Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007E0147

    2007/147/PESK: Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/147/PESK tas- 27 ta' Frar 2007 li tħassar l-Azzjoni Konġunta 2006/319/PESK dwar l-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea li tappoġġa l-Missjoni ta' l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (MONUC) matul il-proċess ta' l-elezzjoni

    ĠU L 64, 2.3.2007, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 4M, 8.1.2008, p. 180–180 (MT)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2007/147/oj

    8.1.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    180


    AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2007/147/PESK

    tas-27 ta' Frar 2007

    li tħassar l-Azzjoni Konġunta 2006/319/PESK dwar l-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea li tappoġġa l-Missjoni ta' l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (MONUC) matul il-proċess ta' l-elezzjoni

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fis-27 ta' April 2006, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2006/319/PESK dwar l-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea li tappoġġa l-Missjoni ta' l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (MONUC) matul il-proċess ta' l-elezzjoni (l-Operazzjoni EUFOR RD Congo) (1).

    (2)

    L-operazzjoni militari ġiet varata fit-12 ta' Ġunju 2006 permezz tad-Deċiżjoni 2006/412/PESK (2) u ntemmet fit-30 ta' Novembru 2006 kif stabbilit fl-Artikolu 15(2) ta' l-Azzjoni Konġunta 2006/319/PESK. Sussegwentement il-forzi kollha ġew trasferiti miż-żona ta' l-operazzjonijiet.

    (3)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/197/PESK tat-23 ta' Frar 2004 li tistabbilixxi mekkaniżmu għall-amministrazzjoni tal-finanzjament ta' l-ispejjeż komuni ta' operazzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża (3) (Athena) tiddetermina l-proċeduri ta' verifika u preżentazzjoni tal-kontijiet ta' operazzjoni.

    (4)

    Skond l-Artikolu 15(3) tagħha, l-Azzjoni Konġunta 2006/319/PESK għandha tiġi mħassra,

    ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

    Artikolu 1

    L-Azzjoni Konġunta 2006/319/PESK hija b'dan mħassra. Dan m'għandhux jaffettwa l-proċeduri previsti fid-Deċiżjoni 2004/197/PESK dwar il-verifika u l-preżentazzjoni tal-kontijiet ta' l-operazzjoni.

    Artikolu 2

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

    Artikolu 3

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, 27 ta' Frar 2007.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    P. STEINBRÜCK


    (1)  ĠU L 116, 29.4.2006, p. 98.

    (2)  ĠU L 163, 15.6.2006, p. 16.

    (3)  ĠU L 63, 28.2.2004, p. 68. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/91/PESK (ĠU L 41, 13.2.2007, p. 11).


    Top