This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R0487
Commission Regulation (EC) No 487/2007 of 30 April 2007 amending Regulation (EC) No 2535/2001 laying down detailed rules for applying Council Regulation (EC) No 1255/1999 as regards the import arrangements for milk and milk products and opening tariff quotas
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 487/2007 tat- 30 ta’ April 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti ta’ l-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 487/2007 tat- 30 ta’ April 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti ta’ l-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa
ĠU L 114, 1.5.2007, p. 8–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0760
1.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 114/8 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 487/2007
tat-30 ta’ April 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti ta’ l-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u fil-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 29(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skond l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 (2), il-liċenzji ta' l-importazzjoni għandhom ikunu validi biss għall-kodiċi tal-prodott li jidher fuqhom. L-importazzjoni skond il-kwoti tista' taffronta diffikultajiet fejn il-koeffiċjenti ta' l-allokazzjoni għal kull kodiċi ta' prodott inaqqsu l-kwantitajiet li għalihom ikunu tressqu applikazzjonijiet għal liċenzji. Biex jitħaffef il-kummerċ u biex jiġi ottimizat l-użu tal-kwoti ta' l-importazzjoni, huwa f'loku li l-liċenzji ta' l-importazzjoni jkunu wkoll validi għal kodiċijiet ta' prodotti li jaqgħu taħt l-istess numru tal-kwota, sakemm ikunu suġġetti għall-istess dazju ta' l-importazzjoni. Ġaladarba d-dispożizzjonijiet attwali jistgħu jkollhom l-effett li ma jintużawx kwantitajiet ta' liċenzji ta' l-importazzjoni maħruġa f'Jannar 2007, huwa f'loku li jsir provvediment għall-applikazzjoni retroattiva tad-dispożizzjonijiet il-ġodda. |
(2) |
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli (3), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2002/309/KE, Euratom (4), minn hawn 'il quddiem il-“Ftehim ma' l-Iżvizzera”), jinkludi l-ftuħ ta' kwoti u t-tnaqqis fid-dazji doganali fuq ċerti prodotti tal-ħalib li joriġinaw fl-Iżvizzera. Fl-Anness 3 tiegħu, dwar konċessjonijiet rigward ġobnijiet, il-punt 1 jipprovdi għal-liberalizzazzjoni sħiħa tal-kummerċ bilaterali fil-ġobnijiet mill-1 ta' Ġunju 2007 'l quddiem, wara perjodu tranżitorju ta' ħames snin. |
(3) |
Il-Ftehim ma' l-Iżvizzera għandu l-għan li jsaħħaħ ir-relazzjonijiet ta' kummerċ liberu bejn il-Partijiet billi gradwalment jelimina l-ostakli li jaffettwaw il-parti l-kbira tal-kummerċ bejniethom. Il-kummerċ bilaterali fil-ġobnijiet mill-1 ta' Ġunju 2007 mhu se jibqa' suġġett għall-ebda kwota. Għaldaqstant, u ġaladarba l-kummerċ fil-ġobnijiet bejn il-Komunità u l-Iżvizzera jinvolvi kwantitajiet kbar u valur kummerċjali għoli, huwa f'loku li l-garanzija fuq il-liċenzji ta' l-importazzjoni għall-ġobnijiet li joriġinaw fl-Iżvizzera titnaqqas sostanzjalment. |
(4) |
Wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005 tas-27 ta' Ottubru 2005 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (5), tħassru l-kodiċijiet tan-NM 0406 90 02 sa 0406 90 06. L-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għaldaqstant safa żejjed, u għandu jitħassar ukoll. |
(5) |
L-Anness II tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda dwar preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli li sar abbażi ta' l-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (6), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/138/KE (7), jipprovdi għall-ftuħ ta' kwota tat-tariffi annwali għal ċerti prodotti tal-ħalib. Għandhom jiġu adattati skond dan il-Kapitolu I tat-Titolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 u l-Anness I tiegħu. |
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
(7) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 3(2), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Madankollu, fejn il-liċenzji jinħarġu taħt kwoti tat-tariffi ta' l-importazzjoni msemmija fil-Kapitolu I u s-Sezzjoni 2 tal-Kapitolu III tat-Titolu 2, għandhom ikunu validi għall-kodiċijiet kollha tan-NM li jaqgħu taħt l-istess numru tal-kwota, sakemm id-dazju ta' l-importazzjoni applikat ikun identiku.” |
(2) |
Fl-Artikolu 4, għandu jitħassar il-paragrafu (3); |
(3) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
Fl-Artikolu 13(2), it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej: “Madankollu, fil-każ tal-kwoti msemmija fl-Artikolu 5(c) sa (f), (h) u (i), l-applikazzjonijiet għal-liċenzji għandhom jinvolvu talanqas 10 tunnellati, u mhux aktar mill-kwantità disponibbli għal kull perjodu.” |
(5) |
Fl-Artikolu 19, għandu jiżdied il-punt (h) li ġej:
|
(6) |
L-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:
|
(7) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
(8) |
L-Anness II.D għandu jinbidel bit-test fl-Anness III ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2007.
Madankollu, l-Artikolu 1(1) għandu japplika għal-liċenzji maħruġa mill-1 ta' Jannar 2007, u l-Artikolu 1(3)(b), (4), (5) u (7)(b) għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 30 ta’ April 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).
(2) ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2020/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 54).
(3) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.
(4) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1.
(5) ĠU L 286, 28.10.2005, p. 1.
(7) ĠU L 61, 28.2.2007, p. 28.
ANNESS I
“I.F
KWOTA TAT-TARIFFI TAĦT L-ANNESS II TAL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ U L-IŻVIZZERA DWAR IL-KUMMERĊ FI PRODOTTI AGRIKOLI
Kwota numru |
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni |
Dazju doganali |
Kwota Mill-1 ta' Lulju sa-30 ta' Ġunju f'tunnellati |
09.4155 |
ex 0401 30 |
Krema, ta' kontenut xaħmi ta' piż li jaqbeż is-6 % |
eżenzjoni |
2 000 ” |
ex 0403 10 |
Yoghurt – bla togħma miżjuda, u mingħajr frott jew kawkaw miżjud |
ANNESS II
“I.I
KWOTI TAT-TARIFFI TAĦT L-ANNESS II TAL-FTEHIM MA' L-IŻLANDA APPROVAT BID-DEĊIŻJONI 2007/138/KE
Kwota annwali mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju
Numru tal-kwota |
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni (*) |
Dazju applikabbli (% ta' l-MFN) |
Kwantitajiet (tunnellati) |
||
Kwantità annwali |
Mill-1.7.2007 sal-31.12.2007 |
Kwantità kull semestru mill-1.1.2008 |
||||
09.4205 |
0405 10 11 0405 10 19 |
Butir naturali |
Eżenzjoni |
350 |
262 |
175 |
09.4206 |
ex 0406 10 20 (**) |
“Skyr” |
Eżenzjoni |
380 |
285 |
190 |
(*) Minkejja r-regoli ta' l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, id-diċitura tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandha titqies li għandha valur indikattiv biss, ġaladarba, fil-kuntest ta' dan l-Anness, l-arranġamenti preferenzjali għandhom jiġu ddeterminati mill-kopertura tal-kodiċijiet tan-NM. Fejn hemm referenza għall-kodiċijiet tan-NM, l-applikabbiltà ta' l-arranġamenti preferenzjali tiġi ddeterminata abbażi tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni li tikkorrispondi għaliha, meħudin flimkien.
(**) Il-kodiċi tan-NM hija suġġetta għat-tibdil, fl-istennija tal-konferma tal-klassifika tal-prodott”
ANNESS III
“II. D
DAZJU MNAQQAS SKOND L-ANNESSI II U III TAL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ U L-IŻVIZZERA DWAR IL-KUMMERĊ FI PRODOTTI AGRIKOLI
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni |
Dazju doganali (EUR/100 kg piż nett) mill-1 ta’ Ġunju 2007 |
0402 29 11 ex 0404 90 83 |
Ħalib speċjali, għat-trabi (1), f'kontenituri ermetikament issiġillati, ta' kontenut nett li ma jaqbiżx 500 g, b'kontenut ta' xaħam, bil-piż, li jeċċedi l-10 % |
43,80 |
0406 |
Ġobon u baqta |
eżenzjoni |
(1) ‘Ħalib speċjali għat-trabi’ tfisser prodotti ħielsa minn mikrobi patoġeniċi u li fihom anqas minn 10 000 batterji aerobiċi u anqas minn żewġ batterji koliformi kull gramma”