Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1375

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1375/2007 tat- 23 ta’ Novembru 2007 dwar l-importazzjonijiet tar-residwi mill-manifattura tal-lamtu mill-qamħ-ir-rum mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika (Verżjoni kodifikata)

ĠU L 307, 24.11.2007, p. 5–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/12/2023; Imħassar b' 32023R2835

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1375/oj

24.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 307/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1375/2007

tat-23 ta’ Novembru 2007

dwar l-importazzjonijiet tar-residwi mill-manifattura tal-lamtu mill-qamħ-ir-rum mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika

(Verżjoni kodifikata)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2019/94 tat-2 ta’ Awwissu 1994, dwar l-importazzjonijiet tar-residwi mill-manifattura tal-lamtu mill-qamħ-ir-rum mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika (2) ġie emendat kemm-il darba b’mod sostanzjali (3). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

Fil-qafas tal-GATT, il-Komunità u l-USA ftiehmu li jiċċaraw id-definizzjoni tat-tariffa dwar ir-residwi mill-manifattura tal-lamtu mill-qamħ-ir-rum. L-importazzjonijiet ta’ dawn il-prodotti fil-Komunità huma suġġetti għall-analiżi tal-laboratorju sabiex tkun ivverifikata l-konformità tagħhom mad-definizzjoni tat-tariffa. The Federal Grain Inspection Service (FGIS) tad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u l-industrija tat-tħin bit-tixrib ta’ l-USA, taħt reviżjoni regolari mill-awtoritajiet ta’ l-USA, għandhom jiċċertifikaw li l-importazzjoni ta’ dawn il-prodotti mill-USA lejn il-Komunità huma konformi mad-definizzjoni miftiehma.

(3)

Fuq il-bażi ta’ l-istabbiliment ta’ sistema li takkumpanja ċ-ċertfikati għall-verifikar mal-konformità ta’ l-importazzjoni mill-USA huwa xieraq li l-miżuri tas-soltu tal-verifika għandhom jissoktaw li jkunu applikati għall-importazzjoni mill-USA akkumpanjati b’dawn iċ-ċertifikati.

(4)

Komunikazzjoni regolari mill-Istati Membri lejn il-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet u l-valur tal-prodotti permezz tal-kopertura ta’ dawn iċ-ċertifikati hija waħda mill-elementi miftiehma mal-USA sabiex tgħin il-monitoraġġ aktar effettiv ta’ l-implimentazzjoni tal-ftehim ta’ hawn fuq.

(5)

Id-dispożizzjonijiet msemmija f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-Opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Għandha ssir analiżi tal-laboratorju sabiex tikkontrolla l-konformità tar-residwi mill-manifattura tal-lamtu mill-qamħ-ir-rum importat fil-Komunità mill-USA permezz tal-kodiċi tan-NM 2309 90 20 bid-definizzjoni ta’ din il-kodiċi għat-tagħbijiet kollha bil-baħar mhux akkumpanjati minn ċertifikat maħruġ mill-Federal Grain Inspection Service (FGIS) u ċertifikat maħruġ mill-industrija Amerikana tat-tħin bit-tixrib kif iddikjarat fl-Anness I.

2.   It-tagħbijiet bil-baħar mill-USA li jkunu akkumpanjati biż- żewġ ċertifikati msemmija fil-paragrafu 1 huma soġġetti għall-miżuri doganali tas-soltu dwar il-verifika ta’ l-importazzjoni.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni qabel l-aħħar ta’ kull xahar il-kwantitajiet u l-valur tal-prodotti importati permezz tal-kodiċi tan-NM 2309 90 20 matul ix-xahar ta’ qabel u akkumpanjati biċ-ċertifikat ta’ konformità msemmi fl-Artikolu 1(1).

Artikolu 3

Ir-Regolament (KE) Nru 2019/94 hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolamemt (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6).

(2)  ĠU L 203, 6.8.1994, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2060/2002 (ĠU L 317, 21.11.2002, p. 20).

(3)  Ara l-Anness II.


ANNESS I

Image

Image

Image

Image


ANNESS II

Regolament imħassar flimkien ma’ lista ta’ l-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2019/94

(ĠU L 203, 6.8.1994, p. 5)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 396/96

(ĠU L 54, 5.3.1996, p. 22)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2060/2002 (1)

(ĠU L 317, 21.11.2002, p. 20).


(1)  Skond l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2060/2002: “Ċertifikati maħruġin skond ir-Regolament (KE) Nru 2019/94 qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi”.


ANNESS III

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 2019/94

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Anness

Anness I

Anness II

Anness III


Top