This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R0645
Commission Regulation (EC) No 645/2007 of 12 June 2007 fixing the final complementary quantity of raw cane sugar originating in the ACP States and India for supply to refineries for the 2006/2007 marketing year
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 645/2007 tat- 12 ta’ Ġunju 2007 li jiffissa l-kwantità komplementarja finali għaz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat fl-Istati ta’ l-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (AKP) u fl-Indja għall-provvista fir-raffineriji għas-sena tal-kummerċ 2006/2007
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 645/2007 tat- 12 ta’ Ġunju 2007 li jiffissa l-kwantità komplementarja finali għaz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat fl-Istati ta’ l-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (AKP) u fl-Indja għall-provvista fir-raffineriji għas-sena tal-kummerċ 2006/2007
ĠU L 151, 13.6.2007, p. 19–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2007
13.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 151/19 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 645/2007
tat-12 ta’ Ġunju 2007
li jiffissa l-kwantità komplementarja finali għaz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat fl-Istati ta’ l-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (AKP) u fl-Indja għall-provvista fir-raffineriji għas-sena tal-kummerċ 2006/2007
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 318/2006 ta’ l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u partikolarment it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 29(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 29(4) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jistipula li, matul is-snin tal-kummerċ 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009, u sabiex tkun żgurata provvista adegwata lir-raffineriji Komunitarji, id-dazji fuq l-importazzjoni fuq kwantità komplementarja ta’ l-importazzjonijiet taz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat li joriġinaw fl-Istati msemmija fl-Anness VI ta’ dak ir-Regolament, għandhom jiġu sospiżi. |
(2) |
Dik il-kwantità komplementarja għandha tiġi kkalkulata skond l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta’ Ġunju 2006 li jistipula regoli dettaljati ta’ applikazzjoni għas-snin tal-kummerċ 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 għall-importazzjoni u r-raffinar tal-prodotti taz-zokkor skond ċerti kwoti tariffarji u ftehimiet preferenzjali (2), fuq bażi ta’ previżjoni Komunitarja eżawrjenti ta’ bilanċ ta’ provvista għaz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat. |
(3) |
Għas-sena tal-kummerċ 2006/2007, il-bilanċ jindika l-ħtieġa li tiġi impurtata kwantità komplementarja taz-zokkor tal-kannamieli għar-raffinament ta’ 334 025 tunnellata f’ekwivalenti ta’ zokkor abjad sabiex tkun tista’ tintlaħaq il-provvista għar-raffineriji Komunitarji. Din il-kwantità komplementarja tinkludi stima ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni fl-aħħar xhur tas-sena tal-kummerċ 2006/2007, li jikkonċernaw importazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1100/2006 tas-17 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi għas-snin tal-kummerċ 2006/07, 2007/08 u 2008/09, regoli dettaljati għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għaz-zokkor tal-kannamieli għar-raffinament, li joriġina fil-pajjiżi l-inqas żviluppati, kif ukoll regoli dettaljati li japplikaw għall-importazzjoni ta’ prodotti ta’ l-intestatura tariffarja 1701 li joriġinaw fil-pajjiżi l-inqas żviluppati (3). |
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2006 tat-18 ta’ Awwissu 2006 li jiffissa l-kwantità komplementarja taz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat li joriġina mill-Istati AKP u l-Indja għall-provvista lir-raffineriji matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Lulju 2006 sat-30 ta’ Settembru 2007 (4) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 92/2007 tat-30 ta’ Jannar 2007 li jiffissa kwantità komplementarja għaz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat li joriġina mill-Istati AKP u l-Indja għall-provvista lir-raffineriji għas-sena tal-kummerċ 2006/2007 (5), diġà jiffissaw kwantitajiet komplementari ta’ 82 500 tunnellata u 120 000 tunnellata rispettivament. Għalhekk huwa xieraq li tiġi stabbilita l-kwantità finali ta’ zokkor komplementari ta’ 131 525 tunnellata għas-sena tal-kummerċ 2006/2007. |
(5) |
Provvista adegwata lir-raffineriji tista’ tkun iggarantita biss jekk il-ftehimiet tradizzjonali ta’ l-esportazzjoni bejn il-pajjiżi benefiċjarji jiġu rispettati. Għalhekk huwa meħtieġ tqassim bejn il-pajjiżi benefiċjarji jew il-grupp ta’ pajjiżi. Għall-Indja, infetħet kwantità ta’ 6 000 tunnellata biex b’hekk il-kwantità totali għas-sena tal-kummerċ 2006/2007 għall-Indja issa hija ta’ 22 000 tunnellata, li hija meqjusa kwantità għat-trasferiment ekonomikament vijabbli. Il-kwantitajiet li jibqa’ għandhom jiġu stabbiliti għall-Istati AKP, li flimkien impenjaw ruħhom li jimplimentaw huma stess proċeduri għall-allokazzjoni tal-kwanititajiet sabiex tkun żgurata provvista adegwata lir-raffineriji. |
(6) |
Qabel l-importazzjoni ta’ dan iz-zokkor komplementari, jeħtieġ li r-raffinaturi jagħmlu arranġamenti għall-provvista u l-konsenja mal-pajjiżi benefiċjarji u l-operaturi kummerċjali. Sabiex jingħataw biżżejjed żmien biex jippreparaw l-applikazzjoni għal-liċenzji ta’ importazzjoni, huwa xieraq li d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament ikun previst għad-data tal-pubblikazzjoni tiegħu. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaz-Zokkor, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Minbarra l-kwantitajiet stipulati fir-Regolamenti (KE) Nru 1249/2006 u (KE) Nru 92/2007, kwantità finali ta’ 131 525 tunnellata ta’ zokkor tal-kannamieli mhux raffinat komplementari f’ekwivalenti ta’ zokkor abjad hija stabbilita għas-sena tal-kummerċ 2006/2007:
(a) |
125 525 tunnellata espressi f’ekwivalenti ta’ zokkor abjad li joriġina fl-Istati elenkati fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 minbarra l-Indja; |
(b) |
6 000 tunnellata espressi f’ekwivalenti ta’ zokkor abjad li joriġina fl-Indja. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 371/2007 (ĠU L 92, 3.4.2007, p. 6).
(3) ĠU L 196, 18.7.2006, p. 3.
(4) ĠU L 227, 19.8.2006, p. 22.
(5) ĠU L 22, 31.1.2007, p. 10.