EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D1201(01)

Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 26 ta' Novembru 2007 li taħtar membru Taljan u membru supplenti Latvjan u wieħed Lussemburgiż tal-Bord ta' Tmexxija ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

ĠU C 289, 1.12.2007, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 07/11/2010

1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 289/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta' Novembru 2007

li taħtar membru Taljan u membru supplenti Latvjan u wieħed Lussemburgiż tal-Bord ta' Tmexxija ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

(2007/C 289/06)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

wara li kkunsidra l-lista tal-kandidaturi ppreżentata lill-Kunsill mill-President tal-Kumitat Konsultattiv għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, fir-rigward tal-proposti tal-gruppi ta' membri li jirrapreżentaw l-organizzazzjoni ta' min iħaddem u l-organizazzjonijiet tal-ħaddiema fi ħdan dan il-Kumitat,

Billi:

(1)

Permezz tad-deċiżjoni tiegħu tat-8 ta' Novembru 2007 (2) l-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord ta' Tmexxija ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu bejn it-8 ta' Novembru 2007 u s-7 ta' Novembru 2010, minbara l-membri Taljani, Lussemburgiżi u Latvjani.

(2)

Għandhom jiġu maħtura l-membru Taljan u l-membru supplenti Latvjan u dak Lussemburgiż li jirrapreżentaw l-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem għall-postijiet li għandhom jimtlew,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Huma maħtura bħala membru u membri supplenti tal-Bord ta' Tmexxija ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu li jiskadi fis-7 ta' Novembru 2010:

RAPPREŻENTANTI TA' L-ORGANIZZAZZJONIJIET TA' MIN IĦADDEM

Pajjiż

Membri

Membri supplenti

Italja

Is-Sur Luigi CASANO

Latvja

Is-Sur Aleksandrs GRIGORJEVS

Lussemburgu

Is-Sur Robert KANZ

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata, bħala informazzjoni, fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SILVA


(1)  ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1. Regolament emendat mir-Regolament (KE) Nru 1112/2005(ĠU L 184, 24.6.2005, p. 5).

(2)  Għadha ma ġietx ippubblikata fil-ĠU.


Top