Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0506

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 506/2007 tat- 8 ta’ Mejju 2007 li jimponi rekwiżiti għall-ittestjar u l-informazzjoni fuq l-importaturi jew il-manifatturi ta’ ċerti sustanzi ta’ prijorità skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta’ sustanzi eżistenti Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 119, 9.5.2007, p. 24–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/506/oj

    9.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 119/24


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 506/2007

    tat-8 ta’ Mejju 2007

    li jimponi rekwiżiti għall-ittestjar u l-informazzjoni fuq l-importaturi jew il-manifatturi ta’ ċerti sustanzi ta’ prijorità skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta’ sustanzi eżistenti

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta' Marzu 1993 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji tas-sustanzi eżistenti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-rapporteurs maħtura mill-Istati Membri skond l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 ivvalutaw l-informazzjoni li taw il-manifatturi u l-importaturi dwar ċerti sustanzi ta' prijorità. Wara konsultazzjoni ma’ dawk il-manifatturi u l-importaturi, ir-rapporteurs iddeterminaw li, minħabba raġunijiet ta’ evalwazzjoni tar-riskju, jobbligaw lil dawk il-manifatturi u l-importaturi jagħtu iktar informazzjoni u jagħmlu aktar testijiet.

    (2)

    L-informazzjoni meħtieġa għall-evalwazzjoni tas-sustanzi kkonċernati mhijiex disponibbli mingħand il-manifatturi jew l-importaturi ta’ qabel. Il-manifatturi u l-importaturi ivverifikaw li t-testijiet fuq l-annimali ma jistgħux jiġu sostitwiti jew illimitati bl-użu ta’ metodi oħra.

    (3)

    Għalhekk, huwa xieraq li l-manifatturi u l-importaturi ta’ sustanzi ta' prijorità jintalbu jagħtu iktar informazzjoni u jittestjaw dawn is-sustanzi iktar fil-fond. Il-protokolli ppreżentati mir-rapporteurs lill-Kummissjoni għandhom jintużaw fit-twettiq ta' dawk it-testijiet.

    (4)

    Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 15 tar-Regolament (KEE) Nru 793/93,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-manifatturi u l-importaturi tas-sustanzi elenkati fl-Anness, li ppreżentaw informazzjoni skond ir-rekwiżiti ta’ l-Artikoli 3, 4, 7 u 9 tar-Regolament (KEE) Nru 793/93, għandhom jipprovdu l-informazzjoni u jwettqu t-testijiet indikati fl-Anness u jagħtu r-riżultati lir-rapporteurs relevanti.

    It-testijiet għandhom isiru skond il-protokolli speċifikati mir-rapporteurs.

    Ir-riżultati jridu jiġu mogħtija fil-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Mejju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Stavros DIMAS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 84, 5.4.1993, p.1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).


    ANNESS

    Nru

    Nru ta’ l-Einecs

    Nru tal-CAS

    Isem is-sustanza

    Ir-Rapporteur

    Ir-Rekwiżiti għall-Ittestjar/ l-Informazzjoni

    Il-limitu ta’ żmien mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament

    1.

    237-158-7

    13674-84-5

    Tris(2-chloro-1-methylethyl) (TCPP)

    IE/UK

    studju fuq 2 generazzjonijiet – effetti fuq il-fertilità (OECD 416-B35)

    24 xahar

    Test Comet fuq il-fwied tal-firien ħajjin

    12-il xahar

    Assorbiment perkutanju mill-ġilda tal-bniedem, in vitro, tat-TCPP radjottikkettat, (OECD 428)

    12-il xahar

    2.

    237-159-2

    13674-87-8

    Tris[2-chloro-1-(chloromethyl)ethyl] (TDCP)

    IE/UK

    Studju dwar is-sorzjoni/desorzjoni (test modifikat ta’ l-OECD 106 )

    6 xhur

    3.

    253-760-2

    38051-10-4

    2,2-Bis(chloromethyl) trimethylene bis(bis(2-chloroethyl)phosphate (V6)

    IE/UK

    studju fuq 2 generazzjonijiet – effetti fuq il-fertilità (OECD 416-B35)

    24 xahar

    Assorbiment perkutanju mill-ġilda tal-bniedem, in vitro, tal-V6 (OECD 428)

    12-il xahar

    4.

    202-679-0

    98-54-4

    4-Tert-butylphenol

    NO

    Studju dwar l-effetti fuq l-endokrina tal-ħut (abbozz ta' test )

    18-il xahar

    5.

    202-411-2

    95-33-0

    N-ciclohexilbenzotiazol-2-sulfenamidă

    DE

    Data mkejla mill-ħamrija ta’ mat-tarf tat-triq u -ilmijiet tal-wiċċ li jilqgħu t-tnixxija mit-toroq. Il-prodotti ta’ degradazzjoni li jridu jitkejlu huma it-2-mercaptobenzothiazole, benzothiazole, it-2-benzothiazolone, it-2-methylthiobenzothiazole u it-2-methylbenzothiazole

    4 snin

    Data mkejla fuq skular mil-landfills. Il-prodotti ta’ degradazzjoni li jridu jitkejlu huma it-2-mercaptobenzothiazole, benzothiazole, it-2-benzothiazolone, it-2-methylthiobenzothiazole u it-2-methylbenzothiazole

    4 snin

    Informazzjoni ta’ l-użu u l-espożizzjoni fuq ir-riċiklaġġ tat-tyres, speċjalment fuq artijiet li jintużaw għall-isport li jużaw il-materjal tat-tyres irriċiklat u użi miftuħa simili oħrajn tat-tyres irriċiklati

    4 snin

    6.

    233-118-8

    10039-54-0

    Bis(hidroxilamoniu) sulfat

    DE

    Test tar-riproduzzjoni Daphnia magna (OECD 211)

    3 xhur

    Informazzjoni ta’ esponiment mill-produzzjoni u l-ipproċessar

    3 xhur

    Data tal-letteratura dwar/jew test ta' l-inibizzjoni tar-respirazzjoni bil-ħama attivat (OECD 209)

    3 xhur

    7.

    201-245-8

    80-05-7

    4,4’-izopropilidenedifenol

    UK

    Test tat-tkabbir tal-pjanti terrestri (OECD 208)

    6 xhur

    Test tar-riproduzzjoni ta’ l-enchytraeid (OECD 220)

    6 xhur

    Test tar-riproduzzjoni bi speċi addattata/i ta’ springtail

    6 xhur

    8.

    266-028-2

    65996-93-2

    Żift, qatran, temperatura għolja

    NL

    Test ta’ l-inibizzjoni bil-ħama STP (OECD 209 – C11)

    3 xhur


    Top