This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0502
2007/502/EC,Euratom: Decision of the Council and of the Commission of 25 June 2007 on the signing, on behalf of the European Community and the European Atomic Energy Community, and provisional application of the Agreement on Scientific and Technological Cooperation between the European Community and the European Atomic Energy Community, of the one part, and the Swiss Confederation, of the other part
2007/502/KE,Euratom: Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tal- 25 ta' Ġunju 2007 dwar il-firma, f'isem il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika fuq naħa, u l-Konfederazzjoni Żvizzera fuq l-oħra
2007/502/KE,Euratom: Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tal- 25 ta' Ġunju 2007 dwar il-firma, f'isem il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika fuq naħa, u l-Konfederazzjoni Żvizzera fuq l-oħra
ĠU L 189, 20.7.2007, p. 24–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/502/oj
20.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 189/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
tal-25 ta' Ġunju 2007
dwar il-firma, f'isem il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika fuq naħa, u l-Konfederazzjoni Żvizzera fuq l-oħra
(2007/502/KE, Euratom)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA U L-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 170, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 101 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Il-Kummissjoni nnegozjat, f'isem il-Komunitajiet, Ftehim għall-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika fuq naħa, u l-Konfederazzjoni Żvizzera fuq l-oħra, li jipprovdi għall-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim mill-1 ta' Jannar 2007. L-applikazzjoni provviżorja tippermetti lil entitajiet Żvizzeri jipparteċipaw fl-ewwel sejħiet għal proposti taħt is-Seba' Programm ta' Qafas. |
(2) |
Il-Ftehim kien inizjalat fis-27 ta' Frar 2007. |
(3) |
Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat u applikat fuq bażi provviżorja, pendenti t-tkomplija tal-proċeduri għall-konklużjoni formali tiegħu. |
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
1. L-iffirmar tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, fuq naħa, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, fuq l-oħra, flimkien ma' l-Att Finali, huwa b' dan approvat f' isem il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, soġġett għall-konklużjoni ta' l-imsemmi Ftehim.
2. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
1. Suġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim aktar tard, il-President tal-Kunsill huwa b' dan awtorizzat jiffirma l-Att Finali f'isem il-Komunità Ewropea.
2. Suġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim aktar tard, il-President tal-Kummissjoni huwa b' dan awtorizzat li jaħtar il-persuna(i) bis-setgħa li tiffirma l-Ftehim u l-Att Finali f'isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.
Artikolu 3
Il-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, fuq naħa, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, fuq l-oħra, għandu jiġi applikat provviżorjament.
Artikolu 4
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-pożizzjoni tal-Komunitajiet li għandha tittieħed fil-Kumitat għar-Riċerka Żvizzera/Komunitajiet stabbilit fl-Artikolu 10 tal-Ftehim ta' Qafas dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknika bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Konfederazzjoni Żvizzera (1) fir-rigward ta' deċiżjonijiet skond l-Artikolu 2 (1) tal-Ftehim dwar l-applikabilità fl-Iżvizzera tar-regoli għat-twaqqif ta' l-istrutturi ġuridiċi maħluqa taħt l-Artikoli 169 u 171 tat-Trattat tal-KE.
2. Il-Kummissjoni għanda tadotta l-pożizzjoni tal-Komunitajiet li għandha tittieħed fil-Kumitat għar-Riċerka Żvizzera/Komunitajiet stabbilit fl-Artikolu 10 tal-Ftehim ta' Qafas għall-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknika bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Konfederazzjoni Żvizzera fir-rigward ta' deċiżjonijiet skond l-Artikolu 6 (2) u 6 (3) tal-Ftehim li jidentifika reġjuni fl-Iżvizzera li jistgħu jkunu reġjuni eliġibbli li jibbenefikaw mill-azzjonijiet ta' riċerka taħt il-Programm ta' Ħidma “Potenzjal ta' Riċerka” taħt il-programm speċifiku “Kapaċitajiet”.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, 25 ta' Ġunju 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
A. SCHAVAN
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 313, 22.11.1985, p. 6.
ANNESS A
PRINĊIPJI FUQ L-ALLOKAZZJONI TAD-DRITTIJIET TAL-PROPRJETA' INTELLETTWALI
I. Ambitu
Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, “proprjetà intellettwali” għandu jkollha t-tifsira kif definita fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li tistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali, ffirmata fi Stokkolma fl-14 ta' Lulju 1967.
Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, “għarfien” tfisser ir-riżultati, inkluż l-informazzjoni, sew jekk jistgħu jiġu protetti jew le, kif ukoll id-drittijiet ta' l-awtur jew id-drittijiet marbutin ma' din l-informazzjoni, wara li jkunu saru applikazzjonijiet għal, jew għall-ħruġ ta', brevetti, diżinji, varjetajiet ta' pjanti, ċertifikati ta' ħarsien supplementari jew forom simili ta' ħarsien.
II. Drittijiet tal-proprjeta' intellettwali ta' l-entitajiet ġuridiċi tal-partijiet
1. |
Kull Parti għandha tiżgura li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ta' l-entitajiet ġuridiċi tal-Parti l-oħra li qed tipparteċipa fl-attivitajiet imwettqa skond dan il-Ftehim u d-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn din il-parteċipazzjoni huma ttrattati b'mod li jkun kompatibbli mal-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti applikabbli għall-Partijiet, b'mod partikolari il-Ftehim TRIPS (Ftehim dwar l-Aspetti Relatati mal-Kummerċ tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali amministrat mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ), il-Konvenzjoni ta' Berna (l-Att ta' Pariġi 1971) u l-Konvenzjoni ta' Pariġi (l-Att ta' Stokkolma 1967). |
2. |
Entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-Iżvizzera u li qed jipparteċipaw f'azzjonijiet indiretti taħt is-Seba' Programmi ta' Qafas tal-KE u l-Euratom għandu jkollhom drittijiet tal-proprjetà intellettwali u obbligi skond il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2321/2002 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill modifikat bir-Regolament (KE) Nru 1906/2006, fir-Regolament tal-Kunsill Nru 2322/2002 (2), modifikat bir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1908/2006 tat-18 ta' Diċembru, 2006 u fil-ftehim ta' l-għotjiet u/jew kuntratti konkluż mal-Komunità Ewropea, f'konformità mal-punt 1. Fejn l-Iżvizzera tipparteċipa f'azzjonijiet indiretti taħt is-Seba' Programm ta' Qafas tal-KE, implimentat f'konformità ma' l-Artikolu 169 u l-Artikolu 171 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-Iżvizzera għandu jkollha l-istess drittijiet tal-proprjetà intellettwali u obbligi bħall-Istati Membri li qed jipparteċipaw fihom, kif stipulat fid-dispożizzjonijiet rilevanti. |
3. |
Entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea li qed jipparteċipa fi programmi ta' riċerka u/jew proġetti Żvizzeri għandu jkollhom l-istess drittijiet tal-proprjetà intellettwali u obbligi bħal entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-Iżvizzera li qed jipparteċipaw f'dawn il-programmi ta' riċerka u proġetti, f'konformità ma' l-punt 1. |
III. Id-drittijiet tal-prorjeta' intellettwali tal-partijiet
1. |
Sakemm il-Partijiet ma jiftiehmux mod ieħor bejniethom, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-għarfien maħluq mill-Partijiet matul l-attivitajiet mwettqa f'konformità ma' l-Artikolu 2(4) ta' dan il-Ftehim:
|
2. |
Sakemm il-Partijiet ma jaqblux bejniethom mod ieħor, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għal xogħlijiet letterarji xjentifiċi mill-Partijiet:
|
3. |
Sakemm il-Partijiet ma jaqblux bejniethom mod ieħor, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-informazzjoni tal-Partijiet li għandha tibqa' mistura:
|
(1) ĠU L 355, 30.12.2002, p. 23.
(2) ĠU L 335, 30.12.2002, p. 35.
ANNESS B
REGOLI FINANZJARJI LI JIRREGOLAW IL-KONTRIBUZZJONI TA' L-IŻVIZZERA IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5 TA' DAN IL-FTEHIM
I. Id-determinazzjoni tal-parteċipazzjoni finanzjarja
1. |
Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Iżvizzera flimkien ma' materjal ta' sfond rilevanti mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard mill-1 ta' Settembru ta' kull sena:
|
2. |
Malli l-baġit ġenerali jkun adottat definittivament, il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Iżvizzera l-ammonti msemmija hawn fuq fid-dikjarazzjoni ta' l-infiq li tikkorrispondi għall-parteċipazzjoni ta' l-Iżvizzera. |
II. Proċeduri ta' pagament
1. |
Il-Kummissjoni għandha tippubblika, f'Ġunju u f'Novembru ta' kull sena finanzjarja, sejħa għall-fondi għall-Iżvizzera li jikkorrispondu għall-kontribuzzjoni tagħha skond dan il-Ftehim. Dawn is-sejħiet għall-fondi għandhom jagħmlu tajjeb rispettivament għall-ħlas ta' sitta minn kull tnax tal-kontribuzzjoni ta' l-Iżvizzera għal kull sejħa għall-fondi u mhux aktar tard minn 30 jum wara l-wasla tas-sejħa korrispondenti għall-fondi. Madankollu, fl-aħħar sena taż-żewġ Programmi ta' Qafas, l-ammont sħiħ tal-kontribuzzjoni ta' l-Iżvizzera għandu jitħallas mhux aktar tard minn 30 jum wara l-wasla tas-sejħa għall-fondi. |
2. |
Il-kontribuzzjonijiet ta' l-Iżvizzera għandhom jiġu espressi u mħallsa bl-Euro. |
3. |
L-Iżvizzera għandha tħallas il-kontribuzzjoni tagħha taħt dan il-Ftehim skond l-iskeda fil-paragrafu 1. Kull dewmien fil-ħlas iwassal għall-ħlas ta' imgħax bir-rata ugwali għar-rata offerta interbankarja ta' xahar (EURIBOR) kif tidher f'paġna 248 tat-Telerate. Din ir-rata għandha tiżdied b“1,5 punti perċentwali għal kull xahar ta' dewmien. Ir-rata miżjuda għandha tkun applikata għall-perjodu kollu ta' dewmien. Madankollu l-imgħax għandu jkun dovut biss jekk il-kontribuzzjoni titħallas iktar minn 30 jum wara d-dati fl-iskeda tal-pagament skond il-paragrafu 1. |
4. |
L-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar magħmula mir-rappreżentanti u l-esperti Żvizzeri biex jieħdu sehem fix-xogħol tal-kumitati ta' riċerka u ta' dawk involuti fl-implimentazzjoni taż-żewġ Programmi ta' Qafas għandhom jiġu rimborżati mill-Kummissjoni fuq l-istess bażi bħal, u skond, il-proċeduri attwalment fis-seħħ għar-rappreżentanti u l-esperti ta' l-Istati Membri tal-Komunitajiet. |
III. Il-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni
1. |
Il-kontribuzzjoni finanzjarja ta' l-Iżvizzera għaż-żewġ Programmi ta' Qafas f'konformità ma' l-Artikolu 5 ta' dan il-Ftehim għandha normalment tibqa” mhux mibdula għas-sena finanzjarja kkonċernata. |
2. |
Il-Kummissjoni, meta jingħalqu l-kontijiet ta' kull sena finanzjarja (n), fil-qafas tad-determinazzjoni tal-kont ta' dħul u nfiq, għandha tara li ssir ir-regolarizzazzjoni tal-kontijiet fil-konfront tal-parteċipazzjoni ta' l-Iżvizzera, filwaqt li tikkunsidra l-modifiki li jkunu saru, sew bi trasferiment, tħassir, it-tmexxija ta' ammonti minn kont għal ieħor, jew b'baġits supplementari u korrettivi matul is-sena finanzjarja. |
Din ir-regolarizzazzjoni għandha ssir fiż-żmien ta' l-ewwel ħlas għas-sena n + 1. Madankollu, l-aħħar regolarizzazzjoni għandha ssir mhux aktar tard minn Lulju tar-raba' sena wara t-tmiem taż-żewġ Programmi ta' Qafas. Il-ħlas mill-Iżvizzera għandu jkun ikkreditat lill-programmi tal-Komunitajiet Ewropej bħala dħul għall-baġit allokat għal-linja tal-baġit approprjata fid-dikjarazzjoni tad-dħul tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea.
IV. Informazzjoni
1. |
Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju ta' kull sena finanzjarja (n + 1), l-istqarrija ta' l-approprjazzjonijiet għaż-żewġ Programmi ta' Qafas, relatati għas-sena finanzjarja preċedenti (n), għandha tkun imħejjija u trażmessa lill-Iżvizzera bħala informazzjoni, skond il-format tal-kont ta' dħul u nfiq tal-Kummissjoni. |
2. |
Il-Kummissjoni għandha tgħaddi lill-Iżvizzera statistiċi u kull data finanzjarja ġenerali oħra marbuta ma' l-implimentazzjoni taż-żewġ Programmi ta' Qafas li hija għad-dispożizzjoni ta' l-Istati Membri. |
ANNESS C
IL-KONTROLL FINANZJARJU TAL-PARTEĊIPANTI ŻVIZZERI FIL-PROGRAMMI TAL-KOMUNITÀ KOPERTI MINN DAN IL-FTEHIM
I. Komunikazzjoni diretta
Il-Kummissjoni għandha tikkomunika direttament mal-parteċipanti fis-Seba’ Programmi ta’ Qafas tal-KE u l-Euratom istabbiliti fl-Iżvizzera u mas-sottokuntratturi tagħhom. Huma jistgħu jissottomettu direttament lill-Kummissjoni l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni rilevanti kollha li huma mitlubin li jissottomettu fuq il-bażi ta’ l-istrumenti msemmija f’dan il-Ftehim u tal-ftehimiet għall-għotjiet u/jew kuntratti konklużi biex jimplimentawhom.
II. Verifika
1. |
B’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1), emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (2) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 (3) emendat mir-Regolament (KE, Euratom) 1248/2006 (4) tas-7 ta’ Awwissu 2006 u bir-regoli l-oħra msemmija f’dan il-Ftehim, il-ftehimiet għall-għotjiet u/jew kuntratti konklużi mal-parteċipanti fil-programmi stabbiliti fl-Iżvizzera jistgħu jwasslu għall-verifiki xjentifiċi, finanzjarji, teknoloġiċi jew oħrajn li jistgħu jitwettqu f’kull ħin fil-bini tal-parteċipanti u tas-sottokuntratturi tagħhom minn aġenti tal-Kummissjoni jew minn persuni oħrajn b’mandat mill-Kummissjoni. |
2. |
Aġenti tal-Kummissjoni u persuni oħra b’mandat tal-Kummissjoni għandu jkollhom aċċess xieraq għal siti, xogħlijiet u dokumenti u għal kull tagħrif meħtieġ bil-għan li jsiru dawn il-verifiki, inkluż ukoll f’forma elettronika. Dan id-dritt ta’ aċċess għandu jkun iddikjarat b’mod espliċitu fil-ftehimiet għall-għotjiet u/jew kuntratti konklużi biex jimplimentaw l-istrumenti msemmija f’dan il-Ftehim. |
3. |
Il-Qorti Ewropea tal-Verifika għandu jkollha l-istess drittijiet bħall-Kummissjoni. |
4. |
Il-verifiki jistgħu jsiru wara li s-Seba’ Programm ta’ Qafas tal-KE u l-Euratom jew dan il-Ftehim ikunu laħqu t-tmiem tagħhom, skond it-termini stipulati fil-ftehimiet għall-għotjiet u/jew kuntratti kkonċernati. |
5. |
L-Uffiċċju tal-Verifika Federali Żvizzeru għandu jkun infurmat bil-quddiem bil-verifiki li jsiru fit-territorju Żvizzeru. Din in-notifika Ma għandhiex titqies bħala prekondizzjoni skond il-liġi biex isiru dawn il-verifiki. |
III. Kontrolli fuq il-post
1. |
Fi ħdan il-qafas ta’ dan il-Ftehim, il-Kummissjoni (OLAF) għandha tkun awtorizzata li tagħmel kontrolli fuq il-post u spezzjonijiet fit-territorju Żvizzeru, f’konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (5) u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). |
2. |
Il-kontrolli fuq il-post u l-ispezzjonijiet għandhom ikunu mħejjija u mmexxija mill-Kummissjoni b’kollaborazzjoni mill-qrib ma’ l-Uffiċċju tal-Verifika Federali Żvizzeru jew ma’ awtoritajiet kompetenti oħra Żvizzeri maħtura mill-Uffiċċju tal-Verifika Federali Żvizzeru, li għandu jkun mgħarraf fi żmien xieraq dwar l-oġġett, l-għan u l-bażi tal-kontrolli u l-ispezzjonijiet, biex ikunu jistgħu jagħtu l-għajnuna kollha meħtieġa. Għal dan il-għan, l-uffiċjali ta’ l-awtoritajiet Żvizzeri kompetenti, jistgħu jipparteċipaw f’kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post. |
3. |
Jekk l-awtoritajiet Żvizzeri kkonċernati jixtiequ, il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post jistgħu jsiru konġuntament mill-Kummissjoni u minnhom. |
4. |
Fejn il-parteċipanti fis-Seba’ Programm ta’ Qafas tal-KE u l-Euratom jirreżistu għall-kontroll jew spezzjoni fuq il-post, l-awtoritajiet Żvizzeri, b’azzjoni f’konformità mar-regoli nazzjonali, għandhom jagħtu lill-ispetturi tal-Kummissjoni l-assistenza li jkollhom bżonn biex ikunu jistgħu jagħmlu dmirhom fit-twettiq tal-kontroll jew l-ispezzjoni fuq il-post. |
5. |
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta mill-aktar fis possibbli lill-Uffiċċju tal-Verifika Federali Żvizzeru kull fatt jew suspett marbut ma’ xi irregolarità li ssir taf biha waqt li jkunu għaddejjin kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post. F’kull każ il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità imsemmija hawn fuq bir-riżultat ta’ dawn il-kontrolli u spezzjonijiet. |
IV. Informazzjoni u konsultazzjoni
1. |
Bil-għan li dan l-Anness ikun implimentat kif xieraq, l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri u Komunitarji għandhom fuq bażi regolari jibdlu tagħrif u, fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, imexxu konsultazzjonijiet. |
2. |
L-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar kull fatt jew suspett li jsiru jafu bih marbut ma’ xi irregolarità b’rabta mal-konklużjoni u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet għall-għotjiet u/jew kuntratti konklużi fl-applikazzjoni ta’ l-istrumenti msemmija f’dan il-Ftehim. |
V. Kunfidenzjalità
Informazzjoni kkomunikata jew miksuba b’kull forma skond dan l-Anness għandha tkun koperta mis-segretezza professjonali u mħarsa bl-istess mod kif informazzjoni simili hija mħarsa mil-liġi Żvizzera u mid-dispożizzjonijiet korrispondenti applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Komunità. Din l-informazzjoni Ma għandhiex tingħata lill-persuni ħlief dawk fl-istituzzjonijiet tal-Komunità jew fl-Istati Membri jew l-Iżvizzera li r-rwol tagħhom jitlob li jkunu jafuha u lanqas Ma għandha tintuża għal għanijiet ħlief dawk biex jiggarantixxu l-ħarsien effettiv ta’ l-interessi finanzjarji tal-Partijiet.
VI. Miżuri u sanzjonijiet amministrattivi
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi kriminali Żvizzera, miżuri u sanzjonijiet amministrattivi jistgħu jiġu imposti mill-Kummissjoni f’konformità mar-Regolamenti (KE, Euratom) Nru 1605/2002, emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006, u (KE, Euratom) Nru 2342/2002, emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1248/2006, u bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 fuq il-ħarsien ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (7).
VII. Rkupru u infurzar
Deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni skond is-Seba’ Programm ta’ Qafas tal-KE fl-ambitu ta’ dan il-Ftehim li jimponi obbligu ta’ ħlas ta’ flus fuq persuni li m’humiex Stati għandhom ikunu infurzabbli fl-Iżvizzera. L-ordni ta’ infurzar għandu jinħareġ, mingħajr aktar kontrolli mill-verifika ta’ l-awtentiċità ta’ l-att, mill-awtoritajiet maħtura mill-gvern Żvizzeru, li għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni. L-infurzar għandu jseħħ f’konformità mar-regoli ta’ proċedura Żvizzeri. Il-legalità tad-deċizjoni ta’ infurzar għandha tkun suġġetta għall-kontroll tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej. Ġudizzji mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej skond klawżola ta’ arbitraġġ f’kuntratt taħt is-Seba’ Programm ta’ Qafas tal-KE u l-Euratom għandhom ikunu infurzabbli fuq l-istess termini.
(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(2) ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1.
(3) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.
(4) ĠU L 227, 19.8.2006, p. 3.
(5) ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.
(6) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.
(7) ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.
Dikjarazzjoni konġunta tal-partijiet kontraenti dwar djalogu mill-qrib fid-dawl ta' strutturi ġodda fl-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 169 u 171 at-Trattat tal-KE
Iż-żewġ Partijiet jiddikjaraw li, bil-għan li tkun żgurata l-implimentazzjoni xierqa ta' l-Artikolu 2.1 ta' dan il-Ftehim, il-Konfederazzjoni Żvizzera għandha tkun mgħarrfa fil-ħin kif xieraq fuq ix-xogħlijiet ta' tħejjija dwar l-istrutturi bbażati fuq l-Artikoli 169 u/jew 171 tat-Trattat tal-KE li għandhom ikunu implimentati skond is-Seba' Programmi ta' Qafas.
Dikjarazzjoni tal-Kunsill dwar l-attendenza Żvizzera fil-Kumitati
Il-Kunsill jaqbel li r-rappreżentanti ta' l-Iżvizzera jistgħu, sakemm l-argumenti jinteressaw lilhom, jattendu laqgħat bħala osservaturi
— |
tal-Kumitati kollha stabbiliti taħt is-Seba’ Programmi ta' Qafas tal-KE u l-Euratom inkluż il-Kumitat għar-Riċerka Xjentifika u Teknika (CREST) |
— |
tal-Bord tal-Gvernaturi taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka |
Ir-rappreżentanti ta' l-Iżvizzera ma għandhomx ikunu preżenti meta dawn il-kumitati jivvutaw.
Dikjarazzjoni tal-Komunitajiet dwar it-Trattament ta' Riċerkaturi ta' l-UE fl-Iżvizzera taħt dan il-Ftehim
Il-Komunitajiet jistennew li l-Iżvizzera sa fejn hija tapplika limitu massimu ta' numru ta' permessi ta' residenza għal ċittadini ta' kull Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropa, il-permessi ta' residenza maħruġa għar-riċerkaturi parteċipanti ma għandhomx jgħoddu fil-kalkolu ta' dan il-limitu massimu. Il-Komunitajiet barra minn hekk jistennew li r-riċerkaturi li qed jipparteċipaw fi proġetti u li huma impjegati miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Komunitajiet jistgħu jibbenefikaw ugwalment mill-Artikolu 12(3) tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn l-Euratom u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-qasam tal-fużjoni termonukleari kkontrollata u l-fiżika tal-plażma (ĠU L 242/1 ta' l-4.9.1978).
Dikjarazzjoni tal-Gvern ta' l-Iżvizzera
Il-gvern ta' l-Iżvizzera jqis li d-dikjarazzjoni tal-Komunitajiet dwar it-trattament tar-riċerkaturi ta' l-UE fl-Iżvizzera taħt dan il-ftehim għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi tal-Partijiet Kontraenti taħt il-Ftehim u taħt l-ordni ġuridiku Żvizzeru.
20.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 189/26 |
FTEHIM
dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, fuq naħa, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, fuq l-oħra
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
li qed jaġixxi f'isem il-Komunità Ewropea,
u
L-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
(minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-Kummissjoni”),
li qed taġixxi f'isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika,
minn hawn ‘il quddiem imsejħin kollettivament “il-Komunitajiet”,
fuq naħa,
u
L-KUNSILL FEDERALI ŻVIZZERU,
li qed jaġixxi f'isem il-Konfederazzjoni Żvizzera, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “Żvizzera”,
fuq in-naħa l-oħra,
minn hawn ‘il quddiem imsejħin “il-Partijiet”,
Waqt li JIKKUNSIDRAW li r-relazzjoni mill-qrib bejn l-Iżvizzera u l-Komunitajiet hija ta' benefiċċju għall-Partijiet;
Waqt li JIKKUNSIDRAW l-importanza tar-riċerka xjentifika u teknoloġika għall-Komunitajiet u għall-Iżvizzera u l-interess reċiproku tagħhom li jikkooperaw f'dan il-qasam bil-għan li jsir użu aħjar mir-riżorsi u biex ma jkunx hemm duplikazzjoni mingħajr bżonn;
BILLI l-Iżvizzera u l-Komunitajiet bħalissa qed jimplimentaw programmi ta' riċerka f'oqsma ta' interess komuni;
BILLI l-Komunitajiet u l-Iżvizzera għandhom interess li jikkooperaw f'dawn il-programmi għall-benefiċċju reċiproku tagħhom;
Waqt li JIKKUNSIDRAW l-interess tal-Partijiet li jinkoraġġixxu l-aċċess reċiproku ta' l-entitajiet ta' riċerka tagħhom għal attivitajiet ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku fl-Iżvizzera, fuq naħa, u għall-Programmi ta' Qafas tal-Komunitajiet għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku fuq l-oħra;
BILLI l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u l-Iżvizzera laħqu Ftehim ta' Kooperazzjoni fl-1978 fil-qasam tal-fużjoni termonukleari kontrollata u l-fiżika tal-plażma (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim tal-Fużjoni”)
BILLI l-Partijiet laħqu Ftehim ta' Qafas fit-8 ta' Jannar 1986 għall-kooperazzjoni xjentifika u teknika, li daħal fis-seħħ fis-17 ta' Lulju 1987 (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Il-Ftehim ta' Qafas”);
Waqt li JIKKUNSIDRAW li l-Artikolu 6 tal-Ftehim ta' Qafas jgħid li l-kooperazzjoni maħsuba mill-Ftehim ta' Qafas għandha titwettaq permezz ta' ftehimiet xierqa;
BILLI fis-16 ta' Jannar 2004 il-Komunitajiet u l-Iżvizzera iffirmaw Ftehim għall-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika (1), li kien provviżorjament applikat mill-1 ta' Jannar 2004 u li daħal fis-seħħ fis-16 ta' Mejju 2006;
Waqt li JIKKUNSIDRAW li l-Artikolu 9(2) tal-Ftehim imsemmi hawn fuq jipprovdi għat-tiġdid tal-Ftehim bil-ħsieb ta' parteċipazzjoni fi Programmi ta' Qafas multi-annwali ġodda għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku, skond kundizzjonijiet maqbulin reċiprokament;
BILLI s-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta' dimostrazzjoni (2007 sa 2013) (minn hawn “il quddiem imsejjaħ is-‘Seba’ Programm ta' Qafas tal-KE”) ġie adottat b'Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (2) u r-Regolament (KE) Nru 1906/2006 (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u bid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2006/971/KE (4), 2006/972/KE (5), 2006/973 KE (6), 2006/974 KE (7) u 2006/975 KE (8) u s-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (Euratom) għar-riċerka nukleari u attivitajiet ta' taħriġ (2007 sa 2011), u li jikkontribwixxi wkoll għall-ħolqien taż-Żona Ewropea tar-Riċerka kien adottat b'Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/970/Euratom (9), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1908/2006 (10) u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2006/976/Euratom (11) u 2006/977/Euratom (12) (minn hawn “il quddiem imsejħin is-‘Seba’ Programmi ta' Qafas tal-KE u l-Euratom”);
BILLI mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet, dan il-Ftehim u kull attività li ssir taħtu bl-ebda mod ma taffettwa l-poteri fis-setgħa ta' l-Istati Membri li jkollhom attivitajiet bilaterali ma' l-Iżvizzera fl-oqsma tax-xjenza, it-teknoloġija, ir-riċerka u l-żvilupp, u li jilħqu, fejn xieraq, ftehimiet għal dak il-għan,
QABLU KIF ĠEJ;
Artikolu 1
Suġġett
1. Il-forma u l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni Żvizzera fl-implimentazzjoni tas-Seba' Programm ta' Qafas tal-KE u l-Euratom kollu għandhom ikunu kif stipulati f'dan il-Ftehim, mingħajr preġudizzju għat-termini tal-Ftehim tal-Fużjoni.
Entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-Iżvizzera jistgħu jipparteċipaw fil-programmi speċifiċi kollha tas-Seba' Programm ta' Qafas tal-KE u l-Euratom.
2. Entitajiet ġuridiċi Żvizzeri jistgħu jippartecipaw fl-attivitajiet taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Komunitajiet, kemm-il darba din il-parteċipazzjoni m'hijiex koperta mill-paragrafu 1.
3. Entitajiet ġuridiċi stabbiliti fil-Komunitajiet, inkluż iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, jistgħu jipparteċipaw fi programmi ta' riċerka u/jew proġetti fl-Iżvizzera fuq temi ekwivalenti għal dawk tal-programmi tas-Seba' Programm ta' Qafas tal-KE u l-Euratom.
4. Għall-fini ta' dan il-Ftehim “entità ġuridika” tfisser kull persuna naturali jew ġuridika stabbilita skond il-liġi nazzjonali fil-post fejn tkun twaqqfet jew skond il-Liġi tal-Komunità, li għandha personalità ġuridika u li tkun intitolata li jkollha drittijiet u obbligi ta' kull għamla f'isimha. Din għandha tinkludi, inter alia, universitajiet, organizzazzjonijiet ta' riċerka, kumpaniji industrijali, inklużi intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, u individwi.
Artikolu 2
Forom u mezzi ta' kooperazzjoni
Il-kooperazzjoni għandha tieħu l-forom li ġejjin:
1. |
Il-parteċipazzjoni ta' entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-Iżvizzera fil-programmi speċifiċi kollha adottati mis-Seba' Programm ta' Qafas tal-KE u l-Euratom, f'konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regoli għall-parteċipazzjoni ta' intrapriżi, ċentri ta' riċerka u universitajiet kemm fir-riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta' dimostrazzjoni tal-Komunità Ewropea u f'attivitajiet ta' riċerka u taħriġ tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika. Kemm-il darba l-Komunità tagħmel dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 169 u 171 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea l-Iżvizzera għandha titħalla tipparteċipa fl-istrutturi ġuridiċi maħluqa skond dawn id-dispożizzjonijiet suġġetta għar-regoli li jiġu adottati għat-twaqqif ta' dawn l-istrutturi ġuridiċi u kemm-il darba dawn ir-regoli jsiru applikabbli fl-Iżvizzera. Il-Kumitat għar-Riċerka Żvizzera/Komunitajiet għandu jiddeċiedi dwar l-applikabilità ta' dawn ir-regoli fl-Iżvizzera. Entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-Iżvizzera jkunu eliġibbli li jipparteċipaw f'azzjonijiet indiretti bbażati fuq l-Artikoli 169 u 171 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. |
2. |
Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Iżvizzera għall-baġits tal-programmi adottati għall-implimentazzjoni tas-Seba' Programm ta' Qafas tal-KE u l-Euratom, kif imfisser fl-Artikolu 5(2). |
3. |
Il-parteċipazzjoni ta' entitajiet ġuridiċi stabbiliti fil-Komunitajiet fi programmi ta' riċerka Żvizzeri u/jew proġetti deċiżi mill-Kunsill Federali fuq temi ekwivalenti għal dawk tas-Seba' Programm ta' Qafas tal-KE u l-Euratom, f'konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regolamenti rilevanti Żvizzeri u bil-qbil ta' l-imsieħba fil-proġett speċifiku u l-ġestjoni tal-programm Żvizzeru korrispondenti. Entitajiet ġuridiċi stabbiliti fil-Komunitajiet li jipparteċipaw fi programmi ta' riċerka u/jew proġetti Żvizzeri għandhom jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż tagħhom, inkluż is-sehem relattiv tal-ġestjoni ġenerali u ta' l-ispejjeż amministrattivi tal-proġett. |
4. |
Minbarra l-għoti f'waqtu ta' tagħrif u dokumentazzjoni li tikkonċerna l-implimentazzjoni tas-Seba' Programm ta' Qafas tal-KE u l-Euratom u tal-programmi u/jew proġetti Żvizzeri, il-kooperazzjoni bejn il-Partijiet tista' tinkludi l-forom u l-mezzi li ġejjin:
|
Artikolu 3
Adattament
Il-kooperazzjoni tista' tiġi adattata u żviluppata f'kull ħin bi qbil reċiproku bejn il-Partijiet.
Artikolu 4
Drittijiet u obbligi dwar il-proprjetà intellettwali
1. Suġġetti għall-Anness A u l-liġi applikabbli, entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-Iżvizzera li qed jipparteċipaw fil-programmi ta' riċerka tal-Komunitajiet, f'dak li għandu x'jaqsam mas-sjieda, l-isfruttament u t-tixrid ta' informazzjoni u proprjetà intellettwali li toħroġ minn din il-parteċipazzjoni, għandhom l-istess drittijiet u obbligi bħal entitajiet ġuridiċi stabbiliti fil-Komunitajiet. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għar-riżultati miksuba minn proġetti li bdew qabel l-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Ftehim.
2. Suġġetti għall-Anness A u għal-liġi applikabbli, entitajiet ġuridiċi stabbiliti fil-Komunitajiet li qed jieħdu sehem fi programmi ta' riċerka u/jew proġetti Żvizzeri, kif jistipula l-Artikolu 2(3), f'dak li għandu x'jaqsam mas-sjieda, l-isfruttament u t-tixrid ta' informazzjoni u proprjetà intellettwali li toħroġ minn din il-parteċipazzjoni, għandhom l-istess drittijiet u obbligi bħal entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-Iżvizzera u li qed jipparteċipaw fil-programmi u/jew il-proġetti kkonċernati.
Artikolu 5
Dispożizzjonijiet finanzjarji
1. Impenji li jkunu daħlu għalihom il-Komunitajiet taħt is-Seba' Programm ta' Qafas tal-KE u l-Euratom qabel l-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Ftehim – kif ukoll il-ħlasijiet li jirriżultaw minn dawn – ma għandhom iwasslu għal ebda kontribuzzjoni minn naħa ta' l-Iżvizzera. Il-kontribuzzjoni finanzjarja ta' l-Iżvizzera marbuta mal-parteċipazzjoni fl-implimentazzjoni tas-Seba' Programm ta' Qafas tal-KE u l-Euratom għandha tkun stabbilita fi proporzjon għal u b'żieda ma' l-ammont disponibbli kull sena fil-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għall-allokazzjonijiet maħsuba biex jaqdu l-obbligi finanzjarji tal-Kummissjoni li joħorġu mill-ħidma li trid titwettaq fil-forom meħtieġa għall-implimentazzjoni, għall-ġestjoni u t-twettiq tal-programmi u ta' l-attivitajiet koperti minn dan il-Ftehim.
2. Il-fattur ta' proporzjonalità li jirregola l-kontribuzzjoni ta' l-Iżvizzera għas-Seba' Programm ta' Qafas tal-KE u l-Euratom, bl-eċċezzjoni tal-Programm tal-Fużjoni, għandu jinkiseb billi jkun stabbilit ir-rapport bejn il-prodott gross domestiku Żvizzeru, skond il-prezzijiet tas-suq, u s-somma tal-prodott gross domestiku, skond il-prezzijiet tas-suq, ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea. Il-kontribuzzjoni Żvizzera għall-Programm tal-Fużjoni għandha tibqa' tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta' l-aħħar dati statistiċi mill-Eurostat, disponibbli fil-mument tal-pubblikazzjoni ta' l-abbozz ta' baġit preliminari ta' l-Unjoni Ewropea għall-istess sena.
3. Ir-regoli li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja ta' l-Iżvizzera huma stipulati fl-Anness B.
Artikolu 6
Kumitat għar-Riċerka Żvizzera/Komunitajiet
1. Il-Kumitat għar-Riċerka Żvizzera/Komunitajiet stabbilit fil-Ftehim ta' Qafas għandu jeżamina, jevalwa u jiżgura l-implimentazzjoni xieraq ta' dan il-Ftehim. Kwistjonijiet li jinqalgħu mill-implimentazzjoni jew l-interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim għandhom jitressqu quddiem dan il-Kumitat.
2. Il-Kumitat jista' jidentifika fuq talba ta' l-Iżvizzera reġjuni ta' l-Iżvizzera li jissodisfaw il-kriterji mniżżla fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (13) u għalhekk ikunu reġjuni eliġibbli biex jibbenefikaw minn azzjonijiet ta' riċerka skond il-Programm ta' Ħidma “Potenzjal ta' riċerka” taħt il-programm speċifiku “Kapaċitajiet”.
3. Il-Kumitat jista' jiddeċiedi li jemenda r-referenzi għal atti tal-Komunità fl-Anness C.
Artikolu 7
Parteċipazzjoni
1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4, entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-Iżvizzera u li qed jipparteċipaw fis-Seba' Programm ta' Qafas tal-KE u l-Euratom għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi kontrattwali bħal entitajiet stabbiliti fil-Komunitajiet.
2. Għal entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-Iżvizzera, it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli għas-sottomissjoni u l-evalwazzjoni ta' proposti u dawk għall-għoti u l-konklużjoni ta' ftehimiet ta' għotjiet u/jew kuntratti taħt il-programmi tal-Komunitajiet għandhom ikunu l-istess bħal dawk applikabbli għal ftehimiet għall-għotjiet u/jew kuntratti miftehma taħt l-istess programmi ma' entitajiet ġuridiċi stabbiliti fil-Komunitajiet.
3. Entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-Iżvizzera għandhom ikunu eliġibbli għal self li l-EIB jagħti b'appoġġ għal għanijiet ta' riċerka stabbiliti taħt is-Seba' Programm ta' Qafas tal-KE.
4. Għadd xieraq ta' esperti Żvizzeri għandhom jiġu kkunsidrati fl-għażla ta' evalwaturi jew arbitri taħt il-programmi ta' riċerka u ta' żvilupp teknoloġiku tal-Komunitajiet billi jiġu kkunsidrati l-ħiliet u l-għarfien xierqa għall-ħidmiet assenjati lilhom.
5. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 1(3), l-Artikolu 2(3) u l-Artikolu 4(2) u għal regolamenti u regoli ta' proċedura eżistenti, entitajiet ġuridiċi stabbiliti fil-Komunitajiet jistgħu jipparteċipaw taħt termini u kundizzjonijiet ekwivalenti ta' l-imsieħba Żvizzeri fi programmi u/jew proġetti tal-programmi ta' riċerka Żvizzeri msemmija fl-Artikolu 2(3). L-awtoritajiet Żvizzeri jistgħu jagħmlu l-parteċipazzjoni fi proġett minn entità jew aktar stabbilita fil-Komunitajiet suġġetta għall-parteċipazzjoni konġunta ma' mill-inqas entità waħda Żvizzera.
Artikolu 8
Mobilità
Kull Parti għandha, f'konformità mar-regolamenti eżistenti u l-ftehimiet fis-seħħ, tiggarantixxi d-dħul u l-permanenza – safejn huwa indispensabbli għat-twettiq b'suċċess ta' l-attività kkonċernata – ta' għadd limitat ta' riċerkaturi tagħhom li qed jipparteċipaw, fl-Iżvizzera u fil-Komunitajiet, fl-attivitajiet koperti mill-Ftehim.
Artikolu 9
Reviżjoni u kollaborazzjoni futura
1. Jekk il-Komunitajiet jiddeċiedu li jirrevedu jew jestendu l-programmi ta' riċerka tagħhom, dan il-Ftehim jista' jkun rivedut jew estiż skond kundizzjonijiet maqbula reċiprokament. Il-Partijiet għandhom jagħmlu skambju ta' informazzjoni u fehmiet dwar din ir-reviżjoni jew estensjoni, kif ukoll dwar kull materja oħra li taffettwa direttament jew indirettament il-kooperazzjoni ta' l-Iżvizzera fl-oqsma koperti mis-Seba' Programmi ta' Qafas tal-KE u l-Euratom. L-Iżvizzera għandha tiġi mgħarrfa bil-kontenut eżatt tal-programmi riveduti jew estiżi fi żmien ġimgħatejn mill-adozzjoni tagħhom mill-Komunitajiet. Fil-każ ta' din ir-reviżjoni jew estensjoni tal-programmi ta' riċerka, l-Iżvizzera tista' ttemm dan il-Ftehim billi tagħti avviż ta' sitt xhur. Il-Partijiet għandhom jagħtu avviż dwar l-intenzjoni li jtemmu jew jestendu dan il-Ftehim fi żmien tliet xhur wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Komunitajiet.
2. Jekk il-Komunitajiet jadottaw Programm ta' Qafas multi-annwali ġdid għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku, dan il-Ftehim jista' jiġi mġedded jew rinegozjat b'kundizzjonijiet maqbula flimkien bejn il-Partijiet. Il-Partijiet għandhom jibdlu tagħrif u fehmiet fuq it-tħejjija ta' dawn il-programmi jew attivitajiet ta' riċerka oħra preżenti u futuri permezz tal-Kumitat għar-Riċerka Żvizzera/Komunitajiet.
Artikolu 10
Rabta ma' ftehimiet internazzjonali oħra
1. Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għall-vantaġġi previsti minn ftehimiet internazzjonali oħra li jorbtu waħda mill-Partijiet u riżervati biss għal entitajiet ġuridiċi stabbiliti fit-territorji ta' dik il-Parti.
2. Entità ġuridika stabbilita f'pajjiż ieħor assoċjat mas-Seba' Programm ta' Qafas (Pajjiż Assoċjat) igawdi mill-istess drittijiet u obbligi taħt dan il-Ftehim bħal entitajiet ġuridiċi li huma stabbiliti fi Stat Membru kemm-il darba l-Pajjiż Assoċjat li fih l-entità hija stabbilita wera l-qbil li jagħti lil entitajiet ġuridiċi mill-Iżvizzera l-istess drittijiet u obbligi.
Artikolu 11
Applikazzjoni territorjali
Dan il-Ftehim għandu japplika, fuq naħa, għat-territorji li fihom it-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet huma applikati u taħt il-kundizzjonijiet stipulati f'dawk it-Trattati u, fuq in-naħa l-oħra, għat-territorju ta' l-Iżvizzera.
Artikolu 12
Annessi
Annessi A, B u C għandhom ikunu parti integrali minn dan il-Ftehim.
Artikolu 13
Emenda u terminazzjoni
1. Dan il-Ftehim għandu japplika għat-tul tas-Seba' Programmi ta' Qafas tal-KE u l-Euratom.
2. Dan il-Ftehim jista' jiġi emendat biss bil-miktub bi qbil komuni bejn il-Partijiet. Din il-proċedura għad-dħul fis-seħħ ta' l-emendi għandha tkun l-istess bħall-proċedura applikabbli għal dan il-Ftehim.
3. Kull Parti tista' ttemm dan il-Ftehim f'kull ħin, suġġetta għal notifika bil-miktub sitt xhur qabel.
4. Proġetti u attivitajiet li jkunu għaddejjin meta jiġi mitmum u/jew fl-iskadenza ta' dan il-Ftehim għandhom jibqgħu għaddejjin sat-tmiem tagħhom skond il-kundizzjonijiet f'dan il-Ftehim. Il-Partijiet għandhom isolvu b'kunsens komuni kull konsegwenza oħra tat-terminazzjoni.
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni provviżorja
1. Dan il-Ftehim għandu jkun ratifikat jew konkluż mill-Partijiet f'konformità mar-regoli rispettivi tagħhom. Għandu jidħol fis-seħħ fid-dati ta' l-aħħar notifika tal-konklużjoni tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan. Għandu jkun applikat provviżorjament mill-1 ta' Jannar 2007.
2. Jekk waħda mill-Partijiet tinforma lill-oħra li ma tkunx se tikkonkludi dan il-Ftehim, huwa hawnhekk maqbul li:
— |
il-Komunitajiet iroddu lura lill-Iżvizzera l-kontribuzzjoni tagħha għall-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea, kif jitlob l-Artikolu 2(2), |
— |
madankollu, il-fondi impenjati mill-Komunitajiet għall-parteċipazzjoni minn entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-Iżvizzera f'azzjonijiet indiretti, inklużi l-ħlasijiet lura skond l-Artikolu 2(1), għandhom jitnaqqsu mill-Komunitajiet mill-ħlasijiet imsemmija hawn fuq, |
— |
proġetti u attivitajiet li jkunu bdew waqt l-applikazzjoni provviżorja u li jkunu għadhom għaddejjin fi żmien in-notifika msemmija hawn fuq għandhom jibqgħu għaddejjin sa ma jintemmu skond il-kundizzjonijiet stipulati f'dan il-Ftehim. |
Dan il-Ftehim għandu jitfassal f'żewġ kopji fil-lingwi Bulgaru, Ċek, Daniż, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Polakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol u Svediż, u kull wieħed minn dawk it-testi jkun ugwalment awtentiku.
Съставено в Люксембург на двадесет и пети юни две хиляди и седма година.
Hecho en Luxemburgo, el veinticinco de junio de dos mil siete.
V Lucemburku dne dvacátého pátého června dva tisíce sedm.
Udfærdiget i Luxembourg den femogtyvende juni to tusind og syv.
Geschehen zu Luxemburg am fünfundzwanzigsten Juni zweitausendsieben.
Kahe tuhande seitsmenda aasta juunikuu kahekümne viiendal päeval Luxembourgis.
Έγινε στο Λουξεμβούργο, στις είκοσι πέντε Ιουνίου δύο χιλιάδες επτά.
Done at Luxembourg, on the twenty-fifth day of June in the year two thousand and seven.
Fait à Luxembourg, le vingt-cinq juin deux mille sept.
Fatto a Lussemburgo, addì venticinque giugno duemilasette.
Luksemburgā, divtūkstoš septītā gada divdesmit piektajā jūnijā.
Priimta du tūkstančiai septintųjų metų birželio dvidešimt penktą dieną Liuksemburge.
Kelt Luxembourgban, a kettőezer-hetedik év június havának huszonötödik napján.
Magħmul fil-Lussemburgu, fil-ħamsa u għoxrin jum ta' Ġunju tas-sena elfejn u sebgħa.
Gedaan te Luxemburg, de vijfentwintigste juni tweeduizend zeven.
Sporządzono w Luksemburgu dnia dwudziestego piątego czerwca roku dwa tysiące siódmego.
Feito no Luxemburgo, em vinte e cinco de Junho de dois mil e sete.
Adoptat la Luxemburg, douăzeci şi cinci iunie două mii șapte.
V Luxemburgu dňa dvadsiateho piateho júna dvetisícsedem.
V Luxembourgu, petindvajsetega junija leta dva tisoč sedem.
Tehty Luxemburgissa kahdentenakymmenentenäviidentenä päivänä kesäkuuta vuonna kaksituhattaseitsemän.
Som skedde i Luxemburg den tjugofemte juni tjugohundrasju.
Зa Eвpoпeйcката общност
Por la Comunidad Europea
Za Evropské společenství
For Det Europæiske Fællesskab
Für die Europäische Gemeinschaft
Euroopa Ühenduse nimel
Гια την Ευρωπαїκή Κоινότητα
For the European Community
Pour la Communauté européenne
Per la Comunità europea
Eiropas Kopienas vārdā
Europos bendrijos vardu
Az Európai Közösség részéről
Għall-Komunità Ewropea
Voor de Europese Gemeenschap
W imieniu Wspólnoty Europejskiej
Pela Comunidade Europeia
Pentru Comunitatea Europeană
Za Európske spoločenstvo
Za Evropsko skupnost
Euroopan yhteisön puolesta
För Europeiska gemenskapen
Зa Eвpoпeйcката общност зa aтoмна енергия
Por la Comunidad Europea de la Energía Atómica
Za Evropské společenství pro atomovou energii
For Det Europæiske Atomenergifælleskab
Für die Europäische Atomgemeinschaft
Euroopa Aatomienergiaühenduse nimel
Гια την Ευρωπαїκή Κоινότητα Ατομικής Εvέργειας
For the European Atomic Energy Community
Pour la Communauté européenne de l'énergie atomique
Per la Comunità europea dell'energia atomica
Eiropas Atomenerġijas kopienas vārdā
Europos atominés energijos bendrijos vardu
Az Európai Atomenergia-közösség részéről
Għall-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika
W imieniu Europejskiej Wspólnoty Energii Atomowej
Voor de Europese Gemeenschap voor Atoomenergie
Pela Comunidade Europeia da Energia Atómica
Pentru Comunitatea Europeană a Energiei Atomice
Za Európske spoločenstvo pre atómovú energiu
Za Evropsko skupnost za atomsko energijo
Euroopan atominienergiayhteisön puolesta
För Europeiska atomenergigemenskapen
Зa Конфедерация Швейцария
Por la confederación Suiza
Za Švýcarskou konfederaci
For Det Schweiziske Forbund
Für die Schweizerische Eidgenossenschaft
Šveitsi Konföderatsiooni nimel
Гια την Ελβετική Συνομοσπονδία
For the Swiss Confederation
Pour la Confédération suisse
Per la Confederazione svizzera
Šveices Konfederācijas vārdā
Šveicarijos Konfederacijos vardu
A Svájci Államszövetség részéről
Għall-Konfederazzjoni Żvizzera
Voor de Zwitserse Bondsstaat
W imieniu Konfederacji Szwajcarskiej
Pela Confederação Suíça
Pentru Confederaţia Elveţiană
Za Švajčiarsku konfederáciu
Za Švicarsko konfederacijo
Sveitsin valaliiton puolesta
På Schweiziska edsförbundets vågnar
(2) ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.
(3) ĠU L 391, 30.12.2006, p. 1.
(4) ĠU L 400, 30.12.2006, p. 86. Il-verżjoni kkoreġuta ppubblikata fil-ĠU L 54, 22.2.2007, p. 30.
(5) ĠU L 400, 30.12.2006, p. 242. Il-verżjoni kkoreġuta ppubblikata fil-ĠU L 54, 22.2.2007, p. 81.
(6) ĠU L 400, 30.12.2006, p. 269. Il-verżjoni kkoreġuta ppubblikata fil-ĠU L 54, 22.2.2007, p. 91.
(7) ĠU L 400 30.12.2006, p. 298. Il-verżjoni kkoreġuta ppubblikata fil-ĠU L 54, 22.2.2007, p. 101.
(8) ĠU L 400, 30.12.2006, p. 367. Il-verżjoni kkoreġuta ppubblikata fil-ĠU L 54, 22.2.2007, p. 126.
(9) ĠU L 400, 30.12.2006, p. 60. Il-verżjoni kkoreġuta ppubblikata fil-ĠU L 54, 22.2.2007, p. 21.
(10) ĠU L 400, 30.12.2006, p. 1. Il-verżjoni kkoreġuta ppubblikata fil-ĠU L 54, 22.2.2007, p. 4.
(11) ĠU L 400, 30.12.2006, p. 403. Il-verżjoni kkoreġuta ppubblikata fil-ĠU L 54, 22.2.2007, p. 139.
(12) ĠU L 400, 30.12.2006, p. 433. Il-verżjoni kkoreġuta ppubblikata fil-ĠU L 54, 22.2.2007, p. 149.
20.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 189/38 |
ATT FINALI
Il-Plenipotenzjarji
tal-KOMUNITÀ EWROPEA
u
tal-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA,
f'laqgħa fil- … fi … għall-iffirmar tal-Ftehim għall-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika fuq naħa, u l-Konfederazzjoni Żvizzera fuq l-oħra, adottaw id-Dikjarazzjoni Konġunta li ġejja, li hija mehmuża ma' dan l-Att Finali:
Dikjarazzjoni Konġunta tal-Partijiet Kontraenti dwar djalogu mill-qrib fid-dawl ta' strutturi ġodda li jimplimentaw l-Artikoli 169 u 171 tat-Trattat tal-KE.
Huma kkunsidraw ukoll id-Dikjarazzjonijiet li ġejjin, li huma mehmuża ma' dan l-Att Finali:
Dikjarazzjoni tal-Kunsill dwar l-attendenza Żvizzera għall-kumitati.
Dikjarazzjoni tal-Komunitajiet dwar it-trattament fl-Iżvizzera tar-riċerkaturi ta' l-UE skond dan il-Ftehim.