EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1529

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1529/2007 tal- 21 ta' Diċembru 2007 li tiftaħ u tipprovdi għall-ġestjoni, għas-snin 2008 u 2009, ta' kwoti għall-importazzjoni ta' ross li joriġina mill-Istati AKP li huma parti mir-reġjun CARIFORUM u mill-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (OCT)

ĠU L 348, 31.12.2007, p. 155–161 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009; Imħassar b' 32009R1274

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1529/oj

31.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 348/155


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1529/2007

tal-21 ta' Diċembru 2007

li tiftaħ u tipprovdi għall-ġestjoni, għas-snin 2008 u 2009, ta' kwoti għall-importazzjoni ta' ross li joriġina mill-Istati AKP li huma parti mir-reġjun CARIFORUM u mill-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (OCT)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KEE tas-27 ta' Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin [extra-Ewropej] mal-Komunità Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Anness III, l-Artikolu 6(5), is-seba' subparagrafu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 ta' l-20 ta' Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għal oġġetti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-grupp ta' stati ta' l-Afrika, l-Karibew u l-Paċifiku (AKP) msemmija f'ċerti ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu għall-istabbiliment ta' Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(3) tiegħu.

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 13(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1528/2007 jdaħħal fis-seħħ l-arranġamenti kummerċjali għall-oġġetti li joriġinaw f'ċerti Stati li jagħmlu parti mill-grupp ta' Stati ta' l-Afrika, l-Karibew u l-Paċifiku (AKP), maqbula fil-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika, inkella fi ftehimiet li jwasslu għall-istabbiliment ta' ftehimiet bħal dawn. Skond l-Artikolu 6 tar-Regolament imsemmi, matul is-snin 2008 u 2009, għandhom jinfetħu kwoti tar-ross għall-importazzjoni, b'dazju żero, ta' prodotti taħt l-intestatura tariffarja 1006, li joriġinaw mill-Istati li jagħmlu parti mir-reġjun CARIFORUM, imsemmija fl-Anness I għal dak ir-Regolament, minbarra dawk il-prodotti tal-kodiċi tariffarju 1006 10 10 li għalihom l-importazzjoni hija kompletament eżentata mid-dazju mill-1 ta' Jannar 2008.

(2)

L-Artikolu 6 ta' l-Anness III għad-Deċiżjoni 2001/822/KE tipprovdi li l-kumulazzjoni ta' oriġini AKP/OCT hija permessa għal kwantità totali annwali ta' 160 000 tunellata ross, ekwivalenti għal ross maħruġ mill-fosdqa [bla ħliefa], għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1006. Fuq dan il-volum globali, kull sena inizjalment jinħarġu liċenzji għall-importazzjoni ta' 35 000 tunnellata ross li joriġina minn pajjiżi u territorji extra-Ewropej (minn hawn 'il lquddiem “OCT”), u fil kuntest ta' din il-kwantità, jinħarġu liċenzji għall-importazzjoni ta' 10 000 tunnellata għall-importazzjonijiet li joriġinaw mill-OCTs l-anqas żviluppati. Il-liċenzjii ta' l-importazzjoni l-oħra kollha huma attribwiti għall-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Antilles Olandiżi u Aruba. Dawn il-kwantitajiet jistgħu jiżdiedu jekk l-Istati AKP ma jutilizzawx effettivament il-possibilitajiet ta' esportazzjoni diretta fil-kuntest tal-kwota tariffarja ta' 125 000 tunnellata prevista fil-Ftehim ta' Cotonou.

(3)

Fid-dawl tal-fatt li, mill-1 ta' Jannar 2008, id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim ta' Cotonou ma għadhomx japplikaw u l-kwota tariffarja tar-ross prevista fihom ġiet sostitwita mir-reġim preferenzjali pprovdut fl-Aritkolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, huwa xieraq li jiġi stabbilit li l-kwota ta' 35 000 tunnellata riżervata għall-OCT tkun tista' tiżdied fil-każ li r-ross impurtat fil-Komunità taħt ir-reġim preferenzjali provdut fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 ma jilħaqx 125 000 tunnellata.

(4)

Biex jiġi assigurat li dawn l-arranġamenti ta' importazzjoni ta' ross provduti mir-Regolament (KE) Nru 1528/2007 u mid-Deċiżjoni 2001/822/KE, jiġu amministrati kif xieraq, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti, għas-snin 2008 u 2009, f'test wieħed, il-modalitajiet ta' applikazzjoni li jirrigwardaw il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni tar-ross li joriġina mill-Istati CARIFORUM u OCT. Għalhekk huwa xieraq li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2021/2006 tat-22 ta' Diċembru 2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' importazzjoni għar-ross li joriġina fl-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (Stati AKP) u l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (OCT) [traduzzjoni mhux uffiċjali] (4).

(5)

Bla ħsara għall-kundizzjonijiet supplementari jew derogi pertinenti għall-ġestjoni ta' dawn l-arranġamenti għall-importazzjoni, huwa xieraq li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' applikazzjoni misjuba f'ċerti Regolamenti orizzontali u settorjali, partikolarment ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta' Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta' l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (5), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 tat-28 ta' Lulju 2003 li jistabbilixxi regoli speċjali u dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' ċereali u ross (6), u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli amministrati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (7).

(6)

Għall-finijiet ta' ġestjoni tas-suq ibbilanċjata, il-ħruġ ta' liċenzji ta' importazzjoni marbuta ma' kwoti ta' l-importazzjoni msemmija għandu jitqassam matul is-sena f'diversi subperjodi, u l-perjodu ta' validità tal-liċenzji trid tiġi stabbilita.

(7)

Il-konverżjoni ta' kwantitajiet ta' ross fi stadji ta' pproċessar minbarra ross bla ħliefa għandha ssir bl-applikazzjoni tar-rati ta' konverżjoni stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 467/67/KEE (8). Għandu jsiru ukoll provvediment għall-konverżjoni ta' kwantitajiet ta' ross miksur.

(8)

Sabiex tiġi assigurata l-ġestjoni tajba tal-kwoti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1528/2007 u d-Deċiżjoni 2001/822/KE, huwa xieraq li jiġi pprovdut li l-applikazzjoni għal-liċenzja ta' l-importazzjoni tkun soġġetta għad-depożitu ta' garanzija, proporzjonata mal-livell ta' riskju involut.

(9)

L-importazzjonijiet li joriġinaw mill-OCT għandhom ikunu koperti b'liċenzji ta' importazzjoni maħruġa fuq il-bażi ta' liċenzja ta' esportazzjoni maħruġa minn korpi awtorizzati mill-OCT.

(10)

Liċenzji mhux użati għall-importazzjonijiet ta' ross li joriġina mill-OCTs l-anqas żviluppati għandhom ikunu disponibbl għall-importazzjoni tar-ross li joriġina mill-Antilles Olandiżi u Aruba, mingħajr ma tiġi prekluża l-possibbiltà li jinġiebu 'l quddiem kwantitajiet minn perjodu għal perjodu sussegwenti ieħor matul is-sena.

(11)

Il-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika jew il-ftehimiet li jwasslu għal Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika jidħlu fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2008, u għalhekk huwa xieraq li jiġu applikati l-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament minn dik l-istess data.

(12)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament jikkonformaw ma' l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni taċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT

Artikolu 1

1.   Mill-1 ta' Jannar għandhom jinfetħu kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni b'dazju żero, għall-prodotti tal-kodiċi NM 1006, minbarra l-kodiċi NM 1006 10 10, li joriġinaw minn Stati li huma parti mir-reġjun CARIFORUM imsemmija fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, bir-referenzi li ġejjin:

a)

187 000 tunnellata għan-numru tas-serje 09.4219 matul l-2008;

b)

250 000 tunnellata għan-numru tas-serje 09.4220 matul l-2009;

2.   Fl-1 ta' Jannar ta' l-2008 u l-2009 jinfetħu l-kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni b'dazju żero għal kwantità totali ta' 35 000 tunnellata ross li joriġina mill-OCT jew b'kumulazzjoni ta' l-oriġini ACP/OCT, għall-prodotti tal-kodiċi NM 1006, skond l-Artikolu 6(5), it-tieni subparagrafu, ta' l-Anness III għad-Deċiżjoni 2001/822/KE, bir-referenzi li ġejjin:

a)

25 000 tunnellata għan-numru tas-serje 09.4189 għall-Antilles Olandiżi u Aruba;

b)

10 000 tunnellata għan-numru tas-serje 09.4190 għall-OCTs l-anqas żviluppati kif jissemmew fl-Anness IB għad-Deċiżjoni 2001/822/KE.

3.   Il-kwoti tariffarji għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u 2 għandhom jinqasmu f'subperjodi skond l-Anness I.

4.   Il-kwoti msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jiżdiedu skond il-kundizzjonijiet u fil-limiti previsti fl-Artikolu 10, (1) u (2).

5.   Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, il-kwantitajiet imsemmija f'dan ir-Regolament huma espressi bħala ekwivalenti għar-ross bla ħliefa.

Il-konverżjoni tal-kwantitajiet fi stadji ta' pproċessar minbarra ross bla ħliefa għandha ssir bir-rati mniżżla fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 467/67/KEE.

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-konverżjoni tal-kwantitajiet ta' ross miksur fi kwantitajiet ta' ross bla ħliefa għandu jsir fuq il-bażi tal-piż tal-prodott.

6.   Ir-Regolamenti (KE) Nru 1291/2000, (KE) Nru 1342/2003 u (KE) Nru 1301/2006, għandhom japplika għajr meta pprovdut xorta oħra b’dan ir-Regolament.

KAPITOLU II

REGOLI KOMUNI TA' APPLIKAZZJONI

Artikolu 2

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' importazzjoni, meħtieġa skond l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003 għandhom jitressqu lill-Awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri matul l-ewwel sebat ijiem ta' kull subperjodu.

2.   Il-kwantità li għaliha titressaq applikazzjoni għal kull subperjodu u għal kull numru tas-serje tal-kwota kkonċernata ma tistax taqbeż kwantità ta' 5 000 tunnellata. Madankollu, għall-kwota msemmija fl-Artikolu 1(2) b), il-kwantità li għaliha titressaq applikazzjoni għal kull subperjodu ma tistax taqbeż kwantità ta' 3 333 tunnellata.

Kull applikazzjoni għal liċenzja għandha tindika l-kwantità f'kilogrammi, mingħajr deċimali.

Artikolu 3

1.   Il-pajjiż ta' provenjenza u l-pajjiż ta' oriġini għandhom ikunu murija fit-taqsimiet 7 u 8 ta' l-applikazzjonijiet għall-liċenzja ta' importazzjoni u l-liċenzja, u l-kelma “Iva” mmarkata b'salib.

Il-liċenzji għandhom ikunu validi biss għall-prodotti li joriġinaw fil-pajjiż indikat fil-kaxxa 8.

2.   Fil-kaxxa 20 ta’ l-applikazzjoni għal liċenzja ta’ l-importazzjoni u tal-liċenzja ta' l-importazzjoni għandu jkun hemm indikat:

CARIFORUM [L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007],

OCT [L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007].

3.   Il-kaxxa 24 tal-liċenzja ta' l-importazzjoni għandu jkollha waħda minn dawn ir-referenzi elenkati fl-Anness II.

Artikolu 4

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, fi żmien għaxart ijiem mill-aħħar jum tal-perjodu allokat għall-komunikazzjoni kif jissemma fl-Artikolu 6 a), il-kwantitajiet disponibbli fil-kuntest tas-subperjodu segwenti, filwaqt li tqis id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 10.

2.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, jekk ikun xieraq, fil-limitu ta' żmien imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-koeffiċjent ta' allokazzjoni msemmi fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

Jekk il-kwantità li għaliha għandha tinħareġ il-liċenzja hija anqas minn 20 tunnellata, fejn it-talba kienet superjuri għal din il-kwantità, l-applikazzjoni għal liċenzja tista' tiġi rtirata mill-operatur fi żmien jumejn ta' xogħol mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-regolament li jistipula l-koeffiċjent ta' allokazzjoni.

3.   Il-liċenzji ta' importazzjoni għandhom jinħarġu fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mill-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Artikolu 5

B'deroga mill-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1342/2003, l-ammont ta' garanzija meħtieġ mat-tressiq ta' applikazzjonijiet għall-liċenzji għandu jkun ta EUR 46 għal kull tunellata

Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom jibagħtu elettronikament lill-Kummissjoni:

a)

sa mhux aktar tard mit-tieni jum tax-xogħol wara l-aħħar jum għat-tressiq ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenzji fis-18:00, ħin ta' Brussell, it-tagħrif rigward il-liċenzji li jkunu nħarġu, imsemmija fl-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, ordnati skond in-numru tal-liċenzja ta' l-importazzjoni mitluba, il-kodiċi tan-NM bi tmien ċifri, il-pajjiż ta' l-oriġini u l-kwantitajiet (f'piż tal-prodott) li għalihom ikunu saru l-applikazzjonijiet, kif ukoll, jekk il-liċenzja ta' l-esportazzjoni hija mitluba, in-numru tagħha.

b)

sa mhux aktar tard mit-tieni jum ta' xogħol wara l-ħruġ tal-liċenzji ta' importazzjoni, it-tagħrif dwar il-liċenzji maħruġa, imsemmija fl-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, il-kodiċi tan-NM bi tmien ċifri, il-pajjiż ta' l-oriġini u l-kwantitajiet (skond il-piż tal-prodott) li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, flimkien mal-kwantitajiet li fir-rigward tagħhom ikunu ġew irtirati l-applikazzjonijiet għall-liċenzji, skond l-Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu tar-regolament preżenti, kif ukoll in-numru tal-liċenzja ta' importazzjoni;

c)

sa mhux aktar tard mill-aħħar jum ta' kull xahar, il-kwantitajiet totali (skond il-piż tal-prodott) li effettivament tqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni libera b'applikazzjoni ta' din il-kwota matul it-tieni xahar preċedenti, b'turija tal-kodiċi tan-NM bi tmien ċifri. Jekk ma tkun ġiet rilaxxata l-ebda kwantità għaċ-ċirkolazzjoni libera matul dan il-perjodu, għandha tintbagħat notifika “nulla”.

KAPITOLU III

IMPORTAZZJONIJIET TA' ROSS LI JORIĠINA FL-ISTATI ACP LI JAPPARTJENU GĦAR-REĠJUN CARIFORUM

Artikolu 7

B'deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2003, il-liċenzji ta' importazzjoni maħruġa għall-kwoti msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament preżenti huma validi mill-jum tal-ħruġ tagħhom effettiv fl-ambitu ta' l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, sa tmiem ir-raba' xahar wara l-ħruġ u fl-ebda każ wara l-31 ta' Diċembru tas-sena tal-ħruġ.

Artikolu 8

Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-qafas tal-kwoti msemmija fl-Artikolu 1(1) ta' dan ir-Regolament huwa soġġett għall-preżentazzjoni ta' dokument provdut fl-Artikolu 14 ta' l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 għal-lott ikkonċernat.

KAPITOLU IV

IMPORTAZZJONIJIET TA' ROSS B'KUMULAZZJONI TA' L-ORIĠINI ACP/OCT

Artikolu 9

L-applikazzjonijiet għall-liċenzji ta' importazzjoni għandhom ikunu akkumpanjati bl-oriġinal tal-liċenzja ta' esportazzjoni, imħejjija skond il-kampjun fl-Anness III, maħruġa mill-korpi responsabbli għall-ħruġ tal-liċenzji EUR.1.

Artikolu 10

1.   Jekk it-total tal-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji ta' l-importazzjoni skond il-kwoti msemmija fl-Artikolu 1(1) ikun inqas minn 125 000 tunnellati, id-differenza bejn dawn il-kwantitajiet u 125 000 tunnellati għandha tiżdied mas-subperjodu tax-xahar ta' Ottubru tal-kwoti msemmija fl-Artikolu 1(2), b'rata proporzjonata għall-kwantitajiet allokati rispettivament lill-Antilles Olandiżi u Aruba minn naħa u lill-OCTs l-anqas żviluppati min-naħa l-oħra.

2.   Jekk, għas-subperjodu tax-xahar ta' Ottubru, il-kwantitajiet relevanti għat-talbiet ta' liċenzji għall-importazzjoni fil-kuntest tal-kwota msemmija fl-Artikolu 1(2) b), jkunu inqas mill-kwantitajiet disponibbli, il-kwantità li jibqa' ma tkunx tista' tintuża għall-importazzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-Antilles Olandiżi jew Aruba.

Artikolu 11

B'deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2003, il-liċenzji għal importazzjoni ta' ross bla ħliefa, mitħun jew nofsu mitħun jew ross miksur għandhom ikunu validi mill-jum tal-ħruġ attwali tagħhom fl-ambitu ta' l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, u sal-31 ta' Diċembru tas-sena tal-ħruġ.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 12

Ir-Regolament (KE) Nru 2021/2006 hu revokat.

Artikolu 13

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta' Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariamm FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1528/2007 (ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).

(4)  ĠU L 384, 29.12.2006, p. 61.

(5)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1423/2007 (ĠU L 317, 5.12.2007, p. 36).

(6)  ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1996/2006 (ĠU L 398, 30.12.2006, p. 1).

(7)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(8)  ĠU 204, 24.8.1967, p. 1.


ANNESS I

Kwoti u subperjodi provduti fl-Artikolu 1

1a)

Kwota ta' 187 000 tunnellata ross f'ekwivalenti għar-ross bla ħliefa tal-kodiċi NM 1006 10 10, provduta fl-Artikolu 1(1) a) għall-2008:

Oriġini

Kwantità f'tunnellati ta' ekwivalenti f'ross bla ħliefa

Numru tas-serje

Sub-perjodi

(kwantità f'tunnellati ta' ekwivalenti f'ross bla ħliefa)

Jannar

Mejju

Settembru

Stati CARIFORUM

187 000

09.4219

62 333

62 334

62 333

1b)

Kwota ta' 250 000 tunnellati ta' ross f'ekwivalenti għar-ross bla ħliefa tal-kodiċi NM 1006, ħlief għall-kodiċi NM 1006 10 10, provduta fl-Artikolu 1(1) b) għall-2009:

Oriġini

Kwantità f'tunnellati ta' ekwivalenti f'ross bla ħliefa

Numru tas-serje

Sub-perjodi

(kwantità f'tunnellati ta' ekwivalenti f'ross bla ħliefa)

Jannar

Mejju

Settembru

Stati CARIFORUM

250 000

09.4220

83 333

83 334

83 333

2)

Il-kwoti għal kwantità totali ta' 35 000 tunnellata ta' ross f'ekwivalenti ta' ross bla ħliefa tal-kodiċi NM 1006 provduti fl-Artikolu 1(2):

Oriġini

Kwantità f'tunnellati ta' ekwivalenti f'ross bla ħliefa

Numru tas-serje

Sub-perjodi

(kwantità f'tunnellati ta' ekwivalenti f'ross bla ħliefa)

Jannar

Mejju

Settembru

Ottubru (1)

L-Antilli Olandiżi u Aruba

25 000

09.4189

8 333

8 334

8 333

OCTs l-inqas żviluppati

10 000

09.4190

3 333

3 334

3 333


(1)  Għas-snin 2008 u 2009, kwantitajiet miżjuda eventwalment skond l-Artikolu 10(1).


ANNESS II

Ir-referenzi msemmija fl-Artikolu 3(3):

:

bil-Bulgaru

:

Освободено от мито до максимално количество, посочено в графи 17 и 18 от настоящата лицензия (Регламент (ЕО) № 1529/2007)

:

bl-Ispanjol

:

Exención del derecho de aduana hasta la cantidad indicada en las casillas 17 y 18 del presente certificado (Reglamento (CE) no 1529/2007)

:

biċ-Ċek

:

Osvobozeno od cla až do množství uvedeného v kolonkách 17 a 18 této licence (nařízení (ES) č. 1529/2007)

:

bid-Daniż

:

Toldfri op til den mængde, der er angivet i rubrik 17 og 18 i denne licens (forordning (EF) nr. 1529/2007)

:

bil-Ġermaniż

:

Zollfrei bis zu der in den Feldern 17 und 18 dieser Lizenz angegebenen Menge (Verordnung (EG) Nr. 1529/2007)

:

bl-Estonjan

:

Tollimaksuvabastus kuni käesoleva litsentsi lahtrites 17 ja 18 osutatud koguseni (Määrus (EÜ) nr 1529/2007)

:

bil-Grieg

:

Ατελώς μέχρι την ποσότητα που ορίζεται στα τετραγωνίδια 17 και 18 του παρόντος πιστοποιητικού (Κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 1529/2007)

:

bl-Ingliż

:

Exemption from customs duty up to the quantity indicated in sections 17 and 18 of this licence (Regulation (EC) No 1529/2007)

:

bil-Franċiż

:

Exemption du droit de douane jusqu’à la quantité indiquée dans les cases 17 et 18 du présent certificat (Règlement (CE) no 1529/2007)

:

bit-Taljan

:

Esenzione del dazio doganale limitatamente alla quantità indicata nelle caselle 17 e 18 del presente titolo (Regolamento (CE) n. 1529/2007)

:

bil-Latvjan

:

Atbrīvojums no muitas nodokļa līdz daudzumam, kas norādīts šīs licences 17. un 18. iedaļā (Regula (EK) Nr. 1529/2007)

:

bil-Litwan

:

Muitas netaikomas mažesniems kiekiams nei nurodyta šios licenzijos 17 ir 18 skirsniuose

:

bl-Ungeriż

:

Vámmentesség az ezen engedély 17. és 18. rovatában megjelölt mennyiségig (1529/2007/EK rendelet)

:

bil-Malti

:

Eżenzjoni mid-dwana sal-kwantità murija fit-Taqsimiet 17 u 18 ta’ din il-liċenzja (Regolament (KE) Nru 1529/2007)

:

bl-Olandiż

:

Vrijgesteld van douanerecht voor ten hoogste de in de vakken 17 en 18 van dit certificaat vermelde hoeveelheid (Verordening (EG) nr. 1529/2007)

:

bil-Pollakk

:

Zwolnienie z opłat celnych dla ilości nieprzekraczającej ilości podanej w sekcji 17 i 18 niniejszego pozwolenia (rozporządzenie (WE) nr 1529/2007)

:

bil-Portugiż

:

Isenção de direito aduaneiro até à quantidade indicada nas casas 17 e 18 do presente certificado (Regulamento (CE) n.o 1529/2007)

:

bir-Rumen

:

Scutit de drepturi vamale până la concurența cantității menționate în căsuțele 17 și 18 din prezenta licență (Regulamentul (CE) nr. 1529/2007)

:

bis-Slovakk

:

Oslobodenie od cla do množstva uvedeného v oddieloch 17 a 18 tejto licencie (nariadenie (ES) č. 1529/2007)

:

bis-Sloven

:

Oprostitev carin do količine, navedene v oddelkih 17 in 18 tega dovoljenja (Uredba (ES) št. 1529/2007)

:

bil-Finlandiż

:

Tullivapaa tämän todistuksen kohdissa 17 ja 18 esitettyyn määrään asti (asetus (EY) N:o 1529/2007)

:

bl-Iżvediż

:

Tullfri upp till den mängd som anges i fält 17 och 18 i denna licens (förordning (EG) nr 1529/2007)


ANNESS III

Kampjun ta' liċenzja ta' esportazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007

Image

Test ta 'immaġni

Top