This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0088
2008/88/EC: Commission Decision of 28 January 2008 amending Decision 2005/59/EC as regards areas where the plans for the eradication of classical swine fever in feral pigs and the emergency vaccination of feral pigs against classical swine fever are to be implemented in Slovakia (notified under document number C(2008) 319)
2008/88/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta’ Jannar 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2005/59/KE dwar żoni fejn il-pjanijiet għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħanżir salvaġġ u t-tilqim ta’ emerġenza għall-ħanżir salvaġġ kontra d-deni klassiku għandhom jiġu implimentati fis-Slovakkja (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 319)
2008/88/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta’ Jannar 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2005/59/KE dwar żoni fejn il-pjanijiet għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħanżir salvaġġ u t-tilqim ta’ emerġenza għall-ħanżir salvaġġ kontra d-deni klassiku għandhom jiġu implimentati fis-Slovakkja (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 319)
ĠU L 28, 1.2.2008, p. 34–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 27/03/2013; Imħassar b' 32013D0164
1.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 28/34 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-28 ta’ Jannar 2008
li temenda d-Deċiżjoni 2005/59/KE dwar żoni fejn il-pjanijiet għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħanżir salvaġġ u t-tilqim ta’ emerġenza għall-ħanżir salvaġġ kontra d-deni klassiku għandhom jiġu implimentati fis-Slovakkja
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 319)
(It-test bis-Slovakk biss huwa awtentiku)
(2008/88/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda tad-deni klassiku tal-ħnieżer (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(1) u l-Artikolu 20(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/59/KE tas-26 ta’ Jannar 2005 li tapprova l-pjanijiet għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħanżir salvaġġ u t-tilqim ta’ emerġenza għal dawn il-ħnieżer fis-Slovakkja (2) ġiet adottata bħala waħda minn għadd ta’ miżuri fil-ġlieda kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer. |
(2) |
Is-Slovakkja issa għarrfet lill-Kummissjoni li d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħanżir salvaġġ inqered b’suċċess fit-territorji tad-Distretti ta’ l-Amministrazzjonijiet Veterinarji u Alimentari ta’ Trenčín (li jinkludi d-distretti ta’ Trenčín u ta’ Bánovce nad Bebravou), ta’ Prievidza (li tinkludi d-distretti ta’ Prievidza u ta’ Partizánske) u ta’ Púchov (li jinkludi biss id-distrett ta’ Ilava). Skond dan, il-pjanijiet approvati għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħanżir salvaġġ u t-tilqim ta’ emerġenza għal dawn il-ħnieżer kontra din il-marda ma għandhomx japplikaw aktar f’dawk iż-żoni. |
(3) |
Is-Slovakkja għarrfet ukoll lill-Kummissjoni dwar l-evoluzzjoni ta’ dan l-aħħar tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħanżir salvaġġ u l-preżenza ta’ din il-marda fid-distretti ta’ Nové Zámky. Fid-dawl tat-tagħrif epidemjoloġiku disponibbli, jeħtieġ li l-miżuri tal-pjan għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħanżir salvaġġ jiġu estiżi biex jinkludu parti mid-distretti ta’ Nové Zámky, Komárno u Levice. |
(4) |
Għal raġunijiet ta’ trasparenza fil-leġiżlazzjoni Komunitarja, iż-żoni koperti mill-pjanijiet kif stipulat fl-Anness tad-Deċiżjoni 2005/59/KE, għandhom jinbidlu bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
(5) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni 2005/59/KE għandha tiġi emendata skond dan. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2005/59/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tas-Slovakkja.
Magħmula fi Brussell, 28 ta’ Jannar 2008.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26).
(2) ĠU L 24, 27.1.2005, p. 46. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/20/KE (ĠU L 15, 20.1.2006, p. 48).
ANNESS
“ANNESS
1. Żoni fejn il-pjan għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħanżir salvaġġ għandu jiġi implimentat:
It-territorju ta’ l-Amministrazzjonijiet Distrettwali Veterinarji u Alimentari (ADVA) ta’ Žiar nad Hronom (li jinkludi d-distretti ta’ Žiar nad Hronom, Žarnovica u Banská Štiavnica), Zvolen (li jinkludi d-distretti ta’ Zvolen, Krupina u Detva), Lučenec (li jinkludi d-distretti ta’ Lučenec u Poltár), Veľký Krtíš (li jinkludi d-distrett ta’ Veľký Krtíš), Komárno (li jinkludi t-territorju li jinsab fil-lvant ta’ l-awtostrada 64, fit-tramuntana tal-fruntiera ma’ l-Ungerija u fil-punent tad-distrett ta’ Nové Zámky), Nové Zámky (li jinkludi t-territorju li jinsab fil-lvant tad-distrett ta’ Komárno u fil-lvant ta’ l-awtostrada 64, fin-nofsinhar ta’ l-awtostrada 75 u fit-tramuntana tal-fruntiera ma’ l-Ungerija) u Levice (li jinkludi t-territorju li jinsab fil-lvant tad-distrett Nové Zámky u fil-lvant ta’ l-awtostrada 66 (E77), fin-nofsinhar ta’ l-awtostrada 75, fit-tramuntana tal-fruntiera ma’ l-Ungerija u fil-punent tad-distrett ta’ Veľký Krtíš).
2. Żoni fejn il-pjan għat-tilqim ta’ emerġenza kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħanżir salvaġġ għandu jiġi implimentat:
It-territorju ta’ l-Amministrazzjonijiet Distrettwali Veterinarji u Alimentari (ADVA) ta’ Žiar nad Hronom (li jinkludi d-distretti ta’ Žiar nad Hronom, Žarnovica u Banská Štiavnica), Zvolen (li jinkludi d-distretti ta’ Zvolen, Detva u Krupina), Lučenec (li jinkludi d-distretti ta’ Lučenec u Poltár), u Veľký Krtíš (li jinkludi d-distrett ta’ Veľký Krtíš).”