This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0066
2008/66/EC: Commission Decision of 21 January 2008 on a Community financial contribution for Portugal for its programme for strengthening in 2008 inspection infrastructures for plant-health checks on plants and plant products coming from third countries (notified under document number C(2008) 43)
2008/66/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 21 ta’ Jannar 2008 dwar kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità lill-Portugall għall-programm tiegħu sabiex isaħħaħ infrastrutturi ta’ spezzjoni fl-2008 għall-iċċekkjar tas-saħħa tal-pjanti fuq pjanti u prodotti tal-pjanti li ġejjin minn pajjiżi terzi (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 43)
2008/66/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 21 ta’ Jannar 2008 dwar kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità lill-Portugall għall-programm tiegħu sabiex isaħħaħ infrastrutturi ta’ spezzjoni fl-2008 għall-iċċekkjar tas-saħħa tal-pjanti fuq pjanti u prodotti tal-pjanti li ġejjin minn pajjiżi terzi (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 43)
ĠU L 17, 22.1.2008, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
22.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 17/11 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-21 ta’ Jannar 2008
dwar kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità lill-Portugall għall-programm tiegħu sabiex isaħħaħ infrastrutturi ta’ spezzjoni fl-2008 għall-iċċekkjar tas-saħħa tal-pjanti fuq pjanti u prodotti tal-pjanti li ġejjin minn pajjiżi terzi
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 43)
(It-test Portugiż biss huwa awtentiku)
(2008/66/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għal prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13c(5) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2000/29/KE tistipula l-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja li għandha tingħata lill-Istati Membri sabiex isaħħu l-infrastrutturi ta’ spezzjoni għall-iċċekkjar tas-saħħa tal-pjanti u l-prodotti tal-pjanti li joriġinaw minn pajjiżi terzi. |
(2) |
Permezz ta’ ittra bid-data tal-21 ta’ Mejju 2007 (ref. DGPC 070521 000604), il-Portugall introduċa programm biex isaħħaħ fl-2008 l-ispezzjoni ta’ l-infrastrutturi tiegħu għall-iċċekkjar ta’ pjanti u prodotti ta’ pjanti ġejjin minn pajjiżi terzi (2). Hu applika għall-allokazzjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-2008 għal dan il-programmi skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 998/2002 tal-11 ta’ Ġunju 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati ma’ l-allokazzjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-Istati Membri sabiex isaħħu l-infrastrutturi ta’ spezzjoni għall-iċċekkjar tas-saħħa tal-pjanti u l-prodotti tal-pjanti li ġejjin minn pajjiżi terzi (3). |
(3) |
L-informazzjoni teknika stipulata mill-Portugall ppermettiet lill-Kummissjoni li tanalizza l-qagħda b’mod preċiż u komprensiv. Il-Kummissjoni ħejjiet lista ta’ dawk il-karigi ta’ spezzjoni li jsaħħu programmi eliġibbli, li jagħtu d-dettalji ta’ l-ammont propost ta’ kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal kull programm. L-informazzjoni kienet ukoll eżaminata mill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti. |
(4) |
Wara valutazzjoni tal-programm, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kundizzjonijiet u l-kriterji stipulati fid-Direttiva 2000/29/KE u r-Regolament (KE) Nru 998/2002 għall-għotja ta’ kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja ġew issodisfatti. |
(5) |
Skond dan, huwa xieraq li tkun allokata kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja sabiex tkopri l-infiq ta’ dan il-programm għall-2008 ppreżentat mill-Portugall. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-allokazzjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità bl-għan li tkopri n-nefqa li se jġarrab il-Portugall fl-2008 għall-programm tiegħu għat-tisħiħ tal-karigi ta’ spezzjoni hija hawnhekk approvata.
Artikolu 2
L-ammont massimu ta’ kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja kif stipulat fl-Artikolu 1 se jkun ta’ EUR 25 960 u għandu jiġi stipulat fl-Anness.
Artikolu 3
Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-programm kif stabbilita fl-Anness se titħallas biss meta:
(a) |
tkun ingħatat evidenza tax-xiri u/jew titjib tat-tagħmir u/jew faċilitajiet elenkati fil-programm mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni b’dokumentazzjoni xierqa; kif ukoll |
(b) |
tkun tressqet talba għall-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja mill-Istati Membri kkonċernati lill-Kummissjoni, skond id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 998/2002. |
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lir-Repubblika Portugiża.
Magħmula fi Brussell, 21 ta’ Jannar 2008.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membri tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/41/KE (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 51).
(2) Dan il-programm hu l-introduzzjoni mill-ġdid ta’ xi emendi tal-programm li kien diġà ppreżentat għall-2006 u li għalih il-prinċipju ta’ finanzjament Komunitarju kien ġie stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/84/KE (ĠU L 40, 11.2.2006, p. 21). Il-Portugall ma xtarax it-tagħmir fil-limitu taż-żmien stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 998/2002 u ddeċieda li jintroduċi mill-ġdid programm fl-2007.
(3) ĠU L 152, 12.6.2002, p. 16. Ir-Regolament kien ippubblikat bħala Regolament (KE) Nru 997/2002 iżda n-numru kien ikkoreġut b’corrigendum (ĠU L 153, 13.6.2002, p. 18).
ANNESS
PROGRAMMI GĦAT-TISĦIĦ TAL-KARIGI TA’ SPEZZJONI
Programmi bil-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità korrispondenti, li se tkun allokata fl-2008
(EUR) |
|||
Stat Membru |
Ismijiet tal-karigi ta’ spezzjoni (l-unità amministrattiva, l-isem) |
Infiq eleġibbli |
Kontribuzzjoni Finanzjarja Komunitarja b’rata massima ta’ 50 % |
Il-Portugall |
Porto (l-ajruport) |
4 202 |
2 101 |
Leixões (il-port) |
6 182 |
3 091 |
|
Aveiro (il-port) |
6 182 |
3 091 |
|
Lisboa (l-ajruport) |
4 202 |
2 101 |
|
Lisboa (il-port) |
6 182 |
3 091 |
|
Setúbal (il-port) |
6 182 |
3 091 |
|
Sines (il-port) |
6 182 |
3 091 |
|
Faro (l-ajruport) |
4 202 |
2 101 |
|
Ponta Delgada (l-ajruport) |
4 202 |
2 101 |
|
Funchal (l-ajruport) |
4 202 |
2 101 |
|
Il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja totali |
25 960 |