Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0072

    2008/72/Euratom: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 22 ta’ Novembru 2007 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehimiet fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika (Euratom) u l-Konfederazzjoni Żvizzera (l-Iżvizzera) dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim ITER, il-Ftehim dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet għall-ITER u l-Ftehim dwar Approċċ Usa’ għat-territorju ta’ l-Iżvizzera u dwar is-sħubija ta’ l-Iżvizzera fl-Intrapriża Konġunta Ewropew għall-ITER u l-Iżvilupp ta’ l-Enerġija mill-Fużjoni

    ĠU L 20, 24.1.2008, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/72(1)/oj

    Related international agreement
    Related international agreement

    24.1.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 20/11


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-22 ta’ Novembru 2007

    dwar il-konklużjoni ta’ Ftehimiet fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika (Euratom) u l-Konfederazzjoni Żvizzera (l-Iżvizzera) dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim ITER, il-Ftehim dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet għall-ITER u l-Ftehim dwar Approċċ Usa’ għat-territorju ta’ l-Iżvizzera u dwar is-sħubija ta’ l-Iżvizzera fl-Intrapriża Konġunta Ewropew għall-ITER u l-Iżvilupp ta’ l-Enerġija mill-Fużjoni

    (2008/72/Euratom)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 101 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/976/Euratom tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku li jimplimenta s-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (Euratom) għal riċerka nukleari u attivitajiet ta’ taħriġ (2007-2011) (1),

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Settembru 2006 dwar il-konklużjoni, mill-Kummissjoni, tal-Ftehim dwar it-Twaqqif ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER għall-Implimentazzjoni Konġunta tal-Proġett ITER (“il-Ftehim ITER”), ta’ l-Arranġament dwar l-Applikazzjoni Provviżorja tal-Ftehim dwar it-Twaqqif ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER għall-Implimentazzjoni Konġunta tal-Proġett ITER u tal-Ftehim dwar il-privileġġi u l-immunitajiet ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali ITER għall-Enerġija mill-Fużjoni fir-rigward ta’ l-Implimentazzjoni Konġunta tal-Proġett ITER (“il-Ftehim dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet għall-ITER”),

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/614/Euratom tat-30 ta’ Jannar 2007 (2) li tikkonċerna il-konklużjoni, mill-Kummissjoni, tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika u l-Gvern tal-Ġappun għall-Implimentazzjoni Konġunta ta’ l-Attivitajiet ta’ Strateġija Usa’ fil-Qasam tar-Riċerka dwar l-Enerġija mill-Fużjoni (“il-Ftehim dwar Strateġija Usa’”),

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom tas-27 ta’ Marzu 2007 (3) li tistabbilixxi l-Intrapriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp ta’ l-Enerġija mill-Fużjoni (“l-Intrapriża Konġunta”) u li tagħtiha vantaġġi (“Deċiżjoni 198/2007 Euratom”),

    Wara li kkunsidrat il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika u l-Konfederazzjoni Zvizzera fil-qasam tal-Fużjoni termonukleari kkontrollata u l-fiżika bil-plażma (4),

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim ITER, il-Ftehim dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet għall-ITER u l-Ftehim dwar Approċċ Usa’ jipprovdu li jgħoddu wkoll fit-territorju tal-Konfederazzjoni Żvizzera, li tipparteċipa fil-programm tal-Fużjoni ta’ Euratom bħala Stat terz imsieħeb għal kollox skond it-Trattat Euratom jew ftehim rilevanti,

    (2)

    Id-Deċiżjoni 2007/198Euratom u l-Istatuti annessi ma’ dik ta’ qabel (“l-Istatuti”) jipprevedu s-sħubija fl-Intrapriża Konġunta ta’ pajjiżi terzi li kkonkludew ftehim ta’ kooperazzjoni ma’ l-Euratom fil-qasam mill-Fużjoni nukleari kkontrollata li jassoċjaw il-programmi ta’ riċerka rispettivi tagħhom mal-programmi ta’ Euratom u li esprimew ix-xewqa tagħhom li jsiru Membri ta’ l-Intrapriża Konġunta,

    (3)

    L-Anness I ta’ l-Istatuti diġà jipprovdi għad-drittijiet tal-votazzjoni ta’ l-Iżvizzera fil-Bord tat-Tmexxija ta’ l-Intrapriża Konġunta bħala Membru tagħha,

    (4)

    L-Iżvizzera, li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-programm ta’ Euratom fir-riċerka ta’ l-enerġija, esprimiet formalment l-intenzjoni tagħha li ssir membru ta’ l-Intrapriża Konġunta għal perjodu inizjali li jdum daqs is-7 Programm Kwadru ta’ Euratom,

    (5)

    Huwa fl-interess tal-Komunità li tiftiehem formalment ma’ l-Iżvizzera dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim ITER, tal-Ftehim dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet għall-ITER u tal-Ftehim dwar Approċċ Usa’ għat-territorju ta’ l-Iżvizzera u l-modalitajiet tas-sħubija ta’ l-Iżvizzera fl-Intrapriża Konġunta,

    IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    1.   Il-Konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Twaqqif ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjoni għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER għall-Implimentazzjoni Konġunta tal-Proġett ITER, tal-Ftehim dwar il-privileġġi u l-immunitajiet ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali ITER għall-Enerġija mill-Fużjoni fir-Rigward ta’ l-Implimentazzjoni Konġunta tal-Proġett ITER u tal-Ftehim bejn Euratom u l-Gvern tal-Ġappun għall-implimentazzjoni konġunta ta’ Attivitajiet ta’ Approċċ Usa’ fil-qasam tar-riċerka fl-enerġija mill-Fużjoni għat-territorju tal-Konfederazzjoni Żvizzera hija b’dan approvata f’isem il-Komunità.

    2.   It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni bħala Anness I.

    Artikolu 2

    1.   Il-Konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar is-sħubija ta’ l-Iżvizzera fl-Intrapriża Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp ta’ l-Enerġija mill-Fużjoni hija b’dan approvata f’isem il-Komunità.

    2.   It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni bħala Anness II.

    Artikolu 3

    Il-Kummissarju responsabbli għar-Riċerka jew persuna maħtura minnu huwa b’dan awtorizzat li jiffirma l-ittri rispettivi msemmija fl-Artikoli 1 u 2 f’isem il-Komunità.

    Magħmula fi Brussell, 22 ta’ Novembru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Janez POTOČNIK

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 400, 30.12.2006, p. 403 kif ikkoreġut bil-ĠU L 54, 22.2.2007, p. 139-148.

    (2)  ĠU L 246, 21.9.2007, p. 32.

    (3)  ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58.

    (4)  ĠU L 242, 4.9.1978, p. 2, kif emendat bil-protokoll li jemenda l-Ftehim tal-Kooperazzjoni, ĠU L 116, 30.4.1982, p. 21.


    ANNESS I

     

    ABBOZZ TA’ FTEHIM

    fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Twaqqif ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali ITER għall-Enerġija mill-Fużjoni għall-Implimentazzjoni Konġunta tal-Proġett ITER, il-Ftehim dwar il-privileġġi u l-immunitajiet ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali ITER għall-Enerġija mill-Fużjoni fir-Rigward ta’ l-Implimentazzjoni Konġunta tal-Proġett ITER u l-Ftehim bejn il-Gvern tal-Gappun u l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika għall-Implimentazzjoni Konġunta ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa’ fil-Qasam tar-Riċerka dwar l-Enerġija mill-Fużjoni għat-territorju tal-Konfederazzjoni Żvizzera

    Għażiż Kummissarju,

    Għandi l-unur ngħarrfek li l-awtoritajiet Żvizzeri innutaw il-kontenut tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-UE tal-25 ta’ Settembru 2006 (12731/06) dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar it-Twaqqif ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER għall-Implimentazzjoni Konġunta tal-Proġett ITER u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Jannar 2007 (5455/07) dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Gvern tal-Ġappun u l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika (Euratom) għall-Implimentazzjoni Konġunta ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa’ fil-qasam tar-riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni.

    Il-Konfederazzjoni Żvizzera (“l-Iżvizzera”) taqbel li tapplika l-Ftehim dwar it-Twaqqif ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER għall-Implimentazzjoni Konġunta tal-Proġett ITER (il-Ftehim ITER, Anness I) u l-Ftehim bejn Euratom u l-Gvern tal-Ġappun għall-Implimentazzjoni Konġunta ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa’ fil-qasam tar-riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni (Ftehim dwar Approċċ Usa’, Anness II) fit-territorju sovran tagħha, kif jingħad fl-Artikolu 21 tal-Ftehim ITER u fl-Artikolu 26 tal-Ftehim dwar Approċċ Usa’, rispettivament. L-applikazzjoni ta’ dawn il-Ftehimiet għall-Iżvizzera tikkostitwixxi kontinwazzjoni ta’ l-impenn eżistenti tagħha fil-qasam tar-riċerka tal-fużjoni fl-ispirtu ta’ l-Artikolu 3(3) tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni ta’ l-14 ta’ Settembru 1978 bejn l-Iżvizzera u Euratom fil-qasam tal-fużjoni nukleari kontrollata u l-fiżika tal-plażma. Barra minn dan, tikkostitwixxi implimentazzjoni ta’ kooperazzjoni intensiva fil-qasam tar-riċerka xjentifika u teknika, kif jingħad fil-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni fis-7 Programmi Kwadru tal-Komunità Ewropea u Euratom.

    Dwar l-applikazzjoni ta’ dawn il-Ftehimiet għall-Iżvizzera, Euratom u l-Iżvizzera ftiehmu bi qbil reċiproku dwar dawn il-punti li ġejjin:

    (a)

    Il-persuni ta’ nazzjonalità Żvizzera li għandhom drittijiet sħaħ ta’ ċittadini għandhom ikunu eliġibbli taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk għal persuni ta’ nazzjonalità mill-Istati Membri ta’ l-UE biex ikunu:

    nominati mill-Euratom bħala rappreżentanti tal-Kunsill ta’ l-Organizzazzjoni għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER (Artikolu 6(1) tal-Ftehim ITER);

    nominati mill-Kunsill ta’ l-Organizzazzjoni għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER bħala impjegati anzjani (Artikolu 6 (7)(d) tal-Ftehim ITER);

    impjegati sekondati mill-Euratom għall-Organizzazzjoni għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER (Artikolu 7(2) tal-Ftehim ITER);

    impjegati direttament mill-Organizzazzjoni għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER permezz ta’ ħatra mid-Direttur-Ġenerali ta’ l-Organizzazzjoni għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER (Artikolu 7(2) u (4)(b) tal-Ftehim ITER);

    nominati mill-Euratom bħala rappreżentanti fuq il-Kumitat tat-Tmexxija dwar l-attivitajiet ta’ Approċċ Usa’ u fuq il-Kumitati tal-Proġetti ta’ l-Approċċ Usa’ (Artikoli 3 u 5 tal-Ftehim dwar Approċċ Usa’);

    nominati mill-Kumitat tat-Tmexxija bħala impjegati tas-Segretarjat (Artikolu 4 tal-Ftehim dwar Approċċ Usa’);

    sekondati mill-Euratom għall-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa’, jiġifieri bħala membri tat-timijiet tal-proġetti jew bħala mexxejja tal-proġetti (Artikolu 6 tal-Ftehim dwar Approċċ Usa’).

    (b)

    Skond l-Artikolu 12 tal-Ftehim ITER, l-Iżvizzera taqbel li l-Ftehim dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER fir-rigward ta’ l-Implimentazzjoni Konġunta tal-Proġett ITER (ITER-API, Anness III) jgħodd għall-Iżvizzera skond l-Artikolu 24 ta’ l-ITER-API. L-Iżvizzera taqbel ukoll li l-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Ftehim dwar Approċċ Usa’ jgħoddu għat-territorju tagħha skond l-Artikoli 13 u 14(5) tal-Ftehim dwar Approċċ Usa’.

    L-Annessi I sa III jiffurmaw parti integrali minn din l-ittra.

    L-awtoritajiet Żvizzeri għandhom jiġu kkonsultati mill-Euratom jekk il-Ftehim ITER, il-Ftehim dwar Approċċ Usa’, jew l-ITER-API msemmija f’dan l-iskambju ta’ ittri jiġu emendati. Kwalunkwe emenda li taffettwa l-obbligi ta’ l-Iżvizzera teħtieġ il-qbil formali tagħha qabel ma tieħu effett għall-Iżvizzera.

    Din l-estensjoni miftiehma lejn l-Iżvizzera għandha tiġi applikata provviżorjament fid-data tar-risposta tal-Kummissjoni għal din l-ittra. L-applikazzjoni ta’ dan l-iskambju ta’ ittri tibqa’ provviżorja sakemm il-Parlament Żvizzeru jiddeċiedi dwar l-estensjoni tal-kontenut tagħha għall-Iżvizzera. L-Iżvizzera għandha tgħarraf lill-Euratom meta jitlestew il-proċeduri interni ta’ l-Iżvizzera għall-approvazzjoni. Id-data ta’ l-irċevuta ta’ din in-notifika mill-Euratom tikkostitwixxi d-dħul fis-seħħ ta’ dan l-iskambju ta’ ittri. L-applikazzjoni tal-ftehimiet differenti għall-Iżvizzera msemmija f’din l-ittra tintemm jekk l-Iżvizzera ma tibqax membru ta’ l-Intrapriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp ta’ l-Enerġija mill-Fużjoni.

    L-Euratom għandha tinnotifika lill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER u lill-Gvern tal-Ġappun dwar din l-ittra dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim ITER u dwar il-Ftehim dwar Approċċ Usa’ għall-Iżvizzera.

    Dejjem tiegħek,

    Bernhard MARFURT

    Kap tal-Missjoni Żvizzera

    ANNESS I

    Ftehim dwar it-Twaqqif ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER għall-Implimentazzjoni Konġunta tal-Proġett ITER

    (It-test tal-Ftehim dwar l-Istabbiliment ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER għall-Implimentazzjoni Konġunta tal-Proġett (1) mhuwiex riprodott hawn)

    ANNESS II

    Ftehim bejn il-Gvern tal-Gappun u l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika għall-Implimentazzjoni Konġunta ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa’ fil-Qasam tar-Riċerka dwar l-Enerġija mill-Fużjoni

    (It-test tal-Ftehim bejn il-Gvern tal-Ġappun u l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika u għall-Implimentazzjoni Konġunta ta’ l-Attivitajiet ta’ Strateġija Usa’ fil-Qasam tar-Riċerka dwar l-Enerġija tal-Fużjoni (2) mhuwiex riprodott hawn)

    ANNESS III

    Ftehim dwar il-privileġġi u l-immunitajiet ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER fir-Rigward ta’ l-Implimentazzjoni Konġunta tal-Proġett ITER

    (It-test tal-Ftehim dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER fir-Rigward ta’ l-Implimentazzjoni Konġunta tal-Proġett ITER (3) mhuwiex riprodott hawn)

    Sinjur,

    Nagħmel referenza għall-ittra tiegħek tal-5 ta’ Novembru 2007 li tgħid:

    “Għażiż Kummissarju,

    Għandi l-unur ngħarrfek li l-awtoritajiet Żvizzeri nnutaw il-kontenut tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-UE tal-25 ta’ Settembru 2006 (12731/06) dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar it-Twaqqif ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER għall-Implimentazzjoni Konġunta tal-Proġett ITER u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Jannar 2007 (5455/07) dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Gvern tal-Ġappun u l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika (Euratom) għall-Implimentazzjoni Konġunta ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa’ fil-qasam tar-riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni.

    Il-Konfederazzjoni Żvizzera (‘l-Iżvizzera’) taqbel li tapplika l-Ftehim dwar it-Twaqqif ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER għall-Implimentazzjoni Konġunta tal-Proġett ITER (il-Ftehim ITER, Anness I) u l-Ftehim bejn Euratom u l-Gvern tal-Ġappun għall-Implimentazzjoni Konġunta ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa’ fil-qasam tar-riċerka dwar l-Enerġija mill-Fużjoni (Ftehim dwar Approċċ Usa’, Anness II) fit-territorju sovran tagħha, kif jingħad fl-Artikolu 21 tal-Ftehim ITER u fl-Artikolu 26 tal-Ftehim dwar Approċċ Usa’, rispettivament. L-applikazzjoni ta’ dawn il-Ftehimiet għall-Iżvizzera tikkostitwixxi kontinwazzjoni ta’ l-impenn eżistenti tagħha fil-qasam tar-riċerka tal-fużjoni fl-ispirtu ta’ l-Artikolu 3(3) tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni ta’ l-14 ta’ Settembru 1978 bejn l-Iżvizzera u Euratom fil-qasam tal-fużjoni nukleari kontrollata u l-fiżika tal-plażma. Barra minn dan, tikkostitwixxi implimentazzjoni ta’ kooperazzjoni intensiva fil-qasam tar-riċerka xjentifika u teknika, kif jingħad fil-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni fis-7 Programmi Qafas tal-Komunità Ewropea u Euratom.

    Dwar l-applikazzjoni ta’ dawn il-Ftehimiet għall-Iżvizzera, Euratom u l-Iżvizzera ftehmu b’kunsens reċiproku dwar dawn il-punti li ġejjin:

    (a)

    Il-persuni ta’ nazzjonalità Żvizzera li għandhom drittijiet sħaħ ta’ ċittadini għandhom ikunu eliġibbli taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk għal persuni ta’ nazzjonalità mill-Istati Membri ta’ l-UE biex ikunu

    nominati mill-Euratom bħala rappreżentanti tal-Kunsill ta’ l-Organizzazzjoni għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER (Artikolu 6(1) tal-Ftehim ITER);

    nominati mill-Kunsill ta’ l-Organizzazzjoni għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER bħala impjegati anzjani (Artikolu 6(7)(d) tal-Ftehim ITER);

    impjegati sekondati mill-Euratom għall-Organizzazzjoni għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER (Artikolu 7(2) tal-Ftehim ITER);

    impjegati direttament mill-Organizzazzjoni għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER permezz ta’ ħatra mid-Direttur-Ġenerali ta’ l-Organizzazzjoni għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER (Artikolu 7(2) u (4)(b) tal-Ftehim ITER)

    nominati mill-Euratom bħala rappreżentanti fuq il-Kumitat tat-Tmexxija dwar l-attivitajiet ta’ Approċċ Usa’ u fuq il-Kumitati tal-Proġetti ta’ l-Approċċ Usa’ (Artikoli 3 u 5 tal-Ftehim dwar Approċċ Usa’);

    nominati mill-Kumitat tat-Tmexxija bħala impjegati tas-Segretarjat (Artikolu 4 tal-Ftehim dwar Approċċ Usa’);

    sekondati mill-Euratom għall-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa’, jiġifieri bħala membri tat-timijiet tal-proġetti jew bħala mexxejja tal-proġetti (Artikolu 6 tal-Ftehim dwar Approċċ Usa’).

    (b)

    Skond l-Artikolu 12 tal-Ftehim ITER, l-Iżvizzera taqbel li l-Ftehim dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER fir-rigward ta’ l-Implimentazzjoni Konġunta tal-Proġett ITER (ITER-API, Anness III) jgħodd għall-Iżvizzera skond l-Artikolu 24 ta’ l-ITER-API. L-Iżvizzera taqbel ukoll li l-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Ftehim dwar Approċċ Usa’ jgħoddu għat-territorju tagħha skond l-Artikoli 13 u 14(5) tal-Ftehim dwar Approċċ Usa’.

    L-Annessi I sa III jiffurmaw parti integrali ta’ din l-ittra.

    L-awtoritajiet Żvizzeri għandhom jiġu kkonsultati mill-Euratom jekk il-Ftehim ITER, il-Ftehim dwar Approċċ Usa’, jew l-ITER-API msemmija f’dan l-iskambju ta’ ittri jiġu emendati. Kwalunkwe emenda li taffettwa l-obbligi ta’ l-Iżvizzera teħtieġ il-qbil formali tagħha qabel ma tieħu effett għall-Iżvizzera.

    Din l-estensjoni miftiehma lejn l-Iżvizzera għandha tiġi applikata provviżorjament fid-data tar-risposta tal-Kummissjoni għal din l-ittra. L-applikazzjoni ta’ dan l-iskambju ta’ ittri tibqa’ provviżorja sakemm il-Parlament Żvizzeru jiddeċiedi dwar l-estensjoni tal-kontenut tagħha għall-Iżvizzera. L-Iżvizzera għandha tgħarraf lill-Euratom meta jitlestew il-proċeduri interni ta’ l-Iżvizzera għall-approvazzjoni. Id-data ta’ l-irċevuta ta’ din in-notifika mill-Euratom tikkostitwixxi d-dħul fis-seħħ ta’ dan l-iskambju ta’ ittri. L-applikazzjoni tal-ftehimiet differenti għall-Iżvizzera msemmija f’din l-ittra tintemm jekk l-Iżvizzera ma tibqax membru ta’ l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp ta’ l-Enerġija mill-Fużjoni.

    L-Euratom għandha tinnotifika lill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER u lill-Gvern tal-Ġappun dwar din l-ittra dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim ITER u dwar il-Ftehim dwar Approċċ Usa’ għall-Iżvizzera.”

    B’dan għandi l-unur nesprimi l-qbil tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika ma’ din l-ittra.

    Dejjem tiegħek.

    F’isem il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika

    Janez POTOČNIK


    (1)  ĠU L 358, 16.12.2006, p. 62.

    (2)  ĠU L 246, 21.9.2007, p. 34.

    (3)  ĠU L 358, 16.12.2006, p. 82.


    L-ANNESS II

     

    ABBOZZ TA’ FTEHIM

    fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar is-sħubija ta’ l-Iżvizzera fl-Intrapriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp ta’ l-Enerġija mill-Fużjoni

    Għażiż Kummissarju,

    Fit-18 ta’ Lulju 2006 il-Konfederazzjoni Żvizzera (“l-Iżvizzera”) innotifikat lill-Kummissjoni dwar l-interess kbir fl-Intrapriża Ewropea Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp ta’ l-Enerġija mill-Fużjoni.

    Għandi l-pjaċir ngħarrfek li l-awtoritajiet Żvizzeri kkonċernati innutaw il-kontenut tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom tas-27 ta’ Marzu 2007 dwar it-Twaqqif ta’ l-Intrapriża Ewropea Konġunta (“l-Intrapriża Konġunta”). B’mod partikolari, l-Iżvizzera hija konxja tal-possibbiltà li pajjiżi terzi jsiru membri ta’ l-Intrapriża Konġunta bil-kundizzjoni li jkunu kkonkludew ftehim ta’ kooperazzjoni ma’ l-Euratom fil-qasam tal-fużjoni nukleari kkontrollata li tassoċja l-programmi ta’ riċerka rispettivi tagħhom mal-programmi ta’ l-Euratom.

    F’isem l-Iżvizzera għandi l-unur niddikjara li, skond l-Artikolu 2(ċ) ta’ l-imsemmija Deċiżjoni tal-Kunsill, l-Iżvizzera hija ppreparata li ssir membru ta’ l-Intrapriża Konġunta. Din l-isħubija tkun il-bażi ta’ kooperazzjoni li tibqa’ għaddejja bejn l-Euratom u l-Iżvizzera. Sejra tissostanzja l-kontinwazzjoni ta’ impenji eżistenti għar-riċerka dwar il-fużjoni skond l-Artikolu 3(3) tal-Ftehim tal-Kooperazzjoni ta’ l-14 ta’ Settembru 1978 bejn Euratom u l-Iżvizzera fil-qasam tal-fużjoni nukleari kkontrollata u l-fiżika tal-plażma. Ukoll, din l-isħubija sejra tikkostitwixxi l-implimentazzjoni ta’ kooperazzjoni intensiva fil-qasam tar-riċerka xjentifika u teknika, kif jingħad fil-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni fis-7 Programmi Kwadru tal-Komunità Ewropea u l-Euratom.

    Minħabba r-rieda ta’ l-Iżvizzera li ssir membru ta’ l-Intrapriża Konġunta, nibqa’ nafhulek jekk tikkonferma li din l-interpretazzjoni li ġejja hija wkoll dik tal-Kummissjoni li tirrappreżenta lill-Euratom:

    Minkejja l-Artikoli 12(2)(a) u 82(3)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KESE) Nru 259/68 tad-29 ta’ Frar 1968 dwar ir-Regolamenti tal-Persunal ta’ l-uffiċjali u l-kundizzjonijiet ta’ impjieg ta’ uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej u skond l-Artikolu 10 ta’ l-Istatuti ta’ l-Intrapriża Konġunta mehmuża mad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta’ l-Intrapriża Konġunta u d-dispożizzjonijiet ta’ l-implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-regolamenti ta’ l-Impjegati mill-Intrapriża Konġunta, il-persuni ta’ nazzjonalità Żvizzera li għandhom drittijiet sħaħ ta’ ċittadini jistgħu jiġu maħtura mid-Direttur ta’ l-Intrapriża Konġunta bħala impjegati ta’ l-Intrapriża Konġunta.

    Barra minn hekk, nixtieq nikkonferma li l-Iżvizzera bħala membru ta’ l-Intrapriża Konġunta se tħares l-imsemmija Deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-Twaqqif ta’ l-Intrapriża Konġunta u li tagħtiha l-benefiċċji. B’mod partikolari:

    (a)

    Skond l-Artikolu 7 ta’ l-imsemmija Deċiżjoni tal-Kunsill, l-Iżvizzera tapplika l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għall-Intrapriża Konġunta, id-Direttur u l-Impjegati tagħha taħt il-modalitajiet mehmuża ma’ din il-korrispondenza (l-Anness I).

    (b)

    L-Iżvizzera tagħti l-vantaġġi kollha provduti fl-Anness III tat-Trattat Euratom (Anness II) lill-Intrapriża Konġunta fl-ambitu ta’ l-attivitajiet uffiċjali tagħha.

    (ċ)

    L-Iżvizzera taċċetta d-distribuzzjoni tad-drittijiet tal-votazzjoni tal-Membri tal-Bord tat-Tmexxija u li tagħmel il-kontribuzzjoni annwali ta’ is-sħubija għall-Intrapriża Konġunta skond l-Anness I u l-Anness II ta’ l-Istatuti inklużi fl-imsemmija Deċiżjoni tal-Kunsill.

    (d)

    L-Iżvizzera taċċetta l-kontroll finanzjarju fir-rigward tal-parteċipazzjoni tagħha fl-attivitajiet ta’ l-Intrapriża Konġunta stipulat fl-imsemmija Deċiżjoni tal-Kunsill u mehmuża ma’ din il-korrispondenza (l-Anness III).

    L-Annessi I, II, u III jiffurmaw parti integrali minn din l-ittra.

    Skond l-Artikolu 6(5) u l-Artikolu 21 ta’ l-Istatuti mehmuża ma’ l-imsemmija Deċiżjoni tal-Kunsill l-awtoritajiet Żvizzeri se jiġu kkonsultati jekk id-dispożizzjonijiet ta’ l-Istatuti se jiġu emendati. Fil-fatt, l-Iżvizzera tenfasizza li kwalunkwe emenda li taffettwa l-obbligi ta’ l-Iżvizzera teħtieġ il-qbil formali tagħha qabel ma tieħu effett għall-Iżvizzera.

    Jekk dan ta’ hawn fuq huwa aċċettabbli għall-Kummissjoni, għandi l-unur nipproponi li din l-ittra, flimkien mar-risposta tal-Kummissjoni f’dak is-sens għandha tikkostitwixxi ftehim bejn l-Iżvizzera u Euratom li għandu jiġi applikat provviżorjament fid-data tar-risposta tal-Kummissjoni għal din l-ittra. L-applikazzjoni ta’ dan il-ftehim tibqa’ provviżorja sakemm il-Parlament Żvizzeru jiddeċiedi dwar is-sħubija ta’ l-Iżvizzera fl-Intrapriża Konġunta. L-Iżvizzera għandha tgħarraf lill-Euratom meta jitlestew il-proċeduri interni ta’ l-Iżvizzera għall-approvazzjoni. Id-data ta’ l-irċevuta ta’ din in-notifika mill-Euratom tikkostitwixxi d-dħul fis-seħħ. Dan il-ftehim se jiġi konkluż għat-terminu tas-seba’ programm kwadru ta’ l-Euratom, jiġifieri mill-2007 sal-2011. Jiġġedded b’mod taċitu għat-terminu tal-programmi kwadru ta’ l-Euratom sussegwenti, sakemm ebda parti ma tikkanċella l-ftehim għall-inqas sena qabel it-tmiem tal-programm kwadru rispettiv li jkun fis-seħħ.

    Dejjem tiegħek tassew,

    Bernhard MARFURT

    Kap tal-Missjoni Żvizzera

    ANNESS I

    Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej

    (It-test tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej (1) is mhuwiex riprodott hawn)

    Appendiċi

    Proċedura għall-Applikazzjoni fl-Iżvizzera tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej

    1.   L-estensjoni ta’ l-applikazzjoni għall-Iżvizzera

    Kull fejn il-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn ‘il quddiem “il-Protokoll”) fih riferenzi għall-Istati Membri, ir-riferenzi għandhom jinftiehmu li jgħoddu b’mod indaqs għall-Iżvizzera, kemm-il darba dawn id-dispożizzjonijiet li ġejjin ma jiddeterminawx mod ieħor.

    2.   Eżenzjoni ta’ l-Intrapriża Konġunta Ewropea għall-ITER mit-tassazzjoni indiretta (inkluża l-VAT)

    Il-prodotti u s-servizzi esportati mill-Iżvizzera m’għandhomx ikunu soġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) Żvizzera. Fil-każ ta’ prodotti u servizzi provduti lill-Intrapriża Konġunta Ewropea ghall-ITER fl-Iżvizzera għall-użu uffiċjali tagħha, skond it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 3 tal-Protokoll, l-eżenzjoni mill-VAT għandha tingħata permezz ta’ rifużjoni. L-eżenzjoni mill-VAT għandha tingħata jekk il-prezz attwali ta’ xiri tal-prodotti u s-servizzi msemmi fil-fattura jew dokument ekwivalenti għandu total ta’ għall-inqas 100 Frank Żvizzeru (bit-taxxa inkluża).

    Ir-rifużjoni tal-VAT għandha tingħata fuq preżentazzjoni lid-Diviżjoni Ewlenija tal-VAT ta’ l-Amministrazzjoni tat-Taxxa Federali, tal-formoli Żvizzeri provduti għal dak l-iskop. Bħala regola, l-applikazzjonijiet għar-rifużjoni għandhom jiġu pproċessati fi żmien tliet xhur wara d-data li fiha ġew ippreżentati flimken mad-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa.

    3.   Proċedura għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-Intrapriża Konġunta Ewropea għall-impjegati ta’ l-ITER

    Fir-rigward tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 13 tal-Protokoll, l-Iżvizzera għandha teżenta, skond il-prinċipji tal-liġi nazzjonali tagħha, uffiċjali u impjegati oħrajn ta’ l-Intrapriża Konġunta Ewropea għall-ITER fis-sens ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KESE, KEE) Nru 549/69 tal-25 ta’ Marzu 1969 (ĠU L 74, 27.3.1969, p. 1) minn taxxi federali, kantonali u komunali fuq salarji, pagi u emolumenti mħallsa lilhom mill-Komunità u soġġetti għal taxxa interna għall-benefiċċju tagħha stess.

    L-Iżvizzera m’għandhiex titqies bħala Stat Membru fis-sens tal-punt 1 hawn fuq għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 14 tal-Protokoll.

    L-uffiċjali u impjegati oħrajn ta’ l-Intrapriża Konġunta Ewropea għall-ITER u membri tal-familji tagħhom li huma membri tas-sistema ta’ l-assigurazzjoni soċjali applikabbli għall-uffiċjali u impjegati oħrajn tal-Komunità m’għandhomx ikunu obbligati jkunu membri tas-sistema tas-sigurtà soċjali Żvizzera.

    Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandu jkollha ġuriżdizzjoni esklussiva fi kwalunkwe kwistjoni li tikkonċerna r-relazzjonijiet bejn l-Intrapriża Konġunta Ewropea għall-ITER jew il-Kummissjoni u l-impjegati tagħha fir-rigward ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KEE/Euratom/KESE) Nru 259/68 tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 1968 (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1) u d-dispożizzjonijiet l-oħrajn tal-Liġi Komunitarja li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet tax-xogħol.

    ANNESS II

    Anness III tat-Trattat Euratom li jipprovdi Vantaġġi fuq l-Intrapriża Konġunta “Fużjoni għall-Enerġija”

    (It-test ta’ l-Anness III tat-Trattat Euratom mhuwiex riprodott hawn)

    ANNESS III

    Il-Kontroll Finanzjarju fir-rigward tal-Parteċipanti Żvizzeri fl-Attivitajiet ta’ l-Intrapriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp ta’ l-Enerġija mill-Fużjoni

    Artikolu 1

    Il-komunikazzjoni diretta

    L-Intrapriża Konġunta u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw direttament mal-persuni kollha jew entitajiet stabbiliti fl-Iżvizzera u li jipparteċipaw fl-attivitajiet ta’ l-Intrapriża Konġunta, bħala kuntratturi, parteċipanti fil-programmi ta’ l-Intrapriża Konġunta, reċipjenti tal-pagamenti mill-Intrapriża Konġunta jew mill-baġit Komunitarju, jew subkuntratturi. Dawn il-persuni jistgħu jibgħatu direttament lill-Kummissjoni u lill-Intrapriża Konġunta l-informazzjoni u d-dokumenti rilevanti kollha li huma meħtieġa jissottomettu fuq bażi ta’ l-istrumenti msemmija f’dan il-Ftehim u ta’ kuntratti jew ftehimiet konklużi u kwalunkwe deċiżjoni meħuda taħthom.

    Artikolu 2

    Il-verifiki

    1.   Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Gunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1), kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill Nru 1995/2006 tat-13 ta’ Diċembru 2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1) u r-regolament finanzjarju adottat mill-Bord li Jirregola ta’ l-Intrapriża Konġunta fit-22 ta’ Ottubru 2007, flimkien mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1), kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 478/2007 tat-23 ta’ April 2007 (ĠU L 111, 28.4.2007, p. 13) u ma’ l-istrumenti l-oħrajn imsemmija f’dan il-Ftehim, il-kuntratti jew ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda ma’ benefiċjarji stabbiliti fl-Iżvizzera jistgħu jipprovdu biex isiru verifiki xjentifiċi, finanzjarji, teknoloġiċi jew ta’ xorta oħra fi kwalunkwe ħin fuq il-post tal-benefiċjarji u tas-subkuntratturi tagħhom mill-Intrapriża Konġunta u mill-uffiċjali tal-Kummissjoni jew minn persuni oħrajn b’mandat mingħand l-Intrapriża Konġunta u l-Kummissjoni.

    2.   L-uffiċjali ta’ l-Intrapriża Konġunta u tal-Kummissjoni u persuni oħrajn b’mandat mingħand l-Intrapriża Konġunta u l-Kummissjoni għandu jkollhom aċċess xieraq għal siti, xogħlijiet u dokumenti u għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu dawn il-verifiki, inklużi f’forma elettronika. Dan id-dritt ta’ aċċess għandu jitniżżel b’mod espliċitu fil-kuntratti jew ftehimiet konklużi sabiex jiġu implimentati l-istrumenti msemmija f’dan il-Ftehim.

    3.   Il-Qorti ta’ l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej għandu jkollha l-istess drittijiet bħall-Kummissjoni.

    4.   Il-verifiki jistgħu jsiru sa ħames snin wara l-iskadenza ta’ dan il-Ftehim jew skond it-termini tal-kuntratti jew ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda.

    5.   L-Uffiċċju Federali Żvizzeru tal-Verifiki għandu jiġi mgħarraf minn qabel dwar il-verifiki mwettqa fuq territorju Żvizzeru. Din l-informazzjoni m’għandhiex tkun kondizzjoni legali biex isiru dawn il-verifiki.

    Artikolu 3

    Il-verifiki għal għarrieda fuq il-post

    1.   Taħt dan il-Ftehim, il-Kummissjoni (OLAF) għandha tkun awtorizzata twettaq verifiki u spezzjonijiet għal għarrieda fuq il-post fuq territorju Żvizzeru, taħt it-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti taħt ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996.

    2.   Il-verifiki u l-ispezzjonijiet għal għarrieda fuq il-post għandhom jiġu ppreparati u mwettqa mill-Kummissjoni b’kooperazzjoni qrib ma’ l-Uffiċċju Federali Żvizzeru tal-Verifiki jew ma’ awtoritajiet kompetenti Żvizzeri oħrajn maħtura mill-Uffiċċju Federali Żvizzeru tal-Verifiki, li għandhom ikunu mgħarrfa fi żmien biżżejjed dwar l-għan, l-iskop u l-bażi legali tal-verifiki u l-ispezzjonijiet, sabiex ikunu jistgħu jipprovdu l-għajnuna kollha meħtieġa. Għal dak l-għan, l-uffiċjali ta’ l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri jistgħu jipparteċipaw fil-verifiki u l-ispezzjonijiet għal għarrieda fuq il-post.

    3.   Jekk l-awtoritajiet Żvizzeri kkonċernati hekk jixtiequ, il-verifiki u l-ispezzjonijiet għal għarrieda fuq il-post jistgħu jsiru konġuntament bejnhom u l-Kummissjoni.

    4.   Fejn il-parteċipanti fil-programm jirreżistu verifika jew ispezzjoni għal għarrieda fuq il-post, l-awtoritajiet Żvizzeri, filwaqt li jaġixxu skond ir-regoli nazzjonali, għandhom jagħtu lill-ispetturi tal-Kummissjoni dik l-għajnuna li jeħtieġu sabiex ikunu jistgħu iwettqu dmirhom fit-twettiq ta’ verifika jew ispezzjoni għal għarrieda fuq il-post.

    5.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta mill-aktar fis possibbli lill-Uffiċċju Federali Żvizzeru tal-Verifiki kwalunkwe fatt jew suspett dwar xi irregolarità li saret taf biha fil-kors ta’ verifika jew ispezzjoni għal għarrieda fuq il-post. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni hija meħtieġa tgħarraf lill-awtorità msemmija dwar ir-riżultat ta’ dawn il-verifiki u ispezzjonijiet.

    Artikolu 4

    L-informazzjoni u l-konsultazzjoni

    1.   Għall-għanijiet ta’ implimentazzjoni xierqa ta’ dan l-Anness, l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri u Komunitarji għandhom jiskambjaw l-informazzjoni b’mod regolari u, fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, għandhom iwettqu l-konsultazzjonijiet.

    2.   L-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri għandhom jgħarrfu lill-Intrapriża Konġunta u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien ta’ kwalunkwe fatt jew suspett li saru jafu bih relatat ma xi irregolarità fir-rigward tal-konklużjoni u l-implimentazzjoni tal-kuntratti jew ftehimiet konklużi fl-applikazzjoni ta’ l-istrumenti msemmija f’dan il-Ftehim.

    Artikolu 5

    Il-Kunfidenzjalità

    L-informazzjoni kkomunikata jew miksuba fi kwalunkwe forma skond dan l-Anness għandha tkun koperta mis-sigriet professjoanli u protetta bl-istess mod bħalma informazzjoni simili hija protetta mil-liġi Żvizzera u mid-dispożizzjonijiet korrispondenti li jgħoddu għall-istituzzjonijiet Komunitarji. Din l-informazzjoni m’għandhiex tiġi kkomunikata lil persuni ħlief dawk fl-istituzzjonijiet Komunitarji, fl-Istati Membri, jew fl-Iżvizzera li l-funzjonijiet tagħhom jeħtieġu li jkunu jafuha u lanqas ma tista’ tintuża għal skopijiet oħrajn minbarra li tiġi żgurata l-protezzjoni effettiva ta’ l-interessi finanzjarji tal-Partijiet Kuntraenti.

    Artikolu 6

    Il-miżuri u l-penali amministrattivi

    Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi kriminali Żvizzera, l-Intrapriża Konġunta jew il-Kummissjoni tista’ timponi miżuri u penali amministrattivi skond ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 u tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea.

    Artikolu 7

    L-irkupru u l-infurzar

    Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Intrapriża Konġunta jew mill-Kummissjoni fl-ambitu ta’ dan il-Ftehim li jimponu obbligu fi flus fuq persuni li mhumiex Stati għandhom ikunu infurzabbli fl-Iżvizzera.

    L-ordni ta’ l-infurzar għandha tinħareġ, mingħajr kontroll ieħor ħlief il-verifika ta’ l-awtentiċità ta’ l-att, mill-awtorità maħtura mill-gvern Żvizzeru, li għandha tgħarraf lill-Intrapriża Konġunta jew lill-Kummissjoni dwarha. L-infurzar għandu jsir skond ir-regoli tal-proċedura Żvizzeri. Il-legalità tad-deċiżjoni ta’ l-infurzar għandha tkun soġġetta għall-kontroll mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej.

    Is-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej skond klawżola ta’ arbitraġġ għandhom ikunu infurzabbli taħt l-istess termini.

    Sinjur,

    Għandi l-unur nirrikonoxxi l-wasla ta’ l-ittra tiegħek tal- 5 ta’ Novembru 2007 li taqra kif ġej:

    “Fit-18 ta’ Lulju 2006 il-Konfederazzjoni Żvizzera (‘l-Iżvizzera’) innotifikat lill-Kummissjoni dwar l-interess kbir fl-Intrapriża Ewropea Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp ta’ l-Enerġija mill-Fużjoni.

    Għandi l-pjaċir ngħarrfek li l-awtoritajiet Żvizzeri kkonċernati innutaw il-kontenut tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom tas-27 ta’ Marzu 2007 dwar it-Twaqqif ta’ l-Intrapriża Ewropea Konġunta (“l-Intrapriża Konġunta”). B’mod partikolari, l-Iżvizzera hija konxja tal-possibbiltà li pajjiżi terzi jsiru membri ta’ l-Intrapriża Konġunta bil-kundizzjoni li jkunu kkonkludew ftehim ta’ kooperazzjoni ma’ l-Euratom fil-qasam tal-fużjoni nukleari kkontrollata li tassoċja l-programmi ta’ riċerka rispettivi tagħhom mal-programmi ta’ l-Euratom.

    F’isem l-Iżvizzera għandi l-unur niddikjara li, skond l-Artikolu 2(ċ) ta’ l-imsemmija Deċiżjoni tal-Kunsill, l-Iżvizzera hija ppreparata li ssir membru ta’ l-Intrapriża Konġunta. Din l-isħubija tkun il-bażi ta’ kooperazzjoni li tibqa’ għaddejja bejn l-Euratom u l-Iżvizzera. Sejra tissostanzja l-kontinwazzjoni ta’ impenji eżistenti għar-riċerka dwar il-fużjoni skond l-Artikolu 3(3) tal-Ftehim tal-Kooperazzjoni ta’ l-14 ta’ Settembru 1978 bejn Euratom u l-Iżvizzera fil-qasam tal-fużjoni nukleari kkontrollata u l-fiżika tal-plażma. Ukoll, din l-isħubija sejra tikkostitwixxi l-implimentazzjoni ta’ kooperazzjoni intensiva fil-qasam tar-riċerka xjentifika u teknika, kif jingħad fil-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni fis-7 Programmi Kwadru tal-Komunità Ewropea u l-Euratom.

    Minħabba r-rieda ta’ l-Iżvizzera li ssir membru ta’ l-Intrapriża Konġunta, nibqa’ nafhulek jekk tikkonferma li din l-interpretazzjoni li ġejja hija wkoll dik tal-Kummissjoni li tirrappreżenta lill-Euratom:

    Minkejja l-Artikoli 12(2)(a) u 82(3)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KESE) nru. 259/68 tad-29 ta’ Frar 1968 dwar ir-Regolamenti tal-Persunal ta’ l-uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg ta’ uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej u skond l-Artikolu 10 ta’ l-Istatuti ta’ l-Intrapriża Konġunta mehmuża mad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta’ l-Intrapriża Konġunta u d-dispożizzjonijiet ta’ l-implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-regolamenti ta’ l-Impjegati mill-Intrapriża Konġunta, il-persuni ta’ nazzjonalità Żvizzera li għandhom drittijiet sħaħ ta’ ċittadini jistgħu jiġu maħtura mid-Direttur ta’ l-Intrapriża Konġunta bħala impjegati ta’ l-Intrapriża Konġunta.

    Barra minn hekk, nixtieq nikkonferma li l-Iżvizzera bħala membru ta’ l-Intrapriża Konġunta se tħares l-imsemmija Deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-Twaqqif ta’ l-Intrapriża Konġunta u li tagħtiha l-benefiċċji. B’mod partikolari:

    (a)

    Skond l-Artikolu 7 ta’ l-imsemmija Deċiżjoni tal-Kunsill, l-Iżvizzera tapplika l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għall-Intrapriża Konġunta, id-Direttur u l-Impjegati tagħha taħt il-modalitajiet mehmuża ma’ din il-korrispondenza (l-Anness I).

    (b)

    L-Iżvizzera tagħti l-vantaġġi kollha provduti fl-Anness III tat-Trattat Euratom (Anness II) lill-Intrapriża Konġunta fl-ambitu ta’ l-attivitajiet uffiċjali tagħha.

    (ċ)

    L-Iżvizzera taċċetta d-distribuzzjoni tad-drittijiet tal-votazzjoni tal-Membri tal-Bord tat-Tmexxija u li tagħmel il-kontribuzzjoni annwali ta’ l-isħubija għall-Intrapriża Konġunta skond l-Anness I u l-Anness II ta’ l-Istatuti inklużi fl-imsemmija Deċiżjoni tal-Kunsill.

    (d)

    L-Iżvizzera taċċetta l-kontroll finanzjarju fir-rigward tal-parteċipazzjoni tagħha fl-attivitajiet ta’ l-Intrapriża Konġunta stipulat fl-imsemmija Deċiżjoni tal-Kunsill u mehmuża ma’ din il-korrispondenza (L-Anness III).

    L-Annessi I, II, u III jiffurmaw parti integrali minn din l-ittra.

    Skond l-Artikolu 6(5) u l-Artikolu 21 ta’ l-Istatuti mehmuża ma’ l-imsemmija Deċiżjoni tal-Kunsill l-awtoritajiet Żvizzeri se jiġu kkonsultati jekk id-dispożizzjonijiet ta’ l-Istatuti se jiġu emendati. Fil-fatt, l-Iżvizzera tenfasizza li kwalunkwe emenda li taffettwa l-obbligi ta’ l-Iżvizzera teħtieġ il-qbil formali tagħha qabel ma tieħu effett għall-Iżvizzera.

    Jekk dan ta’ hawn fuq huwa aċċettabbli għall-Kummissjoni, għandi l-unur nipproponi li din l-ittra, flimkien mar-risposta tal-Kummissjoni f’dak is-sens għandha tikkostitwixxi ftehim bejn l-Iżvizzera u Euratom li għandu jiġi applikat provviżorjament fid-data tar-risposta tal-Kummissjoni għal din l-ittra. L-applikazzjoni ta’ dan il-ftehim tibqa’ provviżorja sakemm il-Parlament Żvizzeru jiddeċiedi dwar l-isħubija ta’ l-Iżvizzera fl-Intrapriża Konġunta. L-Iżvizzera għandha tgħarraf lill-Euratom meta jitlestew il-proċeduri interni ta’ l-Iżvizzera għall-approvazzjoni. Id-data ta’ l-irċevuta ta’ din in-notifika mill-Euratom tikkostitwixxi d-dħul fis-seħħ ta’ dan l-iskambju ta’ ittri. Dan il-ftehim se jiġi konkluż għat-terminu tas-seba’ programm kwadru ta’ l-Euratom, jiġifieri mill-2007 sal-2011. Jiġġedded b’mod taċitu għat-terminu tal-programmi kwadru ta’ Euratom sussegwenti, sakemm ebda parti ma tikkanċella l-ftehim għall-inqas sena qabel it-tmiem tal-programm kwadru rispettiv li jkun fis-seħħ.”

    Għandi l-unur ngħarrfek li Euratom taqbel ma’ l-imsemmija interpretazzjoni tar-regolamenti tal-Persunal u l-kontenut ta’ din l-ittra, u li nikkonferma li l-Iżvizzera għandha ssir il-membru ta’ l-Intrapriża Konġunta fid-data ta’ din l-ittra.

    Dejjem tiegħek,

    F’isem il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika

    Janez POTOČNIK


    (1)  ĠU C 321 E, 29.12.2006, p. 318..


    Top