EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007E0517

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/517/PESK tas- 16 ta’ Lulju 2007 li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2006/623/PESK dwar l-istabbiliment ta’ tim ta’ l-UE biex jikkontribwixxi għat-tħejjijiet ta’ l-istabbiliment ta’ missjoni ċivili internazzjonali possibbli fil-Kosovo, inkluż komponent ta’ Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (it-Tim ta’ Tħejjija ICM/EUSR)

ĠU L 190, 21.7.2007, p. 38–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2007/517/oj

21.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 190/38


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2007/517/PESK

tas-16 ta’ Lulju 2007

li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2006/623/PESK dwar l-istabbiliment ta’ tim ta’ l-UE biex jikkontribwixxi għat-tħejjijiet ta’ l-istabbiliment ta’ missjoni ċivili internazzjonali possibbli fil-Kosovo, inkluż komponent ta’ Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (it-Tim ta’ Tħejjija ICM/EUSR)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ Settembru 2006 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2006/623/PESK (1) li tiskadi fil-31 ta’ Lulju 2007.

(2)

Fid-dawl tal-Proposta Komprensiva għall-Ftehim ta’ Status tal-Kosovo, datat is-26 ta’ Marzu 2007, li jipprovdi għal Rappreżentant Ċivili Internazzjonali fil-Kosovo, li ser ikun ukoll Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u li ser jiġi appoġġat minn Uffiċċju Ċivili Internazzjonali (ICO) fil-Kosovo, inkluż komponent ta’ Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, it-Tim ta’ Tħejjija ICM/EUSR għandu jissemma mill-ġdid Tim ta’ Tħejjija ICO/EUSR.

(3)

Il-mandat tat-Tim ta’ Tħejjija ICM/EUSR għandu jiġi emendat u estiż sat-30 ta’ Novembru 2007, jew sa 30 jum wara l-adozzjoni ta’ Riżoluzzjoni ġdida tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) li tibdel il-UNSCR 1244 u li tendorsja l-ħatra ta’ Rappreżentant Ċivili Internazzjonali kemm-il darba tali UNSCR tiġi adottata qabel l-1 ta’ Novembru 2007.

(4)

L-Azzjoni Konġunta 2006/623/PESK għandha tiġi emendata u estiża kif meħtieġ,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2006/623/PESK għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

Ir-referenzi għall-“missjoni ċivili internazzjonali”, l-“ICM” u t-“Tim ta’ Tħejjija ICM/EUSR” għandhom jinqraw bħala referenzi għall-“Uffiċċju Ċivili Internazzjonali”, “ICO” u t-“Tim ta’ Tħejjija ICO/EUSR” rispettivament.

(2)

Il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud ma’ l-Artikolu 2:

“(5)

li jaħdem ma’ l-awtoritajiet tal-Kosovo, l-UNMIK u msieħba internazzjonali ewlenin oħra fl-ippjanar tat-transizzjoni ta’ l-awtorità mill-UNMIK u fit-tħejjija għall-implimentazzjoni tal-ftehim ta’ status.”

(3)

L-Artikolu 4 (1) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“1.   Is-Sur Jonas Jonsson huwa b’dan maħtur Kap tat-Tim ta’ Tħejjija ICO/EUSR.”

(4)

Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 9(1):

“L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri l-infiq relatat mat-Tim ta’ Tħejjija ICO/EUSR mill-1 ta’ Awissu sat-30 ta’ Novembru 2007 għandu jkun ta’ EUR 1 875 000.”

(5)

L-Artikolu 14 (2) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“2.   Huwa għandu jiskadi fit-30 ta’ Novembru 2007, jew 30 jum wara l-adozzjoni ta’ UNSCR li jieħu post il-UNSCR 1244 u li jendorsja l-ħatra ta’ Rappreżentant Ċivili Internazzjonali, kemm-il darba tiġi adottata qabel l-1 ta’ Novembru 2007.”

Artikolu 2

Din l-Azzjoni Konġunta tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Il-punt (3) ta’ l-Artikolu 2 għandu japplika mill-1 ta’ Awwissu 2007.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, 16 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SILVA


(1)  ĠU L 253, 16.9.2006, p. 29. Azzjoni Konġunta kif estiża bl-Azzjoni Konġunta 2007/203/PESK(ĠU L 90, 30.3.2007, p. 94).


Top