This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0297
2008/297/EC: Commission Decision of 27 March 2008 amending Decision 2005/779/EC concerning animal health protection measures against swine vesicular disease in Italy (notified under document number C(2008) 1092) (Text with EEA relevance)
2008/297/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2005/779/KE dwar miżuri ta’ protezzjoni għas-saħħa ta’ l-annimali kontra l-marda vexxikolari tal-ħnieżer fl-Italja (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1092) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2008/297/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2005/779/KE dwar miżuri ta’ protezzjoni għas-saħħa ta’ l-annimali kontra l-marda vexxikolari tal-ħnieżer fl-Italja (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1092) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 102, 12.4.2008, p. 22–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 20/03/2019; Impliċitament imħassar minn 32019D0470
12.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 102/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta’ Marzu 2008
li temenda d-Deċiżjoni 2005/779/KE dwar miżuri ta’ protezzjoni għas-saħħa ta’ l-annimali kontra l-marda vexxikolari tal-ħnieżer fl-Italja
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1092)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/297/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ intraKomunitarju f’ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-għan li jitlesta s-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Billi,
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/779/KE tat-8 ta’ Novembru 2005 dwar miżuri ta’ protezzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali kontra l-marda vexxikolari tal-ħnieżer fl-Italja (2) ġiet adottata bi tweġiba għall-preżenza ta’ din il-marda fl-Italja. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regoli dwar is-saħħa ta’ l-annimali fir-rigward tal-marda vexxikolari tal-ħnieżer għal reġjuni ta’ dan l-Istat Membru li huma rikonoxxuti bħala ħielsa mill-marda vexxikolari tal-ħnieżer u għal dawk li mhumiex rikonoxxuti bħala ħielsa minn din il-marda. |
(2) |
Wara tifqigħat tal-marda vexxikolari tal-ħnieżer fl-Italja matul l-2007 f’ċerti provinċji li jinsabu f’reġjuni rikonoxxuti bħala ħielsa minn din il-marda, dan l-Istat Membru ħa miżuri skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tintroduċi miżuri Komunitarji ġenerali għall-kontroll ta’ ċertu mard ta’ l-annimali u miżuri speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mal-marda vexxikolari tal-ħnieżer (3). |
(3) |
Barra minn hekk, l-Italja ssospendiet l-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ dawn il-provinċji fejn ir-riskju ta’ tixrid ulterjuri tal-marda vexxikolari tal-ħnieżer huwa probabbli. L-Italja pprojbiet ukoll il-moviment ta’ ħnieżer minn dawn il-provinċji lejn reġjuni oħra ta’ l-Italja u lejn Stati Membri oħra. |
(4) |
Dawn il-miżuri li ttieħdu mill-Italja wrew li kienu effettivi. Huwa għalhekk xieraq li tiġi emendata d-Deċiżjoni 2005/779/KE biex isiru provvedimenti għas-sospensjoni ta’ l-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ provinċja li tinsab f’reġjun rikonoxxut baħal ħieles mill-marda vexxikolari tal-ħnieżer, biex l-Italja tkun tista’ twieġeb b’mod rapidu u trasparenti fil-każ ta’ xi tifqigħat ta’ din il-marda f’reġjuni rikonoxxuti bħala ħielsa minn din il-marda. Il-possibbiltà ta’ sospensjoni għandha għalhekk tkun limitata fiż-żmien u, jekk ir-riskju jkompli wara li jiskadi l-perjodu stabbilit, għandha tittieħed Deċiżjoni skond l-Artikolu 10(4) id-Direttiva 90/425/KEE. |
(5) |
Barra minn hekk, iċ-ċentri ta’ assemblaġġ għall-ħnieżer ħafna drabi huma sors primarju għat-tixrid tal-mard vexxikolari tal-ħnieżer. Għaldaqstant, l-Italja ħadet miżuri biex ittejjeb il-kontroll tal-movimenti ta’ ħnieżer minn ċentri ta’ assemblaġġ u biex tipprevjeni kull tixrid possibbli ta’ din il-marda. Dawn il-miżuri, fir-rigward tas-sorveljanza taċ-ċentri ta’ assemblaġġ għall-ħnieżer, u b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-ittestjar u t-teħid ta’ kampjuni li għandhom jitwettqu, għandhom għalhekk jiżdiedu. |
(6) |
Id-Deċiżjoni 2005/779/KE għalhekk għandha tkun emendata skond dan. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2005/779/KE hi emendata kif ġej:
(1) |
L-intestatura tal-Kapitolu II qed tinbidel b’dan li ġej:
“RIKONOXXIMENT TA’ REĠJUNI, PROVINĊJI U STABBILIMENTI FL-ITALJA BĦALA ĦIELSA MILL-MARDA VEXXIKOLARI TAL-ĦNIEŻER” |
(2) |
Jiddaħħal l-Artikolu 3a li jmiss: “Artikolu 3a Sospensjoni tar-rikonoxximent ta’ provinċji f’reġjun rikonoxxuti bħala ħielsa 1. L-Italja għandha tiżgura li fejn isseħħ tifqigħa tal-marda vexxikolari tal-ħnieżer fi provinċja f’reġjun rikonoxxuta bħala ħielsa mill-marda vexxikolari tal-ħnieżer, ir-rikonoxximent ta’ din il-provinċja bħala ħielsa mid-deni vexxikolari tal-ħnieżer jiġi sospiż minnufih sakemm l-oriġini ta’ l-infezzjoni ma tkunx stabbilita bħala tifqigħa sekondarja u l-inkjesta epidemjoloġika mwettqa skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva 92/119/KEE fir-rigward tat-tifqigħa ma turix li hemm riskju insinifikanti ta’ tixrid ulterjuri ta’ din il-marda. 2. Il-miżuri stipulati fl-Artikoli 7, 8 u 9 għandhom japplikaw għall-provinċja msemmija fil-paragrafu 1. 3. L-Italja tista’ għal darba oħra tirrikonoxxi l-provinċja msemmija fil-paragrafu 1 bħala ħielsa mill-marda vexxikolari tal-ħnieżer jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:
4. L-Italja għandha tikkomunika minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra kull miżura li ttieħdet skond il-paragrafi 1, 2 u 3 u tippubblika dawn il-miżuri. Is-sospensjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex taqbeż is-sitt xhur.” |
(3) |
Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 3 qed jinbidel b’dan li ġej: “3. Fiċ-ċentri ta’ assemblaġġ għall-ħnieżer, it-teħid ta’ kampjuni għandu jitwettaq f’intervalli ta’ xahar:
|
(4) |
Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 4 qed jinbidel b’dan li ġej: “4. Fiċ-ċentri ta’ assemblaġġ għall-ħnieżer, it-teħid ta’ kampjuni għandu jitwettaq f’intervalli ta’ xahar:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 27 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).
(2) ĠU L 293, 9.11.2005, p. 28. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/9/KE (ĠU L 7, 12.1.2007, p. 15).
(3) ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/10/KE (ĠU L 63, 1.3.2007, p. 24).