Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007E0040

    2007/40/PESK: Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2006/40/PESK tat- 22 ta’ Jannar 2007 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2002/921/PESK li testendi l-mandat tal-Missjoni ta' Monitoraġġ ta' l-Unjoni Ewropea

    ĠU L 17, 24.1.2007, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 4M, 8.1.2008, p. 27–27 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2007/40/oj

    8.1.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    27


    AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2006/40/PESK

    tat-22 ta’ Jannar 2007

    li temenda l-Azzjoni Konġunta 2002/921/PESK li testendi l-mandat tal-Missjoni ta' Monitoraġġ ta' l-Unjoni Ewropea

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA:

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu 14 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fis-26 ta' Novembru 2002, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2002/921/PESK (1) li testendi l-mandat tal-Missjoni ta' Monitoraġġ ta' l-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-EUMM”). L-Artikolu 5(1) ta' dik l-Azzjoni Konġunta jipprevedi l-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta' l-EUMM mill-Kunsill għal perjodu ta' sena, li jista' jiġġedded sa tliet snin.

    (2)

    Fil-21 ta' Novembru 2005, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2005/808/PESK (2) li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta' l-EUMM sal-31 ta' Diċembru 2006.

    (3)

    Fit-30 ta' Novembru 2006, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2006/867/PESK li temenda u testendi l-mandat ta' l-EUMM sal-31 ta' Diċembru 2007.

    (4)

    Jeħtieġ li tiġi emendata l-Azzjoni Konġunta 2002/921/PESK sabiex ikun jista' jiġi estiż il-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta' l-EUMM,

    ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

    Artikolu 1

    L-Azzjoni Konġunta 2002/921/PESK hija b'dan emendata kif ġej: L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 5(1) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jinħatar mill-Kunsill abbażi ta' proposti ppreżentati mis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli. Għandu jiżgura t-tmexxija ta' kuljum ta' l-operazzjonijiet ta' l-EUMM.”

    Artikolu 2

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

    Għandha tibda tapplika mill-1 ta' Jannar 2007.

    Artikolu 3

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Jannar 2007.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F.-W. STEINMEIER


    (1)  ĠU L 321, 26.11.2002, p. 51. Azzjoni Konġunta kif emendata l-aħħar mill-Azzjoni Konġunta 2006/867/PESK (ĠU L 335, 1.12.2006, p. 48).

    (2)  ĠU L 303, 22.11.2005, p. 62.


    Top