Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0439

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 439/2007 ta’ l- 20 ta’ April 2007 li jimplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/526/KE dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Komunità Ewropea min-naħa waħda, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra

ĠU L 104, 21.4.2007, p. 20–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 56M, 29.2.2008, p. 315–320 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/439/oj

29.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

315


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 439/2007

ta’ l-20 ta’ April 2007

li jimplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/526/KE dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Komunità Ewropea min-naħa waħda, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/526/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolamenti Finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2),

Billi:

(1)

Id-Deċizjoni 2006/526/KE (minn hawn 'il quddien “id-Deċiżjoni”) tirrikjedi li l-Kummissjoni tadotta dispożizzjonijiet implimentattivi li jikkonċernaw it-Tieni Parti tad-Deċiżjoni b'konsultazzjoni mill-qrib mal-Gvern Awtonomu ta' Greenland u l-Gvern tad-Danimarka fil-qafas tal-proċedura ta' patenarjat.

(2)

Id-dispożizzjonijiet adottati mill-Kummissjoni skond l-artikolu 9 tad-Deċiżjoni għandhom ikunu konsistenti mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja soda, ta’ sħubija, ta’ komplementarità u ta’ sussidjarjetà u għandhom jassiguraw ir-responsabbiltà tal-Gvern Awtononu ta' Greenland għall-proċess ta’ l-iżvilupp kif ukoll monitoraġġ adegwat u kontroll mill-istess Gvern Awtonomu ta' Greenland u mill-Kummissjoni.

(3)

Skond l-Artikolu 11(2) tad-Deċiżjoni u fid-dawl tal-ħtiġijiet speċifiċi u l-kapaċitajiet tal-Gvern Awtonomu ta' Greenland u l-mod kif jamministra n-nefqa pubblika, għandha tingħata assistenza finanzjarja bħala appoġġ baġitarju.

(4)

Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet mill-Gvern Awtonomu ta' Greenland u l-Kummissjoni għall-preparazzjoni u l-adozzjoni tad-Dokument ta' Ipprogrammar indikattiv għall-Iżvilupp Sostenibbli ta' Greenland imsemmi f'Artikolu 6 tad-Deċiżjoni u għall-implimentazzzjoni, l-insegwitu, l-evalwazzjoni, ir-reviżjoni u r-rapportar tiegħu. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikopru l-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni f’dawk l-attivitajiet.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament kienu soġġetti għal konsultazzjoni mal-Gvern Awtonomu ta' Greenland u l-Gvern tad-Danimarka.

(6)

Il-miżuri stabbiliti f'dan il-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar Greenland stabbilit mill-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sustanza tas-suġġett

Ir-Regolament jistipula l-proċeduri għall-ipprogrammar, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, ir-reviżjoni u l-evalwazzjoni ta' l-assistenza finanzjarja tal-Komunità lil Greenland amministrata mill-Kummissjoni mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013, skond id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2006/526/KE u r-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 2

Il-komplementarità u l-patenarjat

1.   L-ipprogrammar, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, ir-reviżjoni u l-evalwazzjoni ta' l-appoġġ għandhom isiru b'konsultazzjoni mill-qrib bejn il-Gvern Awtonomu ta' Greenland, il-Gvern tad-Danimarka u l-Kummissjoni.

2.   Il-Gvern Awtonomu ta' Greenland għandu jassigura li l-awtoritajiet lokali u s-soċjetà ċivili jkunu kkonslutati b'mod adegwat waqt il-proċess ta' l-ipprogrammar.

3.   Il-Gvern Awtonomu ta' Greenland, il-Gvern tad-Danimarka u l-Kummissjoni għandhom jippromovu l-koordinazzjoni u l-konsistenza bejn miżuri meħuda minħabba dan ir-Regolament, miżuri meħuda b'kontribuzzjonijiet mill-EDF u mill-operat li sar mill-Bank Ewropew ta' l-Investiment (BEI) min-naħa waħda, u mill-kontribuzzjonijiet mill-Gvern tad-Danimarka min-naħa l-oħra.

Artikolu 3

L-ipprogrammar

1.   L-operat iffinanzjat minn assistenza finanzjarja tal-Komunità fil-qafas tad-Deċiżjoni għandhom ikunu pprogrammati mill-aktar fis possibbli wara li jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament permezz ta' l-adozzjoni ta' Dokument ta' Programmar għall-Iżvilupp Sostenibbli ta' Greenland (minn hawn 'il quddiem “PDSD”) strutturat skond il-mudell fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-Gvern Awtonomu ta' Greenland għandu jipprepara proposta għall-PDSD wara konsultazzjonijiet ma’ dawk kollha li għandhom interess fil-proċess ta’ l-iżvilupp, u għandu jassimila l-lezzjonijiet meħuda u l-aħjar prattiċi.

Il-proposta għall-PDSD għandha tkun adattata għall-ħtiġijiet taċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' Greenland. tipprijoritizza l-attivitajiet u tibni sens ta' responsabbiltà lokali għall-programmi ta' kooperazzjoni.

Il-proposta għandha tingħata lill-Kummissjoni mhux iktar tard minn tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.   L-abbozz tal-PDSD għandu jkun is-suġġett ta' skambji ta' opinjonijiet bejn il-Gvern Awtonomu ta' Greenland, il-Gvern tad-Danimarka u l-Kummissjoni, bil-kunsidrazzjoni tar-responsabbilità tal-Kummissjoni fir-rigward ta' l-istrateġija ta' rispons.

Il-Gvern Awtonomu ta' Greenland għandu jipprovdi l-informazzjoni neċessarja kollha, inklużi r-riżultati ta’ kwalunkwe studju fattibbli, sabiex l-istima ta' l-abbozz tal-PDSD mill-Kummissjoni tkun kemm jista’ jkun effettiva.

Kull diverġenza bejn l-analiżi tal-Gvern Awtonomu ta' Greenland u l-analiżi tal-Kummissjoni għandha tiġi nnotata.

4.   Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-proposta għall-PDSD, mhux aktar tard minn 30 jum wara li tkun intbgħatet mill-Gvern Awtonomu ta' Greenland, biex tiddetermina jekk għandhiex l-elementi meħtieġa biex tadotta d-deċiżjoni finanzjarja annwali skond l-Artikolu 6(4) tad-Deċiżjoni u jekk il-PDSD hux konsistenti ma' l-għanijiet tad-Deċiżjoni, ma' dan ir-Regolament u ma' l-elementi politiċi rilevanti tal-Komunità.

5.   Il-Gvern Awtonomu ta' Greenland għandu r-responsabbiltà li jiffinalizza l-PDSD. Il-Gvern Awtonomu ta' Greenland u l-Kummissjoni, b'mod konġunt, għandhom ikunu responsabbli biex jadottaw il-PDSD. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-PDSD wara li tkun ingħatat l-opinjoni tal-Kumitat dwar Greenland skond l-Artikolu 10(2) tad-Deċiżjoni.

Artikolu 4

L-implimentazzjoni

1.   In-nefqa fuq l-assistenza finanzjarja għal Greenland skond id-Deċiżjoni għandha ssir mill-Kummisjoni skond ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komuntajiet Ewropej u l-Artikolu 11(3) tad-Deċiżjoni.

2.   Skond l-għan tal-PDSD, ll-impenn ghan-nefqa għandu jiġi wara d-deċiżjoni għall-finanzjament annwali mill-Kummissjoni li jkopri l-appoġġ għall-baġit settorjali, wara ftehim ta' finanzjament konkluż bejn il-Kummissjoni u l-Gvern Awtonomu ta' Greenland. Id-deċiżjoni dwar il-finanzjament annwali għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni wara li tkun ingħatat l-opinjoni tal-Kumitat dwar Greenland skond l-Artikolu 10(2) tad-Deċiżjoni.

3.   Fl-ambitu ta' l-ammont annwali globali, l-ammont massimu indikattiv ta' 1 % għandu jintuża mill-Kummissjoni biex ikopri r-riżorsi meħtieġa għall-amministrazzjoni effettiva ta' l-għajnuna.

Artikolu 5

Il-monitoraġġ, ir-reviżjoni u l-evalwazzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Kummissjoni biex timplimenta l-appoġġ finanzjarju tal-Komunità’, il-Gvern Awtonomu ta' Greenland għandu l-ewwel nett jieħu r-responsabbiltà tal-kontroll finanzjarju ta’ dan l-appoġġ.

Il-Kummissjoni u l-Gvern Awtonomu ta' Greenland, għandhom jikkoperaw u jikkordinaw pjanijiet, metodi u implimentazzjoni ta’ kontrolli sabiex jitkabbar l-użu tal-kontrolli mwettqa. Huma għandhom jiskambjaw mill-ewwel ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa.

2.   Il-Gvern Awtonomu ta' Greenland għandu jissorvelja l-implimentazzjoni tal-PDSD.

Sabiex jivverifika l-effettività u l-kwalità ta' l-implimentazzjoni ta' l-assistenza, il-Gvern Awtonomu ta' Greenland għandu jsegwi u jirrevedi l-progress li jkun sar sabiex jintlaħqu l-għanijiet speċifiċi tal-PDSD.

Il-Gvern Awtonomu ta' Greenland għandu jwettaq il-monitoraġġ billi jirreferi għall-indikaturi speċifikati fil-PDSD u fil-ftehim tal-finanzjament annwali L-indikaturi għandhom ikunu relatati mal-karattru speċifiku tal-programm u l-għanijiet tiegħu.

3.   Il-Gvern Awtonomu ta' Greenland għandu jfassal u jissottometti lill-Kummissjoni ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni annwali skond l-iskeda mfassla fil-ftehimiet ta' finanzjament li jiġu konlużi kull sena bejn il-Kummissjoni u l-Gvern Awtonomu ta' Greenland.

Ir-rapport ta' l-implimentazzjoni annwali għandu jiġi prodott lokalment u għandu jiġi ffinaliżżat bejn il-Gvern Awtonomu ta' Greenland u l-Kummissjoni fi żmien 60 jum.

Għandu jinkludi b'mod partikolari:

a)

valutazzjoni tar-riżultati miksuba fis-settur(i) fokali mkejla mal-miri identifikati fil-PDSD u l-indikaturi ta' monitoraġġ u l-impenji ta' elementi ta' politika settorjali;

b)

valutazzjoni ta' l-implimentazzjoni ta' l-operat kurrenti kif inhu pprovdut fil-Ftehimiet ta' finanzjament u safejn tista' tintlaħaq l-iskeda għall-impenji u l-ħlas, kif ukoll

c)

dikjarazzjoni li tassigura l-legalità u r-regolarità.

4.   Fil-kuntest tar-reviżjoni intermedjarja msemmija fl-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni, għandha ssir reviżjoni tar-riżultati inizjali tal-PDSD, tar-rilevanza tagħhom u safejn ikunu ntlaħqu l-miri, u għandha ssir valutazzjoni ta' l-użu li jkun sar mir-riżorsi finanzjarji u ta' l-operat għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni, kif ukoll tar-ritmu tal-pagamenti u tal-kooperazzjoni totali bejn il-Gvern Awtonomu ta' Greenland u l-Kummissjoni.

Din ir-reviżjoni għandha ssir mill-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Gvern Awtonomu ta' Greenland u l-Gvern tad-Danimarka, abbażi tal-kriterji definiti mill-PDSD, inkluża l-allokazzjoni finanzjarja, u billi jiġi kkunsidrat ir-rapport dwar l-implimentazzjoni annwali msemmi f'paragrafu 3.

5.   L-evalwazzjoni ta’ l-PDSD għandha tkopri l-użu tar-riżorsi, l-effettività u l-effiċjenza ta’ l-għajnuna u l-impatt tagħha u għandha toħroġ konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet, billi jiġu użati riżultati ta’ evalwazzjonijiet li huma diġà disponibbli.

Għandha tkopri il-fatturi li jikkontribwixxu għas-suċċess jew għan-nuqqas ta’ l-implimentazzjoni u kisbiet u riżultati, inkluż is-sostenibiltà tagħhom.

Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għalll-evalwazzjoni tal-PDSD b'koordinazzjoni mal-Gvern Awtonomu ta' Greenland u l-Gvern tad-Danimarka.

Ir-riżultati ta’ l-evalwazzjoni għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 6

Miżuri ta' salvagwardja

1.   Il-Kummisjoni għandha tissospendi l-ħlas u, filwaqt li tirrapporta r-raġunijiet tagħha, titlob lill-Gvern Awtonomu ta' Greenland sabiex jgħaddi l-kummenti tiegħu u, fejn ikun xieraq, twettaq xi korrezzjonijiet, f’perjodu ta’ żmien speċifiku fejn, wara li ttemm il-kontrolli neċessarji, tikkonkludi li:

a)

il-Gvern Awtonomu ta' Greenland mhux konformi ma' l-obbligi tiegħu; jew

b)

Il-PDSD kollu jew parti minnu ma jiġġustifikax parti mill-kontribuzzjoni jew il-kontibuzzjoni kollha tal-Komunità. jew

(ċ)

hemm fallimenti serji fis-sistemi ta’ ġestjoni jew kontroll li jistgħu jwasslu għall-irregolaritajiet sistematiċi.

2.   Il-perjodu ta’ żmien li fih il-Gvern Awtonomu ta' Greenland jista’ jirrispondi għat-talba biex jgħaddi l-kummenti tiegħu u, meta jkun xieraq, jagħmel korrezzjonijiet, għandu jkun ta’ xahrejn, barra f’każijiet li huma debitament ġustifikati meta perjodu itwal jista’ jiġi miftiehem mill-Kummissjoni.

3.   Meta l-Gvern Awtonomu ta' Greenland joġġezzjona għall-kummenti magħmula mill-Kummissjoni, il-Gvern Awtonomu ta' Greenland u l-Gvern tad-Danimarka għandhom jiġu mistiedna mill-Kummissjoni għal laqgħa ta' patenarjat, fejn in-naħat kollha għandhom jipprovaw jilħqu ftehim dwar il-kummenti u l-konklużjonijiet li joħorġu minnhom.

Kull meta l-Gvern Awtonomu ta' Greenland joġġezzjona għall-kummenti magħmula mill-Kummissjoni u ssir laqgħa ta’ patenarjat ad hoc, il-perjodu ta’ tliet xhur taħt paragrafu 5, f’liema perjodu l-Kummissjoni tista’ tieħu deċiżjoni, għandu jidħol fis-seħħ mid-data tal-laqgħa ta’ patenarjat.

4.   Meta l-Kummissjoni tipproponi korrezzjonijiet finanzjarji, il-Gvern Awtonomu ta' Greenland għandu jiġi mogħti l-opportunità biex juri, permezz ta’ eżami tad-dokumenti kkonċernati, li l-limitu attwali ta’ l-irregolarità kien inqas mill-istima tal-Kummissjoni.

Għajr f’każijiet iġġustifikati kif dovut, iż-żmien permess għal dan l-eżami ma għandux jaqbeż perjodu ieħor ta’ xahrejn wara l-perjodu ta’ xahrejn li hemm referenza għalih fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni għandha tqis kull evidenza pprovduta mill-Gvern Awtonomu ta' Greenland fil-limiti ta’ żmien.

5.   Fl-aħħar tal-perjodu stipulat f'paragrafu 2, meta l-ebda ftehim ma jintlaħaq u l-Gvern Awtonomu ta' Greenland ma jkunx għamel il-korrezzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tqis il-kummenti magħmula mill-Gvern Awtonomu ta' Greenland u l-Gvern tad-Danimarka u tiddeċiedi fi żmien tliet xhur biex:

(a)

tnaqqas il-pagamenti; jew

(b)

tagħmel il-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa billi tiġi kkanċellata l-allokazzjoni kollha jew parti minnha.

6.   Mingħajr preġudizzju għal paragrafi 1 sa 5, il-Kummissjoni tista’, wara verifikazzjoni xierqa, tissospendi l-ħlas temporanju kollu jew parti minnu meta ssib li n-nefqa kkonċernata hija marbuta ma’ irregolarità serja li ma ġietx korretta u li azzjoni immedjata hija meħteġa.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Gvern Awtonomu ta' Greenland dwar l-azzjoni li tkun ittieħdet u r-raġunijiet għaliha. Meta, wara ħames xhur, jibqgħu jippersistu r-raġunijiet għas-sospensjoni jew, il-Gvern Awtonomu ta' Greenland ma jkunx innotifika lill-Kummissjoni bil-miżuri li jkun ħa għall-korrezzjoni ta' irregolaritajiet serji, l-ammonti riċevibbli jistgħu jiġi rkuprati skond ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal- Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 7

Informazzjoni u pubbliċità

1.   Il-Gvern Awtonomu ta' Greenland għandu jassigura li tingħata pubbliċità adegwata lill-programmi ffinanzjati skond id-Deċiżjoni billi l-pubbliku ġenerali jsir konxju bir-rwol tal-Komunità f' dawk il-programmi.

2.   Il-Gvern Awtonomu ta' Greenland, b'mod partikolari, għandu jassigura li rappreżentanti ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità jiġu debitament involuti fl-aktar attivitajiet pubbliċi importanti konnessi mal-programmi ta' appoġġ.

Artikolu 8

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ April 2007.

Ghall-Kummissjoni

Louis MICHEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 208, 29.7.2006, p. 28.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).


ANNESS

SRUTTURA INDIKATTIVA GĦAD-DOKUMENT TA' IPPROGRAMMAR GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI TA' GREENLAND

It-test sħiħ inkluż is-sommarju eżekuttiv u l-Kapitoli 1 sa 5, approssivament għandu jkun ta' 15-il paġna, flimkien ma' l-annessi miżjuda.

Parti A:   Strateġiji ta' Koperazzjoni

Sommarju eżekuttiv

Il-PDSD għandu jibda b'sommarju eżekuttiv ta' nofs paġna. Dan għandu jinkludi l-isfidi prinċipali li trid tiffaċċja Greenland fit-tul ta' żmien medju u twil, l-għanijiet ewlenin tal-PDSD u r-raġunijiet prinċipali għall-għażla tal-qasam fokali.

Kapitolu 1:   L-għanijiet ta' kooperazzjoni tal-KE

F'din it-taqsima, hemm stipulati espliċitament l-għanijiet wiesa' ta' kooperazzjoni, kif iddeterminati mit-Trattat tal-KE, mid-Deċiżjoni u mid-dikjarazzjoni konġunta dwar.ir-relazzjonijiet bejn il-Komunità Ewropea min-naħa l-waħda, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra.

Kapitolu 2:   Aġenda politika tal-Gvern Awtonomu ta' Greenland

Dan il-kapitlu għandu jipprovdi stqarrija konċiża tal-miri u l-għanijiet tal-Gvern Awtonomu ta' Greenland, kif inhuma stipulati fid-dokumenti uffiċjali (settur) ta' politika, bi pjaniijiet għal tul ta' żmien medju jew twil, strateġiji għar-riformi jew programmi ta' żvilupp. Dan għandu jkun komplut b'indikazzjoni ta' kif il-Gvern Awtonomu ta' Greenland jipproponi li jilħaq dawn l-għanijiet u b'valutazzjoni tas-settur relatat tal-baġit. Ghandu wkoll ikopri valutazzjoni konċiża tal-kapaċità ta' l-istituzzjoni.

Kapitolu 3:   Valutazzjoni tas-sitwazzjoni politika, ekonomika u soċjali

Dan il-kapitolu għandu jkopri l-iżvilupp/kwistjonijiet ta' politika domestika u l-aspetti relevanti tal-kuntest estern, bl-inklużjoni tal-qagħda politika, l-aspetti tal-kummerċ, il-qagħda ekonomika u soċjali, l-aspetti ambjentali u finalment, is-sostenibbilità ta' l-elementi politiċi kurrenti u l-isfidi għal tul ta' żmien medju. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-politika makro-ekonomika ta' Greenland u l-ġestjoni tan-nefqa pubblika.

Kapitolu 4:   L-isteteġija ta' rispons tal-KE

Din it-taqsima għandha tfassal l-għażliet strateġiċi tal-kooperazzjoni tal-KE, billi tispeċifika f'liema qasam(oqsma)/settur(i) tkun/ikunu kkonċentrata(i) l-assistenza. Loġikament din l-għażla għandha toħroġ minn:

Għanijiet ta' politika tal-KE;

analiżi tal-qagħda ta' Greenland u l-istrateġija ta' żvilupp tagħha, li jiddetermina r-rilevanza u s-sostenibbilità ta' l-istrateġija ta' appoġġ;

il-volum indikattiv tal-fondi disponibbli;

il-komplimentarità b'għajnuna minn sieħba oħra kbar u mill-programmi nfushom tal-Gvern Awtonomu ta' Greenland. Dawn il-programmi għandhom jitfasslu b'mod konċiż.

Parti B:   Programm indikattiv

Kapitolu 5:   Programm indikattiv

Dan il-kapitolu fih il-programm indikattiv ta' Greenland, li hu bbażat fuq l-analiżi strateġika u konsistenti għal kollox magħha. Il-programm indikattiv hu parti integrali mill-PDSD u għandu jkun kompost mit-taqsimiet li ġejjin:

    Ghanijiet u riżultati mistennija: Din it-taqsima għandha telenka l-għanijiet globali u l-iskop tal-programm li għandu jiġi ffinanzjat għall-perjodu 2007-2013, kif ukoll ir-riżultati mistennija.

    Pakketti finanzjarji: Din it-taqsima għandha tinkludi analiżi ta' l-ammonti indikattivi mwarrba għall-qasam fokali għall-perjodu 2007-2013 (u oqsma oħra jekk jenħtieġ), li jintużaw biex jappoġġjaw il-prioritajiet mfassla fl-istrateġija. L-ammonti kollha jridu jkunu fl-euro.

    Qasam fokali: Din it-taqsima għandu jkollha l-informazzjoni dwar l-għanijiet speċifiċi u r-riżultati mistennija għall-qasam fokali (u oqsma oħra jekk jenħtieġ), kif ukoll ta' l-assistenza ewlenija ppjanata. Għandha tinkludi wkoll il-politika/miżuri li jeħtieġ jieħu l-Gvern ta' Greenland bħala kontribut għall-implimentazzjoni għall-istateġija ta' rispons. Għandu jkun indikat l-ammont maħsub għall-qasam fokali (u oqsma oħra jekk jinħtieġ). Għandhom jiġu identifikati dawk kollha involuti.

    Modalitajiet ta' finanzjament: Għandha ssir analiżi tal-merti fl-attitudni ta' l-appoġġ għall-baġit settorjali u għandhom ikunu indikati l-modalitajiet ta' l-approċċ.

    Riskji u Suppożizzjonijiet: Għandhom ikunu ppreżentati s-suppożizzjonijiet li jsiru, kif ukoll ir-riskji li jistgħu jaffettwaw l-implimentazzjoni tal-programm u jkunu kkunsidrati miżuri li jtaffu.

    Indikaturi: Għandhom ikunu identifikati l-indikaturi ta' l-input, l-output, ir-riżultat u possibbilment l-impatt fuq l-oqsma ta' politika li jkopru s-settur fokali. L-indikaturi għandhom ikun speċifiċi, li jistgħu jitkejlu fit-terminu ta' żmien qasir/medju, li jistgħu jintlaħqu, ikunu realisiċi, u marbuta biż-żmien, u jinkludu livell ta' tluq, mira u kalendarju ċar, li jippermettu li jkunu mqabbla fiż-żmien tar-reviżjonijiet annwali, intermedjarji jew finali.

    Il-Monitoraġġ tar-riżultati: F'din it-taqsima għandhom jitfasslu l-arranġamenti għall-monitoraġġ tar-riżultati, ibbażati minn informazzjoni immedjata li tkun għad-dispożizzjoni.

    Kwistjonijiet trasversali: Għandha tingħata attenzjoni għall-mainstreaming ta' kwistjonijiet trasversali (jiġifieri l-ġeneru, l-ambjent, l-iżvilupp istituzzjonali u l-potenzjal tal-kapaċità) fl-oqsma ta' l-għajnuna.

    Is-sommarju tad-data dwar Greenland għandu jkun anness, flimkien ma' informazzjoni oħra xierqa.


Top