Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0566

2008/566/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 1 ta’ Lulju 2008 li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossiers li tressqu għal eżaminazzjoni dettaljata bil-ħsieb ta’ l-inklużjoni possibbli tal-phosphane u t-thiencarbazone fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3216) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 181, 10.7.2008, p. 52–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/566/oj

10.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 181/52


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-1 ta’ Lulju 2008

li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossiers li tressqu għal eżaminazzjoni dettaljata bil-ħsieb ta’ l-inklużjoni possibbli tal-phosphane u t-thiencarbazone fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3216)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/566/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 91/414/KEE tipprovdi għall-iżvilupp ta’ lista Komunitarja ta’ sustanzi attivi awtorizzati għall-inkorporazzjoni fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

(2)

Dossier għas-sustanza attiva phosphane kien ippreżentat minn S&A Service und Anwendungstechnik GmbH lill-awtoritajiet tal-Ġermanja fil-11 ta’ Ottubru 2007 b’applikazzjoni biex tinkiseb l-inklużjoni f’Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Għal thiencarbazone kien ippreżentat dossier minn Bayer Crop Science lill-awtoritajiet tar-Renju Unit fit-13 ta’ April 2007 b’applikazzjoni biex tinkiseb l-inklużjoni f’Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

L-awtoritajiet tal-Ġermanja u r-Renju Unit indikaw lill-Kummissjoni li, fuq eżaminazzjoni preliminarja, id-dossiers għas-sustanzi attivi kkonċernati jidhru li jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-data u ta’ l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-dossiers imressqa jihdru wkoll li jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-data u l-informazzjoni stabbiliti f’Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE fir-rigward ta’ prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva kkonċernata. Skond l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, d-dossiers sussegwentement intbagħtu mill-applikant lill-Kummissjoni u lil Stati Membri oħra, u ġew riferuti lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali.

(4)

Permezz ta’ din id-Deċiżjoni għandu jiġi formalment ikkonfermat fuq livell Komunitarju li d-dossiers għandhom jitqiesu li fil-prinċipju huma f’konformità mal-kondizzjonijiet dwar id-data u l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness II u, għal mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva kkonċernata, mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(5)

Din id-Deċiżjoni m’għandiex tippreġudika d-dritt tal-Kummissjoni li titlob lill-applikant li jressaq aktar data jew informazzjoni sabiex jiċċara ċerti punti fid-dossier.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:t

Artikolu 1

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 91/414/KEE, id-dossiers li jikkonċernaw s-sustanzi attivi identifikati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, li ġew imressqa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-għan li tinkiseb l-inklużjoni ta’ dawk is-sustanzi fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, issodisfaw fil-prinċipju r-rekwiżiti dwar id-data u l-informazzjoni stipolati fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva.

Id-dossiers jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti dwar id-data u l-informazzjoni stipolati fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva fir-rigward ta’ prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih s-sustanza attiva, fid-dawl ta’ l-użi proposti.

Artikolu 2

L-Istat Membru rapporteur għandu jsegwi l-eżaminazzjoni dettaljata għad-dossiers imsemmija fl-Artikolu 1 u għandu jirrapporta lill-Kummissjoni l-konklużjonijiet ta’ l-eżaminazzjoni tiegħu flimkien ma’ xi rakkomandazzjoni dwar l-inklużjoni jew le fl-Anness I tad-Direttiva 91/44/KEE tas-sustanzi attivi msemmija fl-Artikolu 1 u kull kundizzjoni għal dawk l-inklużjonijiet malajr kemm jista’ jkun u mhux iktar tard minn perjodu ta’ sena mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 1 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/45/KE (ĠU L 94, 5.4.2008, p. 21).


ANNESS

Sustanza attiva kkonċernata minn din id-deċiżjoni

Isem Komuni, CIPAC Numru ta’ l-Identifikazzjoni

Applikant

Data ta’ l-applikazzjoni

L-Istat Membru Rapporteur

Phosphane

CIPAC-Nru:127

S&A Service und Anwendungstechnik GmbH

11 ta’ Ottubru 2007

DE

Thiencarbazone

CIPAC-Nru: 797

Bayer Crop Science AG

13 ta’ April 2007

UK


Top