Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1060

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1060/2007 ta’ l- 14 ta’ Settembru 2007 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid għall-esportazzjoni ta’ zokkor miżmum mill-aġenziji ta’ l-intervent tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, Spanja, l-Italja, l-Ungerija, is-Slovakkja u l-Iżvezja

    ĠU L 242, 15.9.2007, p. 8–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010: This act has been changed. Current consolidated version: 21/02/2008

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1060/oj

    15.9.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 242/8


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1060/2007

    ta’ l-14 ta’ Settembru 2007

    li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid għall-esportazzjoni ta’ zokkor miżmum mill-aġenziji ta’ l-intervent tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, Spanja, l-Italja, l-Ungerija, is-Slovakkja u l-Iżvezja

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta’ l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 40(1)(g) u 40(2)(d) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 39(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 952/2006 tad-29 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 rigward l-immaniġġjar tas-suq Komunitarju fiz-zokkor u s-sistema tal-kwoti (2), jipprovdi li l-aġenziji ta’ l-intervent jistgħu jbiegħu z-zokkor biss wara li tkun ġiet adottata deċiżjoni dwar dan mill-Kummissjoni.

    (2)

    Tali deċiżjoni ttieħdet mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 38/2007 tas-17 ta’ Jannar 2007 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid għall-esportazzjoni ta’ zokkor miżmum mill-aġenziji ta’ l-intervent tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, Spanja, l-Irlanda, l-Italja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovakkja u l-Iżvezja (3). Skond dak ir-Regolament, l-offerti jistgħu jitressqu għall-aħħar darba bejn it-13 u s-26 ta’ Settembru 2007.

    (3)

    Huwa previst li l-ħażniet ta’ intervenzjoni taz-zokkor se jkomplu jeżistu f'ħafna mill-Istati Membri kkonċernati wara li tkun skadiet l-aħħar possibbiltà biex jressqu l-offerti. Għalhekk, sabiex jwieġbu għat-talba kontinwa fis-suq, huwa xieraq li tinfetaħ sejħa permanenti oħra għall-offerti biex dawn il-ħażniet isiru disponibbli għall-esportazzjoni.

    (4)

    Ir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni jistgħu jkunu stabbiliti b'konformità ma’ l-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006. L-esportazzjonijiet tal-Komunità lejn ċerti destinazzjonijiet fil-qrib u lejn pajjiżi terzi li jagħtu trattament preferenzjali ta’ l-importazzjoni lil prodotti Komunitarji, bħalissa huma f'pożizzjoni kompetittiva partikolarment favorevoli. Għalhekk, ir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni lejn dawk id-destinazzjonijiet għandhom jitneħħew. Minħabba r-rabta bejn l-għoti tar-rifużjonijiet u l-bejgħ mill-ġdid għall-esportazzjoni taz-zokkor miżmum mill-aġenziji ta’ l-intervent, il-bejgħ mill-ġdid taħt dan ir-Regolament lanqas għandu jiġi previst għall-esportazzjoni lejn dawk id-destinazzjonijiet.

    (5)

    Sabiex ma jkunx hemm abbuż assoċjat ma’ l-importazzjoni jew l-introduzzjoni mill-ġdid fil-Komunità ta’ prodotti fis-settur taz-zokkor li kkwalifikaw għar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni, għall-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, ma għandha tiġi stabbilita l-ebda rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

    (6)

    Skond l-Artikolu 42(2)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 952/2006, huwa xieraq li tiġi ffissata kwantità minima għal kull wieħed li jitfa’ offerta jew għal kull lott.

    (7)

    Sabiex titqies is-sitwazzjoni fis-suq Komunitarju, għandha ssir dispożizzjoni għall-Kummissjoni biex tiffissa rifużjoni massima fuq l-esportazzjoni għal kull sejħa parzjali għall-offerti.

    (8)

    L-aġenziji ta’ intervent tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, Spanja, l-Italja, l-Ungerija, is-Slovakkja u l-Iżvezja għandhom jikkomunikaw l-offerti lill-Kummissjoni. Min ikun tefa’ l-offerta għandu jibqa’ anonimu.

    (9)

    Skond l-Artikolu 42(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 952/2006, il-prezz li jrid jitħallas minn min ikun rebaħ l-offerta, għandu jiġi determinat mis-sejħa għall-offerti.

    (10)

    Biex ikun iqis il-kwalitajiet differenti taz-zokkor ta’ intervent, dan il-prezz għandu jirreferi għaz-zokkor tal-kwalità standard u għandha ssir dispożizzjoni biex jiġi aġġustat dan il-prezz.

    (11)

    Skond l-Artikolu 42(2)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 952/2006, huwa xieraq li tiġi ffissata kwantità minima għal kull wieħed li jitfa’ offerta jew għal kull lott.

    (12)

    Sabiex jiġi żgurat immaniġġjar kif suppost taz-zokkor maħżun, għandha ssir dispożizzjoni biex ikun hemm komunikazzjoni mill-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet li ġew mibjugħa u esportati fil-verità.

    (13)

    It-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 952/2006 jipprovdi li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1262/2001 (4) ikompli japplika għaz-zokkor li ġie aċċettat għall-intervent qabel l-10 ta’ Frar 2006. Madankollu, għall-bejgħ mill-ġdid taz-zokkor ta’ intervent, din id-distinzjoni mhijiex neċessarja u jekk tiġi implimentata toħloq diffikultajiet amministrattivi għall-Istati Membri. Għalhekk, skond dan ir-Regolament, huwa xieraq li l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1262/2001 tiġi eskluża mill-bejgħ mill-ġdid taz-zokkor ta’ intervent.

    (14)

    Il-kwantitajiet disponibbli għal Stat Membru li jistgħu jingħataw meta l-Kummissjoni tiffissa ir-rifużjoni massima ta’ l-esportazzjoni, għandhom iqisu l-kwantitajiet mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1059/2007 ta’ l-14 ta’ Settembru 2007 u jiftħu sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid għall-esportazzjoni taz-zokkor miżmum mill-aġenziji ta’ l-intervent tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, Spanja, l-Italja, l-Ungerija, is-Slovakkja u l-Iżvezja (5).

    (15)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaz-Zokkor,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-aġenziji ta’ intervent tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, Spanja, l-Italja, l-Ungerija, is-Slovakkja u l-Iżvezja għandhom joffru għall-bejgħ, permezz ta’ sejħa permanenti għall-offerti fid-destinazzjonijiet kollha, minbarra d-destinazzjonijiet elenkati fit-tielet subparagrafu, il-kwantità totali ta’ 601 981 tunnellati ta’ zokkor li ġie aċċettat għall-intervent u huwa disponibbli għall-esportazzjoni.

    Il-kwantitajiet massimi allokati lil kull Stat Membru huma stabbiliti fl-Anness I.

    Id-destinazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu se jkunu dawn li ġejjin:

    a)

    il-pajjiżi terzi: Andorra, is-Santa Sede (L-Istat tal-Belt tal-Vatikan), il-Liechtenstein, l-Albanija, il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, is-Serbja (6) u l-Montenegro.

    b)

    it-territorji ta’ l-Istati Membri ta’ l_UE li mhumiex parti mit-territorju doganali tal-Komunità: Ġibiltà, Ceuta, Melilla, id-distretti ta’ Livigno u Campione fl-Italja, Helgoland, Greenland, il-Gżejjer Faeroe u ż-żoni tar-Repubblika ta’ Ċipru li fihom il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv.

    Artikolu 2

    1.   Il-perjodu li fih jistgħu jitressqu s-sejħiet għall-offerti bħala tweġiba għall-ewwel sejħa għall-offerti parzjali għandu jibda fl-1 ta’ Ottubru 2007 u jintemm fl-10 ta’ Ottubru 2007 fit-15.00, ħin ta’ Brussell.

    Il-perjodi li fihom jistgħu jitressqu s-sejħiet għall-offerti bi tweġiba għat-tieni sejħa parzjali u għas-sejħiet parzjali sussegwenti għandhom jibdew fl-ewwel jum ta’ xogħol wara li jintemm il-perjodu preċedenti. Dawn għandhom jintemmu fit-15.00, ħin ta’ Brussell, nhar:

    l-24 ta’ Ottubru 2007,

    is-7 u l-21 ta’ Novembru 2007,

    il-5 u d-19 ta’ Diċembru 2007,

    id-9 u t-30 ta’ Jannar 2008,

    it-13 u s-27 ta’ Frar 2008,

    it-12 u s-26 ta’ Marzu 2008,

    id-9 u t-23 ta’ April 2008,

    is-7 u t-28 ta’ Mejju 2008,

    il-11 u l-25 ta’ Ġunju 2008,

    id-9 u t-23 ta’ Lulju 2008,

    is-6 u s-27 ta’ Awwissu 2008,

    l-10 u l-24 ta’ Settembru 2008.

    2.   Il-kwantità minima ta’ l-offerta għal kull lott skond l-Artikolu 42(2)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 952/2006 għandha tkun ta’ 250 tunnellata sakemm il-kwantità disponibbli għal dak il-lott tkun anqas minn 250 tunnellata. F'tali każijiet, għandha tiġi offruta l-kwantità disponibbli.

    3.   L-offerti se jitressqu ma’ l-aġenzija ta’ intervent li għandhom iz-zokkor kif stabbilit fl-Anness I.

    Artikolu 3

    L-aġenziji ta’ intervent għandhom jikkomunikaw mal-Kummissjoni l-offerti li jkunu tressqu sa sagħtejn wara l-iskadenza għas-sottomissjoni stipolata fl-Artikolu 2(1).

    L-identità ta’ min għamel l-offerta għandha tibqa’ sigrieta.

    L-offerti li jitressqu għandhom jiġu kkomunikati b’mezzi elettroniċi skond il-mudell stipulat fl-Anness II.

    Jekk ma tintefa’ l-ebda offerta, l-Istat Membru għandu jikkomunika dwar dan lill-Kummissjoni fl-istess limitu ta’ żmien.

    Artikolu 4

    1.   Il-Kummissjoni għandha tiffissa r-rifużjoni massima fuq l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u għaz-zokkor mhux raffinat jew tiddeċiedi dwar jekk għandhiex taċċetta l-offerti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 39(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

    2.   Il-kwantità disponibbli għal lott għandha titnaqqas bil-kwantitajiet li jingħataw fl-istess jum għal dak il-lott skond ir-Regolament (KE) Nru 1059/2007.

    Meta l-għoti ta’ rifużjoni massima ta’ l-esportazzjoni stabbilita skond il-paragrafu 1 jirriżulta biex dik il-kwantità mnaqqsa li tkun disponibbli għal-lott tinqabeż, dak l-għoti għandu jiġi limitat għal dik il-kwantità mnaqqsa li tkun disponibbli.

    Meta l-għotjiet ta’ Stat Membru lil dawk kollha li jkunu tefgħu l-offerta joffru l-istess rifużjoni ta’ esportazzjoni għal lott wieħed, jirriżultaw biex dik il-kwantità disponibbli mnaqqsa għal dak il-lott tinqabeż, dik il-kwantità disponibbli mnaqqsa għandha tingħata kif ġej:

    (a)

    permezz ta’ diviżjoni fost min tefa' l-offerti proporzjonalment mal-kwantitajiet totali f’kull waħda mill-offerti tagħhom; jew

    (b)

    permezz ta’ tqassim fost min tefa’ l-offerti b’referenza għat-tunnellaġġ massimu ffissat għal kull wieħed minnhom; jew

    (ċ)

    billi tittella’ lotterija.

    3.   Il-prezz li jrid jitħallas minn min ikun rebaħ l-offerta, skond l-Artikolu 42(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 952/2006, għandu jkun ta’ EUR 632 għal kull tunnellata ta’ zokkor abjad u EUR 497 għal kull tunnellata ta’ zokkor mhux raffinat. Il-prezzijiet għandhom japplikaw għaz-zokkor abjad u z-zokkor mhux raffinat tal-kwalità standard deskritta fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

    Għaz-zokkor ta’ intervent li mhuwiex ta’ kwalità standard, l-Istati Membri għandhom jaġġustaw il-prezzijiet billi japplikaw mutatis mutandis l-Artikolu 32(6) u l-Artikolu 33 rispettivament tar-Regolament (KE) Nru 952/2006.

    Artikolu 5

    1.   Fil-kaxxa 20 ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ esportazzjoni u tal-liċenzji, għandu jkun hemm waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fl-Anness III.

    2.   Il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni maħruġa b'rabta ma’ stedina parzjali għall-offerti għandhom ikunu validi mill-jum tal-ħruġ sa tmiem il-ħames xahar kalendarju wara dak li fih tkun inħarġet l-istedina parzjali.

    Artikolu 6

    1.   Sa mhux aktar tard mill-ħames jum ta’ ħidma wara li l-Kummissjoni tiffissa r-rifużjoni massima fuq l-esportazzjoni, l-aġenziji ta’ intervent involuti għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, fil-formola stabbilita fl-Anness IV, il-kwantità eżatta mibjugħa minn sejħa parzjali għall-offerti.

    2.   Sa mhux aktar tard mill-aħħar ta’ kull xahar kalendarju, fir-rigward tax-xahar kalendarju preċedenti, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet taz-zokkor tal-liċenzji ta’ esportazzjoni mogħtija lura lill-awtoritajiet kompetenti u l-kwantitajiet korrispondenti ta’ zokkor esportat, waqt li jqisu t-tolleranzi permessi mill-Artikolu 8(4) u (5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 (7).

    Artikolu 7

    Bħala deroga mit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 952/2006, dak ir-Regolament għandu japplika għall-bejgħ mill-ġdid, kif imsemmi fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, taz-zokkor aċċettat għall-intervent qabel l-10 ta’ Frar 2006.

    Artikolu 8

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Settembru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).

    (2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 39. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 551/2007 (ĠU L 131, 23.5.2007, p. 7).

    (3)  ĠU L 11, 18.1.2007, p. 4. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) 203/2007 (ĠU L 61, 28.2.2007, p. 3).

    (4)  ĠU L 178, 30.6.2001, p. 48. Ir-Regolament ġie mħassar bir-Regolament (KE) Nru 952/2006.

    (5)  Ara paġna 3 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    (6)  Inkluż il-Kosovo, taħt l-awspiċi tan-Nazzjonijiet Uniti, skond ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1244 ta’ l-10 ta’ Ġunju 1999.

    (7)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1.


    ANNESS I

    L-Istati Membri li għandhom zokkor ta' intervent

    L-Istat Membru

    L-Aġenzija ta’ Intervent

    Il-kwantitajiet miżmuma mill-aġenzija ta' intervent u li huma disponibbli biex jinbiegħu għall-esportazzjoni

    (f'tunnellati)

    Il-Belġju

    Bureau d’intervention et de restitution belge

    Rue de Trèves, 82

    B-1040 Bruxelles

    Tél. (32-2) 287 24 11

    Fax (32-2) 287 25 24

    21 409

    Ir-Repubblika Ċeka

    Státní zemědělský intervenční fond

    Oddělení pro cukr a škrob

    Ve Smečkách 33

    CZ-110 00 PRAHA 1

    Tel.: (420) 222 87 14 27

    Fax: (420) 222 87 18 75

    30 754

    L-Irlanda

    Intervention Section

    on Farm Investment

    Subsidies and storage Division

    Department of Agriculture & Food

    Johnstown Castle Estate

    Wexford

    Tel. (00 353) 536 34 37

    Fax (00 353) 914 28 43

    12 000

    Spanja

    Fondo Español de Garantia Agraria

    C/Beneficencia, 8

    E-28004 Madrid

    Tel. (34) 913 47 64 66

    Fax (34) 913 47 63 97

    24 084

    L-Italja

    AGEA — Agenzia per le erogazioni in agricoltura

    Ufficio ammassi pubblici e privati e alcool

    Via Torino, 45

    I-00185 Roma

    Tel. (39) 06 49 49 95 58

    Fax (39) 06 49 49 97 61

    322 915

    L-Ungerija

    Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal

    Soroksári út 22–24.

    H-1095 Budapest

    Tel.: (36-1) 219 45 76

    Fax: (36-1) 219 89 05 vagy (36-1) 219 62 59

    100 462

    Is-Slovakkja

    Pôdohospodárska platobná agentúra

    Oddelenie cukru a ostatných komodít

    Dobrovičova 12

    815 26 Bratislava

    Slovenská republika

    Tel.: (421-2) 58 24 32 55

    Fax: (421-2) 53 41 26 65

    34 000

    L-Iżvezja

    Statens jordbruksverk

    Vallgatan 8

    S-551 82 Jönköping

    Tfn (46-36) 15 50 00

    Fax (46-36) 19 05 46

    56 357


    ANNESS II

    Mudell għall-komunikazzjoni lill-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3

    Formola (*)

    Sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid taz-zokkor miżmum mill-aġenziji ta' l-intervent

    Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2007

    1

    2

    3

    4

    5

    L-Istati Membri li jbiegħu z-zokkor ta' intervent

    In-numru ta’ applikanti

    In-numru tal-lott

    Il-kwantità

    (t)

    Rifużjoni fuq l-esportazzjoni

    EUR/100kg

     

    1

     

     

     

     

    2

     

     

     

     

    3

     

     

     

     

    eċċ.

     

     

     


    (*)  Għandha tintbagħat bil-feks fuq in-numru li ġej: +32 2 292 10 34


    ANNESS III

    L-annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(1):

    bil-Bulgaru

    :

    Изнесено с възстановяване съгласно Регламент (ЕО) № 1060/2007

    bl-Ispanjol

    :

    Exportado con restitución en virtud del Reglamento (CE) no 1060/2007

    biċ-Ċek

    :

    Vyvezeno s náhradou podle nařízení (ES) č. 1060/2007

    bid-Daniż

    :

    Eksporteret med restitution i henhold til forordning (EF) nr. 1060/2007

    bil-Ġermaniż

    :

    Mit Erstattung ausgeführt gemäß der Verordnung (EG) Nr. 1060/2007

    bl-Estonjan

    :

    Eksporditud toetusega vastavalt määrusele (EÜ) nr 1060/2007

    bil-Grieg

    :

    Εξαγωγή με επιστροφή σύμφωνα με τον κανονισμό (ΕΚ) αριθ. 1060/2007

    bl-Ingliż

    :

    Exported with refund pursuant to Regulation (EC) No 1060/2007

    bil-Franċiż

    :

    Exporté avec restitution conformément au règlement (CE) no 1060/2007

    bit-Taljan

    :

    Esportato con restituzione ai sensi del regolamento (CE) n. 1060/2007

    bil-Latvjan

    :

    Saskaņā ar Regulu (EK) Nr. 1060/2007 eksportēts, saņemot kompensāciju

    bil-Litwan

    :

    Eksportuota su grąžinamąja išmoka, remiantis Reglamentu (EB) Nr. 1060/2007

    bl-Ungeriż

    :

    Visszatérítéssel exportálva a 1060/2007/EK rendelet szerint

    bil-Malti

    :

    Esportat b'rifużjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 1060/2007

    bl-Olandiż

    :

    Uitgevoerd met restitutie overeenkomstig Verordening (EG) nr. 1060/2007

    bil-Pollakk

    :

    Wywóz objęty refundacją zgodnie z rozporządzeniem (WE) nr 1060/2007

    bil-Portugiż

    :

    Exportado com restituição, nos termos do Regulamento (CE) n.o 1060/2007

    bir-Rumen

    :

    Exportat cu restituire în baza Regulamentului (CE) nr. 1060/2007

    bis-Slovakk

    :

    Vyvezené s náhradou podľa nariadenia (ES) č. 1060/2007

    bis-Sloven

    :

    Izvoženo z nadomestilom v skladu z Uredbo (ES) št. 1060/2007

    bil-Finlandiż

    :

    Viety asetuksen (EY) N:o 1060/2007 mukaisella vientituella

    bl-Iżvediż

    :

    Exporterat med exportbidrag enligt förordning (EG) nr 1060/2007


    ANNESS IV

    Mudell għan-notifika lill-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 6(1)

    Formula (*)

    Sejħa parzjali għall-offerti ta' … … għall-bejgħ mill-ġdid taz-zokkor miżmum mill-aġenziji ta' intervent

    Regolament (KE) Nru 1060/2007

    1

    2

    L-Istati Membri li jbiegħu z-zokkor ta' intervent

    Il-kwantità mibjugħa fil-verità

    (f'tunnellati)

     

     


    (*)  Għandha tintbagħat bil-feks fuq in-numru li ġej: +32 2 292 10 34.


    Top