Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0395

    2008/395/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta' April 2008 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta' l-aġenziji tal-ħlas tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja fir-rigward ta' l-infiq fil-qasam ta' miżuri ta' żvilupp rurali ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2007 (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1710)

    ĠU L 139, 29.5.2008, p. 25–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/395/oj

    29.5.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 139/25


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-30 ta' April 2008

    dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta' l-aġenziji tal-ħlas tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja fir-rigward ta' l-infiq fil-qasam ta' miżuri ta' żvilupp rurali ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2007

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1710)

    (It-testi biċ-Ċek, l-Estonjan, l-Ingliż, il-Latvjan, il-Litwan, l-Ungeriż, il-Pollakk, is-Slovakk u s-Sloven biss huma awtentiċi)

    (2008/395/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 30 u 39 tiegħu,

    Wara li kkonsultat il-Kumitat għall-Fondi Agrikoli,

    Billi:

    (1)

    Fuq il-bażi tal-kontijiet annwali mressqa mir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, Malta, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Ungerija fir-rigward ta' l-infiq fil-qasam ta' miżuri ta' żvilupp rurali, akkompanjati mill-informazzjoni meħtieġa, il-kontijiet ta' l-aġenziji tal-ħlas imsemmija fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 għandhom jiġu approvati. L-approvazzjoni tkopri il-kompletezza, ir-reqqa u l-veraċità tal-kontijiet mibgħuta fid-dawl tar-rapporti stabbiliti mill-entitajiet ta’ ċertifikazzjoni.

    (2)

    Il-limiti ta' żmien konċessi lir-Repubblika Ċeka, lill-Estonja, lil Ċipru, lil-Latvja, lil-Litwanja, lill-Ungerija, lil Malta, lill-Polonja, lis-Slovenja u s-Slovakkja , għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 (2) li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-proċedura għall-approvazzjoni tal-kontijiet ta’ l-FAEG għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 8(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 885/2006, għalqu.

    (3)

    Il-Kummissjoni vverifikat l-informazzjoni mressqa u kkomunikata lir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja s-sejbiet tagħha qabel il-31 ta' Marzu 2008, flimkien ma' l-emendi meħtieġa.

    (4)

    Għall-infiq fuq l-iżvilupp rurali, kopert mill-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 27/2004 tal-5 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati tranżitorji għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 fir-rigward ta’ l-iffinanzjar mill-FAEGG tal-miżuri ta’ żvilupp rurali fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (3), ir-riżultat tad-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni għandu jitnaqqas minn, jew jiżdied ma', ħlasijiet sussegwenti magħmula mill-Kummissjoni.

    (5)

    Fid-dawl tal-verifiki magħmula, il-kontijiet annwali u d-dokumenti mehmuża jippermettu lill-Kummissjoni tieħu deċiżjoni, għal ċertu aġenziji tal-ħlas, dwar il-kompletezza, ir-reqqa u l-veraċità tal-kontijiet mibgħuta. Id-dettalji ta’ dawn l-ammonti ġew deskritti fir-Rapport fil-Qosor ippreżentat lill-Kumitat tal-Fond flimkien ma’ din id-Deċiżjoni.

    (6)

    Fid-dawl tal-verifiki li saru, it-tagħrif mibgħut minn ċerti aġenziji tal-ħlas jeħtieġ aktar inkjesti u għalhekk il-kontijiet tagħhom ma jistgħux jiġu approvati f'din id-Deċiżjoni.

    (7)

    Għall-infiq fuq l-iżvilupp rurali kopert bir-Regolament (KE) Nru 27/2004, l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati jew li għandhom jitħallsu skond id-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet, għandhom jitnaqqsu minn jew jiżdiedu ma' ħlasijiet sussegwenti.

    (8)

    Skond l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax deċiżjonijiet meħuda sussegwentement mill-Kummissjoni li jeskludu mill-finanzjament tal-Komunità nefqa li ma tiġix effettwata skond ir-regoli Komunitarji,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Bla ħsara għall-Artikolu 2, il-kontijiet ta' l-aġenziji tal-ħlas ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw infiq fil-qasam ta' l-iżvilupp rurali ffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2007, huma approvati permezz ta' din id-deċiżjoni.

    L-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn, jew li għandhom jitħallsu lil, kull Stat Membri skond din id-Deċiżjoni fil-qasam ta' miżuri ta' żvilupp rurali applikabbli fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja huma stipulati fl-Anness I u l-Anness II.

    Artikolu 2

    Għas-sena finanzjarja 2007, il-kontijiet ta’ l-aġenziji tal-ħlas ta’ l-Istati Membri fil-qasam ta' l-żvilupp rurali applikabbli fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, stipulati fl-Anness III, huma mifruda minn din id-Deċiżjoni u għandhom ikunu soġġetti għal Deċiżjoni dwar l-approvazzjoni fil-ġejjieni.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ċeka, lir-Repubblika ta' l-Estonja, lir-Repubblika ta' Ċipru, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lir-Repubblika ta' l-Ungerija, lir-Repubblika ta' Malta, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka

    Magħmula fi Brussell, 30 ta’ April 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 209, 11.8.2005, p.1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1437/2007 (ĠU L 322, 7.12.2007, p. 1).

    (2)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 90. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1233/2007 (ĠU L 279, 23.10.2007, p. 10).

    (3)  ĠU L 5, 9.1.2004, p. 36.


    ANNESS I

    APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TA' L-AĠENZIJI TAL-ĦLAS

    Sena finanzjarja 2007 – nefqa għall-Iżvilupp Rurali EAGF fl-Istati Membri Ġodda

    Ammont li għandu jiġi rkuprat mill-Istat Membru jew imħallas lill-Istat Membru

    MS

     

    2007 – Nefqa ta' l-Aġenziji tal-Ħlas li għaliha l-kontijiet huma

    Total a + b

    Tnaqqis

    Total

    It-total tal-Pagamenti Temporanji li ġew imħallsin lura lill-Istati Membri għas-sena finanzjarja

    Ammont li għandu jiġi rkuprat (–) mill-Istat Membru jew imħallas (+) lill-Istat Membru (*)

    approvati

    mhux approvati

    = nefqa ddikjarata fid-dikjarazzjoni annwali

    = it-total tal-Pagamenti Temporanji li ġew imħallsin lura lill-Istati Membri għas-sena finanzjarja

     

     

    a

    b

    ċ = a + b

    d

    e = ċ + d

    f

    g = e – f

    CY

    EUR

    17 817 990,09

     

    17 817 990,09

    0,00

    17 817 990,09

    17 817 394,00

    596,09

    CZ

    EUR

    188 407 840,07

     

    188 407 840,07

    0,00

    188 407 840,07

    107 317 031,00

    81 090 809,07

    EE

    EUR

    0,00

    36 236 291,00

    36 236 291,00

    0,00

    36 236 291,00

    36 236 291,00

    0,00

    HU

    EUR

    178 498 827,76

     

    178 498 827,76

    0,00

    178 498 827,76

    142 520 308,00

    35 978 519,76

    LT

    EUR

    156 247 750,70

     

    156 247 750,70

    0,00

    156 247 750,70

    137 893 174,00

    18 354 576,70

    LV

    EUR

    110 967 368,28

     

    110 967 368,28

    0,00

    110 967 368,28

    92 775 801,00

    18 191 567,28

    MT

    EUR

    0,00

    4 148 025,00

    4 148 025,00

    0,00

    4 148 025,00

    4 148 025,00

    0,00

    PL

    EUR

    1 085 818 964,54

     

    1 085 818 964,54

    0,00

    1 085 818 964,54

    624 783 864,00

    461 035 100,54

    SI

    EUR

    88 853 612,73

     

    88 853 612,73

    0,00

    88 853 612,73

    29 882 274,00

    58 971 338,73

    SK

    EUR

    144 596 146,16

     

    144 596 146,16

    0,00

    144 596 146,16

    105 327 185,00

    39 268 961,16


    MS

    Pagamenti bil-quddiem li jkunu tħallsu iżda għad iridu jiġu approvati għall-implimentazzjoni tal-programm [Artikolu 32 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999].

    CZ

    EUR

    86 848 000,00

    CY

    EUR

    11 968 000,00

    EE

    EUR

    24 080 000,00

    HU

    EUR

    96 368 000,00

    LT

    EUR

    78 320 000,00

    LV

    EUR

    52 496 000,00

    MT

    EUR

    4 304 000,00

    PL

    EUR

    458 624 000,00

    SI

    EUR

    45 056 000,00

    SK

    EUR

    63 536 000,00


    (*)  hekk kif il-pagamenti jkunu laħqu 95 % tal-pjan finanzjarju, il-bilanċ fir-rigward ta' CZ, HU, LT, LV, PL, SI, u SK se jitħallas matul l-għeluq tal-programm.


    ANNESS II

    IN-NEFQA APPROVATA MILL-MIŻURA GĦALL-IŻVILUPP RURALI EAGF GĦALL-EŻERĊIZJU 2007 FL-ISTATI MEMBRI ĠODDA

    Differenzi bejn il-kontijiet annwali u d-dikjarazzjonijiet tan-nefqa

    ĊIPRU

    Nru

    Il-miżura

    Nefqa 2007

    Anness I kolonna “a”

    Riduzzjonijiet

    Anness I kolonna “d”

    Ammont approvat għall-2007

    Anness I kolonna “e”

     

     

    i

    ii

    iii = i + ii

    1

    Appoġġ għall-investimenti dwar il-ġestjoni ta' l-iskart ta' l-annimali

    3 225 390,38

     

    3 225 390,38

    2

    Inkoraġġament tat-titjib u ta' l-iżvilupp

    2 413 832,05

     

    2 413 832,05

    3

    I-inkoraġġament tat-twaqqif ta' gruppi li jipproduċu

    0,00

     

    0,00

    4

    Promozzjoni tat-taħriġ għall-bdiewa

    0,00

     

    0,00

    5

    Servizz tekniku u ta' konsultazzjoni għall-bdiewa

    0,00

     

    0,00

    6

    Irtirar kmieni

    476 161,06

     

    476 161,06

    7

    Appoġġ għall-istabbiliment ta' bdiewa li għadhom zgħar

    0,00

     

    0,00

    8

    L-ikkonformar ma' l-istandards ta' l-EU

    1 327 209,76

     

    1 327 209,76

    9

    Adozzjoni ta' miżuri agri-ambjentali

    5 598 846,60

     

    5 598 846,60

    10

    Azzjonijiet għall-protezzjoni tal-valur naturali agri-ambjentali

    1 385 404,31

     

    1 385 404,31

    11

    Tisġir

    80 294,63

     

    80 294,63

    12

    It-titjib ta' infrastruttura għall-iżvilupp tal-bhejjem

    600 274,13

     

    600 274,13

    13

    Żoni Inqas Vantaġġati

    1 298 319,91

     

    1 298 319,91

    14

    Appoġġ għall-iskemi ta' kwalitá

    0,00

     

    0,00

    15

    Appoġġ għall-ipproċessar tradizzjonali fuq livell zgħir

    211 518,23

     

    211 518,23

    16

    Protezzjoni ta' paeżaġġi tradizzjonali u agrikoli

    504 899,70

     

    504 899,70

    17

    Protezzjoni minn nirien fil-foresti u diżastri naturali oħra

    293 655,31

     

    293 655,31

    18

    Tisġir ta' art mhux agrikolu

    314 776,22

     

    314 776,22

    19

    Titjib tal-proċess tal-ħsad

    79 455,98

     

    79 455,98

    20

    Appoġġ tekniku ta' l-implimentazzjoni, is-sorveljar

    0,00

     

    0,00

    21

    Appoġġ tekniku ta' inizjattivi kollettivi fuq-livell lokali

    7 951,82

     

    7 951,82

     

    Total

    17 817 990,09

    0,00

    17 817 990,09


    IR-REPUBBLIKA ĊEKA

    Nru

    Il-miżura

    Nefqa 2007

    Anness I kolonna “a”

    Riduzzjonijiet

    Anness I kolonna “d”

    Ammont approvat għall-2007

    Anness I kolonna “e”

     

     

    i

    ii

    iii = i + ii

    1

    Irtirar kmieni

    1 590 493,75

     

    1 590 493,75

    2

    Żoni Inqas Vantaġġati

    81 005 360,10

     

    81 005 360,10

    3

    Agri-ambjentali

    102 916 341,29

     

    102 916 341,29

    4

    Tisġir

    2 687 988,90

     

    2 687 988,90

    5

    Gruppi ta' produtturi

    207 656,03

     

    207 656,03

    6

    Assistenza teknika

    0,00

     

    0,00

    7

    Sapard

    0,00

     

    0,00

    700

    Investimenti f'art agrikolu, R. 1268/99

    0,00

     

    0,00

    701

    Processar u kummerċjaliżazzjoni R. 1268/1999

    0,00

     

    0,00

    702

    Ħsara mill-għargħar

    0,00

     

    0,00

    703

    It-titjib ta' strutturi għall-kwalitá

    0,00

     

    0,00

    704

    It-titjib u t-tqassim ta' l-art mill-ġdid

    0,00

     

    0,00

    705

    Ir-renovazzjoni u ż-żvilupp ta' villaġġi

    0,00

     

    0,00

    706

    Ħsara mill-għargħar 2

    0,00

     

    0,00

    707

    L-iżvilupp ta' infrastruttura rurali

    0,00

     

    0,00

    708

    L-iżvilupp u d-diversifikazzjoni ta' attivitajiet

    0,00

     

    0,00

    709

    Metodi ta' produzzjoni agrikoli għall-protezzjoni

    0,00

     

    0,00

    710

    It-titjib ta' taħriġ vokazzjonali

    0,00

     

    0,00

    711

    Assistenza teknika SAPARD

    0,00

     

    0,00

     

    Total

    188 407 840,07

    0,00

    188 407 840,07


    L-UNGERIJA

    Nru

    Il-miżura

    Nefqa 2007

    Anness I kolonna “a”

    Riduzzjonijiet

    Anness I kolonna “d”

    Ammont approvat għall-2007

    Anness I kolonna “e”

     

     

    i

    ii

    iii = i + ii

    1

    Agri-ambjentali

    73 486 969,91

     

    73 486 969,91

    2

    Ilħuq ta' standards

    4 105 536,55

     

    4 105 536,55

    3

    Tisġir

    22 816 432,69

     

    22 816 432,69

    4

    Appoġġ għall-ażjendi agrikoli semi-sostanzjali

    685 771,04

     

    685 771,04

    5

    Gruppi ta' produtturi

    15 660 337,14

     

    15 660 337,14

    6

    Irtirar kmieni

    0,00

     

    0,00

    7

    Żoni Inqas Vantaġġati

    5 445 831,94

     

    5 445 831,94

    8

    Assistenza Teknika

    12 481 066,90

     

    12 481 066,90

    9

    Proġetti approvati taħt Regolament (KE) Nru 1268/1999

    0,00

     

    0,00

    10

    Pagamenti kumplementari nazzjonali diretti

    43 816 881,59

     

    43 816 881,59

     

    Total

    178 498 827,76

    0,00

    178 498 827,76


    IL-LITWANJA

    Nru

    Il-miżura

    Nefqa 2007

    Anness I kolonna “a”

    Riduzzjonijiet

    Anness I kolonna “d”

    Ammont approvat għall-2007

    Anness I kolonna “e”

     

     

    i

    ii

    iii = i + ii

    1

    Agri-ambjentali

    22 285 402,90

     

    22 285 402,90

    2

    Żoni Inqas Vantaġġati u żoni b'restrizzjonijiet ambjentali

    49 265 832,76

     

    49 265 832,76

    3

    Ilħuq ta' standards

    27 087 408,61

     

    27 087 408,61

    4

    Tisġir ta' art agrikolu

    2 282 657,14

     

    2 282 657,14

    5

    Irtirar kmieni

    25 344 412,08

     

    25 344 412,08

    6

    Appoġġ għall-ażjendi agrikoli semi-sostanzjali minn ristrutturar

    1 957 236,61

     

    1 957 236,61

    7

    Miżuri oħra

    261 299,00

     

    261 299,00

    8

    Assistenza Teknika

    1 608 513,64

     

    1 608 513,64

    9

    Pagamenti kumplementari nazzjonali diretti

    26 154 987,96

     

    26 154 987,96

     

    Total

    156 247 750,70

    0,00

    156 247 750,70


    IL-LATVJA

    Nru

    Il-miżura

    Nefqa 2007

    Anness I kolonna “a”

    Riduzzjonijiet

    Anness I kolonna “d”

    Ammont approvat għall-2007

    Anness I kolonna “e”

     

     

    i

    ii

    iii = i + ii

    1

    Irtirar kmieni

    1 969 847,34

     

    1 969 847,34

    2

    Gruppi ta' produtturi

    0,00

     

    0,00

    3

    Appoġġ għall-ażjendi agrikoli semi-sostanzjali

    11 380 749,30

     

    11 380 749,30

    4

    Ilħuq ta' standards

    18 477 804,02

     

    18 477 804,02

    5

    Agri-ambjentali

    28 455 604,50

     

    28 455 604,50

    6

    Żoni Inqas Vantaġġati

    44 469 295,01

     

    44 469 295,01

    7

    Assistenza teknika

    687 059,69

     

    687 059,69

    8

    Obbligazzjonijiet trasferiti mill-perjodu ta' l-ipprogrammar ta' qabel

    5 527 008,42

     

    5 527 008,42

    9

    Allokazzjoniet ta' riżorsi għall-ħlasijiet dwar żona singolari

    0,00

     

    0,00

     

    Total

    110 967 368,28

    0,00

    110 967 368,28


    IL-POLONJA

    Nru

    Il-miżura

    Nefqa 2007

    Anness I kolonna “a”

    Riduzzjonijiet

    Anness I kolonna “d”

    Ammont approvat għall-2007

    Anness I kolonna “e”

     

     

    i

    ii

    iii = i + ii

    1

    Irtirar kmieni

    208 211 570,06

     

    208 211 570,06

    2

    Appoġġ għall-ażjendi agrikoli semi-sostanzjali

    153 848 603,49

     

    153 848 603,49

    3

    Gruppi ta' produtturi

    2 217 071,84

     

    2 217 071,84

    4

    Żoni Inqas Vantaġġati

    268 656 270,64

     

    268 656 270,64

    5

    Impriżi agri-ambjentali u l-benesseri ta' l-annimali

    99 644 744,58

     

    99 644 744,58

    6

    Tisġir

    34 137 537,58

     

    34 137 537,58

    7

    L-ikkonformar ma' l-istandards ta' l-EU

    162 483 934,83

     

    162 483 934,83

    8

    Assistenza teknika

    1 179 654,66

     

    1 179 654,66

    9

    Komplementi għall-pagamenti diretti

    155 386 446,75

     

    155 386 446,75

    10

    Progetti approvati taħt Reg. (KE) Nru 1268/1999

    53 130,11

     

    53 130,11

     

    Total

    1 085 818 964,54

    0,00

    1 085 818 964,54


    IS-SLOVENJA

    Nru

    Il-miżura

    Nefqa 2007

    Anness I kolonna “a”

    Riduzzjonijiet

    Anness I kolonna “d”

    Ammont approvat għall-2007

    Anness I kolonna “e”

     

     

    i

    ii

    iii = i + ii

    1

    Żoni Inqas Vantaġġati

    35 507 061,93

     

    35 507 061,93

    2

    Agri-ambjentali

    36 570 020,31

     

    36 570 020,31

    3

    Irtirar kmieni

    2 157 975,90

     

    2 157 975,90

    4

    Ilħuq ta' standards

    11 469 182,41

     

    11 469 182,41

    5

    Assistenza teknika

    622 994,02

     

    622 994,02

    6

    Il-programm SAPARD

    341 673,22

     

    341 673,22

    7

    Komplementi għall-pagamenti diretti

    2 184 704,95

     

    2 184 704,95

     

    Total

    88 853 612,73

    0,00

    88 853 612,73


    IS-SLOVAKKJA

    Nru

    Il-miżura

    Nefqa 2007

    Anness I kolonna “a”

    Riduzzjonijiet

    Anness I kolonna “d”

    Ammont approvat għall-2007

    Anness I kolonna “e”

     

     

    i

    ii

    iii = i + ii

    1

    Investimenti f'art agrikolu

    2 371 921,16

     

    2 371 921,16

    2

    Taħriġ

    0,00

     

    0,00

    3

    Żoni inqas vantaggati u żoni b'restrizzjonijiet ambjentali

    69 206 792,25

     

    69 206 792,25

    4

    Ilħuq ta' standards

    2 926 865,23

     

    2 926 865,23

    5

    Appoġġ agri-ambjentali

    47 813 409,02

     

    47 813 409,02

    6

    Titjib fl-ipproċessar u l-kummerċjaliżazzjoni ta' prodotti agrikoli

    355 963,87

     

    355 963,87

    7

    Il-ġestjoni tal-foresti

    1 109,96

     

    1 109,96

    8

    Tisġir ta' art agrikolu

    96 237,08

     

    96 237,08

    9

    Konsolidazzjoni ta' l-art

    316 125,54

     

    316 125,54

    10

    Diversifikazzjoni ta' attivitajiet agrikoli

    9 505,89

     

    9 505,89

    11

    Appoġġ għall-ażjendi agrikoli semi-sostanzjali

    445 878,45

     

    445 878,45

    12

    Gruppi ta' produtturi

    2 305 705,75

     

    2 305 705,75

    13

    Assistenza teknika li tinkludi evalwazzjoni

    3 586 575,26

     

    3 586 575,26

    14

    Komplementi għall-pagamenti diretti

    14 365 364,23

     

    14 365 364,23

    901

    Investimenti f'art agrikola, R. 1268/1999

    131 805,70

     

    131 805,70

    905

    Appoġġ agri-ambjentali - proġetti approvati R. 1268/1999

    582 024,62

     

    582 024,62

    907

    Il-ġestjoni tal-foresti- il-proġetti approvati taħt R. 1268/1999

    0,00

     

    0,00

    912

    Gruppi ta' produtturi - il-proġetti approvati taħt R. 1268/1999

    80 862,15

     

    80 862,15

     

    Total

    144 596 146,16

    0,00

    144 596 146,16


    ANNESS III

    APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TA' L-AĠENZIJI TAL-ĦLAS

    Sena finanzjarja 2007 - nefqa għall-Iżvilupp Rurali EAGF fl-Istati Membri Ġodda

    Lista ta' Agenziji tal-Ħlas li għalihom il-kontijiet għadhom ma ġewx approvati u huma soġġetti għal deċiżjoni ta' approvazzjoni iżjed tard

    Stat Membru

    Aġenzija tal-ħlas

    Estonja

    PRIA

    Malta

    MRAE


    Top