1) b’seħħ mid-data tan-notifika ta’ din id-deċiżjoni.
Artikolu 5
1. L-irkupru ta’ l-għajnuna mogħtija skond l-iskema li tissemma fl-Artikolu 1(1) għandu jkun immedjat u effettiv.
2. Il-Greċja għandha tiżgura ruħha li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba’ xhur wara d-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 6
1. Fi żmien xahrejn wara n-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, il-Greċja għandha tressaq l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
il-lista tal-benefiċjarji li rċevew għajnuna skond l-iskema li tissemma fl-Artikolu 1(1) u l-ammont totali ta’ l-għajnuna li kull wieħed minnhom irċieva skond l-iskema; |
(b) |
l-ammont totali (is-somma prinċipali u l-imgħaxijiet ta’ l-irkupru) li għandu jiġi rkuprat mingħand kull benefiċjarju; |
(ċ) |
deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li diġà ttieħdu u li huma ppjanati sabiex ikun hemm konformità ma’ din id-Deċiżjoni; u |
(d) |
dokumenti li juru li l-benefiċjarji ġew ordnati jħallsu lura l-għajnuna. |
Il-Greċja għandha tressaq din l-informazzjoni billi tuża l-formola mogħtija fl-Anness.
2. Il-Greċja għandha żżomm lill-Kummissjoni informata bil-progress tal-miżuri nazzjonali li ttieħdu sabiex tkun implimentata din id-Deċiżjoni sakemm ikun ġie kkompletat l-irkupru ta’ l-għajnuna mogħtija skond l-iskema li tissemma fl-Artikolu 1(1). Hija għandha tressaq immedjatament, fuq sempliċi talba tal-Kummissjoni, informazzjoni dwar il-miżuri li diġà ttieħdu u li huma ppjanati sabiex ikun hemm konformità ma’ din id-Deċiżjoni. Għandha wkoll tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti ta’ l-għajnuna u ta’ l-imgħax ta’ l-irkupru li diġà ġew irkuprati mingħand il-benefiċjarji.
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.
Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kummissjoni
Neelie KROES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU C 20, 27.1.2006, p. 16.
(3) C(2005)3873, 20.10.2005.
(4) Ara n-nota 1 ta’ qiegħ il-paġna.
(5) Il-Gazzetta tal-Gvern Nru 15 A tat-28 ta’ Jannar 2004.
(6) Αναπτυξιακός Νόμος 2601/1998, Il-Gazzetta tal-Gvern Grieg A 81 tal-15 ta’ April 1998.
(7) Referenza tal-KE ta’ l-għajnuna mill-Istat, ippubblikata fuq http://ec.europa.eu/comm/competition/state_aid/others/reference_rates.html
(8) L-Artikolu 3(1)(a) tal-Liġi 2601/1998.
(9) L-Artikolu 15 ta’ l-Anness għal-Liġi 2601/1998.
(10) L-Artikolu 3(1)(b) tal-Liġi 2601/1998.
(11) L-Artikolu 3(1)(c) tal-Liġi 2601/1998.
(12) L-Artikolu 3(1)(d) tal-Liġi 2601/1998.
(13) L-Artikolu 3(1)(e) tal-Liġi 2601/1998, meħtieġa l-implimentazzjoni.
(14) L-Artikolu 3(1)(f) tal-Liġi 2601/1998.
(15) L-Artikolu 3(1)(g) tal-Liġi 2601/1998.
(16) L-Artikolu 3(1)(h) tal-Liġi 2601/1998.
(17) L-Artikolu 3(1)(i) tal-Liġi 2601/1998.
(18) L-Artikolu 3(1)(j) tal-Liġi 2601/1998.
(19) L-Artikolu 3(1)(k) tal-Liġi 2601/1998.
(20) L-Artikolu 3(1)(l) tal-Liġi 2601/1998.
(21) L-Artikolu 3(1)(m) tal-Liġi 2601/1998.
(22) L-Artikolu 3(1)(n) tal-Liġi 2601/1998.
(23) L-Artikolu 3(1)(o) tal-Liġi 2601/1998, meħtieġa l-leġiżlazzjoni sekondarja.
(24) L-Artikolu 3(1)(p) tal-Liġi 2601/1998.
(25) L-Artikolu 3(1)(q) tal-Liġi 2601/1998, meħtieġa l-implimentazzjoni.
(26) L-Artikolu 3(1)(r) tal-Liġi 2601/1998.
(27) L-Artikolu 3(1)(e) tal-Liġi 2601/1998.
(28) L-Artikolu 3(1)(t) tal-Liġi 2601/1998.
(29) L-Artikolu 3(1)(u) tal-Liġi 2601/1998.
(30) L-Artikolu 3(1)(v) tal-Liġi 2601/1998.
(31) L-Artikolu 3(1)(w) tal-Liġi 2601/1998.
(32) L-Artikolu 3(2) tal-Liġi 2601/1998.
(33) L-aħħar sentenza ta’ l-Artikolu 3(1)(q) tal-Liġi 2601/1998.
(34) L-Artikolu 3(1)(a)(i) et al. tal-Liġi 2601/1998.
(35) L-Artikolu 3(1)(a)(ii) et al. tal-Liġi 2601/1998.
(36) L-Artikolu 3(1)(a)(iii) tal-Liġi 2601/1998.
(37) L-Artikolu 3(1)(a)(iv), (c)(ii) u (f)(ii) il-Liġi 2601/1998.
(38) L-Artikolu 3(1)(a)(v) et al. tal-Liġi 2601/1998.
(39) LArtikolu 3(1)(a)(vi) et al. tal-Liġi 2601/1998.
(40) L-Artikolu 3(1)(a)(ix) et al. tal-Liġi 2601/1998.
(41) L-Artikolu 3(1)(a)(x) tal-Liġi 2601/1998.
(42) L-Artikolu 3(1)(a)(xi) et al. tal-Liġi 2601/1998.
(43) L-Artikolu 3(1)(a)(xii) et al. tal-Liġi 2601/1998.
(44) L-Artikolu 3(1)(a)(xiii) et al. tal-Liġi 2601/1998.
(45) L-Artikolu 3(1)(a)(xiv) et al. tal-Liġi 2601/1998.
(46) L-Artikolu 3(1)(a)(xxi) tal-Liġi 2601/1998.
(47) L-Artikolu 3(1)(a)(xxii) tal-Liġi 2601/1998.
(48) L-Artikolu 3(1)(b)(ix) tal-Liġi 2601/1998.
(49) L-Artikolu 3(1)(e)(iii) tal-Liġi 2601/1998.
(50) L-Artikolu 3(1)(e)(iii) u (p)(vi) tal-Liġi 2601/1998.
(51) L-Artikolu 3(1)(e)(iii) tal-Liġi 2601/1998.
(52) L-Artikolu 3(1)(g)(viii) u (h)(viii) tal-Liġi 2601/1998.
(53) L-Artikolu 3(1)(n)(ii) tal-Liġi 2601/1998.
(54) L-Artikolu 3(1)(o)(i),(q)(vi), (t)(v), (u)(iv) tal-Liġi 2601/1998.
(55) L-Artikolu 3(1)(p)(iv) tal-Liġi 2601/1998.
(56) L-Artikolu 3(1)(q)(vi) tal-Liġi 2601/1998.
(57) L-aħħar sentenza ta’ l-Artikolu 3(1)(l)(i), (p)(iii), (t)(i) u (ii) fejn jikkonċerna l-modernizzazzjoni, (u)(i) u fejn jikkonċerna l-modernizzazzjoni u (ii), kif ukoll (w)(i) u (ii) tal-Liġi 2601/1998.
(58) L-Artikolu 3(1)(a)(v) et al. tal-Liġi 2601/1998.
(59) L-Artikolu 3(1)(a)(vii) et al. tal-Liġi 2601/1998.
(60) L-Artikolu 3(1)(a)(viii) u (i)(x) tal-Liġi 2601/1998.
(61) L-Artikolu 3(1)(a)(xv), (e)(v) (GRD 500 miljun), (g)(xii) tal-Liġi 2601/1998.
(62) L-Artikolu 3(1)(a)(xv), (e)(v) u (g)(xii) tal-Liġi 2601/1998.
(63) L-Artikolu 3(1)(a)(xvi) tal-Liġi 2601/1998.
(64) L-Artikolu 3(1)(a)(xvii) tal-Liġi 2601/1998.
(65) L-Artikolu 3(1)(a)(xviii) tal-Liġi 2601/1998.
(66) L-Artikolu 3(1)(a)(xx) tal-Liġi 2601/1998.
(67) L-Artikolu 3(1)(a)(xx) tal-Liġi 2601/1998.
(68) L-Artikolu 3(1)(g)(x) u (h)(xi) tal-Liġi 2601/1998.
(69) L-Artikolu 3(1)(i)(vii) tal-Liġi 2601/1998.
(70) L-Artikolu 3(1)(p)(viii) tal-Liġi 2601/1998.
(71) L-Artikolu 3(1)(p)(ix) tal-Liġi 2601/1998.
(72) Stabbilita skond l-Avviż tal-Kummissjoni fuq il-metodu tat-twaqqif tar-referenza u r-rati ta’ skont, ĠU C 273, 9.9.1997, p. 3 u ppubblikata fuq
http://europa.eu.int/comm/competition/state_aid/others/reference_rates.html
(73) L-intensitajiet massimi possibbli ta’ l-għajnuna jiġu kkalkulati bħala l-ogħla perċentwali possibbli ta’ għajnuna fl-ispejjeż eliġibbli, it-tnejn li huma skontati għas-sena ta’ l-għotja ta’ l-għajnuna:
,
(74) Rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ l-avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli ta’ l-għajnuna mill-Istat għal miżuri rrelatati ma’ tassazzjoni diretta fuq in-negozju, id-9 ta’ Frar 2004, C(2004) 434, paragrafu 56.
(75) Rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ l-avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli ta’ l-għajnuna mill-Istat għal miżuri rrelatati ma’ tassazzjoni diretta fuq in-negozju, id-9 ta’ Frar 2004, C(200)434, paragrafu 51. Ara wkoll id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni: 11.7.2001 (ĠU L 174, 4.7.2002, p. 31), 20.12.2001 (ĠU L 40, 14.2.2003) eċċ.
(76) Il-Kawża C-44/93 Namur-Les Assurances du Crédit SA vs Office National du Ducroire u L-Istat Belġjan, [1994] ECR II-2309, paragrafu 83, Kawżi Maqgħuda T-195/01 u T-207/01, Il-Gvern ta’ Ġibiltà vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, [2002] ECR II-2309, paragrafi 109-111.
(78) ĠU C 74, 10.3.1998, p. 9.
(79) ĠU C 70, 19.3.2002, p. 8.
(80) ĠU L 237, 6.9.2001, p. 16.
(81) ĠU C 45, 17.2.1996, p. 5.
(82) ĠU L 10, 13.1.2001, p. 20.
(83) ĠU L 10, 13.1.2001, p. 33.
(84) ĠU C 232, 12.8.2000, p. 17.
(85) ĠU C 229, 14.9.2004, p. 5 u ĠU C 19, 20.1.2001, p. 7.
(86) Id-Deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (ECJ) fil-Kawża C-209/03, Bidar vs London Borough of Ealing, Secretary of State for Education u Skills [2005] ECR I-2119, paragrafi 68-69; Il-Konklużjonijiet ta’ l-Avukat Ġenerali fil-Kawża C-475/03, Banca Popolare di Cremona vs Agenzia Entrate Ufficio Cremona [2006] ECR I-9373, paragrafu 75; Il-Konklużjonijiet ta’ l-Avukat Ġenerali fil-Kawża C-292/04, Wienu Meilicke et al. vs Finanzamt Bonn-Innenstadt, għadhom mhumiex ippubblikati, paragrafu 34.
(87) ĠU C 384, 10.12.1998, p. 3.
(88) Il-Kawża C-6/97 Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni [1999] ECR I-2981, paragrafu 16.
(89) Ir-Referenza tal-KE għall-għajnuna mill-Istat, ippubblikata fuq http://ec.europa.eu/comm/competition/state_aid/others/reference_rates.html
(90) ĠU C 273, 9.9.1997, p. 3.
(91) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ ta’ l-għajnuna mill-Istat Nru NN 59/A/98 (Nru SG(99) D/884 tat-3 ta’ Frar 1999), ĠU C 84, 26.3.1999, p. 7.
(92) Fil-Kawżi Maqgħuda T-195/01 u T-207/01: Il-Gvern ta’ Ġibiltà vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, [2002] ECR 2002, II-2309, paragrafi 109 u 111.
(93) Ara n-nota 78 ta’ qiegħ il-paġna.
(94) Ara n-nota 91 ta’ qiegħ il-paġna.
(95) Ara n-nota 81 ta’ qiegħ il-paġna.
(96) Ara n-nota 91 ta’ qiegħ il-paġna.
(97) Il-Kawża C-44/93, Namur Les Assurances du Crédit SA vs Office National du Ducroire u the Belgian State, [1994] ECR I-3829, paragrafu 28.
(98) Għal argumentazzjoni ddettaljata, ara t-Taqsima VI.3 aktar ’l isfel.
(99) Ara n-nota 78 ta’ qiegħ il-paġna.
(100) Ara n-nota 79 ta’ qiegħ il-paġna.
(101) ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.
(102) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 80.
(103) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 81.
(104) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 82.
(105) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 83.
(106) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 84.
(107) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 85.
(108) Ara l-Kawża T-349/03 Corsica Ferries vs Il-Kummissjoni [2005] ECR II-2197, paragrafu 64.
(109) ĠU L 10, 13.1.2001, p. 30.
(110) Il-Kawża C-172/03, Wolfgang Heiser vs. Finanzamt Innsbruck [2005] ECR I-1627.
(111) ĠU L 325, 28.10.2004, p. 4.
(112) ĠU L 379, 28.12.2006, p. 5. Ir-Regolament li jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 69/2001.
(113) Il-RAG, in-nota ta’ qiegħ il-paġna 23.
(114) Il-RAG, il-punt 4.6.
(115) Il-mappa ta’ l-għajnuna reġjonali għall-Greċja ġiet approvata bil-Kummissjoni permezz tad-Deċiżjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat N 469/1999 (l-ittra tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Jannar 2000, SG(2000) D/100661) u ġiet immodifikata bid-Deċiżjoni dwar l-għajnuna mill-Istat N 349/2002 (l-ittra tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Lulju 2002, C(2002) 2604 fin) għall-perjodu 2000-2006.
(116) Il-Qafas ta’ Sostenn Komunitarju għall-Greċja għall-perjodu 2000-2006, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni E(2000) 3405.
(117) Jiġifieri investimenti li jikkonċernaw il-ħarsien ta’ l-ambjent, ir-restrizzjoni tat-tniġġis ta’ l-art, tat-tniġġis sotterann, tat-tniġġiż ta’ l-ilma u tat-tniġġiż ta’ l-arja, ir-restawrazzjoni ta’ l-ambjent naturali u r-riċiklaġġ ta’ l-ilma.
(118) Il-Linji Gwida Ambjentali, il-punt 29 b’konnessjoni mal-punt 18(b).
(119) Il-finanzjament ta’ l-għotja ambjentali tar-WRAP u l-fond ta’ garanzija tal-kiri (lease) tar-WRAP. ĠU L 102, 7.4.2004, p. 59 għal skema ġenerali dwar l-investimenti fir-riċiklaġġ. Għall-każi irrelatati mar-riċiklaġġ tal-karti C61/2002 – WRAP ippubblikat fil-ĠU L 314 tat-28.11.2003, p. 26 u Stora Enso Langerbrugge ippubblikat fil-ĠU L 53, 26.2.2005, p. 66 rispettivament. Il-kriterji li ntużaw f’dawn il-każi ġew ukoll ikkumentati fir-Rapport Annwali tal-Kompetizzjoni ta’ l-2004.
(120) Kawża T-176/01 Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni [2004] ECR II-3931, paragrafu 94.
(121) ĠU C 323 tat-30.12.2006, p. 1.
(122) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 81.
(123) ĠU C 48, 13.2.1998, p. 2.
(124) L-Artikolu 3(1)(a)(vi) et al. tal-Liġi 2601/1998.
(125) L-Artikolu 3(1)(p)(vi) tal-Liġi 2601/1998.
(126) L-Artikolu 3(1)(a)(xv), (e)(v) u (g)(xii) tal-Liġi 2601/1998.
(127) L-Artikolu 3(1)(o)(i) tal-Liġi 2601/1998.
(128) L-Artikolu 3(2) tal-Liġi 2601/1998.
(129) ĠU L 325, 28.10.2004, p. 4.
(130) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80. Ir-Regolament issostitwit mir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1).
(131) ĠU C 19, 20.1.2001, p. 7.
(132) ĠU C 229, 14.9.2004, p. 5.
(133) Kawża T-176/01 Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni [2004] ECR II-3931, paragrafu 94.
(134) Ara b’mod partikolari Kawża C-404/00 Il-Kummissjoni vs Spanja [2003] ECR I-6695, paragrafu 45 u Kawża C-415/03 Il-Kummissjoni vs Il-Greċja [2005] ECR I-3875, paragrafu 35.
(135) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 88.
(136) Is-Sentenza ta’ l-ECJ fil-Kawża C-209/03, Bidar vs London Borough of Ealing, Secretary of State for Education u Skills [2005] ECR I-2119, paragrafi 68-69; is-Sentenza ta’ l-ECJ fil-Kawża C-292/04, Wienu Meilicke et al. vs Finanzamt Bonn-Innenstadt, għadha mhix ippubblikata, paragrafu 34.
(137) Kawża C-91/01 L-Italja vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [2004] ECR I-4355, paragrafu 66.
(138) ĠU L 142, 14.5.1998, p. 1.
(139) ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.
ANNESS
Informazzjoni rigward l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C 37/2005 (eks NN 11/2004), li ġiet implimentata mill-Greċja [Fond ta’ riżerva eżenti mit-taxxi]
Informazzjoni dwar l-ammonti ta’ l-għajnuna riċevuti, li għandhom jiġu rkuprati u li diġà ġew irkuprati
L-identità tal-benefiċarju |
L-ammont totali ta’ l-għajnuna riċevuta skond l-iskema (1) |
L-ammont totali ta’ l-għajnuna li għandu jiġi rkuprat (1) (L-ammont prinċipali) |
L-ammont totali diġà rimborsat (1) |
|
L-ammont prinċipali |
L-imgħax ta’ l-irkupru |
|||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(°) |
Miljuni tal-munita nazzjonali |