Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007E0192

    2007/192/PESK: Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/192/PESK tas- 27 ta' Marzu 2007 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/355/PESK dwar il-missjoni ta' l-Unjoni Ewropea biex tipprovdi parir u assistenza għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (DRC)

    ĠU L 87, 28.3.2007, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 4M, 8.1.2008, p. 253–254 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2007/192/oj

    8.1.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    253


    AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2007/192/PESK

    tas-27 ta' Marzu 2007

    li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/355/PESK dwar il-missjoni ta' l-Unjoni Ewropea biex tipprovdi parir u assistenza għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (DRC)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

    billi:

    (1)

    Fit-2 ta' Mejju 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/355/PESK dwar il-missjoni ta' l-Unjoni Ewropea biex tipprovdi parir u assistenza għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (DRC) (1) (EUSEC RD Congo). Il-mandat tal-missjoni huwa sat-30 ta' Ġunju 2007.

    (2)

    L-appoġġ mogħti mill-Unjoni Ewropea lill-awtoritajiet Kongoliżi fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo ser ikollu jiġi rivedut sabiex jiġi promoss approċċ globali li jiġbor flimkien l-inizjattivi differenti meħuda mill-Unjoni fosthom il-missjoni EUSEC RD Kongo. Inizjalment u bil-ħsieb tat-tħejjija ta' din ir-reviżjoni, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà ddeċieda li jsaħħaħ l-azzjonijiet imwettqa mill-missjoni b'mod partikolari fid-dawl tal-ħtiġijiet identifikati mill-Kap tal-Missjoni.

    (3)

    L-Azzjoni Konġunta 2005/355/PESK għandha tiġi emendata għaldaqstant,

    ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

    Artikolu 1

    L-Azzjoni Konġunta 2005/355/PESK hija emendata kif ġej:

    1)

    Fl-Artikolu 2, għandhom jiġu miżjuda il-paragrafi li ġejjin:

    “Barra minn hekk, il-Kap tal-Missjoni huwa awtorizzat jagħmel użu mill-kontribuzzjonijiet finanzjarji ta' l-Istati Membri biex jissorvelja u jiżgura b'koordinazzjoni mal-Kummissjoni, l-implimentazzjoni ta' proġetti speċifiċi għall-benefiċċju ta' l-awtoritajiet tar-RDK u fil-qafas tal-missjoni stabbilita fl-Artikolu 1.

    Għal dan il-għan, il-Kap tal-Missjoni għandu jikkonkludi ftehim ma' l-Istati Membri kkonċernati. Dawn il-ftehim jirregolaw ukoll il-modalitajiet speċifiċi rigward ir-rispons għal kull ilment minn partijiet terzi rigward il-ħsarat minħabba atti jew ommissjonijiet imwettqa mill-Kap tal-Missjoni fl-użu tal-fondi għad-dispożizzjoni tiegħu mill-Istati Membri kontribwenti.

    Fl-ebda każ ma tista' l-Unjoni Ewropea jew is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill/Rappreżentant Għoli, jinżammu responsabbli mill-Stati Membri kontribwenti ta' l-atti jew ta' l-omissjonijiet imwettqa mill-Kap tal-Missjoni fl-użu tal-fondi ta' dawn l-Istati.”

    2)

    Il-punti a) u b) fl-Artikolu 3 għandhom jiġi sostitwiti bit-test li ġej:

    “a)

    uffiċċju f’Kinshasa, li jikkonsisti mill-Kap tal-Missjoni u persunal mhux assenjat ma’ l-awtoritajiet Kongoliżi, inkluż:

    unità inkarigata b'mod partikolari bl-identifikazzjoni u l-appoġġ ta' proġetti speċifiċi ffinanzjati jew implimentati mill-Istati Membri;

    skwadra inkarigata li tikkontribwixxi għall-ħidmiet relatati mar-riforma tas-settur tas-sigurtà mmexxija mill-amministrazzjoni Kongoliża fil-livell interministerjali.

    b)

    esperti assenjati b’mod partikolari fil-karigi ċentrali li ġejjin fi ħdan l-amministrazzjoni Kongoliża:

    il-Kabinett tal-Ministru tad-Difiża,

    stat maġġur ġenerali,

    stat maġġur tal-forzi terrestri,

    stat maġġur tal-forzi navali,

    stat maġġur tal-forzi ta' l-ajru, u

    l-amministrazzjonijiet provinċjali li jiddependu mill-Ministeru tad-Difiża.”

    Artikolu 2

    L-ammont ta' referenza finanzjarja previst fl-Artikolu 2 ta' l-Azzjoni Konġunta 2006/303/PESK ikopri wkoll l-ispejjeż marbuta mal-miżuri msemmija fil-punt 2) ta' l-Artikolu 1 ta' din l-Azzjoni Konġunta.

    Artikolu 3

    Din l-Azzjoni Konġunta tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

    Artikolu 4

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, fis-27 ta' Marzu 2007

    Għall-Kunsill

    Il-President

    P. STEINBRÜCK


    (1)  ĠU L 112, 3.5.2005, p. 20. Azzjoni Konġunta emendata l-aħħar bl-Azzjoni Konġunta 2006/303/PESK (ĠU L 112, 26.4.2006, p. 18).


    Top