EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0354

2008/354/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta’ Diċembru 2007 li tikkonċerna Għajnuna mill-Istat C 47/06 (ex N 648/05) – Kreditu ta’ taxxa favur il-kreazzjoni ta’ logħob elettroniku (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6070) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 118, 6.5.2008, p. 16–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/354/oj

6.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 118/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Diċembru 2007

li tikkonċerna Għajnuna mill-Istat C 47/06 (ex N 648/05) – Kreditu ta’ taxxa favur il-kreazzjoni ta’ logħob elettroniku

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6070)

(Il-verżjoni bil-Franċiż biss hija awtentika)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/354/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 88(2) tiegħu,

wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62 (1)(a) tiegħu,

wara li l-partijiet interessati ġew mistiedna jressqu l-kummenti tagħhom skond dawn l-Artikoli (1), u wara li ġew ikkunsidrati dawn il-kummenti,

billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Fl-20 ta’ Diċembru 2005, l-awtoritajiet Franċiżi nnotifikaw din il-miżura ta’ għajnuna.

(2)

B’ittra ddatata l-25 ta’ Jannar 2006, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali, li ġiet fornita b’ittra ddatata l-15 ta’ Frar 2006.

(3)

Fit-3 ta’ Mejju 2006, saret laqgħa bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Franċiżi. Wara din il-laqgħa, l-awtoritajiet Franċiżi għamlu tibdiliet f’din il-miżura, li ġew mgħarrfa lill-Kummissjoni b’ittra fit-12 ta’ Ġunju 2006.

(4)

Abbażi ta’ dawn it-tibdiliet, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali b’ittra ddatata l-1 ta’ Awwissu 2006, li għaliha l-awtoritajiet Franċiżi rrispondew, wara talba għal estensjoni ta’ l-iskadenza, b’ittra fit-18 ta’ Settembru 2006.

(5)

B’ittra tat-22 ta’ Novembru 2006, il-Kummissjoni informat lil Franza bid-deċiżjoni tagħha li tibda’ l-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat fir-rigward tal-kreditu ta’ taxxa favur il-ħolqien ta’ logħob elettroniku.

(6)

Franza ppreżentat il-kummenti tagħha b’ittra tat-22 ta’ Diċembru 2006, irreġistrata fit-3 ta’ Jannar.

(7)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ din il-proċedura ġiet ippubblikata fuq il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar il-miżura in kwistjoni.

(8)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand dawn il-partijiet interessati:

TIGA, b’ittra ddatata l-21 ta’ Diċembru 2006

EGDF, b’ittra ddatata t-22 ta’ Diċembru 2006

GAME, b’ittra ddatata t-3 ta’ Jannar 2007

ADESE, b’ittra ddatata t-3 ta’ Jannar 2007

APOM, b’ittra ddatata l-5 ta’ Jannar 2007

ISFE, b’ittra ddatata l-5 ta’ Jannar 2007

Ubisoft, b’ittra ddatata t-8 ta’ Jannar 2007

(9)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti addizzjonali, wara sew it-tmiem ta’ l-iskadenza ta’ xahar wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u li għalhekk ma kkunsidratx.

(10)

Il-kummenti sottomessi fl-iskadenzi ġew trażmessi lil Franza b’ittra tat-12 ta’ Frar 2007.

(11)

B’ittra tat-23 ta’ Jannar 2007, u fit-tħejjija għal laqgħa mal-Kummissjoni li saret fid-29 ta’ Jannar 2007, l-awtoritajiet Franċiżi informaw lill-Kummissjoni bil-modifiki li saru fil-miżura notifikata.

(12)

Il-Kummissjoni bagħtet mistoqsijiet addizzjonali fil-21 ta’ Frar 2007.

(13)

B’ittra ddatata t-22 ta’ Marzu, l-awtoritajiet Franċiżi ppreżentaw il-kummenti tagħhom dwar il-kummenti tal-partijiet interessati mibgħuta fit-12 ta’ Frar 2007 u r-risposti tagħhom mibgħuta fil-21 ta’ Frar 2007.

(14)

Rappreżentanti ta’ EGDF u ISFE ġew milqugħa rispettivament fit-13 u l-14 ta’ Frar 2007.

(15)

Fil-31 ta’ Lulju 2007, saret laqgħa bejn l-awtoritajiet Franċiżi u l-Kummissjoni, li wasslet biex l-awtoritajiet Franċiżi jibgħatu tliet ittri ddatati l-5 ta’ Ottubru, is-17 ta’ Ottubru u s-7 ta’ Novembru li fihom informaw lill-Kummissjoni bil-modifiki li saru fil-miżura notifikata.

2.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA FID-DATA TAL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA

(16)

Il-miżura hija mekkaniżmu ta’ appoġġ għall-kreazzjoni ta’ logħob elettroniku b’dimensjoni kulturali, fil-forma ta’ kreditu ta’ taxxa. Fid-data tal-ftuħ tal-proċedura, l-istrument kien dan li ġej:

(a)   Impriżi u logħob elettroniku eliġibbli

(17)

L-impriżi eliġibbli huma dawk li jipproduċu l-logħob elettroniku, jiġifieri l-istudjows ta’ l-iżvilupp, indipendenti jew sussidjarji tal-pubblikaturi.

(18)

Il-logħob eliġibbli huwa ddefinit bħala softwer ta’ divertiment għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq mezz fiżiku jew onlajn li jintegra l-elementi ta’ kreazzjoni artistika u teknoloġika. Dawn mhux biss ikopru l-logħob elettroniku għall-kompjuter jew console, iżda anke l-logħob mobbli, il-logħob onlajn kemm b’ħafna plejers u kemm jekk le, is-softwer edukattiv jew ta’ attività edukattiva u s-CD-ROM kulturali jekk tintegra interattività u kreattività suffiċjenti. Ammont minimu ta’ EUR 150 000 fi spejjeż għall-iżvilupp kien iffissat biex jeskludi l-logħob li mhux intiż għal kummerċjalizzazzjoni sinifikanti. Barra dan, biex ikun jista’ jibbenefika mill-kreditu ta’ taxxa, il-logħob elettroniku għandu jilħaq ċertu numru ta’ kriterji.

(19)

L-ewwel kriterju huwa negattiv: huwa eskluż mill-benefiċċju tal-kreditu ta’ taxxa l-logħob elettroniku b’sekwenzi ta’ natura pornografika jew ta’ vjolenza kbira ħafna.

(20)

Barra dan, il-logħob elettroniku eliġibbli għandu jkollu dimensjoni kulturali. Biex dan isir, il-logħob elettroniku għandu jissodisfa wieħed minn dawn il-kriterji li ġejjin:

(a)

jew jiżviluppa adattament ta’ xogħol diġà eżistenti tal-wirt kulturali Ewropew fuq il-bażi ta’ xenarju miktub bil-Franċiż;

(b)

jew jilħaq “il-kriterju tal-kwalità u ta’ l-oriġinalità tal-kunċett u tal-kontribuzzjoni għall-espressjoni tad-diversità kulturali u tal-kreazzjoni Ewropej fil-qasam tal-logħob elettroniku”. L-evalwazzjoni ta’ dan il-kriterju tinkludi “l-eżami tal-kwalità u ta’ l-oriġinalità tal-kontenut, tax-xenajru, l-adegwatezza għal-logħob, in-navigazzjoni, l-interattività u l-komponenti viżivi, akustiċi u grafiċi”.

(21)

Fl-aħħarnett hemm il-kriterju “kulturali” Ewropew fir-rigward tan-nazzjonalità tal-kollaboraturi tal-kreazzjoni: lista ta’ punti mqassmin għal kull kategorija u mqassmin għal kull post skond il-kwalità ta’ ċittadin ta’ Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea tiddetermina n-natura Ewropea tal-logħob elettroniku u għalhekk l-ammissibbiltà tiegħu għall-benefiċċju tal-kreditu ta’ taxxa. Għal-lista jitqiesu mhux biss il-kollaboraturi direttament impenjati mill-produttur tal-logħba, iżda anke dawk issekondati lil impriżi sottokuntrattati eventwali.

(b)   Nfiq eliġibbli

(22)

L-infiq eleiġibbli huwa ddefinit b’mod li jikkorrispondi għall-infiq tal-ħolqien u l-iżvilupp. Huwa partikolarment eskluż l-infiq tad-debugging u tat-testijiet ta’ garanzija. Dawn ikopru:

(a)

l-ispejjeż tal-persunal (remunerazzjoni u spejjeż soċjali) assoċjati:

(1)

lill-produttur, lill-produttur konġunt, lid-direttur artistiku, lid-direttur tekniku;

(2)

lill-persuni responsabbli mix-xenarju u d-djalogi, id-disinn u l-ħolqien tal-livelli ta’ logħob;

(3)

lill-persuni responsabbli mill-ipprogrammar;

(4)

lill-persuni responsabbli mill-grafika u l-animazzjoni;

(5)

lill-persuni responsabbli mill-ambjent akustiku.

(b)

Id-deprezzament ta’ l-assi, minbarra l-bini, intiż direttament għall-ħolqien tal-logħob elettroniku;

(ċ)

L-ispejjeż l-oħra tat-tħaddim, ikkaklukati b’rata fissa ta’ 75 % ta’ l-ispejjeż tal-persunal.

(23)

Is-sussidji pubbliċi li jirċievu l-impriżi minħabba spejjeż li huma eliġibbli għal kreditu ta’ taxxa se jonqsu mill-bażi tal-kalkolu tal-kreditu ta’ taxxa.

(ċ)   Mekkaniżmu ta’ applikazzjoni tal-kreditu ta’ taxxa

(24)

Ir-rata tal-kreditu ta’ taxxa hija applikata għall-bażi ta’ l-infiq definita. Ir-rata tal-kreditu ta’ taxxa hija ta’ 20 % tal-bażi ta’ l-infiq eliġibbli.

(25)

L-awtoritajiet Franċiżi qed jipproponu barra dan li jiġi stabbilit limitu minimu mill-impriżi biex tkun kontrollata l-ispiża fiskali tal-miżura. Fl-istat attwali tal-proġett, l-awtoritajiet Franċiżi qed jipproponu li jiffissaw dan il-limitu għal EUR 3 miljun. Il-baġit ta’ previżjoni annwali għal dan il-provvediment huwa ta’ madwar EUR 30 miljun.

(26)

Barra dan, ġie introdott mekkaniżmu ta’ approvazzjoni li jivverifika li jintlaħqu l-kriterji ta’ għażla tal-logħob elettroniku. Dan jikkonsisti f’evalwazzjoni minn kumitat ta’ esperti magħmul minn rappreżentanti ta’ l-amministrazzjonijiet Franċiżi u minn personalitajiet kwalifikati, li mhux neċessarjament jappartjenu għad-dinja tal-logħob elettroniku, iżda li jistgħu jirrappreżentaw dixxiplini kulturali oħra. Dan il-grupp ta’ esperti għandu jivverifika l-eliġibilità ta’ l-impriża u tal-logħba, in-natura ta’ l-ispejjeż u r-rispett tal-kriterji kulturali indikati fil-premessi (19), (20) u (21). Dan il-kumitat għandu jagħti opinjoni li fuq il-bażi tagħha l-Ministeru tal-Kultura u tal-Komunikazzjoni jagħti l-approvazzjoni tiegħu.

(27)

Il-metodi ta’ ħlas huma dawn: il-kreditu ta’ taxxa jitħallas kontra t-taxxa korporattiva li trid titħallas fir-rigward ta’ l-ewwel baġit magħluq mid-data ta’ l-approvazzjoni proviżorja li tingħata biex jinbeda l-proġett, imbagħad kontra t-taxxa korporattiva li trid titħallas skond kull baġit li matulu jkunu ġew impenjati l-ispejjeż eliġibbli. L-approvazzjoni definittiva tingħata meta tintbagħat lill-pubblikatur. Jekk l-approvazzjoni definittiva ma tasalx fi żmien 24 xahar mid-data li tintbagħat l-approvazzjoni proviżorja, l-impriża jkollha tħallas lura l-kreditu ta’ taxxa li tkun użat. Fl-aħħar, meta l-ammont tat-tnaqqis tat-taxxa fir-rigward ta’ eżerċizzju jaqbeż l-ammont tat-taxxa dovuta, iż-żejjed jingħata lura lill-impriża.

3.   RAĠUNIJIET LI WASSLU GĦALL-FTUĦ TA’ DIN IL-PROĊEDURA

(28)

L-ewwel, il-Kummissjoni rat li tiżgura, f’konformità mas-sentenza Matra/il-Kummissjoni (3), li l-miżura in kwistjoni ma kienx fiha klawsoli li jmorru kontra d-dispożizzjonijiet tat-trattat f’oqsma oħrajn barra dawk ta’ l-għajnuna mill-Istat. Hija staqsiet partikolarment lill-awtoritajiet Franċiżi jekk l-istabbilimenti Franċiżi ta’ l-impriżi Ewropej setgħux jibbenefikaw mill-kreditu ta’ taxxa tkun xi tkun il-forma ġuridika tagħhom. Hija staqsiet ukoll dwar jekk l-esklużjoni ta’ l-ispejjeż tas-sottokuntrattar setgħetx tiġi kkunsidrata bħala diskriminazzjoni bbażata fuq il-lokalizzazzjoni ta’ l-infiq.

(29)

Barra dan, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-kompatibilità tal-miżura in kwistjoni ma’ l-Artikolu 87(3), punt d) tat-Trattat. L-ewwel hija qiegħdet fid-dubju l-fatt li l-miżura in kwistjoni għandha għan kulturali ċar. Filwaqt li tirrikonoxxi li ċertu logħob elettroniku jista’ jitqies bħala prodott kulturali, il-Kummissjoni esprimiet dubji fuq il-fatt li l-kriterji ta’ l-għażla użati jistgħu jippermettu li jintgħażel biss għall-benefiċċju tal-kreditu ta’ taxxa dak il-logħob elettroniku li jista’ jitqies bħala prodott kulturali fis-sens ta’ l-Artikolu 87(3) punt d) tat-Trattat.

(30)

L-ewwel kriterju kulturali propost mill-awtoritajiet Franċiżi biex jintgħażel il-logħob elettroniku benefiċjarju huwa li dan il-logħob jikkostitwixxi adattament ta’ biċċa xogħol li kienet teżisti minn qabel tal-wirt kulturali Ewropew minn xenarju miktub bil-Franċiż. Issa, xi ftit mill-eżempji, forniti mill-awtoritajiet Franċiżi, ta’ logħob elettroniku li jissodisfa dan il-kriterju jidher li jindikaw li dan jista’ jiġi interpretat b’mod wiesgħa ħafna, u għalhekk ma joffrix il-garanziji kollha neċessarji biex jiżguraw li l-logħob elettroniku magħżul jikkostitwixxi effettivament adattament ta’ xogħol li kien jeżisti minn qabel tal-wirt kulturali Ewropew.

(31)

Il-logħob elettroniku huwa eliġibbli wkoll jekk jissodisfa “il-kriterju tal-kwalità u ta’ l-oriġinalità tal-kunċett u tal-kontribuzzjoni għall-espressjoni tad-diversità kulturali u tal-kreazzjoni Ewropej fil-qasam tal-logħob elettroniku”. Dan il-kriterju jista’ jkun ukoll is-suġġett ta’ interpretazzjoni wiesgħa, li jippermetti li jqis bħala eliġibbli logħob sportiv u/jew ta’ simulazzjoni b’mod partikolari, li n-natura kulturali tiegħu ma tidhirx ċara.

(32)

Il-Kummissjoni staqsiet ukoll lill-awtoritajiet Franċiżi biex jagħmlu espliċitu l-kriterju li jara li jeskludi mill-benefiċċju għall-kreditu ta’ taxxa l-logħob ta’ “vjolenza kbira”.

(33)

Sabiex tevalwa l-livell ta’ għażla li jippermetti t-test ta’ l-eliġibilità, il-Kumissjoni talbet simulazzjoni bbażata fuq il-produzzjoni ta’ dawn l-aħħar snin.

(34)

Il-Kummissjoni esprimiet ukoll dubji dwar jekk il-miżura kinitx maħsuba b’mod li tilħaq l-għan kulturali ffissat, u partikolarment jekk kellhiex effett indikattiv suffiċjenti, jekk kienx hemm strumenti oħra iktar xierqa mill-miżuri, u jekk kinitx proporzjonali. Dwar dan l-aħħar punt, il-Kummissjoni indikat li miżura ta’ għajnuna, biex tkun proporzjonali, kellha tkun ibbażata fuq definizzjoni korretta ta’ l-ispejjeż eliġibbli. “L-ispejjeż l-oħra ta’ tħaddim” (minbarra l-ispejjeż fuq il-persunal u fuq id-deprezzament ta’ l-assi, minbarra l-bini) huma kkaklukati b’rata fiss ta’ 75 % ta’ l-ispejjeż tal-persunal. Il-Kummissjoni esprimiet dubji fuq kemm dan il-kalkolu ta’ l-“ispejjeż l-oħra ta’ tħaddim” jippermetti li jiġu ddeterminati l-ispejjeż realment imħallsa għall-kreazzjoni tal-logħob elettroniku mill-impriżi eliġibbli.

(35)

Fl-aħħar, il-Kummissjoni nnutat li billi jitnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ l-impriżi ta’ dan is-settur stabbiliti fi Franza, dan il-kreditu ta’ taxxa kien suxxettibbli li jsaħħaħ il-pożizzjoni tagħhom fir-rigward tal-kompetituri Ewropej tagħhom. Għalhekk hija staqsiet dwar il-punt biex issir taf jekk it-tfixkil fil-kompetizzjoni u l-effetti fuq in-negozju kienux limitati biżżejjed, b’tali mod li r-riżultat globali ta’ l-għajnuna kien pożittiv.

4.   KUMMENTI TAL-PARTIJIET INTERESSATI

(36)

Ubisoft, TIGA (4), GAME (5), APOM (6) u EGDF (7) jenfasizzaw li l-logħob elettroniku huwa, fl-opinjoni tagħhom, prodott kulturali. Huma jenfasizzaw li l-logħob b’mod ġenerali jikkostitwixxi waħda mit-tradizzjonijiet kulturali l-iktar qodma ta’ l-umanità, kif ukoll l-interazzjonijiet tiegħu ma’ l-oqsma kulturali l-oħra bħaċ-ċinema, il-mużika u l-arti. Huma jippreżentaw il-logħob elettroniku bħala prodotti awdjoviżivi li jistħgu jaġixxu fuq l-immaġinazzjoni, il-mod tal-ħsieb, il-lingwa u r-referenzi kulturali ta’ dawk li jilagħbu, u partikolarment għal dawk b’età bejn 15 u 25 sena. Skond huma, il-logħob elettroniku jirrifletti l-ambjent kulturali li fihom jinħoloq, permezz ta’ l-użu tal-lingwaġġ u ta’ l-umoriżmu, tal-mużika, ta’ l-ambjent (partikolarment l-arkitettura, il-pajsaġġi), tal-persunaġġi (mod ta’ lbies, oriġini), permezz tax-xenarju, it-temi jew l-istejjer użati, jew l-adegwatezza għal-logħob. Per eżempju, GAME tenfasizza li l-logħob elettroniku Ġermaniż ħafna drabi hu ambjentat fil-Ġermanja jew fl-Ewropa u hu bbażat fuq stejjer tipikament lokali (per eżempju Siedler, li hija logħoba ta’ strateġija li sseħħ fis-snin 1500). Il-produzzjonijiet Amerikani, għall-kuntrarju, ħafna drabi huma ambjentati fl-Istati Uniti u jadottaw estetika Hollywoodjana. Il-logħob Ġapunniż ħafna drabi jibbaża fuq il-miti nazzjonali u fuq l-istil tal-komiks Ġappuniżi.

(37)

Dawn l-istess partijiet terzi huma ta’ l-opinjoni li l-impatt tal-miżura fuq in-negozju u l-kompetizzjoni se jkun limitat u ma jippreżentax riskju reali għall-industriji nazzjonali, partikolarment dawk Ġermaniżi u Brittaniċi. EGDF tenfasizza partikolarment li l-miżura kif ġiet notifikata, waqt li tippermetti li tiffinanzja sa 20 % bejn 15 u 30 proġett fuq sentejn toħloq biss tfixkil limitat ladarba 1 500 logħba elettronika jitqegħdu fuq is-suq kull sena f’kull Stat Membru. TIGA tinnota, barra dan, li t-tfixkil prinċipali tal-kompetizzjoni ġej minn pajjiżi terzi, u partikolarment il-Kanada, fejn l-awtoritajiet għandhom politika ta’ appoġġ aktar attiva għall-industrija tagħhom tal-logħob elettroniku. Ċerti partijiet terzi jenfasizzaw ukoll li din il-miżura jista’ jkollha l-effett li tistimola l-produzzjoni tal-logħob elettroniku fil-Komunità Ewropea kollha. GAME taqsam din l-opinjoni, bil-kundizzjoni, madankollu, li l-ispejjeż tas-sottokuntrattar jiġu kkunsidrati bħala spejjeż eliġibbli: fil-każ kuntrarju, l-impriżi benefiċjarji jkollhom inċentiv biex jinternalizzaw l-ispejjeż tagħhom iktar milli jirrikorru għas-sottokuntrattar.

(38)

ISFE (8) li tirrappreżenta lill-pubblikaturi tal-logħob elettroniku (Sony, Microsoft, Nintendo, Vivendi partikolarment) tqis għall-kuntrarju li l-logħob elettroniku ma jistax jiġi kkunsidrat bħala prodott kulturali iżda biss bħala prodott ta’ divertiment interattiv. Filwaqt li l-ispettatur ta’ film jikkontempla l-biċċa xogħol fis-silenzju, l-attività ewlenija ta’ wieħed li jilgħab hija dik tal-parteċipazzjoni personalizzata u interattiva mal-logħba, fejn l-istorja rrakkontata mil-logħoba m’għandhiex importanza reali. Bid-differenza tal-films, il-logħob elettroniku ma jġorrx ideat jew messaġġi kulturali. Il-valur prinċipali tiegħu jinsab, għall-kuntrarju, fl-adegwatezza tal-logħob u fl-interazzjoni mal-persuna/i li tilgħab/jilagħbu. ISFE tenfasizza li l-logħob elettroniku għandu jitqies bħala softwer u mhux bħala prodott awdjoviżwali. ISFE tikkuntesta li l-allegati spejjeż artistiċi jistgħu jirrappreżentaw iktar minn 50 % ta’ l-ispejjeż tal-ħolqien ta’ logħba elettronika. Skond ISFE, huma għal kuntrarju spejjeż ta’ softwer, li huma marbuta b’mod ċar ma’ l-adegwatezza għal-logħob, li huma f’maġġoranza u jirrappreżentaw sa 70 % ta’ l-ispejjeż tal-produzzjoni. Skond ISFE, dan il-kreditu ta’ taxxa juri nuqqas ta’ għarfien tan-natura reali tal-logħob elettroniku min-naħa ta’ l-awtoritajiet Franċiżi.

(39)

ISFE ma teskludix l-anqas li l-miżura jista’ jkollha effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni, billi tnaqqas l-ispejjeż tal-produzzjoni għal grupp ta’ produtturi ta’ logħob elettroniku fi Franza, u billi tinkoraġġixxi ċ-ċaqliq ta’ investimenti ta’ Stati membri oħra lejn Franza. ISFE taħseb ukoll li dan il-kreditu ta’ taxxa jinkoraġġixxi l-produzzjoni tal-logħob elettroniku li ma jikkorrispondix mad-domanda tas-suq u tevoka riskju ta’ sussidji doppji li jippermettu lill-produtturi jużaw l-għajnuna miksuba għal-logħob “kulturali” tagħhom biex jiffinanzjaw il-produzzjoni ta’ logħob purament kummerċjali. ISFE tapprova madankollu l-prinċipju ta’ appoġġ għal logħob elettroniku fi Franza iżda tenfasizza li l-qafas Komunitarju ta’ l-għajnuna mill-Istat għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni ikun joffri bażi legali iktar xierqa għal tali appoġġ (9).

(40)

Il-kummenti ta’ ADESE (10) huma simili. ADESE tikkunsidra li l-logħob elettroniku għandu jitqies essenzjalment bħala programmi tal-kompjuter u mhux bħala prodott awdjoviżwali, li l-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ logħoba elettroniku huma essenzjalment ta’ natura teknoloġika u mhux artistika u li għalhekk, tkun iktar xierqa għajnuna għar-riċerka u għall-iżvilupp. ADESE tinnota wkoll li l-miżura jista’ jkollha effett negattiv fuq il-kompetizzjoni u n-negozju bejn l-Istati Membri u partikolarment fuq l-industrija Spanjola. Fl-aħħar, ADESE tenfasizza r-riskju ta’ evalwazzjoni suġġettiva min-naħa tal-kumitat ta’ esperti responsabbli mill-applikazzjoni tal-kriterji ta’ għażla, li tista’ tkun sors ta’ diskriminazzjoni.

5.   PREĊIŻJONIJIET U MODIFIKI LI SARU MILL-AWTORITAJIET FRANĊIŻI WARA L-FTUĦ TAL-PROĊEDURA

(41)

Wara l-ftuħ tal-proċedura u tal-kuntatti mal-Kummissjoni, l-awtoritajiet Franċiżi għamlu numru ta’ preċiżjonijiet u modifiki lill-proġett tal-kreditu ta’ taxxa.

(42)

Huma kkonfermaw li l-istabbilimenti stabbli Franċiżi ta’ impriżi Ewropej jistgħu jibbenefikaw ukoll mill-kreditu ta’ taxxa tkun xi tkun il-forma ġuridika tagħhom.

(43)

Fir-rigward tal-kriterji li jaraw li jeskludu mill-benefiċċju tal-kreditu ta’ taxxa l-logħob “ta’ vjolenza kbira”, l-awtoritajiet Franċiżi spjegaw ukoll li l-kummissjoni ta’ esperti responsabbli għad-determinazzjoni tal-logħob eliġibbli ser tistrieħ fuq is-sistema unika ta’ klassifikazzjoni panewropea eżistenti: Is-sistema PEGI (11) li tippreċiża b’mod dettaljat is-sitwazzjonijiet ta’ vjolenza u partikolarment ta’ vjolenza kbira (logħob elettroniku kklassifikat “18+”). Il-logħob kollu kklassifikat “18+” fuq il-bażi tas-sistema PEGI se jkun eskluż mill-benefiċjju tal-kreditu ta’ taxxa.

(44)

L-awtoritajiet Franċiżi mmodifikaw ukoll fil-fond it-test ta’ l-għażla. Jekk, biex tibbenefika mill-kreditu ta’ taxxa, logħba għandu dejjem ikollha spiża ta’ l-iżvilupp ogħla minn EUR 150 000 u ma jkollhiex sekwenzi ta’ natura pronografika jew ta’ vjolenza kbira, saru modifiki importanti:

(45)

Issa l-logħba trid tinħoloq prinċiċalment b’konkors ta’ awturi u ta’ kollaboraturi ta’ kreazzjoni Ewropej.

(46)

Issa l-logħba trid tikseb ukoll minimu ta’ 14-il punt (minn 22) fuq il-bażi tal-kriterji ppreżentati fit-tabella li ġejja:

Kriterju

Numru ta’ punti

(1)

Wirt kulturali

Mass. 4 punti

Il-logħba hija adattament ta’ xogħol rikonoxxut tal-wirt storiku, artistiku u xjentifiku Ewropew

JEW

4 punti

Il-logħba hija ispirata minn film, biċċa xogħol awdjoviżwali, minn xogħol letterarju jew artistiku jew minn komik Ewropew.

2 punti

(2)

Kreazzjoni oriġinali

Mass. 2 punti

Il-logħba hija kreazzjoni oriġinali (oriġinalità tax-xenarju/kreattività ta’ l-univers grafiku jew akustiku).

Minn 0 sa 2 punti

(3)

Kontenut kulturali

Mass. 8 punti

Il-logħba tistrieħ fuq narrattiva

3 punti

L-ispejjeż artistiċi (12) jirrappreżentaw iktar minn 50 % tal-baġit ta’ produzzjoni.

2 punti

Il-verżjoni oriġinali tax-xenarju hija miktuba bil-Franċiż.

punt

Il-logħba hija edittjata fil-verżjonijiet oriġinali f’għall-inqas tliet lingwi uffiċjali fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea.

punt

Il-logħba titratta problemi politiċi, soċjali jew kulturali rilevanti għaċ-ċitadini Ewropej u/jew tirrifletti valuri speċifiċi għas-soċjetajiet Ewropej.

punt

(4)

Lokalizzazzjoni Ewropea ta’ l-ispejjeż u n-nazzjonalità tal-kollaboraturi tal-kreazzjoni

Mass. 5 punti

Għall-inqas 80 % ta’ l-ispejjeż ta’ kreazzjoni jinħolqu fuq it-territorju ta’ l-Unjoni Ewropea.

punt

Il-logħba tintervjeni kollaboraturi ta’ kreazzjoni Ewropea.

Minn 0 sa 4 punti

(5)

Innovazzjoni editorjali u teknoloġika

Mass. 3 punti

Il-logħba jkun fiha minn innovazzjoni waħda sa tlieta fost is-sitt oqsma li ġejjin: Interface home/magna, kontenut ġenerali mill-utenti, intelliġenza artifiċjali, il-grafika, interattività u funzjonalitajiet għal diversi lagħba, struttura narrattiva.

Minn 0 sa 3 punti

Numru massimu ta’ punti disponibbli

22 punt

(47)

Peress li dan kien mitlub fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura, l-awtoritajiet Franċiżi għamlu simulazzjonijiet, fuq il-bażi tal-logħob elettroniku prodott fi Franza fl-2005-2006. B’hekk, abbażi tal-kriterji deskritti fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura, is-simulazzjoni tindika li 49 % tal-logħob kien eliġibbli. Abbażi tal-kriterji l-ġodda deskritti fil-premessa (46), 31 % tal-logħob elettroniku jikklassifika bħala eliġibbli.

(48)

Rigward il-kwistjoni tad-definizzjoni ta’ l-ispejjeż eliġibbli, l-awtoritajiet Franċiżi, minn naħa, fetħu l-kreditu ta’ taxxa għas-sottokuntrattar waqt li ppreċiżaw li l-ispejjeż tas-sottokuntrattar setgħu jiġu inklużi fl-ispejjeż eliġibbli b’limitu ta’ EUR 1 miljun għal kull proġett. Min-naħa l-oħra, huma aċċettaw li ma jiffissawx iktar “l-ispejjeż l-oħra ta’ tħaddim” (jiġifieri minbarra l-ispejjeż tal-persunal u d-deprezzament ta’ l-assi) b’rata fissa ta’ 75 % ta’ l-ispejjeż tal-persunal, iżda li jieħdu biss in kunsiderazzjoni l-ispejjeż ta’ tħaddim effettiv atribwibbli għall-kreazzjoni tal-logħob elettroniku eliġibbli.

(49)

Fl-aħħar, l-awtoritajiet Franċiżi ntrabtu li jipproċedu b’notifika ġdida ta’ dan il-provvediment fi skadenza massima ta’ 4 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tagħha.

6.   EVALWAZZJONI TAL-MIŻURI

6.1.   Klassifikazzjoni bħala għajnuna mill-Istat

(50)

L-Artikolu 87(1) tat-Trattat jistipula: “Ħlief jekk ma jkunx provdut xort’oħra fit-Trattat, kull għajnuna mogħtija minn Stat jew permezz ta’ riżorsi ta’ l-Istat fi kwalunkwe forma li twassal għal distorsjoni jew thedded li twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerta merkanzija għandha, sa fejn tolqot l-kummerċ bejn Stati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq komuni”.

(51)

L-għan tal-miżura ta’ din id-deċiżjoni tikkonsisti fi kreditu ta’ taxxa li jitnaqqas mit-taxxa korporattiva dovuta normalement mill-benefiċjarji. In-natura tar-riżorsi ta’ l-Istat ta’ din il-miżura għalhekk ma tħalli l-ebda dubju.

(52)

Din il-miżura għandha l-għan li tnaqqas l-ispejjeż ta’ produzzjoni ta’ l-impriżi benefiċjarji u tikkostitwixxi b’mod ċar vantaġġ li huwa, barra dan, selettiv sakemm is-settur tal-produzzjoni tal-logħob elettroniku biss jista’ jibbenefika minnha. Għalhekk, din il-miżura tikkostitwixxi vantaġġ selettiv suxxettibli li joħloq tfixkil tal-kompetizzjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat.

(53)

Barra dan, skond l-informazzjoni dwar is-sehem mis-suq fornita mill-awtoritajiet Franċiżi, u li hija disponibbli biss għall-pubblikaturi tal-logħob elettroniku, it-tliet pubblikaturi l-kbar Franċiżi tal-logħob elettroniku, jiġifieri Ubisoft, Atari u VUGames irrappreżentaw rispettivament 6,4 %, 3,5 % u 4,4 % mis-suq ta’ l-edizzjoni tal-logħob elettroniku fl-2005 li jikkonsisti fir-Renju Unit, il-Ġermanja, Franza, Spanja u l-Italja. L-istudjows stabbiliti fi Franza, li għaliha hi intiża l-miżura, jirrappreżentaw biss proporzjon limitat tal-fatturat ta’ dawn il-pubblikaturi (25 % għal Ubisoft, 10 % għal Atari u 2 % għal VUGames). Iżda lanqas ma jirrappreżentaw proporzjon negliġibbli mis-sehem tas-suq ta’ dawn il-pubblikaturi fil-ħames Stati Membri msemmija hawn fuq. Il-prova hi li l-miżura għandha impatt fuq il-kummerċ intrakomunitarju.

(54)

Filwaqt li jittieħed in kunsiderazzjoni dan li għadu kif ingħad, ikun xieraq li jiġi konkluż li l-miżura in kwistjoni tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tat-Trattat.

6.2.   Legalità ta’ l-għajnuna

(55)

Fil-31 ta’ Jannar 2007, fl-okkażjoni tad-dibattitu dwar l-abbozz ta’ liġi dwar il-modernizzazzjoni tad-diffużjoni televiżiva u t-televiżjoni tal-futur, il-Parlament Franċiż adotta l-abbozz ta’ l-artikolu li jistabbilixxi l-kreditu ta’ taxxa, li kien ġie notifikat lill-Kummissjoni u li fuq il-bażi tiegħu din fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni. Dan it-test tal-liġi ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fis-7 ta’ Marzu 2007. Madankollu, l-awtoritajiet Franċiżi kkonfermaw li d-digrieti ta’ applikazzjoni mhux se jiġu adottati qabel id-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni.

(56)

Għalhekk, il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li l-miżura ta’ għajnuna ma ġietx implimentata, u li l-awtoritajiet Franċiżi għalhekk irrispettaw l-obbligi tagħhom skond l-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

(57)

L-awtoritajiet Franċiżi madankollu ntrabtu li jemendaw it-test tal-liġi u l-abbozzi tad-digrieti ta’ applikazzjoni sabiex jintroduċu l-emendi indikati fis-sezzjoni 5.

6.3.   Kompatibilità ta’ l-għajnuna mas-suq komuni

(58)

L-ewwelnett, u bl-applikazzjoni tal-prinċipju stabbilit mill-Qorti fis-sentenza Matra (13), il-Kummissjoni trid tkun żgura li l-kondizzjonijiet ta’ aċċess għall-kreditu ta’ taxxa ma jkunx fihom klawsoli li jmorru kontra d-dispożizzjonijiet tat-Trattat f’oqsma oħra minbarra l-għajnuna mill-Istat, u partikolarment li ma jkun fihom ebda diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità.

(59)

Fuq dan il-punt, ikun xieraq li jiġi nnutat li l-miżura ma fiha ebda restrizzjoni fir-rigward tan-nazzjonalità tal-persunal impjegat jew tal-lokalizzazzjoni ta’ l-ispejjeż eliġibbli. L-awtoritajiet Franċiżi inkludew l-ispejjeż tas-sottokuntrattar fl-ispejjeż eliġibbli, li ma jaqbżux EUR 1 miljun u kkonfermaw li dawn l-ispejjeż ikunu eliġibbli kemm jekk l-impriża sottokuntrattata tkun stabbilita fi Franza u kemm jekk tkun fi Stat Membru ieħor.

(60)

Il-miżura hi miftuħa għall-impriżi ta’ produzzjoni tal-logħob elettroniku stabbiliti fi Franza, inklużi l-istabbilimenti stabbli Franċiżi ta’ impriżi Ewropej, hekk kif kien ikkonfermat mill-awtoritajiet Franċiżi fil-kummenti li fformulaw wara d-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-fatt li l-benefiċċju tal-kreditu ta’ taxxa jkun limitat għall-impriżi hekk iddefiniti huwa, meta jitqiesu r-regoli Franċiżi ta’ l-intaxxar, essenzjali għall-kondizzjoni tat-taxxabilità fi Franza għall-finijiet tat-taxxa korporattiva u huwa għalhekk ġustifikat bin-natura fiskali tal-miżura ta’ l-għajnuna.

(61)

Għalhekk, il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li l-miżura ta’ għajnuna ma tikser l-ebda dispożizzjoni tat-Trattat fl-oqsma minbarra dawk ta’ l-għajnuna mill-Istat.

(62)

It-tieni nett, fir-rigward tal-kompatibilità tal-miżura mar-regoli Komunitarji fil-qasam ta’ l-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Franċiżi nnotifikaw il-miżura fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 87(3) punt d) tat-Trattat. Hekk kif indikat il-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha li tiftaħ il-proċedura, ikun xieraq li tiġi analizzata l-kompatabilità ta’ din il-miżura fir-rigward ta’ dan l-Artikolu fuq il-bażi tal-mistoqsijiet li ġejjin:

(1)

Il-miżura hija mmirata biex tilħaq tassew l-għan tal-promozzjoni tal-kultura?

(2)

Il-miżura hija magħmula b’mod li tista’ tilħaq l-għan kulturali tagħha? B’mod partikolari:

(a)

Hija strument xieraq jew jeżistu strumenti oħra iktar xierqa?

(b)

Għandha effett stimolanti biżżejjed?

(ċ)

Hija proporzjonata? L-istess riżultat jista’ jinkiseb b’inqas għajnuna?

(3)

It-tfixkil tal-kompetizzjoni u l-effetti fuq il-kummerċ huma limitati, b’mod li r-riżultat globali ta’ l-għajnuna huwa pożittiv?

L-eżistenza ta’ għan kulturali

(63)

Dwar il-mistoqsija ġenerali biex isir magħruf jekk il-logħob elettroniku jistax jiġi kkunsidrat bħala prodott kulturali, il-Kummissjoni tinnota li l-Unesco tirrikonoxxi n-natura ta’ industrija kulturali ta’ l-industrija tal-logħob elettroniku, kif ukoll ir-rwol tagħha fil-qasam tad-diversità kulturali (14). Hija tieħu nota wkoll ta’ l-argumenti mressqa minn ċerti terzi u mill-awtoritajiet Franċiżi, partikolarment dawk li skond huma l-logħob elettroniku jista’ jitrażmetti xbihat, valuri, temi li jirriflettu l-ambjent kulturali li huma maħluqin fihom u jista’ jaġixxi fuq kif wieħed jaħsibha u fuq ir-referenzi kulturali ta’ l-utenti, u speċjalment fuq iż-żgħażagħ ta’ età żgħira. F’dan il-kuntest il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-Unesco adottat konvenzjoni dwar il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-diversità ta’ l-espressjonijiet kulturali (15). Barra dan, il-Kummissjoni tieħu nota tad-diffużjoni dejjem iktar wiesgħa tal-logħob elettroniku fost l-etajiet u l-kategoriji soċjoprofessjonali differenti u fost l-irġiel u n-nisa.

(64)

Jidher li l-għan ewlieni tal-logħob elettroniku hu li jagħti divertiment interattiv, kif tenfasizza ISFE. B’danakollu, dan ma jneħħix il-mertu li ċertu logħob elettroniku jista’ jkollu wkoll dimensjoni kulturali, kif inhu l-każ ta’ ċerti forom teatrali fejn l-interazzjoni mal-pubbliku hija preżenti wkoll. Bl-istess mod, il-fatt li l-logħob elettroniku jista’ jiġi kkunsidrat bħala softwer iktar milli bħala prodott awdjoviżwali ma jaffettwa f’xejn il-fatt li xi ftit minnu jista’ jiġi kkunsidrat wkoll bħala prodott kultural fis-sens ta’ l-Artikolu 87(3) punt d) tat-Trattat. Għalhekk hemm lok li jiġi konkluż li ċertu logħob elettroniku jista’ jikkostitwixxi prodott kulturali (16). Dan ġie rikonoxxut espliċitament fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura (17).

(65)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li d-deroga prevista fl-Artikolu 87(3) punt d), bħal kwalunkwe deroga bħala regola ġenerali stabbilita fl-Artikolu 87(1), għandha tiġi interpretat b’mod restrittiv. Għalhekk, fis-setturi tal-produzzjoni ta’ xogħlijiet ċinematografiċi u awdjoviżwali, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni dwar ċerti aspetti legali marbuta max-xogħlijiet ċinematografiċi u xogħlijiet awdjoviżwali oħrajn tistabbilixxi li, biex din id-deroga tkun applikabbli, “kull Stat Membru għandu jiżgura li l-kontenut tal-produzzjoni li hija l-oġġett ta’ l-għajnuna, ikun kulturali skond il-kriterji nazzjonali verifikabbli (skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà) (18)

(66)

Dan il-prinċipju għandu jiġi applikat fil-każ preżenti u għalhekk huwa xieraq li jiġi verifikat li l-awtoritajiet Franċiżi elaboraw kriterji nazzjonali verifikabbli li jippermettu li jiggarantixxu li l-logħob elettroniku eliġibbli skond il-kreditu ta’ taxxa għandu kontenut kulturali. Huwa preċiżament għax kellha dubji dwar il-kriterji użati inizjalment mill-awtoritajiet Franċiżi li l-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni fuq dan il-kreditu ta’ taxxa.

(67)

Għalhekk huwa xieraq li jiġi analizzat it-test il-ġdid biex jiġi verifikat jekk hux konformi mal-prinċipju stabbilit fil-premessa (65).

(68)

Biex tkun eliġibbli, logħba elettronika trid tikseb għall-inqas 14-il punt minn 22. Skond ir-raġunament applikat mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tat-22 ta’ Novembru dwar l-għajnuna mill-Istat N 461/2005 (minn issa ‘l quddiem “inċentiv ta’ taxxa tal-films tar-RU”) (19), huwa xieraq li jiġu identifikati, fost il-kriterji differenti li jikkostitwixxu t-test ta’ l-għażla, dawk li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala rilevanti għall-evalwazzjoni tal-kontenut kulturali tal-logħob elettroniku u biex jiġi żgurat li n-numru ta’ punti attribwiti lil dawn il-kriterji jkun biżżejjed biex jiggarantixxi li l-kontenut tal-logħob elettroniku eliġibbli jista’ jiġi kkunsidrat bħala kulturali fis-sens ta’ l-Artikolu 87(3) punt d) tat-Trattat.

(69)

L-ewwel parti tat-test fiha żewġ kriterji dwar il-patrimonju u jista’ jiġi kkunsidrat li għandu kontenut kulturali. Huwa ċarament il-każ għall-kriterju li fuq il-bażi tiegħu huma attribwiti 4 punti meta l-logħba tkun adattament ta’ xogħol magħruf tal-wirt storiku, artistiku u xjentifiku Ewropew. Il-kriterju li jatribwixxi żewġ punti meta l-logħba tkun ispirata minn film, xogħol awdjoviżwali, letterarja jew artistika jew minn komik Ewropew għandu kontenut kulturali inqas qawwi, għaliex jiddependi mil-livell kulturali tax-xogħol li jkun nebbaħ il-logħba elettronika. Madankollu, dan huwa rifless mil-livell ta’ punti aktar baxx disponibbli għal dan il-kriterju, li hu għalhekk proporzjonali u b’hekk jista’ jinżamm.

(70)

It-tieni parti tat-test tippermetti li jiġu attribwiti 2 punti skond in-nautra oriġinali tal-logħba elettronika. Jittieħdu in kunsiderazzjoni l-oriġinalità tax-xenarju u l-kreattività ta’ l-univers grafiku u akustiku. Jidher li l-kreattività fil-prodotti awdjoviżwali hija ġeneralment ikkunsidrata bħala element importanti tal-prodotti b’kontenut kulturali. Barra dan, il-kreattività hija element essenzjali tad-definizzjoni ta’ l-espressjonijiet kulturali fil-Konvenzjoni tal-Unesco dwar il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-diversità ta’ l-espressjonijiet kulturali (20). Barra dan, l-użu tal-kriterju ta’ “kreazzjoni oriġinali” huwa rakkomandat mill-Kunsill superjuri tal-proprjetà letterarja u artistika biex xogħol multimedjali jiġi distint minn softwer (21). Fl-aħħarnett, is-simulazzjoni magħmula mill-awtoritajiet Franċiżi turi madankollu li dan huwa kriterju realment selettiv, minħabba li 13-il logħba elettronika biss mill-74 prodotti fi Franza fl-2005 u l-2006 kisbu minn 1 sa 2 punti. Dan jikkostitwixxi indikazzjoni ta’ l-effikaċja ta’ dan il-kriterju biex jintlaħaq l-għan kulturali.

(71)

It-tielet parti tat-test għandha t-titlu “kontenut kulturali”. Il-kriterju li jattribwixxi 3 punti għal-logħob elettroniku li jistrieħ fuq narrativa jista’ jitqies kulturali: dan jimplika li l-logħba elettronika tkun imsejsa fuq xenarju u storja, li jeskludi l-logħob ta’ simulazzjoni pura (ta’ sport jew ta’ ġlied, pereżempju) li n-natura kulturali tagħha tkun diskutibbli. Dan jippermetti li jiġi privileġġjat il-logħob elettroniku li huwa eqreb lejn il-films u li l-kontenut kulturali jidher għalhekk iktar evidenti.

(72)

Il-kriterju li jattribwixxi 2 punti lil-logħob elettroniku li 50 % tal-baġit ta’ produzzjoni tiegħu huwa ddedikat għall-ispejjeż artistiċi jista’ jiġi kkunsidrat ukoll bħala kriterju kulturali rilevanti: fil-fatt, dan jindika l-importanza partikolari li jingħata, fil-produzzjoni tal-logħba elettronika, għad-disinn, ix-xenarju, id-djalogu u l-mużika, li huma elementi importanti biex jiġi konkluż jekk il-logħba elettronika għandhiex kontenut kulturali. Tali kriterju għalhekk jippermetti li jiġi privileġġjat dan il-logħob minflok dak li huwa iktar tekniku, bħal-logħob ta’ l-isport jew ta’ simulazzjoni pura, li l-aspett kulturali tiegħu huwa inqas evidenti. Il-Konvenzjoni tal-Unesco dwar il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-diversità ta’ l-espressjonijiet kulturali madakollu tirreferi wkoll għad-dimensjoni artisitika biex tiddefinixxi kontenut kulturali (22).

(73)

ISFE qiegħdet fid-dubju l-fatt li 50 % ta’ l-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ logħba jistgħu jkunu ta’ natura artistika billi enfasizzat li l-ispejjeż tas-softwer ġeneralment jirrappreżentaw 70 % ta’ l-ispejjeż ta’ produzzjoni. Dan l-argument ma jqiegħedx fid-dubju l-validità tal-kriterju iżda għall-kuntrarju jsaħħu, ladarba dan jikkonferma li dan il-kriterju jippermetti għażla iktar stretta tal-logħob elettroniku.

(74)

Il-Kummissjoni tinnota fi kwalunkwe każ li d-differenza bejn iċ-ċifri forniti mill-ISFE u l-affermazzjoni mill-awtoritajiet Franċiżi li ċertu logħob jista’ jkun karatterizzat minn spejjeż artistiċi li jirrappreżentaw iktar minn 50 % ta’ l-ispejjeż ta’ produzzjoni jista’ jiġi spjegat mit-tipi differenti ta’ spejjeż ikkunsidrati. Għalhekk, l-ispejjeż eliġibbli għall-kreditu ta’ taxxa jikkorrispondu biss għall-ispejjeż ta’ ħolqien u ta’ kreazzjoni. Dawn ma jieħdux in kunsiderazzjoni t-totalità ta’ l-ispejjeż ta’ produzzjoni u jeskludu pereżembju l-ispejjeż tad-debugging u tat-testijiet ta’ garanzija, li jista’ jkollhom l-effett li jgħollu s-sehem ta’ l-ispejjeż artistiċi.

(75)

Barra dan, ikun xieraq li jiġi nnotat li l-awtoritajiet Franċiżi fornew eżempji preċiżi ta’ baġits dettaljati ta’ produzzjoni tal-logħob elettroniku li juru biċ-ċar li l-ispejjeż artistiċi jistgħu jikkonsistu fl-akbar ammont. Madankollu, dan huwa appoġġjat mill-kummenti ta’ ċerti terzi, fosthom APOM, li jenfasizzaw li l-elementi kreattivi ta’ logħba elettronika llum huma elementi dominanti u sostanzjali tax-xogħlijiet, li l-elementi teknoloġiċi u tas-softwer huma biss strumenti għas-servizz ta’ dawn l-elementi kreattivi u fil-medja jikkostitwixxu biss parti limitata tal-prezz tal-bejgħ. Fl-aħħarnett il-Kummissjoni tinnota li l-ispejjeż tas-softwer huma suxxettibbli li jvarjaw skond iċ-ċikli tal-consoles u effettivament jistgħu jkunu ogħla fil-bidu taċ-ċiklu.

(76)

Għar-raġunijiet ippreżentati hawn fuq, il-kriterju bbażat fuq is-sehem ta’ l-ispejjeż artistiċi fil-baġit, għal din l-applikazzjoni partikolari, jidhru bħala kriterju rilevanti għall-evalwazzjoni tal-kontenut kulturali tal-logħob elettroniku.

(77)

Il-kriterju li jatribbwixxi punt meta l-logħba tittratta problemi politiċi, soċjali jew kulturali rilevanti għaċ-ċittadini Ewropej u/jew tirrifletti l-valuri speċifiċi għas-soċjetajiet Ewropej huwa wkoll rilevanti sakemm dawn ikunu l-espressjoni ta’ identitajiet kulturali Ewropej.

(78)

Rigward iż-żewġ kriterji ta’ natura lingwistika (verżjoni oriġinali tax-xenarju tal-logħba bil-Franċiż, u verżjoni oriġinali tal-logħba edittjata f’għall-inqas tliet lingwi ta’ l-Unjoni Ewropea fosthom il-Franċiż), li għalihom huwa attribwit total ta’ żewġ punti, ikun xieraq li jiġi nnotat li dawn il-kriterji kważi dejjem jiġu ssodisfati mil-logħob li jidher fis-simulazzjoni ppreżentata mill-awtoritajiet Franċiżi u li għalhekk, jiddiskriminaw relattivament ftit. It-tieni, jistgħu jiġu espressi xi riżervi fir-rigward tar-rilevanza reali tagħhom biex jevalwaw il-kontenut kulturali ta’ logħba elettronika. Fil-fatt, mingħajr ma tiġi kkontestata l-importanza kulturali fondamentali tal-lingwa, jidher li din għandha rwol inqas essenzjali fin-natura kulturali ta’ logħba elettronika minn, ngħidu aħna fil-każ ta’ film jew ta’ ktieb. Fil-fatt jidher possibbli li tista’ tinbidel il-lingwa mingħajr ma tiġi affettwata l-integrità tax-xogħol, li mhux il-każ meta film jiġi ddabbjat jew fit-traduzzjoni ta’ ktieb.

(79)

Ir-raba’, parti tat-test ta’ l-għażla jikkonsisti fil-kriterji li huma relatati mal-lokalizzazzjoni ta’ l-ispejjeż u għan-nazzjonalità tal-kollaboraturi tal-kreazzjoni. Minkejja li l-kontribuzzjoni ta’ kreaturi Ewropej indirettament jista’ jkollha inċidenza fuq in-natura kulturali Ewropea tal-logħba elettronika, madankollu dawn il-kriterji ta’ lokalizzazzjoni u ta’ nazzjonalità m’għandhomx rabta diretta mal-kontenut kulturali tal-logħob elettroniku eliġibbli fid-dawl tal-karatteristiċi proprji tas-settur tal-logħob elettroniku. Fid-Deċiżjoni tagħha “Inċentiv ta’ Taxxa tal-Films tar-RU”, il-Kummissjoni kienet waslet għall-istess konklużjonijiet dwar kriterji simili użati mill-awotritajiet Brittaniċi fil-qafas ta’ provvediment ta’ kreditu ta’ taxxa.

(80)

Il-ħames parti tat-test fiha l-kriterji relatati ma’ l-innovazzjoni editorjali u teknoloġika. Dawn jirreferu iktar direttament għall-komponenti ta’ softwer tal-logħob elettroniku, li madankollu ISFE tenfasizza n-natura mhux kulturali tagħhom. Dan l-argument jista’ jinżamm u m’hemmx lok li dawn il-kriterji jiġu kkunsidrati bħala rilevanti għall-evalwazzjoni tal-kontenut kulturali tal-logħob elettroniku eliġibbli.

(81)

Għalhekk jidher li 14-il punt minn massimu ta’ 22 (12 jekk il-kriterji lingwistiċi ma jittieħdux in kunsiderazzjoni) huma attribwiti lil kriterji li jistgħu jiġu kkunsidrati b’mod raġonevoli bħala li jippromwovu l-kultura fis-sens ta’ l-Artikolu 87(3) punt d) tat-Trattat. Għalhekk dan jirrappreżenta iktar minn nofs il-punti disponibbli. Madankollu, il-Kummissjoni kkunsidrat is-sitwazzjoni ipotetika estrema, jiġifieri dik ta’ logħba li tikseb il-massimu tal-punti għall-kriterji li huwa possibbli li tikkunsidra bħala mhux rilevanti mil-lat kulturali kif ukoll għall-kriterji lingwistiċi. Tali logħba tikseb 10 punti. Għalhekk, ikollha tikseb 4 punti oħra fuq il-bażi tal-kriterji rilevanti mil-lat kulturali biex taqbeż il-limitu ta’ 14-il punt neċessarji biex tkun eliġibbli. Barra dan, din “is-sitwazzjoni ipotetika estrema” tidher rari: minn 74 logħba elettronika fis-simulazzjoni fornita mill-awtoritajiet Franċiżi, sebgħa biss ikkorrispondew għal din is-sitwazzjoni. Sitta fosthom huma eliġibbli, iżda lkoll kisbu iktar minn 4 punti fost il-kriterji rilevanti mil-lat kulturali (u 6 jekk jittieħdu in kunsiderazzjoni l-kriterji lingwistiċi).

(82)

Barra dan, il-Kummissjoni tinnota li dan it-test ta’ għażla l-ġdid ibbażat fuq grupp ta’ kriterji preċiżi jippermetti li jitnaqqas ir-riskju ta’ suġġettività fl-evalwazzjoni tal-logħob elettroniku mill-kumitat ta’ esperti.

(83)

Fl-aħħar, il-Kummissjoni tinnota li t-test ta’ għażla l-ġdid propost mill-awtoritajiet Franċiżi huwa iktar restrittiv mit-test inizjali notifikat. Għalhekk, fuq il-bażi tal-kriterji deskritti fid-deċiżjoni tal-ftuħ, is-simulazzjonijiet forniti mill-awtoritajiet Franċiżi juru li 49 % tal-logħob elettroniiku prodott fi Franza fl-2005-2006 kien eliġibbli, kontra 31 % fuq il-bażi tat-test attwali. Hekk kif kienet enfasizzat il-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, “jekk il-miżura twassal biex tappoġġja l-produzzjoni ta’ proporzjon kbir tal-logħba elettronika, jista’ jidher li tkun ġiet iddevjata mill-għan tagħha li tippromwovi l-kultura, u li għalhekk jista’ jkollha għan industrijali” (23). Fid-dawl tal-karatteristiċi proprji tas-settur speċifiku tal-logħba elettronika, il-fatt li qrib it-30 % tal-logħob huma magħżula jindika li l-miżura m’għandhiex sempliċiment għan industrijali ta’ appoġġ għal settur speċifiku.

(84)

Għalhekk hemm lok li jiġi konkluż li l-awtoritajiet Franċiżi elaboraw kriterji nazzjonali verifikabbli li jippermettu garanzija li l-kontenut tal-logħob elettroniku eliġibbli għall-kreditu ta’ taxxa huwa tassew kulturali u li l-miżura ta’ għajnuna għalhekk tissodisfa għan reali favur il-promozzjoni tal-kultura.

Il-miżura hija maħgmula b’mod li tista’ tilħaq l-għan kulturali tagħha?

(85)

Il-Kummissjoni trid tkun żgura li l-miżura tkun xierqa, li jkollha effett stimolanti biżżejjed u li tkun proporzjonata.

Strument xieraq

(86)

Rigward l-ewwel punt, l-awtoritajiet Franċiżi spjegaw li l-kreditu ta’ taxxa huwa skond huma l-istrument l-iktar xieraq biex jintlaħaq l-għan. L-awtortiajiet Franċiżi kkunsidraw il-possibbiltà li jinnotifikaw din il-miżura fuq il-bażi tal-qafas Komunitarju ta’ l-għajnuniet mill-Istat għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, li huwa madankollu ssuġġerit mill-ISFE, iżda li ġie injorat partikolarment safejn din il-bażi legali ma tippermettix li torbot l-għajnuna mal-kontenut kulturali tal-logħob elettroniku eliġibbli u li jiżgura ċerta diversità ta’ l-offerta tal-logħob elettroniku. Dan il-qafas ma kienx jippermetti lanqas li jingħata l-istess livell ta’ għajnuna daqs il-kreditu ta’ taxxa. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li dan il-kreditu ta’ taxxa, hekk kif inhu maħsub, jippermetti effettivament li l-appoġġ pubbliku jiġi dirett lejn il-logħob b’kontenut kulturali u li għal dan il-għan, jidher bħala strument xieraq biex jintlaħaq l-għan kulturali. Madankollu, il-Kummissjoni tenfasizza li f’deċiżjonijiet preċedenti hija diġà adottat il-konklużjoni li l-miżuri b’forma ta’ kreditu ta’ taxxa huma kompatibbli fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 87(3) punt d) tat-Trattat (24).

Effett stimolanti

(87)

L-analiżi tas-suq tal-logħob elettroniku tista’ tiġi kkaratterizzata b’tendenza lejn il-konċentrazzjoni ta’ l-offerta, li teżerċita ruħha għad-detriment ta’ l-istudjows ta’ produzzjoni indipendenti u għalhekk għad-diversità ta’ l-offerta (25). Is-suq tal-logħob elettroniku fil-parti l-kbira huwa suq dinji, li minnu l-logħob għall-consoles jirrappreżenta żewġ terzi tal-bejgħ. Dan is-suq huwa ddominat sew mill-produtturi tal-consoles tal-logħob, li jimponu fuq il-produtturi tal-logħob elettroniku sistema ta’ awtorizzazzjonijiet u ta’ liċenzji li jirrappreżentaw sa 20 % tal-prezz finali tal-logħba.

(88)

Barra dan, is-suq huwa kkaratterizzat minn frammentazzjoni ta’ l-istandards tekniċi u minn nuqqas ta’ interoperabilità. Id-domanda hija kkaratterizzata mit-tiġdid u l-qerda regolari, fuq medja ta’ kull sitt snin, tat-tagħmir tal-logħob elettroniku (consoles u PC) fid-djar.

(89)

B’konsegwenza ta’ dan, l-industrija tal-logħob elettroniku tinsab il-ħin kollu fil-fażi tal-bidu, b’ċikli ta’ produzzjoni qosra ħafna u b’investimenti kbar. Minbarra dan, id-deprezzament ta’ l-ispejjeż tal-produzzjoni prinċipalment jista’ jitwettaq fis-suq tal-pubblikazzjoni, bid-differenza pereżempju ta’ l-ispejjeż ta’ produzzjoni tal-films, li jistgħu jiġu deprezzati wkoll mid-drittijiet ta’ ritrażmissjoni televiżiva jew mill-bejgħ tad-DVDs.

(90)

F’dan il-kuntest, skond l-informazzjoni fornita, l-industrija tal-logħob elettroniku Franċiża hija ġeneralment ikkaratterizzata minn studjows ta’ produzzjoni ta’ daqs żgħir (inqas minn 200 ħaddiem) li m’għandhomx biżżejjed kapaċitajiet finanzjarji u għalhekk jiddependu fuq il-pubblikaturi biex jiffinanzjaw l-iżviluppi tagħhom. Is-sistema ta’ remunerazzjoni ta’ l-istudjows ta’ l-iżvilupp mill-pubblikaturi tiddependi mill-bejgħ, ladarba jiġu koperti l-ispejjeż ta’ produzzjoni li jkunu tħallsu bil-quddiem mill-pubblikaturi. L-awtoritajiet Franċiżi enfasizzaw ukoll li n-numru ta’ logħob elettroniku “kulturali” li seta’ jissodisfa t-test ta’ għażla ta’ dan il-kreditu ta’ taxxa qed jonqos b’mod kostanti mill-2000. Huma jenfasizzaw partikolarment u jagħtu bħala eżempju li qed ikun hemm inqas u inqas logħob elettroniku b’kuntest storiku (Versailles, Pompej, l-Eġittu) minn mindu l-istudjo ta’ produzzjoni speċjalizzat f’dan il-ġeneru tal-logħob elettroniku, Cryo Interactive, ma baqax jeżisti.

(91)

Kreditu ta’ taxxa bbażat fuq il-kriterji deskritti fis-sezzjoni 5 ta’ din id-deċiżjoni għandu jiffavorixxi l-produzzjoni tal-logħob elettroniku b’kontenut kulturali fir-rigward tal-logħob li huwa purament għad-divertiment, billi jnaqqas l-ispejjeż ta’ produzzjoni ta’ dawk ta’ l-ewwel. Għalhekk hemm lok li jiġi konkluż li l-miżura jista’ jkollha effett stimolanti biżżejjed fir-rigward ta’ l-għan tagħha.

Proporzjonalità

(92)

Il-Kummissjoni tinnota li l-intensità ta’ l-għajnuna hija biss ta’ 20 %, li hija relattivament dgħajfa meta mqabbla ma’ l-intensitajiet ta’ l-għajnuniet ġeneralment awtorizzati fil-qasam kulturali. Għalhekk, l-intensità normalment awtorizzata fil-qasam taċ-ċinema jew tal-produzzjoni awdjoviżwali hija ta’ 50 %.

(93)

Minbarra dan, il-Kummissjoni tinnota li l-bażi ta’ l-ispejjeż eliġibbli issa hija ddefinita b’mod korrett u preċiż: għalhekk, ser jittieħdu biss in kunsiderazzjoni l-ispejjeż ta’ tħaddim minbarra l-ispejjeż tal-persunal u d-deprezzament ta’ l-assi minbarra l-bini li huma effettivament maħruġa mill-benefiċjarju ta’ l-għajnuna. Dan it-tip ta’ spejjeż fil-fatt m’għadux iffissat b’rata fissa ta’ 75 % ta’ l-ispejjeż tal-persunal.

(94)

Għalhekk huwa xieraq li jiġi konkluż li l-miżura hija wkoll proporzjonata. Barra dan, peress li huma kkunsidrati biss l-ispejjeż reali ppreżentati għall-produzzjoni tal-logħob eliġibbli, il-biża’ espressa mill-ISFE rigward ir-riskju ta’ sussidji doppji bejn logħob kulturali u logħob kummerċjali m’għadhiex tgħodd.

It-tfixkil tal-kompetizzjoni u l-effetti fuq il-kummerċ huma limitati, b’mod li r-riżultat globali ta’ l-għajnuna huwa pożittiv?

(95)

Fuq il-bażi taċ-ċifri forniti mill-awtoritajiet Franċiżi, jidher li l-kompetituri prinċipali fuq is-suq tal-logħob elettroniku huma Ġappuniżi jew Nord Amerikani. Għalhekk, il-sehem tas-suq tal-pubblikaturi Ewropej fl-2005 fuq is-swieq Ewropej prinċipali qatt ma jaqbżu l-20 %, u kellhom medja ta’ 18 %, kif turi l-grafika hawn taħt:

Image

(96)

Dawn iċ-ċifri huma msaħħin mil-lista, fornita mill-ISFE, tal-50 logħba elettronika l-iktar mibjugħa fi Franza fl-2006: 21 huma maħruġa minn impriżi Ġappuniżi, 19 minn impriżi Amerikani, u 10 minn impriżi Ewropej. Huma kkonfermati wkoll mill-klassifikazzjoni ta’ l-impriżi tal-logħob elettroniku bil-fatturat, stabbilita mill-Osservatorju awdjoviżiv Ewropew fl-2003, li tindika li l-ewwel erba’ impriżi huma Ġappuniżi u Amerikani.

(97)

Is-sehem tas-suq tal-pubblikaturi Franċiżi, li jibbenefikaw indirettament mill-kreditu ta’ taxxa sakemm dawn jedittjaw il-logħob elettroniku prodott mill-istudjows eliġibbli għall-kreditu ta’ taxxa, huwa loġikament iktar dgħajjef: fl-2005, it-tliet edituri prinċipali Franċiżi, Ubisoft, Atari, u VUGames kienu jirrappreżentaw rispettivament 6,4 %, 3,5 % u 4,4 % mis-suq ta’ l-edizzjoni tal-logħob elettroniku mill-ħames Stati Membri msemmija fil-grafika li tinsab fil-premessa 95. Barra min hekk, l-istudjows ta’ dawn il-pubblikaturi li huma stabbiliti fi Franza jirrappreżentaw biss proporzjon dgħajjef tas-sehem tas-suq ta’ dawn il-pubblikaturi: 25 % għal Ubisoft (jiġifieri 1,6 % tas-suq magħmul minn dawn il-ħames Stati Membri), 10 % għal Atari (jiġifieri 0,35 %) u 2 % għal VUGames (parti negliġibbli).

(98)

Barra dan, huwa xieraq li jiġi enfasizzat li sehem relattivament dgħajjef tal-logħob elettroniku prodott fi Franza ser jiġi sussidjat: is-simulazzjoni li saret għal-logħob elettroniku prodott fi Franza fl-2005-2006, turi li 30 % biss minnhom jistgħu, fil-prinċipju, jibbenefikaw mill-kreditu ta’ taxxa.

(99)

ta’ min jinnota wkoll li l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi tal-logħob elettroniku li fformulaw il-kummenti wara l-ftuħ tal-proċedura, bħal TIGA, GAME, APOM u EGDF, enfasizzaw ukoll l-impatt dgħajjef tal-miżura fuq l-industriji nazzjonali tagħhom. Għalhekk, EGDF, li tirrappreżenta 500 studjows f’għaxar Stati Membri, enfasizzat partikolarment li l-miżura kif ġiet notifikata, waqt li tippermetti li tiffinanzja sa 20 % bejn 15 u 30 proġett fuq sentejn toħloq biss tfixkil limitat sakemm 1 500 logħba elettronika titqiegħed fuq is-suq kull sena f’kull Stat Membru. Dawn il-kummenti huma iktar sinifikanti meta jitqies li ġew ifformulati fuq il-bażi tal-proġett deskritt fid-deċiżjoni tal-ftuħ, li minn dak in-nhar l-ambitu tiegħu ċkien.

(100)

Il-miżura seta’ kellha effett potenzjalment negattiv fuq il-kummerċ, identifikat minn GAME, minħabba li l-ispejjeż tas-sottokuntrattar ma ttieħdux in kunsiderazzjoni fl-ispejjeż eliġibbli fil-proposta inizjali ta’ Franza. Dan kien jagħti inċentiv lill-impriżi benefiċjarji biex jinternalizzaw l-ispejjeż tagħhom, minflok ma jirrikorru għas-sottokuntrattar, li hija prattika komuni f’dan is-settur. Dan seta’ jiġri, partikolarment, għad-detriment ta’ l-impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra u għalhekk għad-detriment tal-kummerċ intrakomunitarju. Għaldaqstant, dan l-effett negattiv twarrab sakemm l-awtoritajiet Franċiżi aċċettaw li jinkludu l-ispejjeż tas-sottokuntrattar fost l-ispejjeż eliġibbli, sa EUR 1 miljun għal kull proġett.

(101)

Il-Kummissjoni tqis li dan il-limitu, iġġustifikat b’raġunijiet baġitarji, huwa aċċettabbli għal din l-applikazzjoni partikolari fejn, fil-prattika, ma jistax ikun suxxettibbli li jaffettwa l-parti l-kbira tal-logħob elettroniku prodott fi Franza. Fil-fatt, skond l-informazzjoni fornita mill-awtoritajiet Franċiżi, mill-74 logħba elettronika li dehru fis-simulazzjoni tagħhom, 64 kellhom baġit ta’ produzzjoni ta’ inqas minn EUR 2 miljuni, tmienja kellhom baġit kompriż bejn żewġ u ħames miljuni, u tnejn kellhom baġit ta’ produzzjoni ta’ iktar minn ħames miljuni. Filwaqt li jitqies dan il-livell medju tal-baġit ta’ produzzjoni, limitu ta’ EUR 1 miljun għall-ispejjeż tas-sottokuntrattar ma jidhirx suxxettibbli li jikkostitwixxi ostakolu sinifikanti għar-rikors tas-sottokuntrattar. Skond l-evoluzzjoni tal-baġits ta’ produzzjoni tal-logħob elettroniku fi Franza, il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li terġa’ tikkunsidra l-livell ta’ dan il-limitu, meta din il-miżura ta’ għajnuna terġa’ tiġi notifika fl-erba’ snin ta’ wara l-implimentazzjoni tagħha, f’konformità ma’ l-impenji ta’ l-awtoritajiet Franċiżi.

(102)

Barra dan, il-Kummissjoni tqis li l-impatt tal-kreditu ta’ taxxa fuq il-kompetizzjoni ser ikun iktar limitat minħabba li s-suq tal-logħob elettroniku huwa suq importanti, b’21 biljuni dollari Amerikani fl-2003, b’rata għolja ta’ tkabbir fuq perjodu ta’ żmien twil, stimata għal 13 % fis-sena u bi prezzijiet relattivament fissi.

(103)

Fl-aħħar, il-Kummissjoni tinnota li tnejn mill-partijiet terzi semmew l-effett potenzjalement negattiv tal-miżura fuq il-kummerċ u fuq il-kompetizzjoni. ISFE indikat li l-miżura tissogra li twassal għal trasferiment ta’ l-investimenti lejn Franza u ADESE enfasizzat l-effett potenzjalment negattiv tal-miżura partikolarment fuq is-suq Spanjol. Dawn it-terzi madankollu ma fornew ebda data biċ-ċifri jew spjegazzjoni dettaljata li tippermetti lill-Kummissjoni tevalwa dan ir-riskju potenzjali. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li ISFE u ADESE jirrappreżentaw lill-pubblikaturi u d-distributuri tal-logħob elettroniku. Kif ġie spjegat diġà fil-premessa (38), l-asoċjazzjonijiet tal-produtturi, li jirrappreżentaw il-kompetituri diretti tal-benefiċjarji potenzjali ta’ l-għajnuna, ikkonkludew li tali riskju fuq il-kompetizzjoni seta’ jiġi eskluż. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li l-istudjows ta’ l-iżvilupp li jibbenefikaw mill-kreditu mhumiex f’pożizzjoni li jeżerċitaw poter tas-suq fuq il-pubblikaturi kif ġie indikat fil-premessa (91). Fil-kummenti tagħha, Ubisoft, wieħed mill-pubblikaturi ewlenin Franċiżi, madankollu enfasizza n-natura daqstantieħor benefika ta’ l-għajnuna li tippermetti wkoll li tnaqqas ir-riskji finanzjarji ta’ dawn ta’ l-aħħar billi tnaqqas l-ispejjeż ta’ produzzjoni tal-logħob elettroniku u tiżviluppa offerta Ewropea.

(104)

Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-kreditu ta’ taxxa ma jilħaqx proporzjon ta’ natura li jimmodifika d-deċiżjonijiet ta’ lokalizzazzjoni ta’ l-investimenti ta’ l-industriji, meta jitqiesu l-parametri l-oħra ta’ dawn id-deċiżjonijiet, partikolarment il-kondizzjonijiet ta’ l-impjieg u tar-remunerazzjoni. F’dak li jikkonċerna iktar partikolarment l-effett tal-miżura fuq l-industrija Spanjola, il-Kummissjoni madankollu tinnota, abbażi tal-grafika fil-premessa 95, li hu propju fi Spanja li s-sehem tas-suq tal-pubblikaturi Ewropej huwa l-iktar baxx. Għall-kuntrarju ta’ dak li ddikjarat ADESE, fin-nuqqas ta’ data iktar preċiża min-naħa tagħha, hemm lok li jiġi kkunsidrat li din il-miżura ta’ għajnuna mhijiex suxxettibbli li jkollha impatt iktar kbir fi Spanja milli fl-Istati Membri l-oħra.

(105)

Fir-rigward tal-konsiderazzjonijiet t’hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna mhux ser ikollha bħala effett li ssaħħaħ il-poter tas-suq ta’ l-impriżi benefiċjarji, u lanqas li tostakola l-istimoli dinamiċi ta’ l-atturi tas-suq iżda, għall-kuntrarju, li żżid il-varjetà ta’ l-offerta fuq is-suq. Għalhekk huwa xieraq li jiġi konkluż li t-tfixkil tal-kompetizzjoni u l-effetti fuq il-kummerċ tal-miżura huma limitati, b’tali mod li r-riżultat globali ta’ l-għajnuna huwa pożittiv. Il-kreditu ta’ taxxa għall-kreazzjoni tal-logħob elettroniku huwa għalhekk kompatibbli mas-suq komuni, fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 87(3) punt d) tat-Trattat,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżura prevista minn Franza, li tistabbilixxi kreditu ta’ taxxa favur il-kreazzjoni tal-logħob elettroniku hija kompatibbli mas-suq komuni fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 87(3) punt d) tat-Trattat.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmula fi Brussell, 11 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 297, 7.12.2006, p. 19.

(2)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna nru 1.

(3)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-15 ta’ Ġunju 1993, Matra/il-Kummissjoni (C-225/91, Ġabra. p. I-3203, punt 41).

(4)  Trade association representing the business and commercial interests of games developers (Assoċjazzjoni professjonali li tirrappreżenta l-interessi ekonomiċi u kummerċjali tal-produtturi tal-logħob elettroniku fir-Renju Unit u fl-Ewropa).

(5)  Bundesverband der Entwickler von Computerspielen e.V. (Assoċjazzjoni federali tal-produtturi tal-logħob elettroniku fil-Ġermanja).

(6)  Assoċjazzjoni ta’ Produtturi ta’ Xogħlijiet Multimedjali.

(7)  European Games Developer Federation (Federeazzjoni Ewropea tal-produtturi tal-logħob elettroniku).

(8)  Interactive Software Federation of Europe (Federazzjoni Ewropea ta’ softwers interattivi).

(9)  ĠU C 323, 30.12.2006, p. 1.

(10)  Asociación Española de Distribuidores y Editores de Software de Entretenimiento (Assoċjazzjoni Spanjola tad-distributuri u l-pubblikaturi ta’ softwers ta’ divertiment).

(11)  Imnedija fl-2003 mill-OSFE, PEGI (Informazzjoni Panewropea għal-Logħob) hija sistema ta’ klassifikazzjoni tal-logħob elettroniku maħluqa biex tgħaqqad is-sistemi nazzjonali Ewropej. Din ingħatat l-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea.

(12)  L-ispejjeż eliġibbli għall-kreditu ta’ taxxa jikkorrispondu għal spejjeż ta’ ħolqien u ta’ kreazzjoni. L-ispejjeż artistiċi jkopru l-ispejjeż fuq il-persunal (remunerazzjonijiet u benefiċċji soċjali) relatati mal-produttur, il-produttur konġunt, id-direttur artistiku, id-direttur tekniku, il-persuni responsabbli għax-xenarju, l-animazzjoni u l-ambjent akustiku. L-ispejjeż artistiċi ma jkoprux l-ispejjeż tal-persunal relatati mal-persuni responsabbli għall-ipprogrmmar, id-deprezzament ta’ l-assi intiżi direttament għall-kreazzjoni tal-logħob elettroniku, l-ispejjeż l-oħra ta’ tħaddim.

(13)  Sentenza Matra/il-Kummissjoni msemmija fin-nota f’qiegħ il-paġna 3.

(14)  Ara s-sit tal-Unesco, speċjalment il-paġni dwar l-industriji kulturali u l-involviment tagħhom fil-kultura: http://portal.unesco.org/culture/en/ev.php-URL_ID=2461&URL_DO=DO_TOPIC&URL_SECTION=201.html

(15)  Konvenzjoni adottata mill-Konferenza Ġenerali tal-Unesco fl-20 ta’ Ottubru 2005 u introdotta fid-dritt Komunitarju bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/515/KE tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-diversità ta’ l-espressjonijiet kulturali (ĠU L 201, 25.7.2006, p. 15) (li t-test tagħha jista’ jiġi kkonsultat permezz ta’ dan is-sit ta’ l-internt: http://unesdoc.unesco.org/images/0014/001429/142919f.pdf).

(16)  Tali konklużjoni hija bla ħsara għall-klassifikazzjoni jew għall-kwalifika ta’ logħob elettroniku li jirriżulta minn standards nazzjonali jew internazzjonali.

(17)  Premessa 39.

(18)  COM(2001) 234 finali, (ĠU C 43, 16.2.2002, p. 6).

(19)  ĠU C 9, 13.1.2007, p. 1.

(20)  Artikolu 4, punt 3: “L-espressjonijiet kulturali huma l-espressjonijiet li jirriżultaw mill-kreattività ta’ l-individwi, il-gruppi u s-soċjetajiet, u li għandhom kontenut kulturali”.

(21)  Studju tal-Kunsill superjuri tal-proprjetà letterarja u artistika Franċiża (Kummissjoni dwar l-aspetti legali tax-xogħlijiet multimedjali) tas-26 ta’ Mejju 2005: “Ir-reġim legali tax-xogħlijiet multimedjali: Drittijiet ta’ l-awturi u ċertezza legali ta’ l-investituri”.

(22)  Skond l-Artikolu 4 tagħha, il-“ ‘Kontenut kulturali’ jirreferi għas-sens simboliku, għad-dimensjoni artisitika u għall-valuri kulturali li għandhom oriġini jew jesprimu identitajiet kulturali.”

(23)  Premessa 41.

(24)  Ara, pereżempju, id-deċiżjoni tas-16 ta’ Mejju 2006 dwar il-każ N 45/06 – Kreditu ta’ taxxa għall-produzzjoni fonografika (ĠU C 293, 2.12.2006, p. 6) u d-deċiżjoni tat-22 ta’ Marzu 2006 dwar il-każijiet NN 84/04 u N 95/05 – Skemi ta’ għajnuniet għaċ-ċinema u l-awdjoviżiv (ĠU C 159, 30.6.2005, p. 24).

(25)  Sorsi: Digital Broadband content – the online kompjuter and video game industry, OECD, DSTI/ICCP/IE(2004)13/FINALI, ippubblikat fit-12/05/2005; Rapport tas-Sur Fries għall-attenzjoni tas-Sur Francis, u s-Sinjuri Ministri ta’ l-ekonomija, tal-finanzi u ta’ l-industrija, u tas-Sinjura Nicole Fontaine, Ministru delegat għall-industrija. – Proposti għall-iżvilupp ta’ l-industrija tal-logħob elettroniku fi Franza (it-22 ta’ Diċembru 2003).


Top