EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008A1217(01)

Opinjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta' Diċembru 2008 dwar il-pjan għar-rimi ta' skart radjuattiv li ġej mill-impjant AGATE li jitratta l-iskart likwidu, li jinsab fi Franza, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom

ĠU C 322, 17.12.2008, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 322/2


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta' Diċembru 2008

dwar il-pjan għar-rimi ta' skart radjuattiv li ġej mill-impjant AGATE li jitratta l-iskart likwidu, li jinsab fi Franza, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(2008/C 322/02)

Fil-21 ta' April 2008, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet mingħand il-Gvern Franċiż, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom, Dejta Ġenerali li tirrigwarda l-pjan għar-rimi ta' skart radjuattiv li ġej mill-impjant AGATE li jitratta l-iskariku likwidu.

Abbażi ta' din id-dejta, u wara konsultazzjoni mal-Grupp ta' Esperti, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni li ġejja:

1.

id-distanza bejn il-faċilita tal-AGATE u l-eqreb punt fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, f'dan il-każ l-Italja, hija ta' madwar 110 km filwaqt li Spanja tinsab 230 km 'il bogħod;

2.

matul operat normali, il-ħruġ ta' skart radjuattiv likwidi jew tal-gass mhux se jikkawża esponiment li jista' jaffettwa s-saħħa tal-popolazzjoni fi Stat Membru ieħor;

3.

skart radjuattiv solidu se jinħażen temporanjament fuq il-post qabel ma jiġi ttrasferit lejn faċilità tar-rimi awtorizzata mill-Gvern Franċiż;

4.

f'każ li jkun hemm rilaxx mhux ippjanat tal-iskart radjuattiv li jirriżulta minn inċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrat fid-Dejta Ġenerali, id-dożi li jilħqu Stat Membru ieħor mhux se jaffettwaw is-saħħa tal-popolazzjoni.

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-fehma li, sew fil-kundizzjonijiet normali tal-operat kif ukoll f'każ ta' inċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrat fid-Dejta Ġenerali, l-implimentazzjoni tal-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv ta' kull xorta ta' għamla li ġej mill-impjant AGATE li jitratta l-iskart likwidu, li jinsab f'Cadarache fi Franza, m'għandhiex tirriżulta fil-kontaminazzjoni radjuattiva tal-ilma, tal-ħamrija jew tal-ispazju tal-ajru ta' Stat Membru ieħor.


Top