Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0032

    2008/32/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 6 ta’ Diċembru 2007 li taħtar membru Belġjan u membru supplenti Belġjan fil-Kumitat tar-Reġjuni

    ĠU L 8, 11.1.2008, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/32(1)/oj

    11.1.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 8/10


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tas-6 ta’ Diċembru 2007

    li taħtar membru Belġjan u membru supplenti Belġjan fil-Kumitat tar-Reġjuni

    (2008/32/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Belġjan,

    Billi:

    (1)

    Fl-24 ta’ Jannar 2006 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1).

    (2)

    Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur LETERME, sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. Konsegwentement għall-ħatra tas-Sur SAUWENS bħala membru, jsir vakanti siġġu ta’ membru supplenti,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:

    (a)

    bħala membru:

    is-Sur Johan SAUWENS, membru tal-Parlament Fjamming,

    u

    (b)

    bħala membru supplenti:

    is-Sur Ludwig CALUWE, membru tal-Parlament Fjamming.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

    Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Diċembru 2007.

    Ghall-Kunsill

    Il-President

    A. COSTA


    (1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


    Top