Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0305

    2008/305/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta’ Frar 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Panama dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

    ĠU L 106, 16.4.2008, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/305/oj

    Related international agreement

    16.4.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 106/6


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-18 ta’ Frar 2008

    dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Panama dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

    (2008/305/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2), flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

    Billi:

    (1)

    Fil-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

    (2)

    Il-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità ftehim mal-Panama dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru (“Il-Ftehim”) fi qbil mal-mekkanizmi u d-Direttivi fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju;

    (3)

    Il-Ftehim ġie ffirmat fl-1 ta’ Ottubru 2007 f’isem il-Komunità Ewropea suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar tard.

    (4)

    Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    1.   Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Panama dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità.

    2.   It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni (1).

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill b'dan huwa awtorizzat li jinnomina l-persuna li għandha s-setgħa tagħmel in-notifika li dwarha jipprovdi l-Artikolu 9(1) tal-Ftehim.

    Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Frar 2008.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    D. RUPEL


    (1)  Ara paġna 7 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


    Top

    16.4.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 106/7


    FTEHIM

    bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Panama dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

    IL-KOMUNITÀ EWROPEA

    minn naħa waħda, u

    IR-REPUBBLIKA TAL-PANAMA,

    min-naħa l-oħra

    (minn hawn 'il quddiem “il-Partijiet”)

    FILWAQT LI JINNUTAW li ftehim ta’ servizzi bilaterali ta’ l-ajru ġew iffirmati bejn bosta Stati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Panama, li fihom dispożizzjonijiet li jmorru kontra l-liġi tal-Komunità Ewropea,

    FILWAQT LI JINNUTAW li l-Komunità Ewropea għandha l-kompetenza esklussiva fir-rigward ta’ bosta aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehim bilaterali ta’ servizzi ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,

    FILWAQT LI JINNUTAW li, skond il-liġi tal-Komunità Ewropea, it-trasportaturi ta’ l-ajru Komunitarji stabbiliti f'xi wieħed mill-Istati Membri għandhom id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju għar-rotot ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi.

    WARA LI KKUNSIDRAW il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u ċerti pajjiżi terzi li jipprovdu l-possibbiltà għaċ-ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi terzi li jiksbu dritt ta’ proprjetà fi trasportatur ta’ l-ajru lliċenzjat f'konformità mal-liġi tal-Komunità Ewropea,

    FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li ċerti dispożizzjonijiet tal-ftehim bilaterali għal servizzi ta’ l-ajru bejn Stati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Panama, li huma kontra l-liġi tal-Komunità Ewropea, għandhom jinġiebu f'konformità sħiħa magħha sabiex tiġi stabbilita bażi ġuridika tajba għas-servizzi ta’ l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Panama u biex titħares it-tkomplija ta’ servizzi ta’ l-ajru bħal dawn,

    FILWAQT LI JINNUTAW li mhuwiex għan tal-Komunità Ewropea, bħala parti minn dawn in-negozjati, li jiżdied il-volum totali ta’ traffiku ta’ l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Panama, jew li jiġi affettwat il-bilanċ bejn trasportaturi ta’ l-ajru tal-Komunità u trasportaturita' l-ajru tar-Repubblika tal-Panama, jew li jiġu nnegozjati emendi lid-dispożizzjonijiet li diġà jeżistu ta’ ftehim bilaterali għal servizzi ta’ l-ajru dwar drittijiet tat-traffiku.

    FTIEHMU KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Dispożizzjonijiet ġenerali

    1.   Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, l-espressjoni “Stati Membri” tfisser l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea. “L-Istati Membri ta’ l-LACAC” tfisser l-Istati Membri tal-Kummissjoni ta’ l-Avjazzjoni Ċivili ta’ l-Amerika Latina.

    2.   Ir-referenzi f'kull ftehim elenkat fl-Anness I liċ-ċittadini ta’ l-Istat Membru li huwa parti fil-ftehim għandhom jinftiehmu li qed jirriferu għaċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.

    3.   Ir-referenzi f'kull ftehim elenkat fl-Anness I għat-trasportaturi ta’ l-ajru jew linji ta’ l-ajru ta’ l-Istat Membru li huwa parti fil-ftehim għandhom jinftiehmu bħala li qed jirriferu għat-trasportaturi ta’ l-ajru jew linji ta’ l-ajru ddeżinjati minn dak l-Istat Membru.

    Artikolu 2

    Deżinjazzjoni, Awtorizzazzjoni u Revoka

    1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-Artikoli elenkati fl-Anness II(a) u (b) rispettivament, f'dak li għandu x'jaqsam mad-deżinjazzjoni tal-kumpaniji ta’ l-ajru mill-Istat Membru kkonċernat, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi mogħtija mir-Repubblika tal-Panama, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni ta’ l-awtorizzazzjonijiet jew permessi tat-trasportatur ta’ l-ajru, rispettivament. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-Artikoli elenkati fl-Anness II(a) u (b) rispettivament, f'dak li għandu x'jaqsam mad-deżinjazzjoni tat-trasportatur ta’ l-ajru mir-Repubblika tal-Panama, l-awtorizzazzjonijiet u permessi tiegħu mogħtija mill-Istat Membru, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni ta’ l-awtorizzazzjonijiet jew permessi tat-trasportatur ta’ l-ajru, rispettivament.

    2.   Malli tirċievi deżinjazzjoni mingħand Stat Membru, ir-Repubblika tal-Panama għandha tagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi xierqa bl-anqas dewmien proċedurali, bil-kundizzjoni li:

    (i)

    it-trasportatur ta’ l-ajru jkun stabbilit, skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fit-territorju ta’ l-Istat Membru li għamel id-deżinjazzjoni, u jkollu Liċenzja Operattiva valida f'konformità mal-liġi tal-Komunità Ewropea;

    (ii)

    ikun eżerċitat u miżmum il-kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur ta’ l-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat ta’ l-Operaturi ta’ l-Ajru tiegħu u l-awtorità aeronawtika rilevanti tkun identifikata biċ-ċar fid-deżinjazzjoni; kif ukoll

    (iii)

    it-trasportatur ta’ l-ajru jkun proprjetà, direttament jew permezz ta’ l-akbar sehem azzjonarju, u kkontrollat effettivament mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri, jew mill-istati l-oħra elenkati fl-Anness III u/jew miċ-ċittadini ta’ dawn l-istati l-oħra.

    3.   Ir-Repubblika tal-Panama tista’ tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta’ kumpanija ta’ l-ajru ddeżinjata minn Stat Membru fejn:

    (i)

    it-trasportatur ta’ l-ajru ma jkunx stabbilit, taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fit-territorju ta’ l-Istat Membru li għamel id-deżinjazzjoni, jew ma jkollux Liċenzja Operattiva valida skond il-liġi tal-Komunità Ewropea; jew

    (ii)

    ma jkunx eżerċitat jew miżmum kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur ta’ l-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat ta’ l-Operaturi ta’ l-Ajru tiegħu, jew l-awtorità aeronawtika rilevanti ma tkunx identifikata biċ-ċar fid-deżinjazzjoni; jew

    (iii)

    it-trasportatur ta’ l-ajru ma jkunx il-proprjetà ta’ u ma jkunx effettivament ikkontrollat direttament jew permezz ta’ l-akbar sehem azzjonarju mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri, jew mill-istati l-oħra elenkati fl-Anness III u/jew miċ-ċittadini ta’ dawn l-istati l-oħra; jew

    (iv)

    it-trasportatur ta’ l-ajru jkun diġà awtorizzat li jopera fl-ambitu ta’ ftehim bilaterali bejn ir-Repubblika tal-Panama u xi Stat Membru ieħor u r-Repubblika tal-Panama turi li, billi jeżerċita d-drittijiet tat-traffiku fl-ambitu ta’ dan il-Ftehim fuq rotta li tinkludi punt f'dak l-Istat Membru l-ieħor, dan ikun qed jevita r-restrizzjonijiet fuq id-drittijiet tat-traffiku imposti minn dak il-ftehim l-ieħor; jew

    (v)

    it-trasportatur ta’ l-ajru jkun fil-pussess ta’ Ċertifikat ta’ l-Operaturi ta’ l-Ajru maħruġ mill-Istat Membru u ma jkun hemm l-ebda ftehim bilaterali dwar servizzi ta’ l-ajru bejn ir-Repubblika tal-Panama u dak l-Istat Membru, u d-drittijiet tat-traffiku lejn dak l-Istat Membru jkunu ġew miċħuda lit-trasportatur ta’ l-ajru ddeżinjat mir-Repubblika tal-Panama.

    Waqt li qed teżerċita d-dritt tagħha taħt dan il-paragrafu, ir-Repubblika tal-Panama ma għandhiex tiddiskrimina bejn it-trasportaturi ta’ l-ajru tal-Komunità abbażi tan-nazzjonalità.

    4.   Malli jirċievi deżinjazzjoni mingħand ir-Repubblika tal-Panama, Stat Membru għandu jagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi xierqa bl-anqas dewmien proċedurali possibbli, sakemm:

    (i)

    it-trasportatur ta’ l-ajru jkun stabbilit fir-Repubblika tal-Panama; kif ukoll

    (ii)

    ir-Repubblika tal-Panama jkollha u żżomm kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur ta’ l-ajru u tkun responsabbli mill-ħruġ taċ-Ċertifikat ta’ l-Operaturi ta’ l-Ajru tiegħu; kif ukoll

    (iii)

    it-trasportatur ta’ l-ajru jkun il-proprjetà ta’ l-Istati Membri ta’ l-LALAC u/jew ta’ ċittadini mill-Istati Membri ta’ l-LALAC u jkun effettivament ikkontrollat minnhom sew direttament inkella permezz ta’ sehem maġġoritarju.

    5.   Stat Membru jista’ jirrifjuta, jirrevoka, jissospendi jew jillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta’ trasportatur ta’ l-ajru ddeżinjat mir-Repubblika tal-Panama fejn:

    (i)

    it-trasportatur ta’ l-ajru jkun stabbilit fir-Repubblika tal-Panama; jew

    (ii)

    il-kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur ta’ l-ajru ma jkunx eżerċitat jew miżmum mir-Repubblika tal-Panama jew ir-Repubblika tal-Panama ma tkunx responsabbli mill-ħruġ taċ-Ċertifikat ta’ l-Operaturi ta’ l-Ajru tiegħu; jew

    (iii)

    it-trasportatur ta’ l-ajru ma jkunx il-proprjetà ta’ l-Istati Membri ta’ l-LALAC u/jew ta’ ċittadini mill-Istati Membri ta’ l-LALAC u ma jkunx effettivament ikkontrollat minnhom sew direttament inkella permezz ta’ sehem maġġoritarju; jew

    (iv)

    it-trasportatur ta’ l-ajru jkun diġà awtorizzat jopera fl-ambitu ta’ ftehim bilaterali bejn l-Istat Membru u Stat Membru ieħor ta’ l-LALAC, u l-Istat Membru juri li, billi jeżerċita d-drittijiet fuq it-traffiku fl-ambitu ta’ dan il-Ftehim fuq rotta li tinkludi punt f'dak l-Istat Membru l-ieħor ta’ l-LALAC, dan ikun qed jevita r-restrizzjonijiet fuq id-drittijiet tat-traffiku imposti minn dak il-ftehim l-ieħor.

    Artikolu 3

    Sikurezza

    1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli elenkati fl-Anness II(ċ).

    2.   Fejn Stat Membru jkun iddeżinja trasportatur ta’ l-ajru li l-kontroll regolatorju tiegħu huwa eżerċitat u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tar-Repubblika tal-Panama taħt id-dispożizzjonijiet ta’ sikurezza tal-ftehim bejn l-Istat Membru li ddeżinja t-trasportatur ta’ l-ajru u r-Repubblika tal-Panama għandu japplika bl-istess mod fir-rispett ta’ l-adozzjoni, l-eżerċizzju jew il-manteniment ta’ l-istandards tas-sikurezza mill-Istat Membru l-ieħor u b'rispett ta’ l-awtorizzazzjoni għall-operazzjoni ta’ dik it-trasportatur ta’ l-ajru.

    Artikolu 4

    Tassazzjoni tal-karburant ta’ l-avjazzjoni

    1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli elenkati fl-Anness II(d).

    2.   Minkejja kull dispożizzjoni oħra kontra dan, xejn f'kull wieħed mill-ftehim elenkati fl-Anness II(d) ma għandu jżomm l-Istati Membri milli jimponu, fuq bażi mhux diskriminatorja, taxxi, imposti, dazji, drittijiet jew ħlasijiet fuq karburant li jiġi fornut fit-territorju tagħhom għall-użu f'inġenju ta’ l-ajru ta’ trasportatur ta’ l-ajru ddeżinjat tar-Repubblika tal-Panama li jopera bejn punt fit-territorju ta’ Stat Membru u punt ieħor fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru jew fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.

    3.   Minkejja kull dispożizzjoni oħra kontra dan, xejn f'kull wieħed mill-ftehim elenkati fl-Anness II(d) ma għandu jżomm Stat Membru milli jimponi taxxi, imposti, dazji, drittijiet jew ħlasijiet fuq karburant li jiġi fornut fit-territorju tiegħu għall-użu f'inġenju ta’ l-ajru ta’ trasportatur ta’ l-ajru ddeżinjat tar-Repubblika tal-Panama li jopera bejn punt fit-territorju ta’ Stat Membru u punt ieħor fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru jew fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.

    Artikolu 5

    It-tariffi għall-ġarr

    1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw l-Artikoli elenkati fl-Anness II(e).

    2.   It-tariffi li jintalbu mit-trasportatur(i) ta’ l-ajru ddeżinjata/i mir-Repubblika tal-Panama permezz ta’ ftehim elenkat fl-Anness I li fih dispożizzjoni elenkata fl-Anness II(e) għal ġarr li jseħħ kollu kemm hu fi ħdan il-Komunità Ewropea għandhom ikunu suġġetti għal-liġi tal-Komunità Ewropea. Il-liġi tal-Komunità Ewropea hija applikata fuq bażi mhux diskriminatorja.

    3.   It-tariffi li jintalbu mit-trasportatur(i) ta’ l-ajru ddeżinjat(i) minn Stat Membru fl-ambitu ta’ xi ftehim elenkat fl-Anness I li jkun fihom dispożizzjoni elenkata fl-Anness II(e) għall-ġarr bejn ir-Repubblika tal-Panama u xi Stat Membru ieħor ta’ l-LALAC għandhom ikunu suġġetti għal-liġi tal-Panama rigward il-price leadership u jiġu applikati fuq bażi mhux diskriminatorja.

    Artikolu 6

    Il-kompatibbiltà mar-regoli tal-kompetizzjoni

    1.   Minkejja kull dispożizzjoni għall-kuntrarju, xejn f'kull wieħed mill-ftehim elenkati fl-Anness I ma għandu (i) jiffavorixxi l-adozzjoni ta’ ftehim bejn impriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jew prattiki miftiehma li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni; (ii) isaħħaħ l-effetti ta’ kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattika miftiehma bħal dan; jew (iii) jiddelega lill-operaturi ekonomiċi privati r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni.

    2.   Id-dispożizzjonijiet fil-ftehim elenkati fl-Anness I li mhumiex kompatibbli mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jiġu applikati.

    Artikolu 7

    Annessi ta’ dan il-Ftehim

    L-Annessi ta’ dan il-Ftehim se jiffurmaw parti integrali minnu.

    Artikolu 8

    Reviżjonijiet jew emendi

    Il-Partijiet jistgħu, f'kull ħin, jirrevedu jew jemendaw dan il-Ftehim b'kunsens reċiproku.

    Artikolu 9

    Dħul fis-seħħ

    Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li jkunu tlestew il-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu.

    Artikolu 10

    Terminazzjoni

    1.   Fil-każ li jiġi tterminat ftehim elenkat fl-Anness I, id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-Ftehim li għandhom x'jaqsmu mal-ftehim elenkat fl-Anness I ikkonċernat għandhom jiġu tterminati fl-istess ħin.

    2.   Fil-każ li jiġu tterminati l-ftehim kollha elenkati fl-Anness I, dan il-Ftehim jiġi tterminat fl-istess waqt.

    B'XHIEDA TA’ DAN, il-firmatarji, debitament awtorizzati, iffirmaw dan il-Ftehim.

    Magħmul fil-Belt ta’ Panama f'żewġ kopji, fl-ewwel jum ta’ Ottubru fis-sena elfejn u sebgħa bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Żvediża. F'każ ta’ diverġenza, it-test Spanjol għandu jipprevalixxi fuq it-testi bil-lingwi l-oħra.

    За Европейската общнoст

    Por la Comunidad Europea

    Za Evropské společenství

    For Det Europæiske Fællesskab

    Für die Europäische Gemeinschaft

    Euroopa Ühenduse nimel

    Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

    For the European Community

    Pour la Communauté européenne

    Per la Comunità europea

    Eiropas Kopienas vārdā

    Europos bendrijos vardu

    Az Európai Közösség részéről

    Għall-Komunità Ewropea

    Voor de Europese Gemeenschap

    W imieniu Wspólnoty Europejskiej

    Pela Comunidade Europeia

    Pentru Comunitatea Europeană

    Za Európske spoločenstvo

    Za Evropsko skupnost

    Euroopan yhteisön puolesta

    För Europeiska gemenskapen

    Image

    Image

    За Република Панама

    Por la República de Panamá

    Za Panamskou republiku

    For Republikken Panama

    Für die Republik Panama

    Panama Vabariigi nimel

    Για τη Δημοκρατία του Παναμά

    For the Republic of Panama

    Pour la République du Panama

    Per la Repubblica di Panama

    Panamas Republikas vārdā

    Panamos Respublikos vardu

    A Panamai Köztársaság részéről

    Għar-Repubblika tal-Panama

    Voor de Republiek Panama

    W imieniu Republiki Panamy

    Pela República do Panamá

    Pentru Republica Panama

    Za Panamskú republiku

    Za Republiko Panamo

    Panaman tasavallan puolesta

    För Republiken Panama

    Image


    ANNESS I

    Lista ta’ ftehim imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim

    (a)

    Ftehim dwar servizzi ta’ l-ajru bejn ir-Repubblika tal-Panama u Stati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data ta’ l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati provviżorjament

    Il-Ftehim bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika tal-Panama dwar it-Trasport bl-Ajru, magħmul fil-Panama fit-13 ta’ Diċembru 1999, minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim Panama – Ġermanja” fl-Anness II.

    Il-Ftehim bejn il-Gvernijiet tar-Repubblika tal-Panama u tar-Renju tal-Belġju dwar servizzi ta’ l-ajru, magħmul fil-belt ta’ Panama fit-12 ta’ Jannar 1966, minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim Panama – Belġju” fl-Anness II.

    Il-Ftehim bejn ir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika tal-Panama, magħmul fil-belt ta’ Panama fis-7 ta’ Awissu 2001, minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim Panama – Spanja” fl-Anness II.

    Il-Protokoll tal-Laqgħa bejn id-delegazzjonijiet aeronawtiċi tal-Gvern tar-Repubblika Taljana u l-Gvern tar-Repubblika tal-Panama, magħmul f'Ruma fil-11 ta’ Novembru 1970, minn hawn 'il quddiem “il-Protokoll Panama – Italja” fl-Anness II.

    Il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Panama u r-Renju ta’ l-Olanda dwar servizzi ta’ l-ajru bejn it-territorji tagħhom u lil hinn minnhom, inizjalat bħala l-Anness II tal-Memorandum ta’ Qbil magħmul f'Den Haag fis-7 ta’ Ġunju 1995, minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim Panama – Olanda” fl-Anness II.

    Il-Ftehim bejn il-Gevrn tar-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Gvern tar-Repubblika tal-Panama, inizjalat bħala l-Anness B tal-Memorandum ta’ Qbil iffirmat f'Londra fis-26 ta’ Awissu 1997, minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim Panama – Renju Unit” fl-Anness II.

    (b)

    Ftehim dwar servizzi ta’ l-ajru u arranġamenti oħra inizjalati jew iffirmati bejn ir-Repubblika tal-Panama u Stati Membri tal-Komunità Ewropea li, dakinhar ta’ l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu għadhom ma daħlux fis-seħħ u li mhumiex qed jiġu applikati provviżorjament.


    ANNESS II

    Lista ta’ Artikoli fil-ftehim elenkati fl-Anness I u msemmija fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ dan il-Ftehim

    (a)

    Deżinjazzjoni:

    l-Artikolu 3 tal-Ftehim Panama – Ġermanja;

    l-Artikolu 3 tal-Ftehim Panama – Spanja;

    l-Artikolu 4 tal-Ftehim Panama – Olanda;

    L-Artikolu 4 tal-Ftehim Panama – Renju Unit.

    (b)

    Rifjut, Revoka, Sospensjoni jew Limitazzjoni ta’ l-Awtorizzazzjonijiet jew il-Permessi:

    l-Artikolu 3 tal-Ftehim Panama – Ġermanja;

    l-Artikolu 9 tal-Ftehim Panama – Belġju;

    l-Artikolu 4 tal-Ftehim Panama – Spanja;

    l-Artikolu 5 tal-Ftehim Panama – Olanda;

    l-Artikolu 5 tal-Ftehim Panama – Renju Unit.

    (c)

    Kontroll regolatorju:

    l-Artikolu 12 tal-Ftehim Panama – Ġermanja;

    l-Artikolu 11 tal-Ftehim Panama – Spanja.

    (d)

    It-Tassazzjoni tal-Karburant ta’ l-Avjazzjoni:

    l-Artikolu 6 tal-Ftehim Panama – Ġermanja;

    l-Artikolu 7 tal-Ftehim Panama – Belġju;

    l-Artikolu 5 tal-Ftehim Panama – Spanja;

    l-Artikolu 10 tal-Ftehim Panama – Olanda;

    L-Artikolu 8 tal-Ftehim Panama – Renju Unit.

    (e)

    It-tariffi fuq il-ġarr

    l-Artikolu 10 tal-Ftehim Panama – Ġermanja;

    l-Artikolu 5 tal-Ftehim Panama – Belġju;

    l-Artikolu 7 tal-Ftehim Panama – Spanja;

    l-Artikolu 6 tal-Ftehim Panama – Olanda;

    L-Artikolu 7 tal-Ftehim Panama – Renju Unit.


    ANNESS III

    Lista ta’ Stati oħra msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Ftehim

    (a)

    Ir-Repubblika ta l-Iżlanda (skond il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

    (b)

    Il-Prinċipat ta’ Liechtenstein (skond il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

    (ċ)

    Ir-Renju tan-Norveġja (skond il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

    (d)

    Il-Konfederazzjoni Żvizzera (skond il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru ).

    Top