EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007H0562

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat- 12 ta’ Ġunju 2007 rigward il-kondiviżjoni ta’ l-informazzjoni dwar ħtif mit-terroristi

ĠU L 214, 17.8.2007, p. 9–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2007/562/oj

17.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 214/9


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Ġunju 2007

rigward il-kondiviżjoni ta’ l-informazzjoni dwar ħtif mit-terroristi

(2007/562/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Billi:

(1)

Il-ħtif minn gruppi/individwi li jistgħu jitpoġġew fl-ispettru tat-terroriżmu internazzjonali jippreżenta sfida enormi għall-Istati Membri.

(2)

Biex jiġu riżolti b’suċċess sitwazzjonijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jiġbru informazzjoni ta’ sfond, jistabbilixxu kuntatti u jibdew diskussjonijiet f’ambitu kunfidenzjali.

(3)

Il-kapaċitajiet ta’ l-Istat Membru kkonċernat jissaħħu b’mod sinifikattiv li kieku dan ikun jista’ jagħmel użu mill-esperjenza li Stati Membri oħra kisbu f’sitwazzjonijiet simili.

(4)

Għal dan l-għan, kull Stat Membru għandu jippreżenta paġna ta’ data li fiha informazzjoni ċentrali dwar ħtif li seħħ fil-passat lill-Istati Membri l-oħra fejn jagħti biss informazzjoni mhux klassifikata wara li l-inċident ikun ġie riżolt u ristretta għal inċidenti relatati mat-terroriżmu internazzjonali.

B’DAN JIRRAKKOMANDA,

(1)

Lill-Istati Membri:

(a)

biex jippreżentaw, wara li inċident ta’ ħtif ikun ġie riżolt, id-data li ġejja (1):

Il-pajjiż u r-reġjun fejn seħħ il-ħtif

In-numru u n-nazzjonalità ta’ l-ostaġġ(i)

Il-ħin u d-data tal-ħtif

Il-ħin u d-data ta’ tmiem l-inċident

L-awturi/il-grupp ta’ terroristi responsabbli

Il-modus operandi tal-ħtif

Ir-raġuni għall-ħtif

L-involviment ta’ medjatur iva/le

Il-persuna ta’ kuntatt fl-Istat Membru kkonċernat

Din l-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata skond il-format stipulat fl-Anness 1.

(b)

biex jippreżentaw ukoll l-informazzjoni addizzjonali li ġejja, jekk ikun il-każ:

Ir-raġuni għaliex l-ostaġġi kienu fil-pajjiż, il-kapaċitajiet lingwistiċi, is-sess ta’ l-ostaġġi

L-ideoloġija, in-nazzjonalità, il-kapaċitajiet lingwistiċi ta’ l-awturi

Il-mezzi użati mill-awturi biex jindirizzaw lill-pubbliku

Dettalji dwar il-modus operandi ta’ l-awturi

Din l-informazzjoni fakultattiva għandha tiġi ppreżentata skond il-format stipulat fl-Anness 2.

(2)

Jekk ser tiġi inkluża data personali, din id-data għandha tiġi ppreżentata skond il-liġi nazzjonali.

(3)

Lill-Istati Membri biex jikkumpilaw l-informazzjoni dwar l-inċidenti kollha li seħħew mill-1 ta’ Jannar 2002 u jippreżentaw dan is-sommarju lill-Istati Membri l-oħra.

(4)

Lill-Istati Membri biex jikkondividu l-informazzjoni abbażi tal-prinċipji msemmija hawn fuq permezz tan-netwerk BdL għall-kondiviżjoni ta’ l-informazzjoni dwar inċidenti ta’ terroriżmu fl-UE kollha.

(5)

Lill-Istati Membri biex jikkondividu, kemm jista’ jkun, l-informazzjoni anki ma’ l-Europol u abbażi ta’ l-ammont u t-tip ta’ data kondiviża, wara sena, biex jeżaminaw jekk ikunx tajjeb li tiġi stabbilita database fl-Europol.

(6)

Lill-Istati Membri biex ifasslu lista ta’ dettalji ta’ kuntatt u jiskambjaw din il-lista sabiex jiffaċilitaw komunikazzjoni diretta bejn il-punti ta’ kuntatt.


(1)  F’każ ta’ ħtif din l-informazzjoni tista’ tgħin biex jiġi identifikat malajr jekk Stat Membru ieħor għandux diġà esperjenza bi ħtif ta’ ċittadini ta’ l-UE fl-istess reġjun, mill-istess grupp ta’ terroristi jew taħt ċirkostanzi simili. L-Istat Membru kkonċernat jista’ mbagħad jikkuntattja lill-persuna ta’ kuntatt speċifikata. Aktar informazzjoni u esperjenzi għandhom jiġu kondiviżi bilateralment skond il-liġi nazzjonali.


ANNESS 1

Notification of terrorist kidnap

(or suspected terrorist kidnap)

Please complete all fields in this box

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 2

Completion of the following information is optional in accordance with national law

Image

Test ta 'immaġni

Top