EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0722

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 722/2007 tal- 25 ta’ Ġunju 2007 li jemenda l-Annessi II, V, VI, VIII, IX u XI tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċerta enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 164, 26.6.2007, p. 7–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/722/oj

26.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 164/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 722/2007

tal-25 ta’ Ġunju 2007

li jemenda l-Annessi II, V, VI, VIII, IX u XI tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċerta enċefalopatija sponġiformi li tinxtered

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001, li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċerta enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċerta enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (EST) fl-annimali. Hija tapplika għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ annimali ħajjin u prodotti ta’ oriġini mill-annimali u f’ċerti każijiet speċifiċi għall-esportazzjoni tagħhom.

(2)

L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula li l-istat ta’ l-enċefalopatija sponġiformi tal-bovini ta’ Stati Membri jew pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom (“pajjiżi jew reġjuni”) għandu jiġi determinat mill-klassifikazzjoni f’waħda minn tliet kategoriji. L-Anness II ta’ dak ir-Regolament jistipula regoli għad-determinazzjoni ta’ l-istat ta’ ESB ta’ pajjiżi jew reġjuni. L-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament jistipula wkoll eżaminazzjoni ulterjuri tal-kategorizzazzjoni Komunitarja tal-pajjiżi wara t-twaqqif ta’ proċedura għall-klassifikazzjoni tal-pajjiżi skond il-kategorija mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-saħħa ta’ l-Annimali (OIE).

(3)

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi r-regoli għall-ġbir u r-rimi ta’ materjali speċifiċi ta’ riskju u l-Anness IX ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali ħajjin, embrijuni, bajd, u prodotti ta’ oriġini mill-annimali.

(4)

Waqt is-Sessjoni Ġenerali ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija għas-saħħa ta’ l-Annimali (OIE) f’Mejju 2005, ġiet adottata proċedura ġdida ssemplifikata bbażata fuq tliet kategoriji għall-klassifikazzjoni tal-pajjiżi skond kemm jinsabu fir-riskju ta’ ESB.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 kien emendat mir-Regolament (KE) Nru 1923/2006 biex jittrasponi lis-sistema ssemplifikata l-ġdida ta’ kategorizzazzjoni fil-leġiżlazzjoni Komunitarja. Wara dik l-emenda, l-Annessi II, V, u IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandhom jiġu emendati biex iqisu s-sistema l-ġdida ta’ kategorizzazzjoni.

(6)

Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-pajjiżi b’konformità ma’ l-Artikolu 5(2) jew (4) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 9 u l-Anness VI ma kinux japplikaw. Fid-dawl tal-fatt li s-sistema l-ġdida ta’ kategorizzazzjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2007 u biex dan l-Anness jiġi allineat mar-regoli applikabbli skond il-miżuri tranżitorji bbażati fuq evidenza xjentifika u bl-emendi li saru lill-Artikoli, l-Anness VI għandu jiġi emendat.

(7)

L-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq u l-esportazzjoni ta’ annimali ħajjin, is-semen, l-embrijuni, bajd u prodotti ta’ oriġini mill-annimali. Il-Kapitolu C ta’ dak l-Anness jistipula l-kundizzjonijiet għall-kummerċ intra-Komunitarju f’ċerti prodotti ta’ oriġini mill-annimali. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom jiġu emendati biex iqisu s-sistema ta’ kategorizzazzjoni l-ġdida.

(8)

Il-Punt 5 tal-Parti D ta’ l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula l-miżuri li jikkonċernaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta’ annimali bovini mwielda u mrobbija fir-Renju Unit qabel l-1 ta’ Awwissu 1996 u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti tal-laħam li ġejjin minn annimali tal-familja taċ-ċriev. Għal raġunijiet ta’ ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali, dawn il-miżuri għandhom jibqgħu japplikaw wara l-1 ta’ Lulju 2007.

(9)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza u konsistenza d-dispożizzjonijiet rigward il-kummerċ intra-Komunitarju u l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi ta’ annimali bovini mwielda u mrobbija fir-Renju Unit qabel l-1 ta’ Awwissu 1996 għandhom jitniżżlu fl-Anness VIII u d-dispożizzjonijiet għall-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-laħam li ġejjin minn annimali tal-familja taċ-ċriev għandhom jitniżżlu fl-Anness IX.

(10)

Il-miżuri tranżitorji li jikkonċernaw materjal ta’ riskju speċifiku li jinsabu fl-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandhom jieqfu japplikaw fir-rigward ta’ kull pajjiż jew reġjun immedjatament wara d-data ta’ l-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar il-klassifikazzjoni ta’ dak il-pajjiż jew reġjun. L-Anness XI għandu għalhekk jitħassar.

(11)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(12)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 huwa emendat kif ġej:

1.

L-Annessi II, V, VI, VIII, IX u XI tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huma emendati skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1923/2006 (ĠU L 404, 30.12.2006, p. 1).


ANNESS

L-Annessi II, V, VI, VIII, IX u XI tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 qiegħed jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS II

DETERMINAZZJONI TA’ L-ISTAT TA’ ESB

KAPITOLU A

Kriterji

L-istat ta’ l-ESB ta’ Stati Membri jew pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom, (minn hawn ‘il quddiem imsejħa ‘pajjiżi jew reġjuni’), għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fil-punti (a) sa (e).

Fil-pajjiżi jew reġjun:

(a)

titwettaq analiżi tar-riskju skond id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu B, li tidentifika l-fatturi potenzjali kollha ta’ okkorrenza ta’ ESB u l-perspettiva storika tagħhom fil-pajjiż jew reġjun;

(b)

tinsab fis-seħħ sistema ta’ sorveljanza u monitoraġġ kontinwu ta’ l-ESB marbutin b’mod partikolari mar-riskji deskritti fil-Kapitolu B u li jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi ta’ sorveljanza stipulati fil-Kapitolu D;

(ċ)

jinsab fis-seħħ u għaddej programm ta’ għarfien għall-veterinarji, il-bdiewa, u l-ħaddiema involuti fit-trasport, il-kummerċjalizzazzjoni u l-qtil ta’ annimali bovini, biex jitħeġġeġ ir-rappurtar tal-każijiet kollha li juru sinjali kliniċi konsistenti ma’ l-ESB f’sotto-popolazzjonijiet fil-mira kif definit fil-Kapitolu D ta’ dan l-Anness;

(d)

jinsab fis-seħħ obbligu li ssir notifika u li jkunu investigati l-annimali bovini kollha li juru sinjali kliniċi konsistenti ma’ l-ESB;

(e)

l-eżami tal-moħħ jew tessuti oħra miġbura fi ħdan il-qafas tas-sistema tas-sorveljanza u monitoraġġ imsemmi fil-punt (b) jitwettaq f’laboratorju approvat.

KAPITOLU B

Analiżi tar-riskju

1.   L-istruttura ta’ l-analiżi tar-riskju

L-analiżi tar-riskju għandha tinkludi analiżi tar-rilaxx u analiżi ta’ l-espożizzjoni.

2.   Analiżi tar-rilaxx (sfida esterna)

2.1.

L-analiżi tar-rilaxx għandha tikkonsisti fl-analiżi tal-probabilità li l-aġent ta’ l-ESB jew ġie introdott fil-pajjiż jew reġjun permezz ta’ kommoditajiet potenzjalment ikkontaminati b’aġent ESB, jew huwa diġà preżenti fil-pajjiż jew reġjun.

Għandhom jitqiesu l-fatturi ta’ riskju li ġejjin:

(a)

il-preżenza jew l-assenza ta’ l-aġent ta’ l-ESB fil-pajjiż jew reġjun u, jekk l-aġent huwa preżenti, il-prevalenza tiegħu bbażata fuq ir-riżultat ta’ attivitajiet ta’ sorveljanza;

(b)

il-produzzjoni ta’ ikel minn laħam u għadam imfarrak jew gambal minn popolazzjoni ruminanti indiġena ta’ l-ESB;

(ċ)

ikel b’laħam u għadam imfarrak jew gambal importati;

(d)

annimali bovini, ovini u kaprini importati;

(e)

għalf għall-annimali u ingredjenti ta’ l-għalf importati;

(f)

prodotti importati ta’ oriġini ruminanti għall-konsum mill-bniedem, li seta’ kien fihom tessuti elenkati fil-punt 1 ta’ l-Anness V u li setgħu ġew mitmugħa lill-annimali bovini;

(g)

prodotti importati ta’ oriġini ruminanti għal użu in vivo fl-annimali bovini.

2.2.

Għandhom jitqiesu fit-twettiq ta’ l-analiżi tar-rilaxx skemi speċjali ta’ eradikazzjoni, sorveljanza u investigazzjonijiet epidemjoloġiċi oħrajn (speċjalment sorveljanza għal ESB li saret fuq il-popolazzjoni ta’ l-annimali bovini) rilevanti għall-fatturi tar-riskju elenkati fil-punt 2.1.

3.   Analiżi ta’ l-espożizzjoni

L-analiżi ta’ l-espożizzjoni għandha tikkonsisti f’analiżi tal-probabilità ta’ l-espożizzjoni ta’ l-annimali bovini għall-aġent ta’ l-ESB, billi jitqies dan li ġej:

(a)

riċiklaġġ u amplifikazzjoni ta’ l-aġent ta’ l-ESB permezz ta’ konsum minn annimali bovini ta’ ikel b’laħam u għadam imfarrak, jew gambal ta’ oriġini ruminanti jew għalf jew ingredjenti ta’ l-għalf oħrajn ikkontaminati b’dawn;

(b)

l-użu ta’ karkassi ruminanti (inklużi minn stokk li miet), prodotti sekondarji u skart tal-biċċerija, il-parametri tal-proċessi ta’ rendiment u l-metodi ta’ manifattura ta’ l-għalf ta’ l-annimali;

(ċ)

it-tmigħ jew le ta’ ruminanti b’ikel b’laħam u għadam imfarrak u gambal li ġejjin minn ruminanti, inklużi miżuri ta’ inter-kontaminazzjoni ta’ għalf ta’ l-annimali;

(d)

il-livell ta’ sorveljanza għall-ESB li saret fuq il-popolazzjoni ta’ l-annimali bovini sa dakinhar u r-riżultati ta’ dik is-sorveljanza.

KAPITOLU C

Definizzjoni tal-kategoriji

I.   PAJJIŻ JEW REĠJUN B’RISKJU FTIT LI XEJN TA’ ESB

Pajjiż jew reġjun:

(1)

fejn tkun twettqet analiżi tar-riskju konformi mal-Kapitolu B biex jiġu identifikati l-fatturi ta’ riskju storiċi u eżistenti;

(2)

li wera li ttieħdu miżuri speċifiċi xierqa għall-perjodu taż-żmien rilevanti definiti hawn isfel għall-ġestjoni ta’ kull riskju identifikat;

(3)

li wera li s-sorveljanza tat-Tip B tinsab fis-seħħ, b’konformità mal-Kapitolu D, u l-mira tal-punti rilevanti, skond it-Tabella 2 tiegħu ntlaħqu; u

(4)

li hu:

(a)

jew fis-sitwazzjoni li ġejja:

(i)

fil-pajjiż jew reġjun ma kien hemm l-ebda każ ta’ l-ESB, jew, intwera li kull każ ta’ ESB kien importat u nqered kompletament;

(ii)

mexa mal-kriterji fil-punti (c), (d) u (e) tal-Kapitolu A ta’ dan l-Anness għal mill-inqas seba’ snin, u

(iii)

intwera f’livell xieraq ta’ kontroll u verifika li għal ta’ l-anqas tmien snin la ikel b’laħam u għadam imfarrak u lanqas gambal li ġew minn ruminanti ma ġew mitmugħa lil ruminanti;

(b)

jew fis-sitwazzjoni li ġejja:

(i)

kien hemm każ indiġenu ta’ ESB jew iktar fil-pajjiż jew reġjun imma kull każ indiġenu ta’ ESB nibet iktar minn 11-il sena ilu;

(ii)

mexa mal-kriterji fil-punti (c) (d) u (e) tal-Kapitolu A għal mill-inqas seba’ snin;

(iii)

intwera f’livell xieraq ta’ kontroll u verifika li għal ta’ l-anqas tmien snin la ikel b’laħam u għadam imfarrak u lanqas gambal li ġew minn ruminanti ma ġew mitmugħa lil ruminanti;

(iv)

l-annimali li ġejjin, jekk ħajjin fil-pajjiż jew reġjun, huma identifikati b’mod permanenti, u ċ-ċaqliq tagħhom ikkontrollat, u, meta jinqatlu jew mal-mewt, jinqerdu kompletament:

kull każ ta’ ESB,

l-annimali bovini kollha, matul l-ewwel sena ta’ ħajjithom, li trabbew mal-każijiet ta’ ESB matul l-ewwel sena ta’ ħajjithom, u li l-investigazzjoni wriet li kkonsmaw l-istess għalf potenzjalment ikkontaminat matul dak il-perjodu, jew

jekk ir-riżultati ta’ l-investigazzjoni msemmija fit-tieni inċiż ma jkunux konklussivi, l-annimali bovini kollha mweldin fl-istess merħla mal-każijiet ta’ l-ESB u fi żmien 12-il xahar minn meta rriżultaw il-każijiet ta’ l-ESB.

II.   PAJJIŻ JEW REĠJUN B’RISKJU KKONTROLLAT TA’ ESB

Pajjiż jew reġjun

(1)

fejn tkun twettqet analiżi tar-riskju bbażata fuq it-tagħrif tal-Kapitolu B biex jiġu identifikati l-fatturi ta’ riskju storiċi u eżistenti;

(2)

li wera li ttieħdu miżuri xierqa għall-ġestjoni tar-riskji identifikati, imma dawk il-miżuri ma tteħdux għall-perjodu taż-żmien rilevanti;

(3)

li wera li s-sorveljanza tat-Tip A tinsab fis-seħħ, b’konformità mal-Kapitolu D, u l-miri tal-punti rilevanti, skond it-Tabella 2 ntlaħqu. Is-sorveljanza tat-Tip B tista’ tieħu post is-sorveljanza tat-Tip A ladarba l-punti fil-miri rilevanti jkunu ntlaħqu; u

(4)

li hu:

(a)

jew fis-sitwazzjoni li ġejja:

(i)

fil-pajjiż jew reġjun ma kien hemm l-ebda każ ta’ ESB, jew, kwalunkwe każ ta’ ESB intwera li kien importat u nqered kompletament, mexa mal-kriterji fil-punti (c), (d) u (e) tal-Kapitolu A, u dan jista’ jintwera permezz ta’ livell xieraq ta’ kontroll u verifika li la ikel b’laħam u għadam imfarrak u lanqas gambal li ġej minn ruminanti ma ntema’ lil ruminanti,

(ii)

mexa mal-kriterji fil-punti (c) (d) u (e) tal-Kapitolu A għal perjodu ta’ mhux inqas minn seba’ snin, u/jew

(iii)

ma jistax jintwera li kontrolli fuq it-tmigħ ta’ ikel b’laħam u għadam imfarrak jew gambal li ġejjin minn ruminanti lil ruminanti ilhom fis-seħħ għal tmien snin;

(b)

jew fis-sitwazzjoni li ġejja:

(i)

fil-pajjiż jew reġjun ma kien hemm l-ebda każ indiġenu ta’ ESB, jew, mexa mal-kriterji fil-punti (c) (d) u (e) tal-Kapitolu A, u dan jista’ jintwera permezz ta’ livell xieraq ta’ kontroll u verifika li la ikel b’laħam u għadam imfarrak jew gambal li ġej minn ruminanti ma ġew mitmugħa lil ruminanti,

(ii)

mexa mal-kriterji fil-punti c) sa e) tal-Kapitolu A ta’ dan l-Anness għal perjodu ta’ mhux inqas minn seba’ snin; u/jew

(iii)

ma jistax jintwera li kontrolli fuq it-tmigħ ta’ ikel b’laħam u għadam imfarrak jew gambal ġejjin minn ruminanti lil ruminanti ilhom fis-seħħ għal tmien snin,

(iv)

l-annimali li ġejjin, jekk ħajjin fil-pajjiż jew reġjun, huma identifikati b’mod permanenti, u ċ-ċaqliq tagħhom ikkontrollat, u, meta jinqatlu jew mal-mewt, jinqerdu kompletament:

kull każ ta’ ESB, u

l-annimali bovini li, matul l-ewwel sena ta’ ħajjithom, trabbew mal-każijiet ta’ ESB matul l-ewwel sena ta’ ħajjithom, u li l-investigazzjoni wriet li kkonsmaw l-istess għalf potenzjalment ikkontaminat matul dak il-perjodu, jew

jekk ir-riżultati ta’ l-investigazzjoni msemmija fit-tieni inċiż ma jkunux konklussivi, l-annimali bovini kollha mweldin fl-istess merħla mal-każijiet ta’ l-ESB u fi żmien 12-il xahar minn meta rriżultaw każijiet ta’ l-ESB.

III.   PAJJIŻ JEW REĠJUN B’RISKJU INDETERMINAT TA’ ESB

Pajjiż jew reġjun li għalih id-determinazzjoni ta’ l-istat ta’ ESB ma kinitx konkluża, jew li ma tilħaqx il-kundizzjonijiet li jridu jiġu sodisfatti mill-pajjiż jew reġjun biex ikun ikklassifikat f’wieħed mill-kategoriji l-oħra.

KAPITOLU D

Rekwiżiti minimi ta’ sorveljanza

1.   Tipi ta’ sorveljanza

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Sorveljanza tat-Tip A

L-applikazzjoni tat-Tip A se tippermetti s-sejbiet ta’ ESB bi prevalenza prevista (1) ta’ mill-inqas każ kull 100 000 fil-popolazzjoni adulta ta’ l-annimali bovini fil-pajjiż jew reġjun ikkonċernat, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %;

(b)

Sorveljanza tat-Tip B

L-applikazzjoni tat-Tip B se tippermetti s-sejbiet ta’ ESB bi prevalenza prevista ta’ mill-inqas każ kull 50 000 fil-popolazzjoni adulta ta’ l-annimali bovini fil-pajjiż jew reġjun ikkonċernat, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %.

Is-sorveljanza tat-Tip B tista’ titwettaq mill-pajjiżi jew reġjuni fi stat ta’ riskju ftit li xejn ta’ ESB biex jikkonfermaw il-konklużjonijiet ta’ l-analiżi tar-riskju, per eżempju billi juru l-effettività tal-miżuri li jnaqqsu kull fattur ta’ riskju identifikat, permezz ta’ sorveljanza mmirata biex timmassimizza l-probabilità ta’ identifikazzjoni ta’ nuqqasijiet ta’ miżuri bħal dawn.

Is-sorveljanza tat-Tip B għandha titwettaq mill-pajjiżi jew ir-reġjuni fi stat ta’ riskju kkontrollat ta’ ESB, wara l-ilħuq tal-punti rilevanti bl-użu ta’ sorveljanza tat-Tip A, biex iżomm il-fiduċja fl-għarfien miksub permezz ta’ sorveljanza tat-Tip A.

Għall-fini ta’ dan l-Anness, l-erba’ sotto-popolazzjonijiet ta’ annimali bovini ġew identifikati għal finijiet ta’ sorveljanza:

(a)

annimali bovini ta’ età ta’ iktar minn 30 xahar li qegħdin juru sinjali kliniċi jew ta’ mġiba konsistenti ma’ l-ESB (suspetti kliniċi);

(b)

annimali bovini ta’ età ta’ iktar minn 30 xahar li ma jkunux ambulatorji, mimduda, mhux kapaċi jqumu fuq riġlejhom jew jimxu mingħajr għajnuna; annimali bovini ta’ età ta’ iktar minn 30 xahar mibgħuta għal qatla ta’ emerġenza jew b’osservazzjonijiet anormali fi spezzjoni ante-mortem (qatla ta’ emerġenza jew mewt aċċidentali);

(ċ)

annimali bovini ta’ età ta’ iktar minn 30 xahar li jinstabu mejta jew maqtula fir-razzett, waqt it-trasport jew f’biċċerija (stokk li miet);

(d)

annimali bovini ta’ età ta’ iktar minn 36 xahar fi qtil ta’ rutina.

2.   Strateġija ta’ sorveljanza

2.1.

L-istrateġija ta’ sorveljanza għandha titfassal b’tali mod li tiżgura li l-kampjuni jkunu rappreżentattivi tal-merħla tal-pajjiż jew reġjun, u jinkludi l-konsiderazzjoni ta’ fatturi demografiċi bħat-tip ta’ produzzjoni u l-lok ġeografiku, u l-influwenza possibbli ta’ prattiċi kulturalment uniċi ta’ trobbija. L-approċċ użat u l-assunzjonijiet li saru għandhom ikunu dokumentati fis-sħiħ, u d-dokumentazzjoni tinżamm għal seba’ snin.

2.2.

Biex tiġi implimentata l-istrateġija ta’ sorveljanza ta’ l-ESB, pajjiż għandu juża reġistri dokumentati jew stimi affidabbli tat-tqassim ta’ l-età tal-popolazzjoni ta’ l-annimali bovini adulti u l-għadd ta’ annimali bovini ittestjati għall-ESB maqsuma skond l-età u s-sottopopolazzjoni fi ħdan il-pajjiż jew reġjun.

3.   Valuri tal-punti u miri tal-punti

Kampjuni ta’ sorveljanza jridu jilħqu l-miri tal-punti stabbiliti fit-tabella 2, abbażi tal-‘valuri tal-punti’ ffissati fit-Tabella 1. Is-suspetti kliniċi kollha għandhom jiġu investigati, irrispettivament mill-għadd tal-punti akkumulati. Pajjiż għandu jiġbor kampjuni ta’ mill-inqas tlieta mill-erba’ sottopopolazzjonijiet. Il-punti totali għall-kampjuni miġbura għandhom jiġu akkumulati matul il-perjodu ta’ massimu ta’ seba’ snin konsekuttivi biex tintlaħaq il-mira ta’ l-għadd ta’ punti. L-akkumulazzjoni totali tal-punti għandha tkun perjodikament imqabbla ma’ l-għadd fil-mira tal-punti għal pajjiż jew reġjun.

Tabella 1

Il-valuri tal-punti ta’ sorveljanza miġbura mill-annimali fil-kategorija ta’ l-età u sottopopolazzjoni

Sottopopolazzjoni ta’ sorveljanza

Qatla ta’ rutina (2)

Stokk li miet (3)

Qatla aċċidentali (4)

Suspett kliniku (5)

Età ≥ sena u < sentejn

0,01

0,2

0,4

N/A

Età ≥ sentejn u < 4 snin (adult żgħir)

0,1

0,2

0,4

260

Età ≥ 4 snin u < 7 snin (adult tan-nofs)

0,2

0,9

1,6

750

Età ≥ 7 snin u < 9 snin (adult ixjeħ)

0,1

0,4

0,7

220

Età ≥ 9 snin (xjuħ)

0,0

0,1

0,2

45


Tabella 2

Miri tal-punti għal daqsijiet differenti ta’ popolazzjonijiet ta’ annimali bovini adulti f’pajjiż jew reġjun

Miri tal-punti għall-pajjiżi jew reġjuni

Daqs tal-popolazzjoni ta’ l-annimali bovini adulti

(24 xahar u ixjeħ)

Sorveljanza tat-Tip A

Sorveljanza tat-Tip B

≥ 1 000 000

300 000

150 000

800 000 – 1 000 000

240 000

120 000

600 000 – 800 000

180 000

90 000

400 000 – 600 000

120 000

60 000

200 000 – 400 000

60 000

30 000

100 000 – 200 000

30 000

15 000

50 000 – 100 000

15 000

7 500

25 000 – 50 000

7 500

3 750

4.   Miri speċifiċi

Fi ħdan kull waħda mis-sottopopolazzjonijiet f’pajjiż jew reġjun, pajjiż jista’ jkollu fil-mira annimali bovini identifikabbli bħala importati minn pajjiżi jew reġjuni fejn instabet l-ESB u l-annimali bovini li kkonsmaw għalf potenzjalment ikkontaminat minn pajjiżi jew reġjuni fejn instabet l-ESB.

5.   Il-mudell ta’ sorveljanza ta’ l-ESB

Pajjiż jista’ jagħżel li juża l-mudell BSurvE kollu jew metodu alternattiv ibbażat fuq il-mudell BSurvE biex jistima l-preżenza/prevalenza ta’ ESB tiegħu.

6.   Iż-żamma tas-sorveljanza

Ladarba l-miri tal-punti jkunu ntlaħqu, u sabiex jitkompla jiġi kklassifikat l-istat ta’ pajjiż jew reġjun bħala ta’ riskju ta’ ESB kkontrollat jew ta’ ftit li xejn, is-sorveljanza tista’ titnaqqas għal sorveltjanza tat-Tip B (sakemm l-indikaturi kollha jibqgħu pożittivi). Madankollu, biex titkompka l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu, trid titkompla sorveljanza annwali kontinwa biex tinkludi ta’ l-inqas tlieta mill-erba’ sottopopolazzjonijiet preskritti. Barra minn hekk, l-annimali bovini kollha suspettati klinikament li huma infettati bl-ESB għandhom jiġu investigati irrispettivament mill-għadd tal-punti akkumulati. Is-sorveljanza annwali f’pajjiż jew reġjun wara l-ilħuq tal-miri tal-punti mitluba, m’għandux ikun inqas mill-ammont mitlub għal wieħed minn sebgħa tat-total tal-mira tas-sorveljanza tat-Tip B.”

(2)

L-Anness V qiegħed jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS V

MATERJAL RISKJUŻ SPEĊIFIKAT

1.   Definizzjoni ta’ materjal riskjuż speċifikat

It-tessuti li ġejjin għandhom ikunu kklassifikati bħala materjal ta’ riskju speċifikat jekk jiġu minn annimali li l-oriġini tagħhom huwa fi Stat Membru jew pajjiż terz jew f’wieħed mir-reġjun tagħhom b’riskju ta’ ESB ikkontrollat jew mhux determinat:

(a)

fir-rigward ta’ annimali bovini

(i)

il-kranju ħlief ix-xedaq u inklużi l-moħħ u l-għajnejn, u n-nerv tas-sinsla ta’ annimali li għandhom iktar minn 12-il xahar;

(ii)

il-kolonna vertebrali ħlief il-vertebri tad-denb, l-apofisi tas-sinsla u t-trasversi tal-vertebri ċervikali, toraċiċi u tal-ġenbejn u l-krinjiera sakrali medjana u l-ġnub tas-sakrali, imma inklużi l-gangliji ta’ l-ispina tal-bovini li għandhom iktar minn 24 xahar; u

(iii)

it-tunsilli, l-imsaren mid-duwodenu sar-rektum u l-mindil tal-bovini ta’ kull età.

(b)

fir-rigward ta’ annimali ovini u kaprini

(i)

il-kranju inkluż il-moħħ u l-għajnejn, it-tunsilli, in-nerv tas-sinsla ta’ annimali ta’ età ta’ aktar minn 12-il xahar jew li għandhom is-sinna ta’ quddiem li ħarġet mill-ħanek, u

(ii)

il-milsa u l-ilju ta’ annimali ta’ kull età.

2.   Deroga għall-Istati Membri

Bħala deroga mill-punt 1, it-tessuti elenkati f’dak il-punt li l-oriġini tagħhom huwa minn Stati Membri b’riskju ftit li xejn ta’ ESB għandu jibqa’ jitqies bħala materjal riskjuż speċifikat.

3.   Markament u rimi

Materjal riskjuż speċifikat għandu jittebba’ biż-żebgħa jew, kif ikun xieraq, jiġi mmarkat b’mod ieħor, immedjatament mat-tneħħija, u jintrema skond id-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, u b’mod partikolari fl-Artikolu 4(2) tiegħu.

4.   It-tneħħija ta’ materjal riskjuż speċifikat

4.1.

Il-materjal riskjuż speċifikat għandu jitneħħa fi:

(a)

biċċeriji, jew, kif xieraq, postijiet oħra ta’ qtil;

(b)

impjanti tat-tqattigħ, fil-każ tal-kolonna vertebrali ta’ l-annimali bovini;

(ċ)

fejn xieraq, f’impjanti intermedji msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jew utenti u ċentri ta’ ġbir awtorizzati u rreġistrati skond l-Artikolu 23(2)(c)(iv), (vi) u (vii) tar-Regolament (KE) Nru 1744/2002.

4.2.

Bħala deroga mill-punt 4.1., l-użu ta’ test alternattiv għat-tneħħija ta’ marterjal riskjuż speċifikat jista’ jiġi awtorizzat bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

it-testijiet iridu jitwettqu f’biċċeriji fuq kull annimal eliġibbli għat-tneħħija ta’ materjal riskjuż speċifikat;

(b)

l-ebda prodotti bovini, ovini jew kaprini maħsuba għall-konsum tal-bniedem jew għall-għalf ta’ l-annimali ma jista’ jitlaq mill-biċċerija qabel ma l-awtorità kompetenti tkun irċeviet u aċċettat ir-riżultati tat-testijiet fuq kull annimal maqtul potenzjalment ikkontaminat jekk ġiet ikkonfermata l-ESB f’wieħed minnhom;

(ċ)

meta test alternattiv jagħti riżultat pożittiv, kull materjal bovin, ovin u kaprin li hu potenzjalment ikkontaminat fil-biċċerija jinqered skond il-punt 3, sakemm kull parti tal-ġisem inkluża l-ġilda ta’ l-annimal affettwat ma jkunx jista’ jiġi identifikat u miżmum separatament.

4.3.

B’deroga mill-punt 4.1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jippermettu:

(a)

it-tneħħija tan-nerv tas-sinsla ta’ annimali ovini u kaprini f’impjanti tat-tqattigħ awtorizzati speċifikament biex jagħmlu dan;

(b)

it-tneħħija tal-kolonna vertebrali bovina minn karkassi jew partijiet ta’ karkassi fil-ħwienet tal-laħam awtorizzati, immonitorizzati u rreġistrati speċifikatament, għal din il-fini;

(ċ)

il-ġbir tal-laħam tar-ras minn annimali bovini f’impjanti tat-tqattigħ speċifikatament awtorizzati għal din il-fini skond id-dispożizzjonijiet stipulati fil-punt 9.

4.4.

Ir-regoli dwar it-tneħħija ta’ materjal riskjuż speċifikat stipulat f’dan il-Kapitolu ma għandux japplika għal materjali tal-Kategorija 1 kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 użati taħt is-superviżjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti għat-tmigħ ta’ speċi protetti u fil-periklu ta’ għasafar nekrofaġi.

5.   Miżuri li jikkonċernaw laħam separat mekkanikament

Madankollu d-deċiżjonijiet individwali msemmija fl-Artikolu 5(2), u b’deroga mill-Artikolu 9(3), għandu jkun ipprojbit fl-Istati Membri kollha li jintużaw għadam jew qatgħat bl-għadam ta’ annimali bovini, ovini u kaprini għall-produzzjoni ta’ laħam separat mekkanikament.

6.   Miżuri li jikkonċernaw il-laċerazzjoni tat-tessuti

Madankollu d-deċiżjonijiet individwali msemmija fl-Artikolu 5(2), u b’deroga mill-Artikolu 8(3), fl-Istati Membri kollha, sakemm l-Istati Membri jkunu klassifikati bħala pajjiżi b’riskju ftit li xejn ta’ ESB, laċerazzjoni ta’ tessut nervuż ċentrali permezz ta’ strument forma ta’ virga mtawla introdotta fil-kavità tal-kranju wara stordament għandu jkun ipprojbit f’annimali bovini, ovini jew kaprini li laħamhom huwa maħsub għall-konsum mill-bniedem jew mill-annimali.

7.   Il-ġbir ta’ ilsna minn annimali bovini

Ilsna ta’ annimali bovini ta’ kull età maħsuba għall-konsum mill-bniedem jew mill-annimali għandhom jinħażnu fil-biċċerija b’munqar maqtugħ b’mod trażversali għall-proċess ta’ l-ilsien ta’ l-għadma basihyoid.

8.   Il-ħażna ta’ laħam bovin tar-ras

8.1.

Il-laħam tar-ras ta’ annimali bovini ta’ età ta’ iktar minn 12-il xahar għandhom jinħażnu f’biċċeriji, skond sistema ta’ kontroll, rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti, biex tkun żgurata l-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni possibbli tal-laħam tar-ras b’tessut tas-sistema nervuża ċentrali. Is-sistema għandha tinkludi għall-inqas id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-ħażna għandha ssir f’parti ddedikata apposta, fiżikament separata mill-partijiet l-oħra tal-linja tal-qtil;

(b)

fejn l-irjus jitneħħew mit-trasportatur jew mill-ganċi qabel jinħażen il-laħam tar-ras, it-toqba tat-tir fuq quddiem u l-foramen magnum għandhom ikunu ssiġillati b’tapp impermeabbli u li jdum. Meta tinġabar l-istemma tal-moħħ għall-eżami fil-laboratorju għall-ESB, il-foramen magnum għandu jkun issiġillat immedjatament wara dak il-ġbir;

(ċ)

ma għandux jinħażen laħam tar-ras minn irjus fejn l-għajnejn ikunu miksurin jew mitlufin eżatt qabel, jew wara l-qtil, jew li jkunu miksurin b’tali mod li jista’ jirriżulta f’kontaminazzjoni tar-ras mat-tessut nervuż ċentrali;

(d)

laħam tar-ras ma għandux jinħażen minn irjus li ma ġewx issiġillati sew skond it-tieni inċiż;

(e)

bla ħsara għar-regoli ġenerali dwar l-iġjene, l-istruzzjonijiet speċifiċi ta’ ħidma għandhom ikunu fis-seħħ biex ma jitħalliex li jkun hemm kontaminazzjoni tal-laħam tar-ras waqt il-ħażna, b’mod partikolari fil-każ meta s-siġill imsemmi fit-tieni inċiż jintilef jew l-għajnejn jinkisru matul l-attività;

(f)

għandu jkun fis-seħħ pjan ta’ ġbir ta’ kampjuni bl-użu ta’ test f’laboratorju adatt biex jinstab it-tessut tas-sistema nervuża ċentrali ħalli jiġi vverifikat li l-miżuri għat-tnaqqis tal-kontaminazzjoni jkunu implimentati sew.

8.2.

B’deroga mir-rekwiżiti tal-punt 8.1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li fil-biċċerija japplikaw sistema ta’ kontroll alternattiva għall-ħażna ta’ laħam bovin tar-ras, li jwassal għal tnaqqis ekwivalenti fil-livell ta’ kontaminazzjoni ta’ laħam tar-ras b’tessut tas-sistema nervuża ċentrali. Għandu jkun fis-seħħ pjan ta’ ġbir ta’ kampjuni bl-użu ta’ test f’laboratorju adatt biex jinstab it-tessut tas-sistema nervuża ċentrali biex jiġi vverifikat li l-miżuri għat-tnaqqis tal-kontaminazzjoni jkunu implimentati sew. L-Istati Membri li jużaw din id-deroga għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fil-qafas tal-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali bis-sistema tal-kontroll tagħhom u r-riżultati tal-ġbir tal-kampjuni.

8.3.

Jekk l-ħażna ssir mingħajr ma titneħħa r-ras bovina mit-trasportatur jew mill-ganċi, il-punti 8.1 u 8.2 ma għandhomx japplikaw.

9.   Il-ħażna ta’ laħam bovin tar-ras f’impjanti tat-tqattigħ awtorizzati

B’deroga mill-punt 8, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jippermettu l-ħażna ta’ laħam tar-ras minn bovini f’impjanti tat-tqattigħ awtorizzati speċifikatament għal din il-fini sakemm id-dispożizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:

(a)

l-irjus maħsuba għat-trasport għall-impjant tat-tqattigħ għandhom ikunu sospiżi fuq xtilliera matul il-perjodu tal-ħażna u t-trasport mill-biċċerija għall-impjant tat-tqattigħ;

(b)

it-toqba tat-tir fuq quddiem u l-foramen magnum għandhom ikunu ssiġillati sew b’tapp impermeabbli u li jdum qabel ma jinġarru mit-traportatur jew il-ganċi għall-ixtillieri. Meta tinġabar l-istemma tal-moħħ għall-eżami f’laboratorju għall-ESB, il-foramen magnum għandu jkun issiġillat immedjatament wara dak il-ġbir;

(ċ)

l-irjus li ma ġewx issiġillati sew skond il-punt (b), fejn l-għajnejn jinkisru jew jintilfu eżatt qabel jew wara l-qatla jew li nkisru b’mod ieħor li jista’ jirriżulta f’kontaminazzjoni tal-laħam tar-ras b’tessut nervuż ċentrali għandu jkun eskluż mit-trasport għall-impjanti tat-tqattigħ awtorizzat speċifikatament;

(d)

għandu jkun fis-seħħ pjan ta’ ġbir ta’ kampjuni għall-biċċerija bl-użu ta’ test f’laboratorju adatt biex jinstab it-tessut tas-sistema nervuża ċentrali biex tiġi vverifikata l-implimentazzjoni xierqa tal-miżuri għat-tnaqqis tal-kontaminazzjoni;

(e)

il-ħażna ta’ laħam tar-ras għandha ssir skond sistema ta’ kontroll, rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti, biex tiġi żgurata l-prevenzjoni ta’ kontaminazzjoni possibbli ta’ laħam tar-ras. Is-sistema għandha mill-inqas tinkludi:

(i)

l-irjus kollha għandhom ikunu ċċekkjati b’mod viżwali għal sinjali ta’ kontaminazzjoni jew ħsara u li s-siġill sar sew qabel ma tibda l-ħażna tal-laħam tar-ras;

(ii)

il-laħam tar-ras ma għandux ikun mill-irjus li ma ġewx issiġillati sew, fejn l-għajnejn huma miksurin jew li nkisru b’xi mod ieħor li jista’ jwassal għall-kontaminazzjoni tal-laħam tar-ras b’tessut nervuż ċentrali. Il-laħam tar-ras ukoll ma għandu jinħażen minn ebda ras fejn il-kontaminazzjoni minn irjus bħal dawn ikun suspettuż;

(iii)

bla ħsara għar-regoli ġenerali dwar l-iġjene, l-istruzzjonijiet speċifiċi ta’ ħidma għandhom ikunu fis-seħħ biex ma jitħalliex li jkun hemm kontaminazzjoni tal-laħam tar-ras waqt it-trasport u l-ħażna, b’mod partikolari meta s-siġill jintilef jew l-għajnejn jinkisru matul l-attività;

(f)

għandu jkun fis-seħħ pjan ta’ ġbir ta’ kampjuni għall-impjant tat-tqattigħ bl-użu ta’ test f’laboratorju adatt biex jinstab it-tessut tas-sistema nervuża ċentrali biex jiġi vverifikat li l-miżuri għat-tnaqqis tal-kontaminazzjoni jkunu implimentati sew.

10.   Regoli dwar il-kummerċ u t-trasport

10.1.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu li jintbagħtu rjus ta’ karkassi mhux maqlugħa li fihom ikun hemm materjal riskjuż speċifikat lil Stat Membru ieħor wara li dak l-Istat Membru jkun qabel li jirċievi l-materjal u approva l-kundizzjonijiet tad-dispaċċ u t-trasport.

10.2.

B’deroga mill-punt 10.1, karkassi, nofs karkassi jew nofs karkassi maqtugħa f’mhux iktar minn tliet qatgħat bl-ingrossa, u kwarti li ma fihom l-ebda materjal riskjuż speċifikat ħlief għall-kolonna vertebrali, inkluża l-ganglija ta’ l-għerq dorsali, jistgħu’ jintbagħtu minn Stat Membru għall-ieħor mingħajr il-qbil minn qabel ta’ dan ta’ l-aħħar.

10.3.

Esportazzjonijiet barra mill-Komunità ta’ rjus u laħam frisk ta’ annimali bovini, ovini jew kaprini li fihom materjali riskjużi speċifikati għandhom ikunu pprojbiti.

11.   Kontrolli

11.1.

L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali frekwenti biex jivverifikaw l-applikazzjoni korretta ta’ dan l-Anness u għandhom jiżguraw li l-miżuri jittieħdu biex tiġi evitata kull kontaminazzjoni, partikolarment f’biċċeriji, impjanti tat-tqattigħ jew postijiet oħra fejn il-materjal riskjuż speċifikat jitneħħa, bħall-ħwienet tal-laħam jew stabbilimenti msemmija fil-punt 4.1.(c).

11.2.

L-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jwaqqfu sistema biex jiżguraw u jikkontrollaw li l-materjal riskjuż speċifikat ikun ittrattat u mormi skond ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 u r-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

11.3.

Għandha tiġi stabbilita sistema ta’ kontroll għat-tneħħija tal-kolonna vertebrali kif speċifikat fil-punt 1(a). Is-sistema għandha tinkludi għall-inqas il-miżuri li ġejjin:

(a)

meta t-tneħħija tal-kolonna vertebrali mhix meħtieġa, il-karkassi jew il-qatgħat bl-ingrossa ta’ karkassi ta’ annimali bovini li fihom il-kolonna vertebrali għandhom ikunu identifikati bi strixxa blu li tidher b’mod ċar fuq it-tabella msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000;

(b)

tagħrif speċifiku fuq l-għadd ta’ karkassi bovini jew qatgħat bl-ingrossa ta’ karkassi, li t-tneħħija tal-kolonna vertebrali minnhom hija meħtieġa kif ukoll in-numru meta t-tneħħija tal-kolonna vertebrali minnhom mhix meħtieġa, għandu jiddaħħal fuq id-dokument kummerċjali li għandu x’jaqsam mal-konsenji tal-laħam. Fejn ikun applikabbli, it-tagħrif speċifiku għandu jiżdied mad-dokument imsemmi fl-Artikolu 2 (1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 (*) fil-każ ta’ importazzjonijiet;

(ċ)

il-ħwienet tal-laħam għandhom iżommu, għal ta’ l-inqas sena, id-dokumenti kummerċjali msemmija fil-(b).

(*)  ĠU L 21, 28.1.2004, p. 11.”"

(3)

L-Anness VI qiegħed jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS VI

PRODOTTI TA’ ORIĠINI MILL-ANNIMALI LI ĠEW MINN JEW LI FIHOM MATERJALI RUMINANTI, KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 9(1)”

(4)

L-Anness VIII qiegħed jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-Kapitolu A qiegħed jiġi emendat kif ġej:

(i)

It-titolu tal-Parti I qiegħed jinbidel b’dan li ġej:

“I.   

Il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-annimali ovini u kaprini u semen u embrijuni tagħhom”

(ii)

Il-Parti II qiegħda tinbidel b’dan li ġej:

“II.   Il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-annimali bovini

Ir-Renju Unit għandu jiżgura li annimali bovini mwielda jew imrobbija fit-territorju tiegħu qabel l-1 ta’ Awwissu 1996 ma jintbagħtux mit-territorju tiegħu lejn Stati Membri jew pajjiżi terzi oħrajn.”

(b)

il-Kapitolu C qiegħed jinbidel b’dan li ġej:

“KAPITOLU C

Kundizzjonijiet għal kummerċ intra-Komunitarju f’ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali

TAQSIMA A:

prodotti

Il-prodotti li ġejjin li joriġinaw mill-annimali huma eżenti mill-projbizzjoni msemmija fl-Artikolu 16(3), sakemm ikunu derivati minn annimali bovini, ovini u kaprini li jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-Taqsima B:

laħam frisk

laħam ikkapuljat

preparazzjonijiet tal-laħam

prodotti tal-laħam

TAQSIMA B

rekwiżiti

Il-prodotti msemmija fit-Taqsima A jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-annimali minn fejn ġew il-prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini ma ġewx mitmugħa ikel b’laħam u għadam imfarrak jew gambal li ġew minn ruminanti u għaddew mill-ispezzjonijiet ante-mortem u post-mortem;

(b)

l-annimali minn fejn ġew il-prodotti li oriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini ma nqatlux wara li ġew storduti permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali jew maqtula bl-istess metodu jew maqtula b’laċerazzjoni wara stordament tat-tessut nervuż ċentrali permezz ta’ strument forma ta’ virga mtawla mdaħħal fil-kavità kranjali;

(c)

il-prodotti ta’ oriġini minn annimali bovini, ovini u kaprini mhumiex ġejjin minn:

(i)

materjal ta’ riskju speċifikat kif definit fl-Anness V,

(ii)

tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tat-tneħħija ta’ l-għadam, u

(iii)

laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta’ annimali bovini, ovini jew kaprini; ”

(5)

L-Anness IX huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Kapitolu A qiegħed jitħassar;

(b)

Il-Kapitoli B, C u D qegħdin jinbidlu b’dan li ġej:

“KAPITOLU B

Importazzjoni ta’ l-annimali bovini

TAQSIMA A

Importazzjonijiet minn pajjiż jew reġjun b’riskju ftit li xejn ta’ ESB

Importazzjonijiet ta’ annimali bovini minn pajjiż jew reġjun b’riskju ftit li xejn ta’ ESB għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali li jattesta li:

(a)

l-annimali twieldu u trabbew f’pajjiż jew reġjun ikklassifikat skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 bħala pajjiż jew reġjun li ftit li xejn jimponi riskju ta’ ESB;

(b)

l-annimali huma identifikati b’sistema ta’ identifikazzjoni permanenti li tippermettilhom li jiġu ntraċċati lura għall-omm u l-merħla ta’ l-oriġini, u mhumiex annimali bovini esposti kif deskritt fil-Kapitolu C, parti I, punt 4) b) iv) ta’ l-Anness II u;

(ċ)

jekk kien hemm każijiet indiġeni ta’ ESB fil-pajjiż ikkonċernat, l-annimali twieldu wara d-data minn meta l-projbizzjoni fuq l-għalf ta’ ruminanti b’ikel b’laħam u għadam imfarrak u gambal li jiġu minn ruminanti bdiet tiġi effettivament infurzata jew wara d-data tat-twelid ta’ l-aħħar każ indiġenu ta’ ESB jekk twieldu wara d-data tal-projbizzjoni fuq l-għalf.

TAQSIMA B

Importazzjonijiet minn pajjiż jew reġjun b’riskju kkontrollat ta’ ESB

Importazzjonijiet ta’ annimali bovini minn pajjiż jew reġjun b’riskju kkontrollat ta’ ESB għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali li jattesta li:

(a)

il-pajjiż jew reġjun huwa kklassifikat skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 bħala pajjiż jew reġjun li jimponi riskju kkontrollat ta’ ESB;

(b)

l-annimali huma identifikati b’sistema ta’ identifikazzjoni permanenti li tippermettilhom li jiġu intraċċati lura għall-omm u l-merħla ta’ l-oriġini, u mhumiex annimali bovini esposti kif deskritt fil-Kapitolu C, Parti II, punt 4) b) iv) ta’ l-Anness II;

(ċ)

l-annimali twieldu wara d-data minn meta l-projbizzjoni fuq l-għalf ta’ ruminanti b’ikel b’laħam u għadam imfarrak u gambal li jiġu minn ruminanti bdiet tiġi effettivament infurzata jew wara d-data tat-twelid ta’ l-aħħar każ indiġenu ta’ ESB jekk twieldu wara d-data tal-projbizzjoni fuq l-għalf.

TAQSIMA C

Importazzjonijiet minn pajjiż jew reġjun b’riskju indeterminat ta’ ESB

Importazzjonijiet ta’ annimali bovini minn pajjiż jew reġjun b’riskju indeterminat ta’ ESB għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali li jattesta li:

(a)

il-pajjiż jew reġjun ma ġiex ikkategorizzat skond l-Artikolu 5 (2) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jew ġie kkategorizzat bħala pajjiż jew reġjun b’riskju indeterminat ta’ ESB;

(b)

l-annimali huma identifikati b’sistema ta’ identifikazzjoni permanenti li tippermettilhom li jiġu intraċċati lura għall-omm u l-merħla ta’ l-oriġini, u mhumiex bovini esposti kif deskritt fil-Kapitolu C, parti II, punt 4) b) iv) ta’ l-Anness II;

(ċ)

l-annimali twieldu ta’ l-inqas sentejn wara d-data minn meta l-projbizzjoni fuq l-għalf ta’ ruminanti b’ikel b’laħam u għadam imfarrak li jiġu minn ruminanti bdiet tiġi effettivament infurzata jew wara d-data tat-twelid ta’ l-aħħar każ indiġenu ta’ ESB jekk twieldu wara d-data tal-projbizzjoni fuq l-għalf.

KAPITOLU C

Importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini jew kaprini

TAQSIMA A

prodotti

Il-prodotti li oriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini li ġejjin, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**) elenkati hawn taħt għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati fit-Taqsimiet B, C u D skond il-kategorija ta’ riskju ta’ ESB tal-pajjiż ta’ l-oriġini:

laħam frisk

laħam ikkapuljat u preparazzjonijiet tal-laħam

prodotti tal-laħam

grass ipproċessat ta’ l-annimali

residwi u

ġelatina.

TAQSIMA B

Importazzjonijiet minn pajjiż jew reġjun b’riskju ftit li xejn ta’ ESB

Importazzjonijiet ta’ prodotti ta’ annimali bovini, ovini u kaprini msemmija fit-Taqsima A minn pajjiż jew reġjun b’riskju ftit li xejn ta’ ESB għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali li jattesta li:

(a)

il-pajjiż jew reġjun huwa kklassifikat skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 bħala pajjiż jew reġjun li jimponi riskju kkontrollat ta’ ESB;

(b)

l-annimali minn fejn ġew il-prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini twieldu, trabbew kontinwament u nqatlu fil-pajjiż b’riskju ftit li xejn ta’ ESB u għaddew mill-ispezzjonijiet ante-mortem u post-mortem;

(ċ)

jekk fil-pajjiż jew reġjun kien hemm każijiet indiġeni ta’ ESB:

(i)

l-annimali twieldu wara d-data minn meta bdiet tiġi infurzata l-projbizzjoni fuq l-għalf ta’ ruminanti b’ikel b’laħam u għadam imfarrak u gambal li ġejjin minn ruminanti, jew

(ii)

il-prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini ma fihomx u mhumiex ġejjin minn materjali riskjużi speċifikati kif definit fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, jew laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta’ annimali bovini, ovini jew kaprini.

TAQSIMA C

Importazzjonijiet minn pajjiż jew reġjun b’riskju kkontrollat ta’ ESB

1.

Importazzjonijiet ta’ prodotti ta’ annimali bovini, ovini u kaprini msemmija fit-Taqsima A minn pajjiż jew reġjun b’riskju kkontrollat ta’ ESB għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali li jattesta li:

(a)

il-pajjiż jew reġjun huwa kklassifikat skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 bħala pajjiż jew reġjun li jimponi riskju kkontrollat ta’ ESB;

(b)

l-annimali minn fejn ġew il-prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini għaddew mill-ispezzjonijiet ante-mortem u post-mortem;

(ċ)

annimali minn fejn ġew il-prodotti li oriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini destinati għall-esportazzjoni ma nqatlux wara li ġew storduti permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali jew maqtula bl-istess metodu jew maqtula b’laċerazzjoni wara stordament tat-tessut nervuż ċentrali permezz ta’ strument forma ta’ virga mtawla mdaħħal fil-kavità kranjali;

(d)

il-prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini ma fihomx u mhumiex ġejjin minn materjal riskjuż speċifikat kif definit fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, jew laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta’ annimali bovini, ovini jew kaprini.

2.

B’deroga mill-punt 1(d), jistgħu jiġu importati karkassi, nofs karkassi jew nofs karkassi maqtugħa f’mhux iktar minn tliet qatgħat bl-ingrossa, u kwarti li ma fihom l-ebda materjal riskjuż speċifikat ħlief għall-kolonna vertebrali, inkluża l-ganglija ta’ l-għerq dorsali.

3.

Meta t-tneħħija tal-kolonna vertebrali mhix meħtieġa, il-karkassi jew il-qatgħat bl-ingrossa ta’ karkassi ta’ annimali bovini li fihom il-kolonna vertebrali għandhom ikunu identifikati bi strixxa blu fuq it-tabella msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000.

4.

L-għadd ta’ karkassi bovini jew qatgħat bl-ingrossa ta’ karkassi, li t-tneħħija tal-kolonna vertebrali minnhom hija meħtieġa kif ukoll l-għadd li t-tneħħija tal-kolonna vertebrali minnhom mhix meħtieġa għandhom jiżdiedu mad-dokument msemmi fl-Artikolu 2 (1) tar-Regolament (KE) Nru 136/2004 f’każ ta’ importazzjonijiet.

TAQSIMA D

Importazzjonijiet minn pajjiż jew reġjun b’riskju indeterminat ta’ ESB

1.

Importazzjonijiet ta’ prodotti ta’ annimali bovini, ovini u kaprini msemmija fit-Taqsima A minn pajjiż jew reġjun b’riskju indeterminat ta’ ESB, għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali li jattesta li:

(a)

l-annimali minn fejn ġew il-prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini ma ġewx mitmugħa ikel b’laħam u għadam imfarrak jew gambal li ġew minn ruminanti u għaddew mill-ispezzjonijiet ante-mortem u post-mortem;

(b)

l-annimali minn fejn ġew il-prodotti li oriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini ma nqatlux wara li ġew storduti permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali jew maqtula bl-istess metodu jew maqtula b’laċerazzjoni wara stordament tat-tessut nervuż ċentrali permezz ta’ strument forma ta’ virga mtawla mdaħħal fil-kavità kranjali;

(ċ)

il-prodotti ta’ oriġini minn annimali bovini, ovini u kaprini mhumiex ġejjin minn:

(i)

materjal riskjuż speċifikat kif definit fl-Anness V;

(ii)

tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tat-tneħħija ta’ l-għadam;

(iii)

laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta’ annimali bovini, ovini jew kaprini.

2.

B’deroga mill-punt 1(c), jistgħu jiġu importati karkassi, nofs karkassi jew nofs karkassi maqtugħa f’mhux iktar minn tliet qatgħat bl-ingrossa, u kwarti li ma fihom l-ebda materjal riskjuż speċifikat ħlief għall-kolonna vertebrali, inkluża l-ganglija ta’ l-għerq dorsali.

3.

Meta t-tneħħija tal-kolonna vertebrali mhix meħtieġa, il-karkassi jew il-qatgħat bl-ingrossa ta’ karkassi ta’ annimali bovini li fihom il-kolonna vertebrali għandhom ikunu identifikati bi strixxa blu viżibbli b’mod ċar fuq it-tabella msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000.

4.

Tagħrif speċifiku fuq l-għadd ta’ karkassi bovini jew qatgħat bl-ingrossa ta’ karkassi, li t-tneħħija tal-kolonna vertebrali minnhom hija meħtieġa u li t-tneħħija tal-kolonna vertebrali minnhom mhix meħtieġa għandhom jiżdiedu mad-dokument msemmi fl-Artikolu 2 (1) tar-Regolament (KE) Nru 136/2004 f’każ ta’ importazzjonijiet.

KAPITOLU D

L-importazzjonijiet ta’ prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti ipproċessati li ġejjin minnhom li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini

TAQSIMA A

Prodotti sekondarji mill-annimali

Dan il-Kapitolu għandu japplika għall-prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti ipproċessati li ġejjin minnhom li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini li ġejjin kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002:

grass ipproċessat

ikel għall-annimali domestiċi

prodotti tad-demm

il-proteini ta’ l-annimali pproċessati

għadam u prodotti mill-għadam

materjal ta’ kategorija 3 u

ġelatina.

TAQSIMA B

Importazzjonijiet ta’ prodotti pproċessati ta’ prodotti sekondarji mill-annimali li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini msemmija fit-Taqsima A għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali li jattesta li:

(a)

il-prodott sekondarju mill-annimali ma fihx u mhux ġej minn materjal riskjuż speċifikat kif definit fl-Anness V jew laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta’ annimali bovini, ovini jew kaprini;

(b)

l-annimali minn fejn ġie dan il-prodott sekondarju mill-annimali, ma nqatlux wara li ġew storduti permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali jew maqtula bl-istess metodu jew maqtula b’laċerazzjoni tat-tessut nervuż ċentrali permezz ta’ strument forma ta’ virga mtawla mdaħħal fil-kavità kranjali;

jew

(ċ)

il-prodott sekondarju mill-annimali ma fihx u mhux ġej minn materjali bovini, ovini u kaprini ħlief dawk li ġejjin minn annimali li twieldu, trabbew kontinwament u nqatlu f’pajjiż jew reġjun ikklassifikat skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 bħala pajjiż jew reġjun li ftit li xejn jimponi riskju ta’ ESB.

(**)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55; verżjoni kkoreġuta (ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22).”"

(ċ)

Il-Kapitolu F qiegħed jinbidel b’dan li ġej:

“KAPITOLU F

Importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw minn annimali mill-familja taċ-ċriev selvaġġi jew imrobbija fl-irziezet

1.

Meta l-laħam frisk, il-kapuljat, il-preparazzjonijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam kif definiti mir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li ġejjin minn annimali mill-familja taċ-ċriev imrobbija fl-irziezet, ikunu importati fil-Komunità mill-Kanada jew l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, iċ-ċertifikati tas-saħħa għandhom ikunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni ffirmata mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż tal-produzzjoni, li tgħid dan li ġej:

“Dan il-prodott fih jew ġej esklussivament minn laħam, esklużi l-ġewwieni u n-nerv tas-sinsla, ta’ annimali mill-familja taċ-ċriev imrobbija f’irziezet li ġew eżaminati għall-marda tat-tnewwin kroniku b’metodi istopatoloġiċi, immunoistokimiċi jew metodi dijanjostiċi oħrajn rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti b’riżultati negattivi u mhux ġej minn annimali li ġejjin minn merħla fejn il-marda tat-tnewwin kroniku ġiet ikkonfermata jew hija uffiċjalment suspettata.”

2.

Meta l-laħam frisk, il-kapuljat, il-preparazzjonijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam kif definiti mir-Regolament (KE) Nru 853/2004, li ġejjin minn annimali mill-familja taċ-ċriev selvaġġi, ikunu importati fil-Komunità mill-Kanada jew l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, iċ-ċertifikati tas-saħħa għandhom ikunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni ffirmata mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż tal-produzzjoni, li tgħid dan li ġej:

“Dan il-prodott fih jew ġej esklussivament minn laħam, esklużi l-ġewwieni u n-nerv tas-sinsla, ta’ annimali mill-familja taċ-ċriev selvaġġi li ġew eżaminati għall-marda tat-tnewwin kroniku b’metodi istopatoloġiċi, immunoistokimiċi jew metodi dijanjostiċi oħrajn rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti b’riżultati negattivi u mhux ġej minn annimali li ġejjin minn reġjun fejn il-marda tat-tnewwin kroniku ġiet ikkonfermata fl-aħħar tliet snin jew hija uffiċjalment suspettata.””

(d)

Il-Kapitolu G qiegħed jitħassar.

(6)

L-Anness XI qiegħed jitħassar.


(1)  Prevalenza prevista hija użata biex tiddetermina d-daqs ta’ stħarriġ ta’ test espress f’termini ta’ punti ta’ mira. Jekk il-prevalenza effettiva tkun ikbar mill-prevalenza prevista magħżula, l-istħarriġ x’aktarx ħafna li jsib marda.

(2)  annimali bovini ta’ età ta’ iktar minn 36 xahar fi qtil ta’ rutina.

(3)  annimali bovini ta’ età ta’ iktar minn 30 xahar li jinstabu mejta jew maqtula fir-razzett, waqt it-trasport jew f’biċċerija (stokk li miet).

(4)  annimali bovini ta’ età ta’ iktar minn 30 xahar li ma jkunux ambulatorji, mimduda u li ma jkunux kapaċi jqumu fuq riġlejhom jew jimxu mingħajr għajnuna; annimali bovini ta’ età ta’ iktar minn 30 xahar mibgħuta għal qatla ta’ emerġenza jew b’osservazzjonijiet fi spezzjoni ante-mortem (qatla ta’ emerġenza jew mewt aċċidentali).

(5)  annimali bovini ta’ età ta’ iktar minn 30 xahar li qegħdin juru sinjali kliniċi jew ta’ mġiba konsistenti ma’ l-ESB (suspetti kliniċi).


Top