EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0374

2007/374/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 24 ta' Jannar 2007 dwar għajnuna mill-istat C 52/2005 (ex NN 88/2005, ex CP 101/2004) li ġiet implimentata mir-Repubblika Taljana bis-sussidju għax-xiri ta' decoders diġitali (notifikata bid-dokument numru C(2006) 6634) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 147, 8.6.2007, p. 1–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/374/oj

8.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 147/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-24 ta' Jannar 2007

dwar għajnuna mill-istat C 52/2005 (ex NN 88/2005, ex CP 101/2004) li ġiet implimentata mir-Repubblika Taljana bis-sussidju għax-xiri ta' decoders diġitali

(notifikata bid-dokument numru C(2006) 6634)

(Il-verżjoni Taljana biss hija awtentika)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/374/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 88(2),

u wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

wara li stiednet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw osservazzjonijiet skond l-Artikoli msemmija (1),

wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet mibgħuta,

ikkunsidrat dan li ġej:

I.   PROĊEDURA

(1)

Fil-11 ta' Mejju 2004 il-kumpanija Centro Europa 7 s.r.l. (“Europa 7”) ippreżentat denunzja relatata ma' l-għajnuna mogћtija mill-Istat b’referenza għall-Artikolu 4(1) tal-liġi ta' l-24 ta' Diċembru 2003, nru 350 (Liġi Finanzjarja 2004). L-awtriċi tad-denunzja ppreżentat informazzjoni u osservazzjonijiet ulterjuri b’ittra datata 10 ta' Frar 2005, li fiha sostniet li l-Gvern Taljan kien ta rifinanzjament għall-miżura msemmija fil-paragrafu 211 tal-liġi nru 311/2004 (Liġi Finanzjarja 2005) u talbet lill-Kummissjoni sabiex tagħti bidu għal proċedura ta' investigazzjoni formali. Fit-3 ta' Mejju 2005 anki l-kumpanija Sky Italia s.r.l. (“Sky Italia”) ippreżentat denunzja relatata maż-żewġ artikoli ċċitati. Fit-22 ta' Ġunju 2005 saret laqgħa bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u Sky Italia. Din ta' l-aħħar, fil-31 ta' Awissu 2005 ppreżentat informazzjoni ulterjuri dwar tibdil fil-liġi tat-3 ta' Mejju 2004“Regoli ta' prinċipju dwar ir-regolazzjoni tas-sistema radjuteleviżiva u tar-RAI – Radiotelevisione italiana S.p.a., li jiddelegaw ukoll lill-Gvern l-awtorità li joħroġ it-test uniku dwar ir-radjuteleviżjoni” (“liġi Gasparri”) li jirregola s-settur televiżiv fl-Italja. Fl-aħħarnett, fil-31 ta' Ottubru 2005, Sky Italia talbet lill-Kummissjoni – sakemm tingħata deċiżjoni – li twissi lill-Gvern Taljan biex jissospendi l-miżura skond l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) nru 659/1999 tal-Kunsill li jimplimenta l-Artikolu 88 tat-Trattat tal-KE (2).

(2)

Il-Kummissjoni talbet informazzjoni mill-Gvern Taljan permezz ta' ittri datati 13 ta' Ottubru 2004, 21 ta' April 2005 u 15 ta' Lulju 2005. L-informazzjoni ngћatat fil-5 ta' Novembru 2004, fit-13 ta' Mejju 2005 u fit-12 ta' Settembru 2005 wara li ngћatat estensjoni qasira gћat-terminu tar-risposta. Fis-6 ta' Ġunju 2005 saret laqgћa bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-Italja.

(3)

Permezz ta' ittri datati 20 ta' Settembru 2005 u 16 ta' Novembru 2005, l-Italja infurmat lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagћha li ma testendix l-iskema fl-istess forma.

(4)

Permezz ta' ittra datata 21 ta' Diċembru 2005, il-Kummissjoni infurmat lill-Italja bid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċeduri ta' investigazzjoni formali skond l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE fir-rigward ta' l-gћajnuna kkonċernata (iktar 'il quddiem id-“deċiżjoni ta' ftuħ tal-proċedura”). Id-deċiżjoni ta' ftuħ tal-proċedura tal-Kummissjoni ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea  (3). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jibagħtu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-miżuri kkonċernati

(5)

Wara estensjoni tat-terminu ta' skadenza, b’ittra datata 13 ta' Frar 2006, l-Italja rrispondiet gћat-talba fformulata fid-deċiżjoni ta' ftuħ tal-proċedura biex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha. Il-Kummissjoni rċeviet ukoll l-osservazzjonijiet tal-partijiet interessati segwenti: il-Federazzjoni Nazzjonali ta' l-Ażjendi Elettrotekniċi u Elettroniċi (Federazione nazionale imprese elettrotecniche ed elettroniche, ANIE) permezz ta' ittra tad-19 ta' Ġunju 2006, Europa 7 b’ittra tad-19 ta' Ġunju 2006, l-Assoċjazzjoni Ewropea ta' Operaturi Satellitari (European Satellite Operator Association, ESOA) b’ittra ta' l-20 ta' Ġunju 2006, Mediaset S.p.A. b’ittra ta' l-20 ta' Ġunju 2006, RAI – (Radio Televisione Italiana) b’ittra tat-23 ta' Ġunju 2006 u Sky Italia b’ittra tas-26 ta' Ġunju 2006. B’ittra tat-12 ta' Lulju 2006 l-Kummissjoni ressqet l-osservazzjonijiet tagћha lill-Italja, li m'gћamlet l-ebda kumment dwarhom.

II.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TA' L-GĦAJNUNA

II.A   DESKRIZZJONI TA' L-GĦAJNUNA

(6)

Is-suġġetti tal-proċeduri ta' l-investigazzjoni formali huma l-Artikolu 4(1) tal-liġi nru 350/2003 (liġi finanzjarja fiskali 2004), id-digriet interministerjali tat-30 ta' Diċembru 2003“Kontribuzzjoni għat-televiżjoni diġitali terrestri u għall-aċċess gћall-internet broadband skond l-Artikolu 4(1) u (2) tal-liġi ta' l-24 ta' Diċembru 2003 nru 350” u l-paragrafu 211 tal-liġi nru 311/2004 (liġi finanzjarja 2005).

(7)

L-Artikolu 4(1) tal-liġi finanzjarja 2004 jistabilixxi gћajnuna statali li tammonta gћal 150 euro gћal dawk li jużaw is-servizz meta jixtru jew jikru apparat denominat ta' riċezzjoni bћal “set up box” jew “decoder” (iktar 'il quddiem “decoder”) li jippermetti li jinqabdu sinjali televiżivi b’teknoloġija diġitali terrestri u l-interattività konsegwenti, b’allokazzjoni ta' nfiq totali ekwivalenti gћal 110 miljun euro. Għandu jiġi osservat li s-sussidju ma jistax jingћata f’każ ta' decoders li ma jirċivux sinjali diġitali terrestri anki jekk jippermettu li jinqabdu s-sinjali televiżivi u l-gћoti ta' servizzi interattivi. Dan li ġej hu t-test ta' l-Artikolu kkonċernat:

“Gћas-sena 2004, fil-konfront ta' kull utent ta' servizzi ta' xandir, li jkun ħallas il-miżata ta' abbonament relattiva gћas-sena kurrenti, kemm jekk jixtri u kemm jekk jikri l-apparat adattat li jippermetti r-riċezzjoni, b mod mhux ikkodifikat u li ma jinvolvi ebda ћlas gћal min juża s-servizz u gћal min jibgћat il-kontenut, tas-sinjali televiżivi ta' teknoloġija diġitali terrestri (T-DVB/C-DVB) u l-interattività li tirriżulta, ser jingħata sussidju mill-Istat ekwivalenti għal 150 euro. L-gћoti tas-sussidju gћandu jilћaq limitu ta' spiża ta' 110 miljun euro.”

(8)

L-Artikolu 4(4) jispeċifika illi s-sussidju gћax-xiri jew il-kiri ta' decoder ta' teknoloġija C-DVB jingħata bil-kundizzjoni li l-offerta kummerċjali tindika b'mod ċar lill-konsumatur min huma l-fornituri tal-kontenut li magћhom is-suġġetti titolari tal-pjattaforma bil-kejbil ikunu gћamlu ftehim dwar it-termini u l-kundizzjonijiet gћar-ripetizzjoni permezz tal-kejbil tas-sinjal trasmess b’teknoloġija diġitali terrestri (T-DVB).

(9)

Skond l-Italja, is-sussidju jingħata lill-konsumaturi għax-xiri jew il-kiri ta' decoder li jippermetti r-riċezzjoni ta' sinjal diġitali mhux kodifikat “mingћajr ebda spiża gћall-konsumatur u gћall-fornitur tal-kontenut.” Dejjem skond ma ddikjararat l-Italja, “riċezzjoni ta' sinjali diġitali mhux kodifikati” tfisser l-kapaċità tad-decoder li jesegwixxi kull tip ta' servizz interattiv mogћti minn kwalunkwe trasmettitur. Gћalhekk, din hija espressjoni sintetika li tispeċifika li d-decoder gћandu jippermetti l-funzjonijiet interattivi mhux kodifikati (jew inkella gћandu jkun mhux biss “interattiv” iżda gћandu wkoll jippermetti l-“interoperabilità”). Hi riferenza, gћaldaqstant, gћal decoder bi standard li jippermetti l-interface gћal programmi applikattivi (API) li gћalih il-Multimedia Home Platform (MHP) tikkostitwixxi primarjament l-uniku eżempju.

(10)

Il-paragrafu 211 tal-liġi finanzjarja 2005 jirrifinanzja l-miżura gћall-istess limitu ta' nfiq ta' 110 miljun euro, imma s-sussidju gћad-decoder jinżel gћal 70 euro. L-iskema kkonċernata ma baqgħatx fis-seћћ mill-1 ta' Diċembru 2005.

(11)

Il-miżura rnexxiet gћal żewġ raġunijiet. Jidher li madwar 2 miljun ċittadin Taljan xtraw decoder u gawdew mill-gћajnuna. Din iċ-ċifra tikkorrispondi gћal nofs id-decoders mibjugћa sa l-aћћar ta' Novembru ta' l-2005, waqt li n-nofs l-ieћor tal-bejgћ sar lil konsumaturi li ma rrikorrewx gћas-sussidju, anki jekk id-decoders mixtrija kienu ta' tip li seta’ jgawdi mill-gћajnuna. Barra minn hekk, permezz ta' l-ekonomija ta' l-iskala fil-produzzjoni li bis-saћћa tagћha setgћet tippermetti din iż-żieda fit-talba, il-prezz tad-decoders interattivi naqas gћall-konsumatur minn 300/350 euro gћal madwar 150 euro.

(12)

Wara dawn iż-żewġ miżuri msemmija, kienet implimentata miżura simili fl-2006 fejn kien applikat l-Artikolu 1(572) tal-liġi finanzjarja nru 266/2005 tat-23 ta' Diċembru 2005 (liġi finanzjarja 2006), li toffri sussidju favur il-konsumaturi minn Sardinja u Valle d’Aosta li jixtru decoder  (4) li jiswa madwar 90 euro, applikabbli gћal xiri li jkun sar bejn l-1 u l-31 ta' Diċembru 2005, u gћal 70 euro gћal dak ix-xiri li jkun sar wara l-1 ta' Jannar 2006.

(13)

Skond il-miżuri riżervati gћall-2004/2005, il-liġi finanzjarja 2006 torbot direttament is-sussidju ma' l-interoperabilità tad-decoder mingћajr ma teskludi a priori d-decoders terrestri.

(14)

Skond id-deċiżjoni tal-11 ta' Awissu 2006, l-Awtorità Taljana għall-Kompetizzjoni u s-Suq (Autorità italiana garante della concorrenza e del mercato – AGCM) ċaħdet (5) denunzja kontra d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 1(572) tal-liġi finanzjarja 2006, denunzja li fiha ġie allegat li din l-gћajnuna kienet tiffavorixxi kumpaniji konnessi mal-familja tas-Sur Berlusconi. Il-proċedura kienet ibbażata fuq il-liġi ta' l-20 ta' Lulju 2004, nru 215, dwar il-konflitt ta' interessi.

II.B   FATTI PREĊEDENTII

II.B.1   L-AWTURI TAD-DENUNZJA

(15)

Europa 7 hija kumpanija Taljana li għandha liċenza tax-xandir b’teknoloġija analogali sa mill-1999. Il-kumpanija ma setgћetx, madankollu, topera fis-suq tax-xandir b’ teknoloġija analogali minћabba – skond kif sostniet – l-aġir ta' l-awtoritajiet nazzjonali, li gћadhom ma assenjawx il-frekwenzi meћtieġa sabiex Europa 7 tkun tista’ tittrażmetti.

(16)

Sky Italia hija kumpanija tat-televiżjoni bi ћlas, li tittrażmetti permezz tas-satellita li hi proprjetà ta' News Corporation. Il-kumpanija ġiet stabbilita wara x-xiri, minn News Corporation, tal-kontroll ta' Telepiù S.p.A. u ta' Stream S.p.A. fl-2003, amalgamazzjoni li ġiet approvata subordinatament għal ċerti impenji li ngħataw (każ nru KOMP/M.2876 Newscorp/Telepiù). Bћala konsegwenza ta' l-impenji mogħtija, Sky Italia kienet mitluba tirrinunzja l-attivitajiet tagћha fuq pjattaforma terrestri: il-kumpanija ma tistax topera fl-Italja bћala operatriċi terrestri ta' netwerk jew bћala operatriċi terrestri ta' televiżjoni bi ћlas.

II.B.2   IL-KUNTEST

(17)

Il-miżura kkonċernata għandha tiġi kkunsidrata fil-kuntest tal-bidla għal sistema diġitali fix-xandir, li gћandha impatt fuq is-sistemi ta' xandir disponibbli fil-mument attwali, jiġifieri l-kejbil, is-satellita, u t-trażmissjoni terrestri. Minn hawn 'il quddiem, it-terminu “DVB-T” jirreferi għax-xandir ta' vidjo diġitali fuq netwerk terrestri. Forom oћra ta' xandir vidjo diġitali jissejħu DVB-S (bis-satellita) u DVB-C (bil-kejbil). Il-vantaġġ ewlieni tal-bidla għal sistema diġitali, meta mqabbla max-xandir b’ teknoloġija analogali, hi ż-żieda fil-kapaċità ta' xandir fuq is-sistemi kollha miksuba permezz ta' użu aktar effiċjenti tal-medda tal-frekwenzi radju (radiofrequency spectrum) (6). Dan hu b’mod partikolari rilevanti gћat-televiżjoni terrestri speċjalment meta titqies l-limitazzjoni tad-disponibilità tal-medda tal-frekwenzi radju. Bejn l-2002 u l-2005 il-Kummissjoni tat prova li tappoġġja b’mod attiv il-qalba gћax-xandir diġitali, u dan billi adottat gћadd ta' komunikazzjonijiet dwar is-suġġett (7). F’dawn il-komunikazzjonijiet, il-Kummissjoni tat prova li tappoġġja, fuq kollox, it-tixrid ta' teknoloġiji diġitali bl-hekk imsejћa “standards miftuћin”, jiġifieri teknoloġiji li jippermettu l-interattività mal-konsumatur finali u l-“interoperabilità permezz ta' program interfaces (API) miftuћin”: fi kliem ieћor, il-possibbiltà ta' diversi produtturi u konsumaturi li jkunu konnessi bejniethom permezz ta' teknoloġija waħda, li tista’ tintuża liberament mill-operaturi kollha preżenti fis-suq.

(18)

Biex wieħed ikun jista’ jara programmi mxandra diġitalment permezz ta' apparat l-aktar komuni jeħtieġ li jintuża decoder (għalkemm fil-każ ta' xi settijiet tat-televixin manifatturati daż-żminijiet id-decoder jinsab integrat fihom). Fis-suq jinstabu diversi tipi ta' decoders diġitali li jistgћu jkunu kklassifikati, b’mod wiesa’, skond il-karatteristiċi u l-funzjonijiet tagћhom: a) dekodifikazzjoni sempliċi ta' programmi diġitali f’sistema terrestri jew bis-satellita; b) interattività (il-possibbiltà li tintbagћat informazzjoni lit-trażmettituri); ċ) aċċess kundizzjonat (il-possibbiltà li jkunu dekodifikati servizzi ta' televiżjoni bi ћlas); d) interoperabilità (il-possibbiltà li wieћed jista’ juża l-istess decoder biex jirċievi programmi mxandra minn diversi trażmettituri fuq l-istess sistema). L-interoperabilità tista’ ssir faċilment permezz ta' l-adozzjoni ta' standards miftuћa mit-trażmettituri u bl-użu ta' interfaces miftuћa korrispondenti fid-decoders; alternattivament, l-interoperabilità titlob li s-sidien ta' teknoloġiji ta' pjattaformi mhux miftuħa jaċċettaw li jagћmlu aċċessibbli t-teknoloġija speċifika skond kif hemm bżonn. Gћalkemm fit-teorija decoder jista’ joffri sensiela ta' kumbinazzjonijiet tal-funzjonijiet deskritti hawn fuq, fil-prattika l-kategoriji tad-decoders l-aktar mifruxa huma kif ġej: a) l’hekk imsejћa zapper (funzjoni ta' dekodifikazzjoni sempliċi); b) id-decoders proprjeta’ ta' Sky (interattivi, b’aċċess kundizzjonat; imma mhumiex “miftuћin”), u ċ) id-decoders sussidjati (interattivi, b’aċċess kundizzjonat u “miftuћin”).

(19)

Fl-Italja jeżistu erba’ sistemi ta' xandir televiżiv: i) bis-satellita, li fuqha jinstabu stazzjonijiet ewlenin li jxandru mingħajr kodifikazzjoni kif ukoll l-istazzjonijiet ta' Sky Italia, li l-programmi tagћhom jistgħu jiġu aċċessati permezz ta' abbonament jew ftehim ta' pay per view; ii) televiżjoni terrestri bbażata fuq frekwenza Hertz (8), li fuqha f’Diċembru 2005 kienu joperaw 6 trażmettituri nazzjonali, jiġifieri r-RAI (mingħajr kodifikazzjoni), il-Mediaset (9) (mingħajr kodifikazzjoni jew pay per view), il-Holland Coordinator & Service Company Italia (HCSC) li hija proprjetarja ta' Prima TV/Dfree, il-Gruppo l’Espresso u t-Television Broadcasting Systems (mingħajr kodifikazzjoni) (10). Barra minn hekk, hemm kważi 500 operatur lokali ta' xandir terrestri analogali u 78 (11) operatur lokali ta' televiżjoni diġitali; iii) permezz tal-kejbil, li fuqu topera Fastweb (mingħajr kodifikazzjoni u servizzi bi ћlas); u iv) l-X-DSL, li fuqu joperaw Fastweb u Rosso Alice ta' Telecom Italia (mingħajr kodifikazzjoni u b’servizzi bi ћlas).

(20)

Sky Italia hija televiżjoni bis-satellita bi ћlas li gћandha pożizzjoni kważi ta' monopolju fis-suq Taljan tax-xandir bis-satellita ta' programmi televiżivi bi ћlas, imma li, bћal ma diġà ntqal, ma tistax topera fl-Italja bћala operatriċi terrestri ta' netwerk jew bћala operatriċi terrestri ta' televiżjoni bi ћlas.

(21)

Ix-xandir permezz tal-kejbil huwa prattikament ineżistenti fl-Italja, minkejja li Fastweb – proprjetarja ta' netwerk tal-kejbil u operatriċi televiżiva bi ћlas li daћlet f’uћud mill-bliet Taljani – laћqet akkwistat, f’Marzu 2004, madwar 140 000 konsumatur tat-TV bl-użu ta' infrastruttura bil-fibra u bid-DSL.

(22)

Ir-riċezzjoni televiżiva fl-Italja għadha sseћћ primarjament b’mezzi terrestri, b’penetrazzjoni fis-suq li tilħaq madwar 19-il miljun familja fuq total ta' 22 miljun. L-operaturi ewlenin fis-suq huma t-trażmettituri tas-servizz pubbliku (RAI), permezz ta' tliet stazzjonijiet, u t-trażmettitur kummerċjali, il-Mediaset, li anki dan gћandu tliet stazzjonijiet. Bejniethom dawn iż-żewġ operaturi gћandhom madwar 85 % tal-pubbliku televiżiv fl-Italja. F’deċiżjoni tal-11 ta' Marzu 2005, l-Awtorità Taljana tal-Komunikazzjoni (iktar 'il quddiem “AGCOM”) gћamlet eżami tas-suq televiżiv fid-dawl tal-liġi nru 112/2004, u waslet gћall-konklużjoni li ż-żewġ operaturi flimkien gћandhom pożizzjoni dominanti kollettiva fuq dan it-tip ta' suq (12) u gћaldaqstant imponiet fuqhom sensiela ta' obbligi (13) li jiggarantixxu l-pluraliżmu fl-istess suq. Barra minn hekk, fis-27 ta' Ġunju 2006, l-AGCOM gћarrfet lill-Kummissjoni dwar il-qagћda tas-swieq rilevanti fil-qasam tat-televiżjoni analogali terrestri u l-valur ta' din il-qawwa sinifikanti fis-suq, u wriet il-fehma li r-RAI u l-Mediaset kienu qegћdin igawdu minn pożizzjoni kolletivament dominanti fuq l-istess suq; l-AGCOM madankollu ma kkomunikatx liema miżuri korrettivi se tieћu f’din is-sitwazzjoni. Fis-27 ta' Lulju 2006, skond l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta' Marzu 2002, li jistabilixxi qafas regolatorju komuni gћan-netwerks u gћas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika (direttiva qafas) (14), il-Kummissjoni bagћtet l-osservazzjonijiet tagћha lill-AGCOM, fejn gћalkemm qablet fis-sustanza mal-konklużjonijiet ta' l-AGCOM, talbitha analiżi iktar profonda u stednitha biex tgћarrafha mill-aktar fis dwar il-miżuri korrettivi. Fl-aћћarnett, il-Kummissjoni gћandha quddiemha denunzja li ssostni li l-liġi nru 112/2004, li tirregola l-qalba (switch-over) mit-teknoloġija ta' xandir analogali gћal dik diġitali terrestri, qiegћda toћloq xkiel gћad-dћul ta' kompetituri ġodda fis-swieq tar-reklamar televiżiv u tas-servizzi ta' xandir. Wara li talbet lill-Italja biex tressaq l-osservazzjonijiet tagћha dwar id-denunzja, u wara li bagħtet talba gћall-informazzjoni kemm lill-Italja kif ukoll lill-kumpaniji li għandhom interess fil-miżuri, fid-19 ta' Lulju 2006 ntbagћtet lill-Italja avviż ta' tqegħid fil-mora marbut mal-ksur tad-Direttivi 2002/21/KE msemmija, 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 marbuta ma' l-awtorizzazzjoni tan-netwerks u tas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika (direttiva ta' awtorizzazzjoni) (15) u 2002/77/KE tal-Kummissjoni tas-16 ta' Settembru 2002 marbuta mal-kompetizzjoni fis-swieq tan-netwerks u tas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika (16). L-Italja wieġbet fil-15 ta' Settembru 2006. Wara li ntbagћtet din ir-risposta, il-Kummissjoni rċiviet mingћand l-Istat Taljan kopja ta' abbozz ta' liġi li jemenda l-leġiżlazzjoni Taljana fil-qasam tax-xandir, emenda li twiegћed li ssolvi l-problemi msemmija fl-avviż ta' tqegħid fil-mora: dan l-abbozz ta' liġi qed jiġi eżaminat mill-Kummissjoni.

(23)

F’Ġunju 2005 ir-rata kumplessiva ta' dћul fis-suq tat-televiżjoni diġitali kienet ta' 34,5 % tal-familji, b’total ta' madwar 7,3 miljun telespettatur. Din iċ-ċifra tinkludi t-telespettaturi tat-televiżjoni diġitali terrestri, tat-televiżjoni bis-satellita u tat-televiżjoni bil-kejbil/ADSL. It-telespettaturi tat-televiżjoni diġitali terrestri kienu 10 % tal-familji; aktar minn terz ta' dawn (0,8 miljun) kienu wkoll telespettaturi ta' kontenut televiżiv pay per view  (17). Għaldaqstant, mal-pubblikazzjoni ta' din id-deċiżjoni, iż-żewġ tipi ta' servizzi televiżivi diġitali – terrestri u bis-satellita – għandhom ikunu laħqu udjenza ta' daqs simili (5 miljun telespettatur gћas-satellita u 4 miljun gћat-terrestri diġitali).

(24)

Il-penetrazzjoni fis-suq tat-televiżjoni bis-satellita hi limitata: f’Ġunju 2005 madwar 16 % tal-familji (4,8 miljun ruћ) kellhom antenna parabolika. Madwar erba’ minn kull ћames familji gћandhom abbonament mas-sistema DTH (satellita) ta' Sky Italia: din ta' l-aћћar tammonta gћal madwar 3,3 miljun konsumatur f’Ġunju 2005 u, skond l-istimi, kienet laћqet 3,9 miljun abbonat sa l-aћћar ta' l-istess sena. Sky Italia gћalhekk tirrapreżenta t-tielet operatriċi televiżiva fl-Italja (18).

(25)

Biex tiġġieled il-piraterija, fl-aћћar ta' l-2004 Sky bdiet tikkodifika s-sinjal tagћha b’teknoloġija soġġetta għal drittijiet ta' privattiva msejћa NDS, adattata gћas-suq Taljan u kkontrollata mill-grupp Newscorp, li hi l-kumpanija li għandha l-kontroll ta' Sky. Hija tip ta' teknoloġija soġġetta għal dritt ta' privattiva u “magћluqa”, peress li l-aċċess gћad-decoders NDS jitolbu d-disponibilità ta' l-aċċess gћat-teknoloġija jew gћal komponenti partikolari tad-decoders, kuntrarjament gћal dak li jiġri fid-decoders li jużaw interface komuni u miftuћ. Lill-abbonati tagћha Sky tikrilhom decoders li jużaw din it-teknoloġija “magћluqa”: meta l-kumpanija ddeċidiet li tadotta t-teknoloġija NDS, kellha tbiddel id-decoders kollha li kellhom l-abbonati tagћha.

(26)

It-trażmettituri diġitali terrestri, iżda, illum il-ġurnata jużaw teknoloġija hekk imsejћa “miftuћa”, jiġifieri teknoloġija li tuża standard miftuћ gћall-interattività. Din hija l-unika teknoloġija li tista’ tippermetti li wieћed jirċievi l-istazzjonijiet diġitali televiżivi kollha permezz ta' decoder wieћed – bħal ma jiġri bit-teknoloġija analogali – flimkien ma' l-interattività u l-funzjonijiet li jagћtu aċċess kundizzjonat li jippermettu l-użu ta' kards imħallsa minn qabel gћall-pay per view.

(27)

Il-miżura ta' gћajnuna konċernata hi intenzjonata gћal decoders li jippermettu r-riċezzjoni ta' trażmissjonijiet diġitali terrestri fejn jiġu pprovduti servizzi interattivi. It-teknoloġija diġitali tista’ tippermetti xandir ta' numru ikbar ta' stazzjonijiet televiżivi, fuq l-istess frekwenza, meta mqabbla mat-teknoloġija analogali. Il-vantaġġi miksuba mill-użu ta' interfaces miftuћa diġà ġew diskussi qabel.

(28)

L-Italja tat bidu gћall-proċess ta' bidla għal sistema diġitali bil-liġi ta' l-20 ta' Marzu 2001, nru 66, li stabbiliet li l-bidla (“switch over”) gћas-sistema diġitali kellha titlesta u x-xandir bis-sistema analogali kellu jitwaqqaf (l-hekk imsajjaħ “switch off”) sa Diċembru ta' l-2006. Sa mill-aћћar ta' l-2003 x-xandir diġitali (T-DVB) kien qed isir flimkien ma' dak b‘teknoloġija analogali (l’hekk imsejћa “fażi simulcast”). Il-liġi tat-22 ta' Diċembru 2005, nru 273 iddifferiet gћas-sena 2008 d-data tas-switch off; fit-30 ta' Awissu 2006, imbagћad, il-Ministru gћat-Telekomunikazzjoni Gentiloni iddikjara illi l-iswitch off ġie sussegwentement pospost gћat-30 ta' Novembru 2012 (19).

(29)

Fil-frattemp, skond il-liġi nru 112/2004, li tirregola s-settur fl-Italja, huma t-trażmettituri li diġà jittrażmettu b’teknoloġija analogali li jistgћu jerġgћu jitolbu permess gћal xandir diġitali fuq bażi sperimentali u/jew liċenzja gћat-trażmissjoni diġitali. L-operaturi analogali m’gћandhomx l-obbligu formali li jilliberaw il-frekwenzi – li qatt ma ġew assenzjati mill-ġdid jew li huma suġġett gћal bejgћ regolamentat min-naћa ta' l-Italja – użati gћat-trażmissjonijiet b’teknoloġija analogali wara l-qalba gћas-sistema diġitali. Il-kompetituri ġodda jista’ jkollhom aċċess gћas-suq biss jekk jixtru frekwenzi mingћand operaturi li diġà huma preżenti fl-istess suq. Sad-data ta' Diċembru 2005 kienu diġà ngћataw il-permessi gћal 7 multiplessi (pakketti ta' frekwenzi li fihom wieћed jew iktar programmi) gћas-sistema terrestri diġitali. Ir-RAI u l-Mediaset gћandhom żewġ multiplessi, waqt li Telecom Italia/TV International, D-Free u Gruppo l’Espresso gћandhom multipless kull wieћed. Skond is-sistema regolamentarja Taljana, l-operaturi ta' netwerks li gћandhom iktar minn permess wieћed gћax-xandir diġitali gћandhom iћallu aċċessibbli l-40 % tal-bandwidth tagħhom gћall-fornituri ta' kontenut indipendenti. Fl-2006, Telecom Italia u l-operatur tat-telefonija ċellulari H3G, wara li ћadu t-tmexxija ta' infrastrutturi u awtorizzazzjoni mingћand operaturi analogali reġjonali u lokali li diġà kienu jeżistu, gћamlu d-dћul tagћhom fis-suq diġitali terrestri u taw bidu gћat-twettiq ta' żewġ multiplessi ġodda permezz tad-diġitalizzazzjoni tan-netwerks akkwistati.

(30)

Id-distinzjoni bejn trażmettituri u operaturi ta' netwerks mhix b’mod partikolari rilevanti gћat-trażmettituri Taljani ewlenin fis-settur tat-televiżjoni terrestri gћaliex kemm ir-RAI u kemm il-Mediaset, l-La7 u d-D-Free gћandhom sistema kontrollata minnhom gћax-xandir terrestri. Ta' min jgћid li s-suq televiżiv Taljan hu kkaratterizzat minn integrazzjoni vertikali b’saћћitha bejn operaturi u trażmettituri. L-obbligu li ssir firda legali bejn iż-żewġ tipi ta' kumpaniji kien introdott biss mill-AGCOM permezz tad-deċiżjoni 435/01/CONS ta' l-2001, iżda dan sar biss fejn tidћol it-televiżjoni diġitali. L-operaturi ta' netwerks fit-televiżjoni bis-satellita iżda mhumiex integrati mat-trażmettituri.

(31)

F’dak li jirrigwardja l-kopertura tat-T-DVB – skond l-AGCOM (20) – fl-2004 iktar minn 50 % tal-popolazzjoni kienet effettivament koperta b’almenu 2 multiplessi, filwaqt li 60 % kienet potenzjalment koperta minn 3 multiplessi. Il-kopertura gћandha tikber ferm, dejjem skond kif qiegћed jimxi s-suq. Skond l-Italja, 85 % tal-familji jistgћu jkunu koperti minn almenu 2 multiplessi wara l-qalba gћas-sistema diġitali terrestri. Min-naћa l-oћra, ix-xandir permezz tas-satellita jista’ jkopri prattikament il-100 % tal-popolazzjoni.

(32)

F’dak li jirrigwarda l-programmi, skond l-Italja f’Ġunju 2005 ġew trażmessi mingħajr kodifikazzjoni fuq il-frekwenzi diġitali terrestri 23 stazzjon nazzjonali u madwar 250 programm lokali. Gћaxra minn dawn l-istazzjonijiet nazzjonali kienu mxandra f’simulcast flimkien ma' televiżjoni terrestri analogali (xandira simultanja f’teknoloġija analogali u diġitali); erba’ stazzjonijiet inћolqu apposta gћax-xandir diġitali, l-istazzjonijiet l-oћra kienu trażmessi f’simulcast b’xandir permezz tas-satellita.

(33)

Bћalma diġà ntqal, is-suq televiżiv kien karatterizzat fil-passat b’xandir tal-massa ta' televiżjoni mhux ikkodifikat imxandar b’mezzi terrestri analogali u servizzi ta' televiżjoni bi ћlas trażmessi bis-satellita. Id-dћul tat-televiżjoni diġitali terrestri u l-iżvilupp tat-televiżjoni bil-kejbil u ta' l-Internet biddlu dan il-mudell. Effettivament, minn Jannar 2005 il-Mediaset u t-Telecom Italia (permezz ta' l-La7) niedew fuq it-T-DVB servizz ta' televiżjoni bi ћlas gћall-partiti tal-futbol ta' serie A bbażat fuq sistema ta' kards imħallsa minn qabel. Fl-istess ћin, it-TF1 (li gћandha 49 % tat-trażmettituri D-Free) stqarret li gћandha interess dirett fit-tnedija ta' stazzjonijiet bi ћlas fuq il-multiplessi T-DVB tagћha. Is-servizzi tat-televiżjoni bi ћlas huma permessi, bis-sistema ta' kards imħallsa minn qabel, mit-teknoloġija diġitali interattiva misjuba fid-decoders sussidjati permezz tal-miżura kkonċernata.

(34)

It-total tad-dћul miġbur mis-suq televiżiv fl-2005 ammonta għal 6 851 miljun euro, li minnhom madwar 57 % (3 885 miljun euro) inġabru mir-reklamar u 21 % mil-liċenzji ta' xandir imћallsa lir-RAI u mill-offerta ta' televiżjoni bi ћlas (1,483 u 1,437 miljun euro rispettivament). Id-dћul mit-televiżjoni bi ћlas jikkonsisti f’1,199 miljun euro mill-abbonamenti (biż-żieda ta' 26,4 % mill-2004) u 238 miljun euro mill-pay per view (b’żieda ta' 65o % mill-2004): kwota konsiderevoli (45 miljun euro) minn din l-aћћar ċifra hi magћmula minn dћul minn servizzi ġodda ta' televiżjoni diġitali terrestri.

II.C   RAĠUNIJIET LI JIĠĠUSTIFIKAW IL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA

(35)

Fid-deċiżjoni ta' ftuħ tal-proċedura, il-Kummissjoni osservat, fl-ewwel lok, li l-miżura msemmija dehret tikkumplimenta l-ġabra ta' kriterji li jissodisfaw l-Artikolu 87(1) u setgћet tiġi meqjusa bћala gћajnuna mill-Istat. B’mod partikolari, l-gћajnuna diskussa kienet kaġun ta' diskriminazzjoni minn naћa waћda, bejn trażmettituri terrestri u operaturi ta' netwerks bil-kejbil li diġà kienu fis-suq, u min-naћa l-oћra, ma' operaturi bis-satellita u trażmettituri oћra terrestri li ma setgћux iwettqu l-attivitajiet tagћhom. Il-Kummissjoni osservat li l-benefiċjarji kienu qegћdin jirċievu vantaġġ indirett u talbet lill-partijiet interessati sabiex jissuġġerixxu metodi li jikkwantifikaw dan il-vantaġġ bi preċiżjoni.

(36)

Il-Kummissjoni, apparti dan, esprimiet id-dubbji tagћha dwar il-kumpatibbiltà ta' l-gћajnuna mat-Trattat tal-KE. Fil-każ ikkonċernat, ma jidhrux li japplikaw la d-derogi mill-projbizzjoni ġenerali gћall-gћajnuniet bћalma huma dawk li jidhru fl-Artikolu 87(2) tat-Trattat tal-KE, u lanqas id-deroga li toћroġ mill-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE. Il-Kummissjoni sabet diffikultà partikolari bil-fatt dwar jekk l-għan magћżul mill-Italja – jiġifieri t-tixrid ta' standards miftuћin gћat-televiżjoni diġitali – intlaћaqx billi ћoloq ћsara sproporzjonata gћall-kompetizzjoni, u dan bi ksur bla bżonn tal-prinċipju tan-newtralità teknoloġika.

(37)

Fl-aћћarnett, il-Kummissjoni tat bidu gћall-proċedura ta' investigazzjoni formali biex tagћti lill-Gvern Taljan u lill-partijiet interessati l-possibiltà li jagћmlu l-osservazzjonijiet tagћhom fuq il-konklużjoni proviżorja tal-Kummissjoni fir-rigward tal-miżura li qiegћda tiġi studjata, u li jitwassal it-tagћrif relatat lill-Kummissjoni.

III.   OSSERVAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET

(38)

B’mod ġenerali, kemm l-awtoritajiet Taljani kif ukoll il-Mediaset, wieġbu li l-miżura studjata ma tikkostitwix gћajnuna u li, anki kieku dan kien il-każ, kienet gћajnuna kumpatibbli mat-Trattat. Ir-RAI iddikjarat li kellha tieћu azzjoni fil-limiti imposti mill-obbligi legali li gћandha, u allura ma setgћetx tgawdi mill-benefiċċju tal-miżura. Minflok, l-awturi tad-denunzja u l-ESOA kkonfermaw li jemmnu li l-miżura tikkostitwixxi gћajnuna illegali.

III.A   OSSERVAZZJONIJIET MILL-ITALJA, MILL-MEDIASET U MIR-RAI

(39)

Fl-ewwel lok, l-awtoritajiet Taljani u l-Mediaset gћamlu referenza gћad-deċiżjoni ta' l-AGCOM (21) li ma taċċettax denunzja ippreżentata kontra l-Artikolu 1(572) tal-liġi finanzjarja 2006, jiġifieri kontra l-miżura li tibdel il-miżura kkonċernata. L-awtur ta' din id-denunzja kien sostna li l-Artikolu 1(572) tal-liġi finanzjarja 2006 kienet tiffavorixxi d-decoders imqassma minn kumpaniji marbuta mal-familja tas-Sur Berlusconi. Il-proċedura kienet imsejsa fuq il-liġi dwar il-kunflitt ta' interess marbuta ma' min kien jokkupa karigi governattivi (22).

(40)

L-osservazzjonijiet, magћmula mill-awtoritajiet Taljani, li huma l-aktar direttament marbuta mad-deċiżjoni ta' ftuħ tal-proċedura, jibbażaw fuq il-fatt li l-miżura ma tfissirx gћajnuna gћaliex: a) il-benefiċjarji ma jirċevux vantaġġ, u li b) m’hemmx tfixkil tal-kompetizzjoni. Anki kieku stess tikkostitwixxi gћajnuna, il-miżura hi kumpatibbli fit-termini tad-derogi ta' l-Artikolu 87(2)(a), tat-Trattat tal-KE u gћall-Artikolu 87(3)(b), (c) u (d) ta' l-istess Trattat. L-awtoritajiet Taljani jaqblu wkoll dwar il-fatt li ma jirriżultax li ngħatat gћajnuna lill-produtturi tad-decoders u li l-operaturi ta' netwerks u t-trażmettituri gћandhom jitqiegћdu fuq l-istess livell. Il-Mediaset qajmet punti simili, gћalkemm b’argumenti differenti.

III.A.1   IL-MIŻURA MA TIKKOSTITWIX GĦAJNUNA

III.A.1.1   Mhix aċċertata l-eżistenza ta' vantaġġ selettiv

(41)

L-Italja ssostni li ma teżistix ċertezza raġjonevoli li l-benefiċjarji kellhom jerfgħu l-piż ta' l-ispejjeż sussidjati mill-Istat permezz tal-miżura studjata, peress li mhemm ebda prova li l-istess benefiċjarji kienu ssusidjaw ix-xiri ta' decoders f’isem il-konsumaturi. Huma jsostnu illi, differenti għal dak li kien deċiż mill-Qorti fis-sentenza L-Olanda vs Il-Kummissjoni (23) gћall-bidu tal-proċedura, is-sussidju lill-konsumaturi lanqas ma kien jikkostitwixxi inċentiv ekonomiku gћall-benefiċjarji meta wieћed iqis li a) il-benefiċjarji huma l-operaturi li diġà huma preżenti fis-suq u m'gћandhom l-ebda interess fit-twettiq tal-qalba gћas-sistema diġitali gћaliex, malli titlesta, iridu jiffaċċjaw kompetizzjoni aktar qawwija ladarba l-konsumaturi attrezzati b’teknoloġija diġitali jkollhom gћażla ћafna akbar minn fost il-kompetituri; b) is-suq tal-pay per view kien ta' daqs wisq żgħir biex ikun jista’ jagћmel tajjeb gћat-telf eventwali ta' dan it-tip u mhuwiex l-uniku raġuni gћas-sussidju tax-xiri ta' decoders min-naћa tal-konsumaturi, jekk wieћed iqis il-perċentwali ta' dћul li ġej mill-pay per view fl-2004 u fl-2005; ċ) id-data ta' l-gћeluq iffissata gћall-waqfien tax-xandir f’teknoloġija analogali (“switch off”) ma kinitx sostenibbli gћall-fatt li kien hemm nuqqas ta' massa determinata ta' konsumaturi li ma setgћax ikun possibbli li tali switch off iseћћ.

(42)

Huwa impossibbli li jiġi ddeterminat l-ammont ta' riżorsi statali ttrasferiti lill-benefiċjarji konċernati. Fil-każ ta' gћajnuna mill-Istat C 25/2004 li kienet is-suġġett tad-deċiżjoni 2006/513/KE (24), il-Kummissjoni eskludiet it-T-System min-numru ta' benefiċjarji gћaliex kien impossibbli li jkun aċċertat id-dћul u l-ammont ta' trasferiment ta' riżorsi favur tali kumpanija.

(43)

Fit-tieni lok, il-Mediaset issostni li l-trażmettituri terrestri u t-trażmettituri bis-satellita ma jistgћux jitqabblu: l-operaturi ta' televiżjoni diġitali terrestri, fil-fatt, huma meћieġa biss li jwettqu d-diġitalizzazzjoni u li jinċentivaw il-bidla gћas-sistema diġitali f’diversi stadji (permezz tas-simulcast u ta' l-iswitch off), gћaldaqstant it-trażmettituri terrestri huma suġġetti gћal obbligi speċifiċi ta' servizz pubbliku – bl-gћan li jiġi ggarantit li t-trażmissjonijiet terrestri jiġu rċevuti fit-territorju Taljan kollu – u huma obbligati li jużaw teknoloġiji miftuћa. Skond ma ssostni l-Mediaset, l-iskema kienet intiża biex tћaffef il-qalba mit-teknoloġija analogali gћal dik diġitali u li tippromwovi l-iżvilupp ta' standards miftuћa f’kuntest li fih kien iffissat terminu ta' liġi li jirrigwarda l-qalba obbligatorja tax-xandir mit-teknoloġija analogali gћal dik diġitali – l-hekk imsejjaћ “switchover” diġitali – li kien isarraf fi spejjeż ta' piż oneruż u speċifiku gћall-operaturi ta' televiżjoni diġitali terrestri (l-ispejjeż ta' l-infrastrutturi li ћallset il-Mediaset kienu gћoljin ћafna). Il-Mediaset tikkontesta wkoll dak li kien affermat fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura, u ssostni li ma teżisti ebda difiża kontra d-dћul fis-suq ta' kompetituri ġodda permezz ta' xiri ta' infrastruttura ta' xandir (il-Mediaset tikkwota l-eżempju ta' H3G, li daћlet fis-suq grazzi gћax-xiri ta' trażmettituri lokali) u li l-kompetituri l-ġodda m’gћandhomx isostnu l-ispejjeż tas-simulcast.

(44)

Bl-istess mod, ir-RAI targumenta illi l-pożizzjoni tal-Kummissjoni mhix tqis l-obbligi li trid terfa’ kumpanija li hi trażmettitriċi televiżiva li tipprovdi servizz pubbliku u li, skond ir-RAI, iġibu fix-xejn il-preżunti vantaġġi miksuba. Dan gћaliex i) ir-RAI tista’ tibdel gћas-sistema diġitali (ġaladarba hija kumpanija ta' servizz pubbliku) biss jekk ir-rata ta' penetrazzjoni fis-suq tat-televiżjoni diġitali terrestri tilћaq dik tat-televiżjoni ta' teknoloġija analogali; u ii) ir-RAI kienet obbligata tagћżel l-investimenti tagћha fis-settur tax-xandir diġitali terrestri u dan skond l-obbligi legali tagћha, u mhux minћabba n-natura tal-kriterji tas-suq, peress li kienet obbligata li tћejji gћal żewġ multiplessi sa l-1 ta' Jannar li jagћtu kopertura ta' almenu 70 % tal-popolazzjoni, bil-gћan li jitћaffef il-proċess li jwassal gћall-bidla diġitali, megћjuna f’dan ir-rigward bis-sussidju tad-decoders. L-infiq globali kien ilaћћaq gћal 150 miljun EUR. Minћabba d-data ta' skadenza gћall-qalba għas-sistema diġitali, il-fatt li r-RAI ixxandar biss programmi mhux ikkodifikati, in-numru pjuttost żgћir ta' telespettaturi u n-nuqqas ta' inklużjoni ta' l-ispejjeż tad-diġitazzjoni fit-tariffa ta' l-abbonament annwali gћas-snin 2004, 2005 u 2006, l-uniċi spejjeż sostnuti mir-RAI kienu dawk li jirrigwardaw it-teknoloġija (frekwenzi u infrastrutturi), spejjeż li tagћhom l-ażjenda pubblika trid iġġorr il-piż mingћajr is-sussidju msemmi, filwaqt li l-qalba mgћaġġla għas-sistema diġitali ma kinitx tiggarantixxi dћul supplimentari.

III.A.1.2   Tfixkil fil-kompetizzjoni

(45)

Fl-ewwel lok, l-Italja ssostni li l-operaturi terrestri u dawk bis-satellita mhumiex jikkompetu fl-istess suq tat-televiżjoni bi ћlas peress li jkopru setturi differenti tas-suq, jiġifieri l-qasam tat-televiżjoni mhux ikkodifikat u l-qasam tat-televiżjoni bi ћlas. Minbarra dan, l-offerti tat-televiżjoni pay per view inbdew biss fit-tieni nofs tas-sena 2005. Il-firda taż-żewġ swieq tapplika wkoll gћall-operaturi tan-netwerks, kif ikkonfermat l-AGCOM f’opinjoni tagћha (25), b’mod konformi mad-deċiżjoni RAI/Rami d azienda  (26) u skond l-istћarriġ dwar is-settur televiżiv ta' l-Awtorità tal-Kompetizzjoni u s-Suq (27).

(46)

Barra minn hekk, l-ispiża tad-decoders ftit taffetwa l-gћażla tal-konsumatur bejn iż-żewġ sistemi differenti. In-nuqqas ta' tfixkil fil-kompetizzjoni hu kkonfermat mill-fatt li fl-ewwel semestru ta' l-2005 l-abbonamenti ma' Sky irreġistraw żieda ta' 7,4 %.

(47)

Argumenti simili tressqu mill-Mediaset, li sostniet illi l-miżura diskussa mhix selettiva gћaliex, wara kollox, l-gћajnuna hi indirizzata lill-konsumaturi, u li n-natura tas-selettività ġejja mill-gћażla kummerċjali ta' Sky li tuża t-teknoloġija NDS: hi din ta' l-aћћar li toћloq diskriminazzjoni u li tippermetti lil Sky titlob ћlas gћall-abbonament u b’hekk tirkupra l-ispiża tad-decoders. L-operaturi kollha, jekk iridu, jistgћu jużaw it-teknoloġija li tagћtihom id-dritt li jgawdu mis-sussidji kkonċernati.

III.A.2   KUMPATIBBILTÀ

(48)

L-Italja ssostni, bћala osservazzjoni ta' natura ġenerali, li l-Kummissjoni tirrikonoxxi l-vantaġġi ta' l-interoperabilità u li l-esklużjoni tad-decoders bis-satellita mill-benefiċċju hija riżultat tal-fatt li, fiż-żmien li fih kienet introdotta l-miżura ta' gћajnuna, ma kinux jeżistu decoders għas-satellita li joffru l-funzjoni ta' interoperabilità. Barra minn hekk, wara l-liġi finanzjarja 2006 li inkludiet ukoll id-decoders bis-satellita, Sky ma biddlitx il-karatteristiċi tad-decoders tagћha biex tieћu vantaġġ mill-gћajnuna msemmija.

III.A.2.1   Artikolu 87(2)(a) tat-Trattat tal-KE

(49)

L-Italja tisћaq li l-perċentwal – indikat mill-AGCOM u msemmi mill-Kummissjoni fil-punt 55 tad-deċiżjoni ta' ftuħ tal-proċedura (28) – ta' 50 % tal-familji fornuti b’decoders sa l-aћћar ta' l-2006 u l-aћћar ta' l-2008 hi baxxa, speċjalment jekk jitqies l-gћan li jixterdu d-decoders interattivi u li jiswew aktar. It-tnaqqis fil-prezz ikkawżat minn ekonomiji ta' skala, li jirriżultaw mis-sussidji, iwassal biex ikun jista’ jinxtara decoder anki mill-familji ta' dћul baxx.

III.A.2.2   Artiklu 87(3)(b) tat-Trattat tal-KE

(50)

Il-miżura diskussa tippromwovi t-twettiq ta' proġett ta' interess komuni Ewropew– il-qalba gћal sistema diġitali (jew switchover) – li hi parti minn programm tranżnazzjonali appoġġat minn diversi Stati Membri, b’konformità ma' ġurisprudenza eżistenti (C-62/87 u C-72/87, il-punt 22); rigward l-esklużjoni tas-satellita, din se tkun spjegata fl-osservazzjoni ta' natura ġenerali msemmija diġà.

III.A.2.3   Artiklu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE

III.A.2.3.a   Gћajnuna kkonċepita b’mod adegwat

Il-problema ta' koordinazzjoni

(51)

L-eżistenza ta' terminu fiss bil-liġi mhux biżżejjed biex jiggarantixxi il-waqfien tat-trażmissjoni b’teknoloġija analogali jekk ma jingħatax inċentiv għad-domanda: il-konsumaturi, fil-fatt, mhux se jkunu lesti għal dan, peress li t-trażmettituri terrestri li diġà huma preżenti fis-suq m’gћandhom l-ebda interess li jissussidjaw ix-xiri ta' decoders min-naћa tal-konsumatur, f’kuntest li fih il-maġġoranza tal-konsumaturi jużaw it-televiżjoni analogali terrestri.

Sussidju lill-konsumaturi

(52)

Is-sussidju mogħti lill-konsumaturi għas-sistema diġitali terrestri huwa ġustifikabbli peress li, gћas-sistema diġitali terrestri, il-konsumaturi ma jħallsux spejjeż żejda biex isegwu l-programmi mhux ikkodifikati, li hu differenti min dak li jiġri fir-rigward tat-televiżjoni bis-satellita, li jirrikjedi li l-konsumatur jixtri l-antenna parabolika u li jabbona gћas-servizz tat-televiżjoni bi ћlas. Fil-każ tat-televiżjoni bil-kejbil, l-awtoritajiet Taljani iġġustifikaw l-gћajnuna gћad-decoders minkejja l-eżistenza ta' spejjeż żejda, peress li tali spejjeż m’humiex direttament marbuta mas-servizzi televiżivi u gћaliex, in ġenerali, l-Italja riedet tagħti inċentiv għall-iżvilupp tal-broadband.

Tisћiћ tal-kompetizzjoni bejn is-sistemi

(53)

L-Italja tikkontesta l-opinjoni tal-Kummissjoni li l-miżura kkonċernata taffettwa l-kompetizzjoni bejn is-sistemi, iżda ssostni li “f’perspettiva aktar wiesgħa, is-sistema diġitali ġdida se żżid il-kompetizzjoni bejn is-setturi differenti tas-suq televiżiv” b’vantaġġ gћall-konsumaturi.

Effetti esterni

(54)

L-asserzjoni tal-Kummissjoni li l-operaturi eżistenti jirċievu diġà kumpens minћabba l-qalba gћas-sistema diġitali, in kwantu t-teknoloġija diġitali tippermetti kapaċità ta' trażmissjoni ikbar bi spejjeż inqas, ma tqisx ir-relazzjoni unika bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji ta' din il-qalba, u dan peress li l-operaturi ta' netwerks li huma diġà preżenti fis-suq li gћandhom iktar minn liċenzja waħda gћax-xandir diġitali, iridu jċedu l-aċċess gћal 40 % tal-bandwidth tagћhom lil fornituri ta' kontenut li m’humiex assoċjati magħhom.

(55)

Il-benefiċjarji prinċipali tal-qalba gћas-sistema diġitali (il-kompetituri l-ġodda fis-suq) m’humiex dawk li qegћdin iġorru l-piż ta' l-ispejjeż (jiġifieri l-konsumaturi u, b’mod speċjali, l-operaturi eżistenti). Minkejja li ż-żieda fil-kompetizzjoni li jridu jiffaċċjaw mhix kumpensata minn tnaqqis ta' l-ispejjeż, l-operaturi li diġà huma preżenti fis-suq m’humiex motivati biex iwaqqfu t-trażmissjoni bit-teknoloġija analogali; mhux biss, iżda anki kieku kellhom jirċievu xi xorta ta' vantaġġ, dan gћandu jitqies bћala kumpens gћall-ispejjeż sostnuti. Il-Mediaset gћamlet ukoll dan l-istess argument.

(56)

Il-Mediaset tkompli tafferma li jekk l-operaturi terrestri jkunu mġiegћla sempliċiment isostnu l-ispejjeż tad-decoders, apparti l-ispejjeż marbuta mal-qalba gћas-sistema diġitali, xorta l-kumpanija ma tilћaqx kopertura biżżejjed u tqegћedha fir-riskju li “ssofri atti ta' parassitiżmu” (l’hekk imsejjaћ “free riding”) min-naћa ta' kumpaniji oћra, peress li d-decoders ta' “teknoloġija miftuћa” jistgћu jintużaw mill-konsumatur biex ikun jista’ jara stazzjonijiet kompetituri.

Promozzjoni ta' l-innovazzjoni

(57)

Meta ġiet applikata l-miżura eżaminata, l-interattività tad-decoders bis-satellita kienet limitata ћafna minћabba l-użu ta' teknoloġija soġġetta għal drittijiet ta' privattiva mingћajr standard API miftuћ. L-Italja tisћaq li sallum, id-decoders bis-satellita “interoperattivi” m’humiex disponibbli fis-suq, anki wara d-dћul ta' emendi fil-liġi finanzjarja ta' l-2006. L-eżiġenza li jingħata inċentiv għad-disponibbilità ta' servizzi hija sostnuta wkoll mill-Mediaset.

III.A.2.3.b   Prevenzjoni ta' tfixkil fil-kompetizzjoni

(58)

L-Italja ssostni li s-suq tat-televiżjoni pay per view hu differenti minn dak tat-televiżjoni bis-satellita: huma żewġ prodotti differenti. Minkejja dan, l-gћajnuna kkonċernata tgћin lill-kompetituri l-ġodda biex ikollhom aċċess gћas-suq tat-televiżjoni bi ћlas, u dan gћandu jwassal gћal vantaġġi kbar gћall-konsumaturi.

(59)

Il-Mediaset targumenta li ma kienx hemm tfixkil bla bżonn fil-kompetizzjoni għaliex i) id-diskriminazzjoni hi sempliċement il-konsegwenza ta' gћażliet kummerċjali ta' Sky; ii) it-televiżjoni terrestri jxandar l-istazzjonijiet lokali, waqt li 80 % tal-programmi lokali ma jiġux imxandra mis-satellita peress li d-dћul ta' stazzjonijiet lokali mhuwiex biżżejjed biex isostni l-ispejjeż tat-trażmissjoni (is-satellita ma tistax tiġi mqabbla max-xandir mhux ikkodifikat); u iii) il-funzjonament ħażin tas-suq jirrigwarda biss lid-decoders tad-diġitali terrestri u mhux id-decoders tas-satellita, peress li t-televiżjoni bis-satellita hi bbażata fuq sistema ta' abbonamenti u tista’ ġġib lura l-ispejjeż minfuqa għall-forniment ta' decoders lill-klijenti tagћha u, barra minn hekk, peress li Sky, peress li għandha pożizzjoni ta' monopolju, m’hijiex esposta gћall-fenomenu tal-parassitiżmu.

III.A.2.4   Artikolu 87(3)(d) tat-Trattat tal-KE

(60)

Fid-Deċiżjoni 2006/513/KE (29), il-Kummissjoni ddikjarat li l-gћajnuna ma kinitx kumpatibbli ma' l-Artikolu 87(3)(d) tat-Trattat tal-KE gћaliex ma kinitx marbuta ma' kontenut kulturali partikolari u lanqas ma kienet immirata lejn operaturi lokali żgћar li kienu jiġu esklużi mis-sistema terrestri kieku dan kien hekk. Fl-Italja hemm gћadd imdaqqas ta' trażmettituri terrestri lokali li jxandru prodott kulturali li jista’ jiġi identifikat b’mod ċar li l-Italja trid tipproteġi. Peress illi s-satellita – anki skond il-parir ta' esperti li jaћdmu mal-Kummissjoni – mhijiex effiċjenti fil-forniment ta' servizzi lokali, id-decoders bis-satellita m’gћandhomx igawdu mill-gћajnuna kkonċernata.

III.A.3   RIFUŻJONI

(61)

Il-Kummissjoni m’gћandhiex timponi r-rifużjoni ta' l-gћajnuna peress li dan imur kontra prinċipju ġenerali tad-dritt Komunitarju. Dan iseћћ meta jkun hemm il-konsapevolezza, sa mill-bidu, ta' l-impossibilità li ssir rifużjoni (30). Fil-każ eżaminat, huwa impossibbli li jiġi stabbilit liema trażmettituri l-aktar li marru tajjeb mit-trasferiment ta' riżorsi statali u b’liema ammonti: gћaldaqstant, il-Kummissjoni m’gћandhiex titlob ir-rifużjoni ta' l-gћajnuna. L-Italja, barra minn hekk, tafferma li l-trażmettituri ma setgћux jopponu l-gћajnuna bl-ebda mod, tant li, anki kieku l-benefiċjarji adottaw atteġġament diliġenti, xorta ma setgћux jirrifjutawha. Il-Kummissjoni addottat raġunament simili fid-Deċiżjoni 2006/513/KE (31).

III.B   L-OSSERVAZZJONIJIET TA' SKY ITALIA, ESOA U EUROPA7

(62)

Sky Italia, ESOA u EUROPA 7 qablu mal-Kummissjoni li l-miżura kkonċernata tikkostitwixxi gћajnuna favur l-operaturi tat-televiżjoni diġitali terrestri. Barra minn hekk, ma jikkontestawx il-konklużjoni preliminari li l-miżura ma tikkostitwix għajnuna favur il-produtturi tad-decoders: iż-żewġ awturi tad-denunzja, b’mod partikolari, ma jikkontestawx din il-konklużjoni, gћalkemm fid-denunzji tagћha Sky Italia kienet iddikjarat il-kuntrarju.

(63)

Sky Italia tikkonċentra l-analiżi tagћha fuq l-effetti pożittivi tal-miżura, fil-fehma tagħha, favur l-operaturi tat-televiżjoni diġitali terrestri, jiġifieri primarjament il-Mediaset u t-Telecom Italia. Skond dak li ssostni Sky, fi żmien l-amalgamazzjoni bejn Telepiù u Newscorp il-Kummissjoni kienet gћamlet lista ta' ostakli gћad-dћul fis-suq u gћall-espansjoni ta' l-operaturi ta' televiżjoni diġitali terrestri li kienu qegћdin jitolbu miżuri korrettivi (32). Għall-kuntrarju ta' l-ipoteżi tal-Kummissjoni, bis-saħħa tas-sussidji, il-kompetituri l-ġodda – li kienu fir-realtà operaturi diġà preżenti fis-suq tat-televiżjoni analogali – ħolqu espansjoni mgћaġġla tat-televiżjoni terrestri diġitali (DTT).

(64)

Is-sussidji kkonċernati fissru gћall-Mediaset u gћat-Telecom Italia vantaġġ triplu: qabel xejn, billi l-aċċess gћad-decoders tad-DTT u t-trażmettituri tad-DTT huma kumplimentari, it-tnaqqis fil-prezz tad-decoders wassal gћal żieda fid-domanda kemm tad-decoders kif ukoll tat-trażmettituri – fil-fatt huwa normali li l-trażmettituri tad-DTT joћolqu pedament gћas-sistema tagћhom, bћalma gћamlet fil-fatt Sky, fejn refgћet spejjeż li gћadha ma rkupratx s'issa – u s-sussidji servew biex l-operaturi diġitali terrestri jkunu jistgħu jikkonvinċu lill-konsumaturi jaqilbu gћas-sistema televiżiva l-ġdida tagħhom. Il-miżura spiċċat biex wasslet ukoll li tkun evitata l-problema tal-parassitiżmu fil-ћolqien ta' bażi ta' klijentela.

(65)

It-tieninett, skond studju li sar mill-Global Equity Division tad-Deutsche Bank (33)“is-sussidji ppermettew biex il-Mediaset tidћol fil-qasam tat-televiżjoni bi ћlas b’riskju baxx u bi spiża baxxa”. Is-sussidji naqqsu l-ispejjeż tal-finanzjament gћal Mediaset u gћal Telecom Italia: a) direttament, gћaliex biex ikollhom l-istess effett miksub permezz tas-sussidjui, il-kumpaniji ta' televiżjoni diġitali terresti kien ikollhom jagћmlu investimenti ammontanti għal 100 miljun, jiġifieri nofs l-ispejjeż totali ta' l-investimenti fl-infrastruttura sostnuti mill-Mediaset f’Jannar 2005; u b) indirettament, billi naqqsu l-inċertezza marbuta mal-qalba gћas-sistema diġitali.

(66)

Fl-aћћarnett, minћabba n-natura “bilaterali” tas-suq, bażi wiesgħa ta' klijentela li tkun tista’ tikseb kontenut “attraenti” bi prezz baxx, toћloq vantaġġ anki fuq is-suq tar-reklamar.

(67)

Sky tafferma li dawn il-vantaġġi msemmija huma selettivi, peress li l-libertà kummerċjali tagћha kienet ristretta minћabba li r-rata ta' tkabbir tagћha kienet imnaqqsa, bil-konsegwenza li żdiedu l-ispejjeż kapitali tagћha. Il-kumpanija tipprovdi sensiela ta' ċifri li jsostnu l-argument tagћha li ż-żieda fil-bejgћ tad-decoders diġitali terrestri – bejgћ sussidjat mill-Istat – kellu effetti negattivi fuq il-bejgћ tal-pakkett “Premium Sports”.

(68)

Europa7 ssostni wkoll li ngħata vantaġġ lit-trażmettituri u operaturi oћra fil-qasam tat-televiżjoni diġitali terrestri. Europa7 tikkwota lill-Awtorità tal-Kompetizzjoni u s-Suq, li rrikonoxxiet li l-miżura kellha dawn il-konsegwenzi: nofs id-decoders inxtraw minћabba s-sussidju; it-tixrid tas-sistema diġitali terrestri fl-ewwel semestru ta' l-2005 rdoppja grazzi gћat-televiżjoni diġitali terrestri bi ћlas, waqt li t-televiżjoni bis-satellita bi ћlas irreġistra żieda ta' punt wieћed perċentwali biss.

(69)

Il-vantaġġ mogћti hu selettiv u dan gћaliex mill-mument li ngћata s-sussidju, dan ma ffavorixxiex l-aċċess għas-suq gћal Europa7, li gћadha ma ġietx assenjata l-frekwenzi ta' xandir attribwiti lilha, u jidher li sempliċement ippermetta lill-Mediaset u lir-RAI biex jissaturaw id-domanda u l-investimenti kollha u biex jestendu l-qawwa tagћhom tas-suq fil-qasam tat-televiżjoni diġitali.

(70)

Fit-tieni lok, Europa7 tafferma illi l-miżura m’hi ġġustifikata minn ebda raġuni ta' interess ġenerali għaliex i) l-inċentivi lill-konsumaturi biex jinxtraw decoders gћas-sistemi diġitali terrestri huma marbuta ma' l-aċċess gћall-attività kummerċjali; ii) il-qalba gћas-sistema diġitali kienet diġà posposta u iii) jekk il-miżura tiffavorixxi l-kompetizzjoni fis-sens li trażżan il-qawwa fis-suq ta' Sky, din madankollu tiffavorixxi l-operaturi oligopolisti li diġà huma rappreżentati fis-suq tat-televiżjoni analogali, u li lilhom kienu ngħataw il-liċenzji.

(71)

Fl-aћћarnett, Europa7 tisћaq li r-rifużjoni hija l-konsegwenza loġika tat-tneћћija ta' l-gћajnuna u li d-diffikultà li din tiġi kwantifikata ma tiġġustifikax in-nuqqas ta' irkupru ta' l-istess gћajnuna. Jekk jirriżulta impossiblli li jiġi stabbilit bi preċiżjoni l-impatt ta' din l-gћajnuna, l-Italja tista’ gћalhekk tikkumpensa lill-kompetituri.

(72)

L-ESOA issostni li s-sistema tas-satellita tpoġġiet f’pożizzjoni ta' żvantaġġ – minkejja li hija superjuri fl-użu tal-medda tal-frekwenzi radju gћax-xandir televiżiv – u li kienu l-operaturi bis-satellita li refgћu l-piż ta' l-ispejjeż ta' l-introduzzjoni tax-xandir b’teknoloġija diġitali. Għaldaqstant, l-ESOA sostniet li l-gћajnuna kkonċernata, li gћandha l-effett ta' preferenza lejn it-televiżjoni diġitali terrestri, tikkostitwixxi gћajnuna illegali u mhux proporzjonata għall-funzjonament ħażin tas-suq li hija kellha tirrimedja.

III.C   OSSERVAZZJONIJIET TA' L-ANIE

(73)

L-ANIE ma ressqitx osservazzjonijiet speċifiċi fuq il-miżura kkonċernata, iżda bagћtet kopja tad-denunzja lill-Awtorità tal-Kompetizzjoni u s-Suq kontra Sky Italia gћall-abbuż ta' pożizzjoni dominanti. L-Awtorità gћadha ma ppronunċjatx ruћha fuq din il-kwistjoni.

(74)

Skond kif tasserixxi l-ANIE, uћud mill-produtturi ta' decoders talbu lil Sky sabiex toħroġ liċenzji marbuta ma' aspetti determinanti tat-teknoloġija NDS użata biex jiġu kkodifikati sinjali bis-satellita, teknoloġija soġġetta għal dritt ta' privattiva ta' Sky u li hija użata esklussivament minn din ta' l-aħħar fl-Italja. Dawn il-liċenzji huma fundamentali biex wieћed jimmanifattura decoders kapaċi jieћdu “interface miftuћa”, li jistgħu jiddekodifikaw sinjali diġitali kemm terrestri kif ukoll bis-satellita fil-każ li tintuża t-teknoloġija NDS.

(75)

Sa mill-2005, Sky bdiet tikkodifika s-sinjal tagħha esklusivament bis-sistema NDS. Id-drittijiet proprjetarji ta' din it-teknoloġija għas-suq Taljan huma kkontrollati, minn kumpanija sussidjarja tal-grupp Newscorp, li hi l-kumpanija ewlenija ta' Sky. Sky issostni li qalbet għat-teknoloġija NDS bil-għan li tiġġieled il-piraterija. Din hija tip ta' teknoloġija protetta bi privattiva u “magħluqa”, peress li d-decoders NDS jitolbu disponibilità ta' l-aċċess għat-teknoloġija jew għal komponenti determinati tad-decoders, kuntrarjament għal dak li jiġri bid-decoders li għandhom interface komuni.

(76)

Sky tikri lill-abbonati tagħha decoder li fihom hemm integrata din it-teknoloġija “magħluqa”. Meta ddeċidiet li tadotta din it-teknoloġija NDS, il-kumpanija ħadet ħsieb li tibdel id-decoders kollha ta' l-abbonati tagħha.

(77)

Sky tirrifjuta li taqsam it-teknoloġija tagħha mal-produtturi tad-decoders li għandhom interface komuni, għaliex issostni li l-ftehim li jinħoloq mhux b’saħħtu biżżejjed biex iħarisha mill-piraterija. Skond kif tafferma l-ANIE, l-iskop ikkwotat minn Sky, jiġifieri il-biża’ ta' possibbiltà ta' atti ta' piraterija, m’huwiex fondat, anzi l-użu ta' decoders soġġetti għal dritt ta' privattiva minn dik il-kumpanija għandu l-funzjoni li jħares il-pożizzjoni monopolistika fis-suq tat-televiżjoni bi ħlas. Din l-għażla ta' Sky ma tistax ħlief tiġbed lejha klijenti gћaliha u, iktar minn hekk, li trażżan il-possibilitajiet tas-suq anki għall-produtturi tad-decoders u għalhekk tkun qiegħda tfixkel l-iżviluppi teknoloġiċi f’dan il-qasam (34).

III.D   IR-RISPOSTA TAL-GVERN TALJAN

(78)

L-Italja m'gћamlet l-ebda kumment fuq l-osservazzjonijiet ippreżentati minn terzi.

IV.   EVALWAZZJONI ĠURIDIKA

IV.A   EVALWAZZJONI TA' L-GĦAJNUNA MILL-ISTAT SKOND L-ARTIKOLU 87(1) TAT-TRATTAT TAL-KE

(79)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk il-miżura diskussa għandhiex titqies bħala għajnuna mill-Istat skond l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE, li jindika sensiela ta' kundizzjonijiet li jistabilixxu l-konformità ta' għajnuna mill-Istat. L-ewwelnett irid isir intervent mill-Istat, jew inkella permezz ta' riżorsi ta' l-Istat. It-tieninett, l-intervent irid jagћti vantaġġ ekonomiku selettiv lil min jibbenefika minnu. It-tieletnett, irid ifixkel jew jhedded li jfixkel il-kompetizzjoni. Ir-raba’ nett, irid ikun att li jkollu effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

IV.A.1   RIŻORSI STATALI

(80)

Il-miżura kkonċernata tinsab fil-liġijiet finanzjarji 2004 u 2005 u hi ffinanzjata mill-baġit statali: gћaldaqstant, hu ċar illi hija attribwibbli lill-Istat u li tinvolvi l-użu ta' riżorsi statali, bћalma kien diġà muri fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura. Il-Kummissjoni tikkonferma l-evalwazzjoni li saret qabel li bis-saћћa tagћha ssodisfat il-kriterju ta' riżorsi statali. Din il-konklużjoni la hi kkontestata mill-Italja u lanqas minn terzi.

IV.A.2   VANTAĠĠ EKONOMIKU

(81)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura, il-Kummissjoni affermat li, anki jekk il-benefiċjarji diretti tas-sussidju huma l-konsumaturi finali, il-miżura tista’ tkun ta' vantaġġ indirett gћal i) it-trażmettituri televiżivi li joperaw fuq sistema diġitali terrestri u bil-kejbil; ii) l-operaturi ta' netwerks li jittrażmettu s-sinjali; u iii) il-produtturi tad-decoders.

(82)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura l-Kummissjoni stabbiliet li vantaġġ indirett jista’ jerġa’ jidћol fil-qasam ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE u gћamlet riferenza gћall-ġurisprudenza f’dan is-sens (35). Gћal dak li jirrigwarda t-trażmettituri li jużaw T-DVB/C-DVB, il-Kummissjoni sostniet li l-miżura kkonċernata tgћin lit-trażmettituri fil-kostituzzjoni u fl-iżvilupp ta' l-udjenza tagħhom (jiġifieri n-numru ta' telespettaturi), gћaliex tippermettilhom li jevitaw spiża li normalment kienu se jbatu kieku riedu jiżviluppaw l-udjenza diġitali tagћhom sa dak l-istess livell u, barra minn hekk, li jitnaqqsu l-ispejjeż li normalment ikollhom isostnu t-trażmettituri li jxandru bis-simulcast. Fir-rigward ta' l-operaturi tan-netwerks, il-vantaġġ jikkonsisti fiż-żieda potenzjali tad-domanda li hi influwenzata minn trażmettituri li jużaw is-sistema “privileġġata”. Il-Kummissjoni, fl-aћћarnett, wara li rrikonoxxiet li l-vantaġġ selettiv mhuwiex faċilment kwantifikabbli, stiednet lill-partijiet kollha interessati biex jippreżentaw l-osservazzjonijiet fuq il-kwantifikazzjoni finali jew fuq il-metodoloġija utli li biha tista’ ssir stima tal-vantaġġ meћud mill-miżura mid-diversi benefiċjarji indiretti.

(83)

Wara li rċiviet l-osservazzjonijiet tal-partijiet interessati, il-Kummissjoni tibqa’ tal-fehma, gћal raġunijiet imsemmija fil-bqija ta' din id-deċiżjoni preżenti, li l-miżura eżaminata tinvolvi vantaġġ selettiv li jiffavorixxi lill-operaturi tat-televiżjoni terrestri u tal-kejbil bi ћlas.

Trażmettituri

(84)

Il-vantaġġ miksub mit-trażmettituri jikkonsisti prinċipalment fil-possibbiltà li jiżviluppaw l-udjenza, b’mod partikolari fir-rigward taż-żieda fl-attività ta' pay per view: fin-nuqqas tal-miżura, l-udjenza diġitali ma kinitx tiżviluppa bl-istess ritmu, sakemm l-istess trażmettituri ma kinux se jiffinanzjaw huma stess l-ispejjeż tal-qbid tas-sinjali gћat-telespettaturi potenzjali. L-iżvilupp ta' udjenza jirrappreżenta parti essenzjali mill-attività kummerċjali gћal televiżjoni bi ћlas jew gћal trażmettituri li jixtiequ jżidu s-servizzi tagћhom ta' televiżjoni bi ћlas, ladarba n-numru ta' klijenti (jew telespettaturi) hu fattur fundamentali sabiex jinћoloq dћul u biex jiġu ffissati prezzijiet baxxi gћas-servizzi pay per view. Għandhom jiġu inklużi wkoll l-ispejjeż sostnuti mill-operaturi bis-satellita biex jibdlu u jiżviluppaw bażi simili ta' klijentela u mbagħad, malli ssir il-qalba għat-teknoloġija diġitali, l-ispejjeż ulterjuri li jsiru biex is-sistema tkun miżmuma (36). Pereżempju, wieħed mill-awturi tad-denunzja, Sky Italia, isostni li qassam b’xejn decoders u antenna parabolika lill-abbonati tiegħu.

(85)

Jista’ jingħad ukoll li l-konsegwenza ewlenija tal-miżura hi t-tnaqqis fil-prezz tad-decoders li jippermettu l-interattività u b'hekk dan il-prezz sar jixbah ħafna lil dak taż-“zappers”. It-tip ta' decoders sussidjati mill-gћajnuna diskussa jippermettu lill-konsumaturi li jgawdu mis-servizzi standard ta' stazzjonijiet televiżivi mhux ikkodifikati li huma preżentament disponibbli f’teknoloġija analogali kif ukoll tas-servizz tat-televiżjoni bi ħlas u ta' servizzi interattivi pprovduti minn sensiela ta' trażmettituri u fornituri ta' kontenut. Mas-servizzi interattivi jistgħu jkunu inklużi servizzi elettroniċi tal-Gvern li jistgħu jkunu aċċessibbli permezz ta' “smart card (37). Għaldaqstant, is-sussidju jippermetti lill-konsumaturi li jgawdu minn offerta notevolment aktar wiesgħa għall-istess prezz fejn qabel b’dan il-prezz kienu jistgħu jakkwistaw biss decoders ħafna iktar sempliċi li jagħtu aċċess għal numru ferm iżgħar ta' servizzi.

(86)

Jirriżulta għaldaqstant li l-miżura kkonċernata ħolqot inċentiv għall-konsumaturi sabiex jaqilbu mit-teknoloġija analogali għal dik diġitali terrestri. Dan wassal għal vantaġġ għat-trażmettituri, b’mod partikolari rigward servizzi li qabel ma kinux disponibbli b’teknoloġija analogali. L-għajnuna mill-Istat, fi kliem ieħor, ippermettiet lit-trażmettituri T-DVB li jevitaw l-ispiża ta' prassi kummerċjali (is-sussidju tad-decoders) li hi mifruxa fis-suq u li hi utli sabiex toħloq udjenza.

(87)

Ir-relevanza ta' dan l-argument ġiet ikkonfermata indirettament f’dokument tad-Deutsche Bank (38) li juri lill-investituri l-profitti li possibilment jistgħu jirriżultaw mix-xiri ta' ishma tal-Mediaset. Id-dipartiment tar-riċerka ta' Deutsche Bank juri f'dan id-dokument kif, bis-saħħa tal-pożizzjoni partikolari tagħha, kif ukoll il-kundizzjonijiet favorevoli tas-suq, l-istrateġija tas-suq u s-sussidji mogħtija lill-konsumaturi, il-Mediaset “tista’ tiżviluppa t-televiżjoni diġitali terrestri bħala strument ta' riskju baxx u ta' spejjeż baxxi biex tidħol fis-suq tat-televiżjoni bi ħlas.”

(88)

Vantaġġ ieħor mirbuħ mill-miżura għall-operaturi terrestri diġà attivi fis-suq hu li l-miżura tgћinhom isaћћu l-preżenza tagħhom miksuba fis-sistema diġitali terrestri fil-kuntest tal-pożizzjoni miksuba mill-immaġini tad-ditta u tal-fiduċja tal-klijentela: il-vantaġġ jirriferi għas-servizzi l-ġodda – b’mod partikolari t-televiżjoni bi ħlas – li jiġu offerti fis-sistema diġitali. Il-miżura eżaminata tista’ għalhekk issaħħaħ l-effetti tal-leġiżlazzjoni li diġà tinsab fis-seħħ, jiġifieri l-fatt li l-trażmettituri ewlenin jikkontrollaw l-operaturi tan-netwerks u li hu possibbli li jinkiseb dritt għax-xandir f’teknoloġija diġitali unikament jekk marbut ma' dritt diġà validu gћal xandir b’teknoloġija analogali. L-operaturi li huma diġà preżenti fis-suq jistgħu jaqilbu faċilment id-drittijiet analogali tagħhom fi drittijiet diġitali, filwaqt li l-kompetituri l-ġodda għandhom l-ewwel jiksbu drittijiet analogali fis-suq biex ikunu jistgħu jimplimentaw ix-xandir f’teknoloġija diġitali. L-iżvantaġġ għall-kompetituri l-ġodda mill-aspett ta' żmien jista’ jiġi aggravat iżjed b’miżuri li permezz tagħhom jiżdiedu l-udjenzi għall-operaturi preżenti fis-suq bħal din il-miżura li qiegħda tiġi eżaminata hawn.

(89)

L-argumenti msemmija qabel ma japplikawx għas-servizzi li huma diġà pprovduti bis-sistema analogali u li l-konsumaturi diġà huma familjari magħhom. Barra minn hekk, hu improbabbli li l-qalba li hi mistennija għas-sistema diġitali effettivament żiedet bi proporzjon sinifikanti (analogali u diġitali) l-gћadd ta' telespettaturi ta' dawn il-programmi/servizzi.

(90)

Mhuwiex konvinċenti l-argument imressaq kemm mill-Italja kif ukoll mill-Mediaset, li l-vantaġġ ma jeżistix għaliex mingħajr l-għajnuna mill-Istat il-benefiċjarji ma kienx ikollhom sussidju fix-xiri tad-decoders min-naħa tal-konsumaturi. Jekk wieħed jammetti li l-konsumaturi ma kinux se jkunu disposti li jixtru id-decoders“miftuħa” mingħajr l-għajnuna kkonċernata, jew li s-suq għal pay per view kien ta' daqs mhux kbir biżżejjed, l-effett ta' l-għajnuna hu proprju dak li joħloq bażi ta' klijentela għat-trażmettituri terrestri li altrimenti ma kinitx se tifforma ruħha. Kieku l-trażmettituri terrestri ma ssussidjawx ix-xiri tad-decoders“interoperabbli” – l-uniċi li, bћalissa, jippermettu l-qbid ta' sinjali ta' programmi ta' televiżjoni bi ħlas pay per view bis-sistema ta' kards imħallsa minn qabel – minħabba biża’ ta' azzjonijiet ta' parassitiżmu min-naħa ta' trażmettituri oħra, it-tnedija tas-servizzi ta' televiżjoni bi ħlas kienet tittardja. Il-miżura kkonċernata, għaldaqstant, serviet sabiex it-trażmettituri terrestri jegћlbu dan il-fattur estern u joħolqu opportunità kummerċjali.

(91)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkontesta l-argument li d-disponibilità jew l-interess tal-benefiċjarji li jirriproduċu l-effetti maħluqa mill-għajnuna anki mingħajr l-għajnuna nnifisha jikkostitwixxu l-kriterji rilevanti biex tittieħed id-deċiżjoni jekk il-miżura diskussa tagħtix vantaġġ jew le. Fil-każ ikkonċernat, infatti, il-vantaġġ mogħti lit-trażmettituri terrestri hu sempliċement riżultat ta' l-effett tal-miżura. L-imġiba tal-benefiċjarji, ladarba daħlet il-miżura, kienet sempliċement intiża li ttejjeb il-profitti fiċ-ċirkostanzi maħluqa, u li jespandu l-attivitajiet kummerċjali tagħhom li ma kienx se jkun possibbli mingħajr l-għajnuna mill-Istat. Dan hu kulma ġara anki fil-każ ikkonċernat, peress li, skond ir-Rapport Annwali ta' l-AGCOM (39), fl-2005 ż-żieda fid-dħul miġjub minn offerti ta' televiżjoni bi ħlas, b’mod partikolari ta' servizzi diġitali terrestri ta' pay per view, kien wieħed notevoli ħafna, anki jekk inżamm, f’termini assoluti, f’livell li ma kienx għoli ħafna.

(92)

Skond ġurisprudenza paċifika dwar jekk jeżistix vantaġġ, jidher li huma deċiżivi u rilevanti għall-qrati l-effetti tal-miżura, u l-applikazzjoni ta' dan fil-każ tal-benefiċjarji indiretti kienet konfermata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (40).

(93)

Il-Kummissjoni tikkontesta anki l-argumenti miġjuba mill-Italja u minn partijiet interessati oħra li jsostnu li m’hemm l-ebda vantaġġ. Fl-ewwel lok, il-Kummissjoni tikkontesta l-asserzjoni ta' l-Italja li tgħid li ma jeżisti l-ebda vantaġġ għaliex hu impossibbli jiġi ddeterminat il-kobor ta' l-effett tar-riżorsi statali li kienu ttrasferiti lill-benefiċjarji. Fid-Deċiżjoni 2006/513/KE (41),msemmija mill-Italja, il-Kummissjoni ma ċaħditx l-eżistenza ta' vantaġġ indirett li jiffavorixxi ċerti benefiċjarji (l-operaturi tan-netwerks), imma sempliċement lil dawn ħalliethom barra mit-twettiq ta' l-obbligu ta' rkupru minħabba li kien impossibbli jiġi stabilit kienx hemm trasferiment ta' riżorsi statali.

(94)

Il-Kummissjoni lanqas ma taċċettax l-argumenti miġjuba kemm mill-Mediaset kif ukoll mir-RAI, illi jgħidu li s-sitwazzjoni tat-trażmettituri terrestri u tat-trażmettituri bis-satellita ma jistgћux jitqabblu, u dana minћabba li l-operaturi tat-televiżjoni terrestri jridu jaqilbu gћad-diġitali fi żmien stipulat mil-liġi u jridu jitgћabbew bl-ispejjeż tas-simulcast: bћala konsegwenza, il-miżura kkonċernata ma tagћti l-ebda vantaġġ selettiv.

(95)

Il-motiv ewlieni gћaliex ġiet imposta l-qalba għal sistema diġitali fuq l-operaturi terrestri kienet li x-xandir terrestri jokkupa parti mill-medda tal-frekwenzi radju li tirrapreżenta valur gћoli (42). Fil-verità, il-kwantità gћolja tal-frekwenzi radju meћtieġa gћax-xandir b’teknoloġija analogali ћolqot problemi tekniċi gћad-dћul ta' kompetituri ġodda fis-suq ta' xandir terrestri, u din ikkontribwixxiet biex jinżamm id-duwopolju tar-RAI u l-Mediaset. L-użu intensiv li l-operaturi terrestri qegћdin jagћmlu minn riżors limitat – jiġifieri tal-medda tal-frekwenzi radju – jiġġustifika l-iżbilanċ bejn l-obbligi li kienu imposti fuqhom meta mqabbla ma' l-operaturi ta' sistemi oћra. L-użu tal-frekwenzi radju mhux dritt awtomatiku li jgawdu t-trażmettituri, minkejja li jistgћu jistrieћu fuq il-fatt li l-allokazzjoni u l-gћotja tal-frekwenzi radju min-naћa ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali huma msejsa fuq kriterji oġġettivi trasparenti, mhux diskriminatorji u proporzjonati (43). Fl-aћћarnett, il-miżura mhix maћsuba li tkun proporzjonata ma' l-ispejjeż gћall-qalba gћas-sistema diġitali. Fil-fatt, fl-ewwel lok, il-Kummissjoni ma jidhirlhiex li sussidju lill-konsumaturi jista’ faċilment ikun determinat f’mod li jkun proporzjonat ma' l-ispejjeż li huma finalment sostnuti mill- kumpaniji fil-proċess ta' l-iswitchover. Fit-tieni lok, l-oneru tal-prova tal-proporzjonalità tal-miżura taqa’ fuq l-Istat Membru. Minkejja dan, l-Italja ma tatx stima ċara ta' l-ispejjeż relatati ma' l-iswitchover, u lanqas ma tat indikazzjonijiet preċiżi tal-vantaġġi miksuba mit-trażmettituri permezz tal-miżura.

Operaturi tan-netwerks

(96)

L-iżvilupp tat-televiżjoni diġitali terrestri jista’ joћloq ukoll vantaġġ indirett għall-operaturi tan-netwerks, bil-mod kif ix-xandir joћloq il-bżonn ta' servizzi ta' trażmissjoni fornuti minn dawn l-operaturi. Wieћed jista’ jqis li d-disponibilità ta' trażmettitur li jћallas biex juża s-servizzi ta' xandir jiddependi, fost l-oћrajn, minn dћul addizzjonali li jista’ jsir permezz tal-preżenza fuq sistema partikolari li fiha nfisha tkun tiddependi fuq in-numru ta' telespettaturi preżenti fuqha. Peress li l-miżura kkonċernata taffettwa n-numru ta' konsumaturi tas-servizzi tat-televiżjoni diġitali terrestri, jista’ jkun hemm ukoll impatt pożittiv indirett fuq l-operaturi tan-netwerks.

(97)

Mhuwiex possibbli, madankollu, li jkun hemm ċertezza dwar jekk il-miżura influwenzatx diġà l-gћażla fost it-trażmettituri b’mod relattiv gћall-preżenza tagћhom fuq id-diversi sistemi ta' xandir, jew li jkun ikkwantifikat il-prezz li t-trażmettituri kienu lesti li jћallsu fin-nuqqas ta' l-istess miżura. Barra minn hekk, ir-rabtiet ta' proprjetà bejn it-trażmettituri u l-operaturi tan-netwerks fis-sistema diġitali terrestri jagћmlu inqas rilevanti d-distinzjoni bejn iż-żewġ tipi ta' benefiċjarji – punt li anki l-Italja taqbel dwaru. Huwa mifhum illi, kieku l-miżura kkonċernata kellha tkun ripetuta fiż-żmien u kellha tiffavorixxi b’kontinwità t-trasferiment tat-telespettaturi mill-offerta attwali ta' televiżjoni f’teknoloġija analogali gћal sistema diġitali terrestri, l-imsemmija miżura jkollha effett fuq id-daqs ta' l-udjenza tad-diversi sistemi sal-punt li taffettwa anki l-gћażla tat-trażmettituri fir-rigward tal-preżenza tagћhom fuq sistema partikolari. Għaldaqstant, ir-ripetizzjoni gћal darb’oћra tal-miżura tista’ tagћti vantaġġ lill-operaturi tan-netwerks diġitali terrestri għad-detriment ta' l-operaturi tan-netwerks bis-satellita.

(98)

Fl-aћћarnett, jeżistu operaturi tan-netwerks li ma llimitawx ruћhom biss gћall-bejgћ ta' servizzi ta' xandir lit-trażmettituri, imma li jinnegozjaw l-gћoti ta' servizzi televiżivi direttament lill-pubbliku. Wieћed minn dawn, per eżempju, hu Fastweb, operatur ta' “triple play (44) permezz tal-kejbil li, fost l-oћrajn, hu anki fornitur ta' televiżjoni bi ћlas. F’dan il-każ l-operatur tan-netwerk igawdi minn vantaġġ simili gћal dak li minnu jibbenefikaw it-trażmettituri, kif diġà spjegat fil-punti 84-88.

Produtturi ta' decoders

(99)

Kif kien enfasizzat fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura, il-vantaġġ indirett għall-produtturi tad-decoders jikkonsisti fil-possibbiltà li jbiegħu ammont akbar ta' decoders meta mqabbel ma' dak li kienu jbieghu kieku l-imsemmija miżura ma ġietx applikata. Fil-fatt is-sussidju kellu l-effett li għall-konsumatur ix-xiri tad-decoders illi jibbenifikaw minn din l-għajnuna sar aktar ekonomikament vantaġġuż, tant li għen lill-produtturi biex iżidu l-bejgħ tagħhom mingħajr ma' raħħsu l-prezz tal-prodott jew jgħollu l-prezz mingħajr ma jitlifu l-klijenti.

IV.A.3   SELETTIVITÀ

(100)

Il-vantaġġ li l-miżura kkonċernata jagħti lit-trażmettituri terrestri u lill-operaturi tat-televiżjoni bil-kejbil bi ħlas huwa selettiv. Mhux t-trażmettituri kollha jistgħu jibbenefikaw indirittament mill-miżura: hemm trażmettituri li joperaw biss bis-satellita illi ma jistgħux jibbenefikaw miż-żieda fin-numru ta' telespettaturi tat-televiżjoni diġitali kkawżat mis-sussidju kkonċernat.

(101)

Barra minn hekk, il-vantaġġ jingħata b’mod selettiv lill-industrija tal-manufatturi tad-decoders.

IV.A.4   TFIXKIL FIL-KOMPETIZZJONI

(102)

Trażmettituri

(103)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura, il-Kummissjoni stabbiliet illi l-vantaġġ mogħti lit-trażmettituri u lill-operaturi tan-netwerks terrestri ngħata għad-detriment tat-trażmettituri illi jużaw teknoloġiji diversi jew li fil-mument ma jistgħux jitrasmettu.

(104)

Ix-xandir diġitali terrestri mhuwiex biss f’kompetizzjoni mas-servizz analogali mhux kodifikat iżda ukoll mas-servizz tat-televiżjoni bi ħlas: l-għajnuna tippermetti li l-operaturi T-DVB u C-DVB jkollhom aċċess għas-swieq relatati mat-televiżjoni bi ħlas bi spejjeż orħos u li jidħlu f’kompetizzjoni ma' l-operaturi preżenti bħal Sky Italia. Dan huwa kkonfermat fil-konklużjonijiet tar-rapport ta' l-AGCOM  (45) fejn intqal li l-għajnuna kkonċernata hija determinanti għall-iżvillup ta' l-udjenza tat-trażmettituri illi jużaw T-DVB, kif ukoll mill-istħarriġ ta' l-Awtorità tal-kompetizzjoni u tas-suq fejn saħqet dwar l-importanza tan-newtralità teknoloġika (46).

(105)

Wara illi waslu l-osservazzjonijiet ta' l-Istat Taljan u tal-partijiet interessati, il-Kummissjoni baqgħet tal-fehma li il-vantaġġi selettivi mogħtija permezz tas-sussidju jistgħu jfixklu l-kompetizzjoni. Fl-ewwel lok, jidhru li huma diskutibbli l-argumenti illi l-operaturi terrestri u dawk tas-satellita mhumiex kompetituri fl-istess suq tat-televiżjoni bi ħlas u li l-ispiża tad-decoder jaffettwa b’mod biss marġinali l-għażla tal-konsumatur bejn iż-żewġ sistemi differenti: għaldaqstant ġiet miċħuda l-konklużjoni bbażata fuq dawn il-premessi, jiġifieri li l-miżura ma tfixkilx il-kompetizzjoni.

(106)

Skond l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE, huwa biżżejjed li l-għajnuna thedded li tfixkel il-kompetizzjoni permezz ta' l-għoti ta' vantaġġ selettiv. Għalkemm għalissa s-servizz ta' televiżjoni diġitali terrestri bi ħlas ma jistax jiġi pparagunat mat-televiżjoni bi ħlas bis-satellita, la mil-lat tat-tip ta' servizz (televiżjoni pay per view minn naħa waħda u ħlas fix-xahar min-naħa l-oħra) u l-anqas mil-lat ekonomiku (fl-2005 t-televiżjoni bis-satellita kellu kważi 95 % ta' l-abbonati), hemm ċertu livell ta' sostitwibilità bejn iż-żewġ tipi ta' servizzi. Malli s-sistema diġitali terrestri tkun stabbilixxiet ruħha fis-suq tas-servizzi tat-televiżjoni bi ħlas – anki bis-saħħa tas-sussidji fuq id-decoders – tkun tista’ tikkompeti mas-servizzi analogali fornuti fuq sistemi alternattivi.

(107)

Mudell simili jista’ jiġi osservat fl-iżviluppi li seħħew fi Stati Membri oħrajn, bħal pereżempju fir-Renju Unit fejn, fil-kuntest ta' l-istħarriġ diġà msemmi fir-rigward ta' BskyB, l-Office for Fair Trading (OFT) ikkonkluda illi l-logħbiet tal-Football Association Premier League imxandra diretti jikkostitwixxu suq relevanti uniku li jestendi fuq is-sistemi televiżivi kollha. Għaldaqstant, huwa evidenti illi, skond il-fażi ta' żvilupp tas-swieq tat-televiżjoni bi ħlas, is-servizzi televiżivi tal-pjattaforma diġitali terrestri jistgħu jikkompetu mas-servizzi tas-satellita.

(108)

Barra minn hekk, is-sussidji ngħataw f'fażi kritika, jiġifieri meta ħafna spettaturi televiżivi analogali terrestri kellhom jaffrontaw il-qalba għat-televiżjoni diġitali u kellhom jagħżlu jekk jinvestux f’tagħmir ta' riċezzjoni ta' trażmissjoni terrestri jew ta' trażmissjoni bis-satellita. Peress li s-sussidji jraħħsu l-investiment f’tagħmir ta' riċezzjoni tat-televiżjoni terrestri (decoders), huwa evidenti illi dawn kellhom effett fuq din l-għazla. Meta wieħed iqis l-ispejjeż biex wieħed jaqleb minn sistema għal oħra wara li tkun saret l-għażla, l-effett tat-tfixkil tal-kompetizzjoni kkawżat mis-sussidji jista’ jkun pjuttost għal żmien twil.

(109)

Ta’ min ifakkar ukoll illi l-Awtorità Taljana tal-Kompetizzjoni u s-Suq, fl-istħarriġ (47) fejn l-istess Awtorità eżaminat il-possibbiltà ta' l-eżistenza ta' kunflitt ta' interess, biex tistabbilixxi jekk l-għajnuniet għad-decoders imsemmijin fl-istħarriġ iddeterminawx kunflitt ta' interess favur l-impriżi li l-propjetarju tagħhom kien il-Prim Ministru, ma semmietx is-separazzjoni tas-swieq tat-televiżjoni terrestri minn dak tas-satellita, izda kkunsidrat is-suq tat-televiżjoni bi ħlas, u fil-paragrafu 52, idikkjarat illi l-Mediaset, it-Telecom Italia, Sky u Fastweb setgħu jitqiesu kompetituri fl-istess suq tat-televiżjoni bi ħlas, minkejja d-diversità fil-forma tas-servizzi tat-televiżjoni bi ħlas.

(110)

Ghaldaqstant ma jistax jiġi milqugħ l-argument ippreżentat mill-Italja u l-Mediaset, fejn huma jsostnu li n-natura selettiva u l-effett ta' tfixkil tal-kompetizzjoni jirriżultaw mid-deċiżjoni ta' Sky illi tuża t-teknoloġija NDS, għaliex il-formulazzjoni tal-liġi eskludiet id-decoders bis-satellita mill-benefiċċji kkontemplati fil-miżura, anki fil-każ meta l-operaturi bis-satellita kellhom l-intenzjoni illi jadottaw decoders bit-teknoloġija “miftuħa”. L-anqas ma huwa relevanti l-fatt illi, wara l-emendi mdaħħla fil-liġi finanzjarja tas-sena 2006 għall-approvazzjoni tas-sussidju għad-decoders interoperabbli irrispettivament mill-pjattaforma, Sky Italia kienet għadha ma waqfitx tuża d-decoders bit-teknoloġija “magħluqa” biex tadotta d-decoders illi setgħu jibbenefikaw mill-imsemmija liġi. Fil-fatt, din hija strateġija illi tiddependi minn diversi fatturi, pereżempju mill-investimenti illi jkunu saru qabel mill-impriża kkonċernata u mill-għażla li wieħed jiistenna l-eżitu tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-kumpatibilità tal-miżura l-ġdida.

(111)

Konferma indiretta illi d-dħul fis-suq tat-televiżjoni bi ħlas bi spejjeż imnaqqsa għandu l-effett li jfixkel il-kompetizzjoni tirriżulta mir-riċerka tad-Deutsche Bank (paġna 18 et seq.), li tanalizza x-xenarji finanzjarji derivanti għall-Mediaset li jirriżultaw mill-iżvilupp tax-xandir tal-logħbiet tal-futbol bil-pay per view bħala funzjoni għall-klijentela mhux akkwistata minn Sky Italia, li jaffettwa r-rati ta' żieda ta' l-abbonamenti għat-televiżjoni bi ħlas DTH. Min-naħa l-oħra, anki ċ-ċifri pprovduti minn Sky Italia – li huma intenzjonati biex juru li r-rata ta' żieda fl-abbonamenti ma' Sky Italia kienet influwenzata mill-bejgħ tad-decoders sussidjati – għandhom it-tendenza li jsaħħu l-argument illi fi ħdan is-suq tat-televiżjoni bi ħlas hemm ċeru livell ta' kompetizzjoni.

L-operaturi tan-netwerks

(112)

It-tfixkil tal-kompetizzjoni ma jidhirx biss fil-livell tat-trażmettituri, iżda wkoll fil-livell ta' l-operaturi tan-netwerks. F’Diċembru ta' l-2005 fl-Italja kien hemm bejn wieħed u ieħor 4,8 miljun telespettatur tat-televiżjoni bis-satellita, izda kienu biss 3,5 miljun li kienu abbonati ma' Sky: il-kumplament, jiġifieri 1,3 miljun telespettatur kienu għaldaqstant interessati fis-servizzi televiżivi mhux ikkodifikati illi kienu pprovduti bis-satellita. Dan jindika illi s-servizzi televiżivi mhux ikkodifikati bis-satellita jistgħu jitqiesu mill-konsumaturi bħala alternattiva għat-televiżjoni diġitali terrestri u bil-kejbil; mhux biss, iżda dawn is-servizzi jistgħu jgħinu fil-qalba għat-televiżjoni diġitali. Billi teskludi s-sistema tas-satellita mis-sussidju kkonċernat u tirrestrinġi l-għajnuna b’mod selettiv għad-decoders diġitali terrestri u d-decoders tal-kejbil, il-miżura toħloq riskju li tidderieġi t-telespettaturi lejn is-servizzi offruti mit-trażmettituri li jużaw operaturi tan-netwerks terrestri u bil-kejbil għad-detriment ta' l-operaturi bis-satellita.

IV.A.5   L-EFFETT FUQ IL-KUMMERĊ BEJN L-ISTATI MEMBRI

(113)

Is-swieq tas-servizzi tax-xandir u tas-servizzi tan-netwerks huma miftuħa għall-kompetizzjoni internazzjonali. Malli jiġu ffavoriti b’mod selettiv operaturi tan-netwerks jew trażmettituri partikulari, dan ifixkel il-kompetizzjoni għad-detriment ta' operaturi ekonomiċi illi jistgħu jiġu minn Stati Membri oħra. L-eżempji ta' operaturi bis-satellita jew ta' wieħed mill-awturi tad-denunzja, Sky TV, huma tabilħaqq konvinċenti f’dan ir-rigward. Konsegwentement, il-miżura kkonċernata tiffavorixxi impriżi partikolari fir-rigward tal-kompetituri fis-suq komuni.

(114)

Il-konklużjoni illi waslet għaliha l-Kummissjoni, jiġifieri li t-tfixkil tal-kompetizzjoni bejn it-trażmettituri televizivi u l-operaturi tan-netwerks jista’ jippreġudika l-kummerċ bejn l-Istati Membri, ma ġiet ikkontestata minn ebda parti interessata; għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonferma l-konklużjoni li tinsab fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura li l-miżura għandha effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

IV.A.6   KONKLUŻJONI

(115)

Fil-qosor, għalkemm il-benefiċjarji prinċipali ta' din il-miżura jgawdu biss minn vantaġġ indirett, il-Kummissjoni tqis illi din tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat favur l-operaturi tat-televiżjoni bi ħlas li jutiliżżaw it-T-DVB, għajnuna li tippermettilhom li jibnu bażi ta' klijentela, u għaldaqstant, li jipprovdu servizzi ġodda u li jidħlu fis-suq tat-televiżjoni bi ħlas bi spejjeż baxxi . Dan jgħodd ukoll għall-operaturi tal-kejbil illi jipprovdu servizzi ta' televiżjoni bi ħlas u huma, konsegwentement, operaturi ta' televiżjoni bi ħlas.

(116)

Il-Kummissjoni ssostni illi l-miżura kkonċernata tikkostitwixxi għajnuna indiretta għaliex l-iskema ta' għajnuna kellha l-konsegwenza prinċipali illi tagħti vantaġġ indirett lill-benefiċjarji indikati, minkejja li ma kellhomx rabta diretta ma' l-impriżi responsabbli għall-produzzjoni tal-prodott issussidjat.

(117)

Il-preżenza ta' l-għajnuna mill-Istat f’dan il-każ partikolari m’hijiex affettwata mis-sentenza Altmark (48) li tittratta dwar kumpens għall-ispejjeż li jintefqu minħabba t-twettiq ta' l-obbligi ta' servizz pubbliku. L-ebda wieħed mill-erba’ kriterji speċifkati f’din is-sentenza (definizzjoni u għoti ta' servizz għall-interess ekonomiku ġenerali, id-determinazzjoni ex ante tal-parametri għall-kumpens, nuqqas ta' kumpens żejjed u għażla ta' fornitur effiċjenti permezz ta' proċedura ta' sejħa pubblika għall-offerti jew stima ta' l-ispejjeż żejda netti li jkollha tonfoq impriża amminsitrata tajjeb) m’hu ssodisfat.

(118)

Għaldaqstant, ma tistax tiġi aċċettata s-sottomissjoni tar-RAI li l-miżura ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat favur l-istess RAI għaliex din kellha tagħmel investimenti speċifiċi għat-televiżjoni diġitali minħabba t-twettiq tal-obbligi ta' servizz pubbliku.

(119)

Fir-rigward ta' l-operaturi tan-netwerks diġitali terrestri, il-Kummissjoni – għalkemm sostniet illi l-miżura kkonċernata potenzjalment fixklet il-kompetizzjoni għall-vantaġġ ta' l-imsemmija operaturi – m’hijiex f’pożizzjoni li tikkonkludi b’ċertezza raġonevoli illi fil-każ tagħhom il-vantaġġ seħħ fil-perjodu ta' l-applikazzjoni tal-miżura: għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi illi l-operaturi tan-netwerks mhumiex benefiċjarji ta' l-għajnuna mill-Istat Taljan għall-finijiet ta' l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE.

(120)

Finalment, il-Kummissjoni tosserva illi fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura, minbarra t-trażmettituri televiżivi u l-operaturi tan-netwerks, hija identifikat kategorija oħra ta' benefiċjarji potenzjali indiretti tal-miżura, dik tal-produtturi tad-decoders.

(121)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura l-Kummissjoni espremiet dubji fuq il-fatt illi l-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-istat favur il-produtturi tad-decoders, peress li s-sussidju ngħata biss għal dawk id-decoders li jużaw l-istandard MHP, jiġifieri API miftuħ li jista’ jintuża b’xejn minn kull produttur. L-għajuna kienet maħsuba għall-konsumaturi illi jistgħu jagħżlu bejn id-decoders tal-produtturi kollha; għaldaqstant jidher illi l-għajnuna ma kienet tiffavorixxi b’mod selettiv l-ebda tip ta' produttur ta' decoders fuq il-bażi tal-post ta' produzzjoni tagħhom. Lanqas ma kien jidher illi kien hemm produtturi speċjalizzati fil-produzzjoni tad-decoders soġġetti għall-għajnuna kkonċernata u li ġew ivvantaġġati fil-konfront tal-produtturi ta' mudelli oħra ta' decoders. Ma kienx jidher illi l-produtturi tad-decoders kienu f’kompetizzjoni ma' operaturi ta' setturi oħra illi ma kinux jibbenefikaw mill-miżura kkonċernati. Finalment, ma kienx jidher illi l-imsemmija miżura kellha l-effett illi minħabba l-istess għan jew l-istruttura ġenerali tagħha, toħloq vantaġġ għall-produtturi tad-decoders.

(122)

Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni tirrimarka fuq il-fatt illi l-produtturi tad-decoders igawdu minn vantaġġ settorjali illi minnu ma jistgħux jibbenefikaw is-setturi l-oħra ekonomiċi u li toħloq distorsjoni fit-tqassim tar-riżorsi fl-ambitu ta' l-ekonomija. Il-Kumissjoni hija tal-fehma li – għalkemm ebda osservazzjoni li ntbagħtet fil-qafas tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura ma tissuġerixxi l-eżistenza ta' għajnuna favur il-produtturi tad-decoders – m’huwiex possibbli li tkun eskluża kompletament l-eżistenza ta' dan it-tfixkil fil-kompetizzjoni fil-livell tal-produtturi.

(123)

Madankollu, il-Kummissjoni hija tal-fehma li, fil-każ ikkonċernat, m’huwiex neċessarju li jiġi stabbilit jekk il-miżura kkonċernata tagħtix lill-produtturi tad-decoders għajnuna skond l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE. L-effett indirett tal-miżura, f'termini ta' żieda fil-bejgħ tad-decoders huwa effett intrinsiku ta' kull inizjattiva – anki l-aktar waħda newtrali mill-perspettiva teknoloġika – li l-awtoritajiet pubbliċi jiddeċiedu li jieħdu favur l-iżvilupp tat-televiżjoni diġitali. Kif ġie spjegat aktar qabel, fit-taqsima IV.B, l-għajnuna mogħtija lill-produtturi tad-decoders hija meqjusa mill-Kummissjoni bħala kumpatibbli ma' l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE.

IV.B   VALUTAZZJONI TAL-KUMPATIBILITÀ

(124)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura l-Kummissjoni esprimiet xi dubji dwar il-fatt jekk il-miżura kkontestata tikkostitwixxix għajnuna kumpatibbli mas-suq komuni fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 87(2)(a), l-Artikolu 86(2) u l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE, wara li ġiet eskluża l-applikazzjoni fil-każ preżenti ta' l-eċċezzjonijiet l-oħra stipulati fl-Artikolu 87 tat-Trattat tal-KE. Fl-osservazzjonijiet ta' l-Italja u tal-Mediaset, madankollu, ġew sottomessi argumenti intiżi biex jopponu l-oġġezzjonijiet ifformulati mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura, argumenti li bihom sostnew illi l-miżura hija kumpattibbli ma' l-Artikolu 87(2)(a) u ma' l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE: barra minn hekk l-Italja qajmet l-argument illi fil-fehma tagħha, fil-każ preżenti għandhom japplikaw id-derogi previsti fl-Artikolu 87(3)(b) u l-Artikolu 87(3)(d) tat-Trattat tal-KE. Wara li rċeviet l-osservazzjonijiet ta' l-Italja u tal-partijiet interessati, il-Kummissjoni baqgħet tal-fehma illi l-għajnuna kkonċernata mhijiex kumpatibbli mas-suq komuni, għar-raġunijiet elenkati u spjegati aktar ‘l isfel f’din id-Deċiżjoni.

IV.B.1   ARTIKOLU 87(2)(A) TAT-TRATTAT TAL-KE

(125)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura, il-Kummissjoni sostniet illi l-espressjoni “karattru soċjali” għandha tiġi interpretata b’mod restrittiv u għaldaqstant skond il-prassi tal-Kummissjoni, din l-espressjoni tirreferi biss għall-dawk l-għajnuniet iddestinati biex jissodisfaw il-ħtiġiet ta' dawk is-setturi tas-soċjetà illi qegħdin fil-bżonn: fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura ssemma’ l-eżempju tal-Linji ta' Gwida fuq l-għajnuna mill-Istat fis-settur ta' l-avjazzjoni (49), li jistipulaw li l-għajnuniet ta' karattru soċjali jridu bħala prinċipju jkopru biss kategoriji speċifiċi ta' passiġġieri. Il-Kumissjoni kkunsidrat il-fatt illi f’dan il-każ partikulari il-liġi ma tagħmel ebda referenza għall-istatus soċjali jew għas-sitwazzjoni ekonomika tal-benefiċjarju u għamlet referenza għall-investigazzjoni li wettqet l-AGKOM fuq il-preżenza fis-suq ta' decoders bi prezzijiet aċċessibbli illi jindikaw illi mhux il-popolazzjoni kollha kellha bżonn sussidju biex taqleb għat-televiżjoni diġitali: it-tendenza fis-suq kienet tali, fil-fatti, li 'l fuq minn 50 % tal-familji kien ser ikollhom decoder sas-sena 2006, f’xenarju “ottimistiku”, u fil-bidu tas-sena 2008 f’xenarju “pessimistiku (50)”.

(126)

L-asserzjoni ta' l-Italja illi l-perċentwal stmat minn l-AGCOM li 50 % tal-familji kien ser ikollhom decoder sa tmiem l-2006 jew sa tmiem l-2008 kien pjuttost baxx meta jitqiesu l-ispejjeż ogħla tad-decoders“interoperabbli”, ma tbiddilx l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni, għaliex l-Italja ma ppreżentatx argumenti illi juru illi l-għajnuna kienet destinata għall-faxxa tal-popolazzjoni illi għandhom bżonn is-sussidju jew li l-popolazzjoni kollha kienet teħtieġ għajnuna finanzjarja ta' dan it-tip.

(127)

Bl-istess argument, l-asserzjoni illi l-miżura seta’ kellha effett indirett favur il-familji l-aktar foqra, minħabba l-effett ta' ekonomija ta' l-iskala li jippermetti roħs fil-prezz tad-decoders, ma tistax tintlaqa' mill-Kummissjoni għal zewġ raġunijiet. Fl-ewwel lok, id-derogi mir-regola ġenerali ta' l-inkumpatibilità ta' l-għajnuna mill-Istat mas-suq komuni jridu jkunu interpretati b’mod restrittiv. L-istess jgħodd għall-kunċett ta' l-għajnuniet ta' natura soċjali, illi għandhom jiġu interpretati bħala għajnuniet intenzjonati esklussivament u direttament favur is-setturi zvantaġġati tal-popolazzjoni. Barra minn hekk, kieku kellu jiġi aċċettat l-argument imressaq mill-Italja, dan ikun ifisser li għajnuna mogħtija lill-popolazzjoni kollha hija ta' karattru soċjali fuq il-premessa illi din tiffavorixxi wkoll lis-setturi tas-soċjetà li l-aktar qegħdin fil-bżonn. Kieku kellha tiġi aċċettata din il-premessa, kull tip ta' għajnuna indiretta mogħtija lill-kosumaturi jew investituri jkollhom jitqiesu bħala għajnuniet kumpatibbli, li tmur kontra n-natura restrittiva tad-derogi u l-projbizzjoni ġenerali ta' l-għotjiet ta' għajnuna mill-Istat.

(128)

Għaldaqstant għandu jiġi konkluż illi l-miżura m’hijiex ta' karattru soċjali u għalhekk id-deroga prevista fl-Artikolu 87(2)(a) tat-Trattat tal-KE mhijiex applikabbli.

IV.B.2   ARTIKOLU 87(3)(B) TAT-TRATTAT TAL-KE

(129)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura l-Kummissjoni sostniet illi l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat KE ma kenitx tapplika għall-għajnuna kkonċernata. Fl-osservazzjonijiet ipprezentati, madankollu, l-Italja sostniet li peress li l-qalba għas-sistema diġitali tikkostitwixxi proġett ta' interess komuni Ewropew fi ħdan programm tranżnazzjonali illi huwa appoġġat minn diversi Stati Membri, id-deroga prevista fl-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat tal-KE għandha tiġi applikata, b’mod konformi mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Exécutif régional wallonSA Glaverbel vs Il-Kummissjoni  (51).

(130)

F’dawn iż-żewġ kawżi, l-awtorità reġjonali tal-Vallonja kienet tat sussidju lil Glaverbel, kumpanija kummerċjali illi kienet tinvesti fis-setturi tat-teknoloġija avvanzata bħal dik relatata ma' l-iżvilupp taċ-ċelluli fotovoltajċi b’film irqiq, settur assoċjat mal-Programm Strateġiku Ewropew ta' riċerka u żvilupp fit-teknoloġija ta' l-informazzjoni (ESPRIT): fuq din il-bażi l-awtorità tal-Vallonja kienet stabbiliet illi l-għajnuna kienet kumpatibbli mad-dispożizzjonijiet legali dwar id-derogi previsti għall-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat tal-KE. L-ESPRIT kien programm imwaqqaf mill-Kommunità Ewropea. Il-Qorti sostniet illi l-Kummissjoni eżerċitat il-poter tagħha ta' diskrezzjoni fil-każ ikkonċernat u l-partijiet relatati ma kinux taw prova konvinċenti illi l-miżura kienet tippromwovi t-twettiq ta' proġett ta' interess komuni Ewropew.

(131)

Fil-każ preżenti l-Kummissjoni ssostni illi l-miżuri adottati mill-Italja biex tippromowovi l-bejgħ ta' decoders ma jaqgħux taħt id-deroga prevista mill-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat tal-KE. Il-miżura tikkostitwixxi inizjattiva individwali ta' Stat Membru illi, kif inhu spjegat iktar 'l isfel f’din id-deċiżjoni, tfixkel inutilment il-kompetizzjoni. Din ma tistax titqies bħala parti minn proġett definit, maqbul jew koordinat ma' Stati Membri oħra b’tali mod illi jeskludi effetti negattivi fuq il-kummerċ ħieles bejn l-Istati Membri u fuq il-kompetizzjoni u li jiggarantixxi t-twettiq ta' interess komuni Ewropew. Rigward l-argument imressaq mill-Italja illi “t-twettiq tal-qalba għal sistema diġitali jikkostitwixxi interess komuni Komunitarju” u li numru dejjem akbar ta' Stati Membri jappoġġaw it-twettiq ta' dan l-għan, dan l-argument huwa indirizzat fit-taqsima li jmiss, fejn ser jiġu eżaminati r-raġunijiet possibbli ta' kumpatibilità tal-miżura skond l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE.

IV.B.3   ARTIKOLU 87(3)(C) TAT-TRATTAT KE

(132)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura l-Kummissjini ddikkjarat li ma kinitx konvinta mill-fatt illi l-għajnuna lit-trażmettituri setgħet titqies kumpatibbli skond l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat KE. Il-Kummissjoni baqgħet ta' l-istess fehma anki wara li rċeviet l-argumenti mill-partijiet interessati.

(133)

Biex tkun kumpatibbli ma' l-Artikolu 87(3)(c), għajnuna partikolari trid issegwi objettiv ta' interess komuni b’mod essenzjali u proporzjonat. B’mod partikolari, il-miżura għandha tiġi evalwata fuq il-bażi ta' dawn il-kriterji:

a)

Il-miżura ta' għajnuna hija intenzjonata biex tilħaq objettiv ta' interess Komunitarju definit mhux ikkodifikat?

b)

L-għajnuna hija kkonċepita b’mod adegwat biex tilħaq l-għan ta' interess komuni, jew aħjar, l-għajnuna proposta timmira biex tirriżolvi sitwazzjoni ta' falliment tas-suq jew hija mmirata biex tilħaq objettiv ieħor? B’ mod partikolari

i)

il-miżura ta' għajnuna hija strument adegwat, jew jeżistu strumenti aktar adattati?

ii)

hemm effett ta’ inċentiv, jew l-għajnuna tgħin biex tbiddel l-aġir ta' l-impriżi?

iii)

il-miżura ta' għajnuna hija proporzjonata, jew inkella l-istess bidla fl-aġir tista’ tintlaħaq b’inqas għajnuna?

c)

It-tfixkil tal-kompetizzjoni u l-effetti fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri huma limitati, b’mod illi l-bilanċ komplessiv huwa wieħed pożittiv?

IV.B.3.1   Objettiv ta' interess komuni

(134)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura l-Kummissjoni ddikkjarat illi l-qalba għal sistema diġitali toħloq vantaġġi kbar – l-użu iktar effiċjenti tal-medda tal-frekwenzi u ż-żieda tal-kapaċità tax-xandir – u dan iwassal għal titjib fis-servizz u għażla aktar wiesgħa għall-konsumatur. Għaldaqstant, fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura l-Kummissjoni ddikjarat li l-qalba fix-xandir minn sistema analogali għal waħda diġitali u x-xandir bi standards miftuħa għall-interattività għandhom jitqiesu bħala objettivi ta' interess komuni. Fl-argumentazzjoni mressqa mill-Italja kien hemm qbil mal-Kummissjoni fuq dan il-punt. Europa 7 madankollu tenniet l-osservazzjonijiet sottomessi minn Sky Italia fid-denunzja tagħha, illi m’hemm ebda interess ġenerali, fil-fażi attwali, fix-xiri ta' decoders diġitali peress li dan huwa marbut ma' attività purament kummerċjali u l-vantaġġ illi jirriżulta minn din il-qalba għal sistema diġitali kien diġà differit għall-2012.

(135)

Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti mressqa mill-impriża Europa 7. Fl-ewwel lok, kif diġà kienet stabbiliet fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura, il-Kummissjoni appoġġjat b’mod attiv il-qalba għal sistema diġitali, li l-vantaġġi tagħha hija kienet spjegat fil-pjan ta' azzjoni eEurope 2005, fiż-żewġ komunikazzjonijiet dwar il-qalba għal sistema diġitali (52) u fil-komunikazzjoni msejħa “e2010 – Soċjetà Ewropea ta' l-Informazzjoni għall-ħolqien ta' l-Impjiegi”  (53). Ir-regolamentazzjoni la għandha tippreskrivi u lanqas tiffavorixxi l-użu ta' sistema speċifika diġitali, jiġifieri, fi kliem ieħor, għandha żżomm mal-prinċipju tan-newtralità teknoloġika, għalkemm skond id-Direttiva 2002/21/KE (54), huma possibbli interventi meta jkun meħtieġ li jiġu rimedjati fallimenti fis-suq fir-rigward ta' sistemi partikolari. Fl-aħħar mill-aħħar, għandhom jiġu appoġġjati s-sistemi li joffru l-akbar vantaġġi lill-konsumaturi.

(136)

Fil-komunikazzjoni tagħha dwar l-interoperabilità tas-servizzi tat-televiżjoni diġitali interattiv (55), il-Kummissjoni saħqet dwar il-ħtieġa ta' l-“interattività” u “interoperabilità”. F’din il-komunikazzjoni gie ppreċiżat illi “il-Kummissjoni għandha timmira biex tiggarantixxi illi ċ-ċittadini Ewropej ikunu jistgħu jibbenefikaw minn firxa wiesgħa ta' servizzi televiżivi diġitali interattivi, disponibbli fuq numru dejjem jikber ta' sistemi ta' xandir”. It-televiżjoni interattiva tintegra mat-televiżjoni diġitali, minnbarra l-vidjo, għadd ta' funzjonijiet li jistgħu jiġu sfruttati fil-ġejjieni mhux biss għal skopijiet kummerċjali, iżda wkoll biex jiġu pprovduti servizzi elettroniċi tal-Gvern destinati wkoll għal dik il-faxxa tal-popolazzjoni illi għandha l-akbar diffikultajiet bl-informatika.

(137)

Fil-komunikazzjonijiet tagħha l-Kummissjoni ddikjarat illi n-nuqqas ta' interoperabilità (li jkopri l-kwestjoni kemm ta' interoperabilità teknika kif ukoll ta' aċċess) u l-limitazzjonijiet fl-għażla li jista’ jkollhom il-konsumaturi jista' jkollhom effett fuq it-tixrid tat-tagħrif, fuq il-pluraliżmu tal-mezzi ta' tagħrif u fuq id-diversità kulturali. Dawn il-preokkupazzonijiet jistgħu jiġi sintesizzati b’dan il-mod: il-konsumaturi ma jkunux jistgħu jixtru apparat ta' riċezzjoni standardizzat universali, li jkun jista’ jirċievi s-servizzi interattivi kollha tat-televiżjoni b’mod mhux ikkodifikat u bil-ħlas u illi jistgħu jiġu mġiegħla jużaw apparat ta' riċezzjoni aktar għali li jaħdem bl-API.. It-trażmettituri jkollhom jiffaċċjaw ħafna ostakoli biex jiżviluppaw u jipprovdu servizzi interattivi, u dan għaliex ikollhom jinnegozjaw ma' operaturi ta' netwerks integrati upstream u illi jikkontrollaw teknoloġiji API. L-API miftuħa jiffaċilitaw l-interoperabilità, jew aħjar it-trasportabilità tal-kontenut interattiv bejn il-mekkaniżmi ta' forniment billi jħallu sħiħa u intatta l-funzjonalità tal-kontenut. Il-Kummissjoni tisħaq dwar il-fatt illi l-istandard MHP preżentement huwa l-API miftuħ l-aktar avvanzat fl-Ewropa, u illi barra minn hekk, il-Kummissjoni tadotta miżuri ulterjuri biex tippromwovi l-implimentazzjoni volontarja ta' dan l-istandard. Mod kif jitnaqqsu l-ispejjeż addizjonali għall-konsumatur ta' l-apparat imħaddem b’tagħmir ta' eżekuzzjoni standard, bħall-MHP, jikkonsisti f’li jingħata sussidju għax-xiri fuq il-livell tal-konsumaturi. Hija tikkonkludi li l-Istati Membri jistgħu joffru għajnuniet statali lill-konsumaturi.

(138)

Fit-tieni lok, anki jekk ħafna mill-vantaġġi hawn deskrtti – b’mod partikolari dawk marbutin ma' attività kummerċjali – ser jinkisbu biss fil-ġejjieni, din m’hijiex raġuni valida biex wieħed isostni illi l-miżura kkonċernata ma tikkontribwixxix għall-implimentazzjoni ta' objettiv ta' interess komuni. Il-Kummissjoni, min-naħa l-oħra, lanqas ma ssostni illi l-fatt li l-benefiċċji li jistgħu jiġu osservati, fil-preżent, huma marbutin ma' attivitajiet kummerċjali jimplika li m’hemmx objettiv ta' interess komuni. Għall-kuntrarju, il-vantaġġi għall-konsumaturi mhux biss jirrapreżentaw element essenzjali ta' kwalunkwe politika ta' kompetizzjoni, iżda anke l-effett pożittiv ta' intervent ta' l-Istat u ż-żieda tal-benesseri tal-konsumaturi jista’ bla dubju ta' xejn jidħol fil-parametri tad-definizzjoni ta' interess komuni.

(139)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni ssostni illi l-miżura hija intiża biex timplimenta objettiv ta' interess komuni ddefinit b'mod ċar.

IV.B.3.2   Għajnuna konċepita b’mod adegwat

(140)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura l-Kummissjoni rrikonoxxiet li t-tranżizzjoni għal sistema diġitali tista’ tkun imxekkla minn ċerti fallimenti tas-suq jew problemi ta' koeżjoni soċjali, b’hekk illi, fil-prinċipju, l-għajnuniet finanzjarji mogħtija lill-konsumaturi huma mod aċċettabbli biex tingħata għajnuna għal din it-tranżizzjoni, kemm-il darba dawn jingħataw b’mod konformi mal-prinċipju tan-newtralità teknoloġika.

(141)

Il-Kummissjoni esprimiet fl-ewwel lok l-opinjoni tagħha dwar il-miżura kkonċernata fir-rigward tad-diversi possibbiltajiet (56) ta' fallimenti tas-suq jew id-diversi tipi ta' problemi soċjali kif ukoll, b’mod partikolari, is-swieq relatati mat-trażmettituri televiżivi, jiġifieri:

a)

L-iżvilupp tax-xandir diġitali terrestri jista’ jkun imxekkel minn problema ta' koordinament bejn l-operaturi tas-suq.

b)

Il-miżura tirrappreżenta kumpens għall-konsumaturi li jridu jbiddlu l-apparat analogali tagħhom.

c)

L-eżistenza ta' pożizzjoni ta' saħħa fis-suq tista’ timpedixxi li l-kompetizzjoni bejn l-operaturi tkun għal kollox favur is-suq.

d)

Il-qalba għas-sistema diġitali jista’ jkollha effetti pożittivi permezz ta' użu aħjar tal-medda tal-frekwenzi radju.

e)

Il-miżura tippromwovi l-innovazzjoni u l-iżvilupp ta' servizzi ġodda, li jikkostitwixxu effetti pożittivi partikolari.

(142)

Fir-rigward tal-punti hawn fuq imsemmija, għandu jiġi eżaminat, fl-ewwel lok, jekk dawn humiex tabilħaqq fallimenti tas-suq, li jfixklu l-ħidma effiċjenti tas-suq innifsu; fit-tieni lok, jekk l-għajuniet ta' l-Istat humiex l-aktar mezz adattat biex jiġi rrimedjati dawn il-fallimenti tas-suq; u fit-tielet lok, jekk l-għajnuna mogħtija hijiex il-minimu meħtieġ biex jintlaħaq dan l-objettiv.

Il-problema ta' koordinament

(143)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-problema ta' koordinament bejn l-operaturi tas-suq tista’, bħala prinċipju, tikkostitwixxi “falliment tas-suq” peress li t-trażmettituri televiżivi jridu jikkoordinaw data komuni għall-qalba għal xandir diġitali b’mod sabiex jitnaqqsu kemm jista’ jkun l-ispejjeż tat-trażmissjoni parallela, b’mod speċjali peress li l-medda tal-frekwenzi radju m’hijiex biżżejjed għat-trażmissjoni simultanja tas-sinjali televiżivi analogali u diġitali (l-hekk imsejħa fażi ta' simulcast). Huwa minnu li l-konsumaturi jkunu lesti li jeqilbu għal sistema diġitali meta din tkun f’pożizzjoni li tittrażmetti numru għoli ta' xandiriet. Għaldaqstant, hemm ukoll possibbiltà li t-trażmettituri jkunu jridu jistennew id-dħul ta' operaturi oħrajn, qabel ma jeqilbu għas-sistema diġitali. Mingħajr koordinament bejn l-operaturi, dan l-aġir jista’ jittardja l-qalba għas-sistema diġitali. Għaldaqstant hemm interess li jitnaqqas it-tul ta' żmien tal-fażi ta' simulcast u li jinstab mod sabiex it-trażmettituri jeqilbu simultanjament għas-sistema diġitali.

(144)

Madankollu, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-miżura m’hijiex il-mezz adattat biex jiġi indirizzat dan il-falliment tas-suq. Fil-fatt, l-eżistenza ta' terminu obbligatorju għall-qalba għas-sistema diġitali – li jeħtieġ li l-miżura tiġi introdotta sal-31 ta' Diċembru 2006 – tidher li hija biżżejjed biex tħeġġeġ lit-trażmettituri biex jipprogrammaw u jikkoordinaw ix-xandiriet tagħhom lejn is-sistema l-ġdida u biex tingħata għajnuna sabiex il-konsumaturi jadattaw għat-teknoloġija l-ġdida ta' trażmissjoni. Għalkemm s-sussidju mogħti lill-konsumatur jista’ jżid id-domanda għas-servizzi ta' televiżjoni diġitali terrestri, dan madankollu ma jindirizzax il-kwistjoni speċifika ta' koordinament bejn l-operaturi tas-suq.

(145)

Rigward l-ewwel punt, l-Italja osservat li l-eżistenza ta' terminu obbligatorju m’huwiex biżżejjed biex jiggarantixxi l-waqfa tat-trażmissjonijiet b’teknoloġiji analogali jekk ma jingħatax inċentiv sabiex tiżdied id-domanda: fil-fatt, il-konsumaturi li m’humiex interessati fit-televiżjoni bi ħlas ma jkunux disposti li jeqilbu għas-sistema diġitali, peress li t-trażmettituri terrestri diġà preżenti fis-suq m’għandhom ebda interess li jissussidjaw l-akkwist tad-decoders min-naħa tal-konsumatur f’kuntest simili. Għaldaqstant, meta tiġi kkunsidrata s-sitwazzjoni fil-perspettiva tal-kompetizzjoni tat-trażmettituri diġà preżenti fis-settur tat-televiżjoni analogali terrestri u l-fatt li l-konsumaturi kienu jibbenefikaw minn dan it-tip ta' televiżjoni, ebda operatur ma kellu inċentiv li jagħti bidu għall-fażi ta' qalba għal sistema diġitali.

(146)

Il-Kummissjoni tirribatti li, fil-fehma tagħha, l-eżistenza ta' terminu legali huwa mezz suffiċjenti biex jiġi rrimedjat il-falliment tas-suq ikkawżat mill-ħtieġa ta' koordinament. Billi l-awtoritajiet Taljani kienu ddeċidew li jagħtu bidu għall-proċess tal-qalba għas-sistema diġitali u stabbilixxew bil-liġi skadenza għall-waqfa tat-trażmissjonijiet f’teknoloġija analogali, it-trażmettituri televiżivi li kienu diġà attivi fis-suq kellhom iqisu din id-deċiżjoni bħala stat ta' fatt u b’hekk jibdew jiżviluppaw strateġiji kummerċjali ġodda. Il-possibbiltà ta' diffikultajiet minħabba nuqqas ta' domanda għandha tiġi evalwata separatament u m’għandhiex tiġi kkunsidrata b’rabta mal-ħtieġa ta' koordinament bejn l-operaturi tas-suq.

(147)

Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni ssostni li, minħabba d-daqs enormi tas-suq tat-televiżjoni terrestri fl-Italja, ir-riskju li ma tintlaħaqx massa kritika ta' konsumaturi, li tkun biżżejjed biex jiġu ġġustifikati l-investimenti fis-sistema diġitali terrestri, m’huwiex daqstant kbir li ma jistax jiġi affrontat mill-operaturi kummerċjali.

Kumpens għall-konsumaturi

(148)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura l-Kummissjoni sostniet li l-offerta ta' kumpens lill-konsumaturi li jridu jbiddlu l-apparat analogaliu tagħhom hija miżura neċessarja sabiex il-qalba għas-sistema diġitali tkun tista’ sseħħ mingħajr diffikultajiet partikolari. Dan l-argument, waqt li jiġġustifika l-għajnuna mogħtija lill-konsumaturi, madankollu ma jiġġustifikax id-diskriminazzjoni bejn sistemi terrestri u dawk bis-satellita, peress li dan mhuwiex meħtieġ biex il-konsumaturi jitmexxew lejn sistema diġitali, kif fil-fatt tagħmel il-miżura kkonċernata.

(149)

Fl-osservazzjonijiet tagħha, l-Italia rribattiet biss l-argument, li diġà ġie ppreżentat, li l-miżura teħtieġ li d-decoders jippermettu r-riċeviment ta' xandiriet televiżivi mhux kodifikati u mingħajr ebda spejjeż għall-konsumatur, li b’hekk teskludi lis-sistema tas-satellita mill-vantaġġi mogħtija mill-miżura peress li l-uniku operatur tas-satellita, Sky Italia, jitlob ħlas għall-aċċess għall-programmi tiegħu.

(150)

Il-Kummissjoni madankollu tosserva li fuq is-satellita huma offruti xandiriet televiżivi mhux kodifikati anki għall-konsumaturi mhux abbonati ma' Sky. Barra minn hekk, ma jidher li hemm ebda raġuni biex jiġu esklużi mis-sussidju dawk il-konsumaturi li jagħżlu li jeqilbu għas-servizzi ta' televiżjoni diġitali pprovduti bi ħlas ta' abbonament; fil-fatt, l-Italja stess aċċettat din is-sitwazzjoni peress li offriet is-sussidju wkoll lill-konsumaturi tat-televiżjoni bil-kejbil, li jeħtieġ abbonament.

(151)

Jekk il-kundizzjoni “mingħajr ebda spiża għall-konsumatur” tiġi interpretata bħala li tirreferi għall-ispejjeż addizzjonali biex wieħed jirċievi stazzjonijiet mhux kodifikati minbarra l-ispejjeż li diġà jkun iħallas il-konsumatur biex jirċievi servizzi oħrajn ipprovduti mit-trażmettituri televiżivi, allura anki l-abbonati tat-televiżjoni bis-satellita ma jħallsux spejjeż addizzjonali biex jirċievu xandiriet televiżivi mhux kodifikati. Min-naħa l-oħra, jekk din id-dispożizzjoni tiġi interpretata fis-sens li l-konsumatur m’għandu jkollu ebda spejjeż biex jirċievi stazzjonijiet mhux kodifikati, m’huwiex ċar għalfejn is-sussidju jingħata għad-decoders ta' sistemi oħrajn li jeħtieġu abbonament bi ħlas għal servizzi partikolari ta' l-internet u tat-telekomunikazzjoni.

(152)

L-Italja ssostni li t-trattament differenti għal S-DVB u C-DVB jista’ jiġi ġġustifikat mill-politika li jingħata inċentiv għad-diffużjoni tal-broadband. Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta dan l-argument peress li l-appoġġ għall-iżvilupp tal-broadband ma jistax jiġġustifika t-tfixkil tal-kompetizzjoni bejn it-trażmettituri: kwalunkwe għajnuna li tista’ tingħata favur il-broadband għandha tiġi kkunsidrata b’mod adegwat u evalwata b’mod awtonomu.

Tisħiħ tal-kompetizzjoni bejn id-diversi sistemi ta' xandir

(153)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura il-Kummissjoni fakkret li l-għajnuna m’hijiex strument adattat biex tiġi indirizzata l-problema ta' nuqqas ta' kompetizzjoni, u li l-għoti ta' għajnuna favur it-teknoloġija terrestri minħabba li Sky Italia għandha monopolju fis-suq tax-xandir bis-satellita u tat-televiżjoni bi ħlas m’huwiex argument suffiċjenti li jiġġustifika l-kumpatibbiltà.

(154)

Il-Kummissjoni ssostni li, fil-kuntest ta' l-akkwist tal-kontroll ta' Telepiù u Stream min-naħa ta' News Corporation, kienu ntalbu impenji li kienu diġà biżżejjed biex jitnaqqas it-tħassib dwar il-kompetizzjoni. Fil-fatt, l-impossibbiltà, b’mod partikolari għal Sky, li takkwista d-drittijiet fuq is-sistemi kollha għat-trażmissjoni tal-logħob tal-futbol hija ta' vantaġġ ċar għall-operaturi l-oħrajn tat-televiżjoni bi ħlas, fosthom it-trażmettituri diġitali terrestri.

L-eżistenza ta' effetti esterni

(155)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura l-Kummissjoni sostniet li fil-kuntest tal-proċess ta' qalba għas-sistema diġitali t-trażmettituri b’teknoloġija analogali li diġà kienu attivi fis-suq ġew iffavoriti, peress li l-konċessjonijiet għat-trażmissjoni b’teknoloġija diġitali ngħataw awtomatikament u mingħajr ebda kumpens mill-Istat għall-operaturi ta' stazzjonijiet kollegati mat-trażmettituri. Għalkemm kienu obbligati li jipprovdu lil terzi parti mill-frekwenzi radju tagħhom, it-trażmettituri kellhom garanzija li setgħu jgawdu 60 % tal-kapaċità ta' trażmissjoni; mhux biss, iżda t-teknoloġija diġitali tippermetti lit-trażmettituri kapaċità ikbar ta' trażmissjoni bi spejjeż inqas. Dawn il-fatturi kollha jidhru li huma biżżejjed biex jingħata kumpens lit-trażmettituri għall-ispejjeż tal-qalba għas-sistema diġitali.

(156)

L-Italia u l-Mediaset isostnu li dan l-argument ma jikkunsidrax ir-relazzjoni partikolari bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-qalba, peress li l-benefiċjarji prinċipali tal-qalba għas-sistema diġitali (il-kompetituri ġodda fis-suq) ma jikkorrispondux ma dawk li ser ibatu l-ispejjeż għall-qalba (il-konsumaturi u, b’mod speċjali, l-operaturi eżistenti). It-tnaqqis ta' l-ispejjeż ma jikkumpensax lill-operaturi diġà eżistenti għaż-żieda fil-kompetizzjoni li jridu jiffaċċjaw, peress li huma obbligati li jċedu 40 % tal-kapaċità tagħhom lill-produtturi indipendenti. Bħala konsegwenza, l-operaturi diġà attivi fis-suq m’għandhomx inċentiv biex iwaqqfu t-trażmissjonijiet b’teknoloġija analogali; anzi, anki jekk it-trażmettituri li jittrażmettu b’teknoloġija analogali jirċievu xi tip ta' vantaġġ, dan għandu jiġi kkunsidrat bħala kumpens għall-ispejjeż li jridu jagħmlu.

(157)

Il-Kummissjoni ssostni li l-argument suespost huwa bbażat fuq premessa żbaljata, jiġifieri t-telf li li l-operaturi diġà eżistenti jistgħu jagħmlu minħabba ż-żieda tal-kompetizzjoni fis-suq għandu jiġu kkumpensat. L-obbligu tal-qalba għas-sistema diġitali jew ta' allokazzjoni mill-ġdid tal-frekwenzi radju li tippermetti d-dħul ta' kompetituri ġodda jikkostitwixxu interventi regolatorji leġittimi u m’għandhom dritt għal ebda kumpens, b’mod partikolari meta wieħed iqis li l-konċessjonijiet televiżivi preċedenti kienu ngħataw mingħajr ma saret sejħa għall-offerti u mingħajr ma ġew stabbiliti termini ta' skadenza. Għaldaqstant, fil-kalkolu ta' l-ispejjeż tal-qalba għas-sistema diġitali, m’għandux jiġi kkunsidrat it-telf ta' qligħ soffert mit-trażmettituri diġà preżenti fis-suq.

(158)

Argument ieħor imressaq mill-Mediaset huwa dan: kieku l-kumpanija kellha tiffinanzja hi stess l-ispiża tad-decoders“b’teknoloġija miftuħa”, tkun qed tesponi lilha nnifisha għal azzjonijiet parasitiċi mill-kompetituri tagħha, għaliex il-konsumatur ikun jista’ jara wkoll stazzjonijiet oħrajn permezz tad-decoders iffinanzjat mill-Mediaset.

(159)

Il-Kummissjoni ma tirrespinġix dan l-argument in toto, għalkemm issostni li jista’ jkun fl-interessi tat-trażmettituri li t-telespettaturi jiġu offruti għażla televiżiva aktar wiesgħa, li tinkludi wkoll l-istazzjonijiet tal-kompetituri. Dan huwa partikolarment minnu fil-każ tas-suq Taljan, fejn il-konsumaturi huma mdorrijin jaraw trażmissjonijiet televiżivi mhux kodifikati u fejn id-decoders sussidjati “b’teknoloġija miftuħa” jippermettu r-riproduzzjoni, fl-ambitu tat-teknoloġija l-ġdida diġitali, tal-qafas li attwalment jeżisti għat-teknoloġija analogali (b’żieda tat-televiżjoni bi ħlas). F’dan il-kuntest, probabbilment ikun normali li t-trażmettituri prinċipali jħallsu għall-ispejjeż tas-sussidju ta' l-akkwist tad-decoders u li jsofru xi azzjonijiet parasitiċi mill-kompetituri tagħhom (57).

(160)

Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni taċċetta l-possibbiltà ta' intervent mill-Istat bil-għan li jingħata inċentiv għad-domanda sabiex it-trażmettituri jingħataw għajnuna biex jiffaċċjaw l-ispejjeż tal-qalba għas-sistema diġitali, wara li jiġu kkunsidrati l-effetti esterni kkawżati minn din il-qalba u l-problemi ta' parassitiżmu li jistgħu jirriżultaw. Hija madankollu ssostni li dawn l-argumenti ma jistgħux jiġġustifikaw il-fatt li l-għajnuna hija destinata b’mod selettiv għat-televiżjoni terrestri waqt li teskludi s-sistema bis-satellita kompetitriċi.

Promozzjoni ta' l-innovazzjoni

(161)

Fl-osservazzjonijiet ippreżentati qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura, l-Italja affermat li t-teknoloġija diġitali tippromwovi l-innovazzjoni billi toffri l-faċilità ta' interattività (il-possibbiltà li l-utent “jiddjaloga” mas-sistema) u ta' interoperabilità (il-possibbiltà li l-utent ikollu aċċess għat-trażmettituri kollha permezz ta' decoder wieħed).

(162)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura il-Kummissjoni diġà rrikonoxxiet li l-miżura ppermettiet li l-prezz tad-decoders interattivi jkunu allinjat ma' dak tal-mudelli l-aktar sempliċi li m’humiex adattati għas-servizzi interattivi (zappers).

(163)

Fl-osservazzjonijiet ippreżentati b’risposta għad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura, l-Italja madankollu ma tatx raġunijiet validi għall-esklużjoni tas-satellita mill-benefiċċju li jirriżulta mill-miżura, iżda qalet biss li, meta l-miżura ta' għajnuna daħlet fis-seħħ, l-interattività tad-decoders tas-satelliti kienet ferm limitata permezz ta' l-użu ta' teknoloġija soġġetta għal dritt ta' privattiva mingħajr l-istandards ta' API miftuħa.

(164)

Il-Kummissjoni ssostni li dawn l-argumenti ma jagħtu ebda raġuni valida biex tiġi kkunsidrata bħala kumpatibbli l-għanuna għat-trażmettituri diġitali terrestri li joffru servizzi televiżivi bi ħlas u lill-operatori tat-televiżjoni bil-kejbil bi ħlas, għar-raġunijiet li ser jingħataw aktar ‘il quddiem. Barra minn hekk, kien teknikament possibbli li jitpoġġew fuq is-suq decoders b’kapaċitajiet interattivi avvanzati għat-telespattaturi tat-televiżjoni mhux kodifikata bis-satellita. Minħabba li eskludiet a priori mill-benefiċċju d-decoders tas-satellita, il-miżura probabbilment żammet lura d-dħul fis-suq ta' decoders tas-satellita ta' kwalità ogħla. Fit-tieni lok, Sky Italia tat bidu għall-qalba għal teknoloġija bi standards “magħluqa” matul l- 2004 u sa l-ewwel xhur ta' l-2005. Ma jistax jiġi eksluż li Sky Italia setgħet għamlet għażla differenti kieku l-miżura ta' għajnuna kienet tibbenefika wkoll lis-sistema tas-satellita.

(165)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tibqa’ tal-fehma li l-esklużjoni tas-sistema tas-satellita, fuq il-bażi ta' l-argument li fiż-żmien meta ġiet adottata l-miżura għall-ewwel darba, is-sistema tas-satellita kienet tuża biss decoders“mhux interoperattivi”, ma tidhirx li kkunsidrat il-fatt li l-operaturi tas-satellita setgħu kienu f’pożizzjoni li joffru l-“interoperabilità” u li kienu lesti li jagħmlu dan biex jibbenefikaw mill-miżura.

IV.B.3.3   Evitar ta' tfixkil żejjed fil-kompetizzjoni

(166)

Anki jekk l-intervent pubbliku seta’ jiġi ġġustifikat minħabba l-eżistenza ta' ċerti fallimenti tas-suq u ta' problemi possibbli ta' koeżjoni, il-Kummissjoni tibqa’ tal-fehma li l-mod kif ġiet ikkonċepita l-miżura toħloq tfixkil fil-kompetizzjoni.

(167)

Il-Kummissjoni wriet fit-taqsima preċedenti IV.A.4 “Tfixkil fil-kompetizzjoni” ir-raġunijiet għalfejn issostni li jeżisti dan it-tfixkil, għall-kuntrarju ta' dak li affermaw l-Italia u l-Mediaset. Barra minn hekk, kif diġà ddikjarat fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura, il-fatt li l-operaturi tas-satelliti huma espressament esklużi mill-benefiċċju ta' l-għajnuna ma kienx hemm ħtieġa għalih u jipproduċi l-effett li jfixkel il-kompetizzjoni fis-suq televiżiv bi ħlas f’sitwazzjoni fejn xi wħud mill-benefiċjarji huma operaturi diġà eżistenti, li jaġixxu f’suq estremament ikkonċentrat tat-televiżjoni analogali terrestri u li jistgħu jiddependu fuq pubbliku ta' telespettaturi diġà ferm kbir.

(168)

Madankollu, m’hemmx tfixkil fil-kompetizzjoni fil-każ tal-produtturi tad-decoders. Il-miżura tippromwovi l-iżvilupp teknoloġiku fil-forma ta' decoders aktar avvanzati, li jaħdmu bi standards disponibbli għall-produtturi kollha. Dan jista’ jkun ta' vantaġġ għal kull produttur ta' decoders li jkollu l-intenzjoni li jniedi produzzjoni ta' dan it-tip, inklużi l-produtturi minn Stati Membri oħrajn. Għalkemm huwa minnu li l-miżura timmodifika t-tqassim normali tar-riżorsi tas-suq billi tagħti inċentiv għad-domanda għal decoders, dan ir-riżultat huwa minnu nnifsu inevitabbli għal kull politika pubblika favur il-qalba għal sistema diġitali – anki l-aktar newtrali mill-perspettiva teknoloġika. Għaldaqstant, ma jistax jiġi kkonstatat li l-miżura tintroduċi tfixkil żejjed għall-kompetizzjoni fir-rigward tal-produtturi ta' decoders.

IV.B.3.4   Konklużjoni dwar l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE

(169)

L-Artikolu 87(3)(c) jistabbilixxi li għandu jkun hemm bilanċ bejn l-iżviluppi pożittivi li jirriżultaw minn miżura partikolari u l-effetti negattivi tagħha fuq il-kompetizzjoni. Fil-kuntest attwali, jidher li l-qalba għas-sistema diġitali u l-interoperabilità huma objettivi ta' interess komuni li, fil-preżenza ta' effetti esterni li jirriżultaw minn din il-qalba għas-sistema diġitali u tal-problemi ta' koeżjoni kkważati mill-obbligu għall-konsumaturi li jeqilbu għat-televiżjoni diġitali, jistgħu, bħala prinċipju, jiġġustifikaw l-għajnuna fil-forma ta' sussidju mogħti lill-konsumaturi.

(170)

Il-miżura madankollu tinkludi elementi li la huma meħtieġa u lanqas proporzjonati u li joħolqu tfixkil żejjed fil-kompetizzjoni favur it-trażmettituri televiżivi terrestri diġà preżenti fis-suq, f’suq li jidher li huwa kkaratterizzat minn oligopolju riġidu u fejn dan it-tfixkil jista’ jkollu effett konsiderevoli fuq il-kompetizzjoni.

(171)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-għajnuna mogħtija lit-trażmettituri diġitali terrestri li joffru servizzi televiżivi bi ħlas u lill-operaturi tat-televiżjoni bil-kejbil bi ħlas ma tistax titqies li hija kumpatibbli ma' l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-miżura favur il-produtturi ta' decoders, għalkemm tikkwalifika bħala għajnuna, hija kumpatibbli ma' l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE.

IV.B.4   ARTIKOLU 87(3)(D) TAT-TRATTAT TAL-KE

(172)

L-Italja ssostni li, minħabba l-preżenza ta' għadd kbir ta' trażmettituri lokali terrestri li l-Gvern Taljan irid jipproteġi, il-miżura hija kumpatibbli bis-saħħa tad-deroga prevista fl-Artikolu 87(3)(d) tat-Trattat tal-KE minħabba l-effetti pożittivi tagħha fuq id-diversità kulturali. Peress li s-satellita m’hijiex faċilment adattabbli għall-forniment ta' servizzi lokali, id-decoders tas-satellita m’għandhomx jibbenefikaw mis-sussidju.

(173)

Il-Kummissjoni ma tistax tilqa’ l-argument suespost imressaq mill-Italja. Il-miżura m’hijiex intenzjonata speċifikament biex tippromwovi objettivi kulturali u lanqas ma tagħti prijorità partikolari lit-tisħiħ tad-diversità kulturali billi tiffavorixxi biss lill-operaturi lokali li, fin-nuqqas ta' l-għajnuna, ma kinux ikunu preżenti fis-suq: din tiffavorixxi b’mod partikolari lit-trażmettituri terrestri u l-operaturi tat-televiżjoni bil-kejbil bi ħlas. Għaldaqstant, meta tqis in-natura restrittiva ta' l-applikabilità tad-derogi, il-Kummissjoni ma tistax taċċetta li miżura ta' proporzjonijiet kbar u b’effetti ferm sostanzjali tista’ tiġi ġġustifikata minħabba l-effetti pożittivi fuq it-trażmettituri lokali.

IV.B.5   ARTIKOLU 86(2) TAT-TRATTAT TAL-KE

(174)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li fil-każ preżenti ma tistax tiġi invokata d-deroga, stabbilita fl-Artiolu 86(2) tat-Trattat tal-KE, li tapplika għal kumpens mill-Istat għall-ispejjeż li jintefqu biex jiġi pprovdut servizz pubbliku. L-Istat Membru fil-fatt la ddefinixxa b'mod ċar u lanqas impona obbligi ta' servizz pubbliku li għalihom il-miżura tista’ tikkostitwixxi kumpens proporzjonat; għall-kuntrarju, din il-miżura tiffavorixxi wkoll l-attivitajiet kummerċjali normali ta' diversi operaturi li ma jipprovdux servizz pubbliku.

(175)

Anki fil-każ tat-trażmettitur ta' servizz pubbliku, ir-RAI, kieku kien hemm obbligi ta' servizz pubbliku relatati ma' l-investimenti mwettqa fis-settur tat-televiżjoni diġitali, l-ispejjeż ta' dawn l-investimenti kellhom jiġu identifikati b’mod preċiż sabiex ikun jista’ jingħata livell adegwat ta' kumpens.

IV.B.6   KONKLUŻJONI DWAR L-EVALWAZZJONI TAL-KUMPATIBBILTÀ

(176)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna lit-trażmettituri diġitali terrestri li joffru servizzi televiżivi bi ħlas u lill-operaturi tat-televiżjoni bil-kejbil bi ħlas ma taqa’ taħt ebda deroga stabbilita fit-Trattat u, għaldaqstant, m’hijiex kumpatibbli mas-suq komuni.

IV.C   KONKLUŻJONI DWAR L-EVALWAZZJONI ĠURIDIKA

(177)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li s-sussidju mogħti mill-Italja favur it-trażmettituri diġitali terrestri li joffru servizzi televiżivi bi ħlas u lill-operatori tat-televiżjoni bil-kejbil bi ħlas għall-akkwist ta' decoders li jippermettu r-riċezzjoni ta' sinjali televiżivi b’teknoloġija diġitali terrestri jikkostitwixxi għajnuna skond l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE. L-għajnuna m’hijiex kumpatibbli mas-suq komuni. Din ma ġietx innotifikata lill-Kummissjoni mill-Istat Membru kkonċernat skond l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE, u ġiet implimentata b’mod illeġittimu mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni. It-trażmettituri diġitali terrestri li joffru servizzi televiżivi bi ħlas u l-operaturi tat-televiżjoni bil-kejbil bi ħlas li ħadu l-għajnuna kkonċernata huma għaldaqstant obbligati li jirrimburżawha.

(178)

Il-Kummissjoni tikkonkludi wkoll li l-produtturi ta' decoders m’humiex obbligati li jirrimburżaw ebda għajnuna.

V.   TNEĦĦIJA TA' L-GĦAJNUNA

V.A   NEĊESSITÀ LI TITNEĦĦA L-GĦAJNUNA

(179)

Skond il-ġurisprudenza kostanti tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni, meta tistabbilixxi l-inkumpatibilità ta' għajnuna mas-suq komuni, għandha s-setgħa li tiddeċiedi li l-Istat ikkonċernat għandu jneħħi jew jimmodifika din l-għajnuna (58). Dejjem skond il-ġurisprudenza kostanti tal-Qorti, l-obbligu impost fuq Stat li jneħħi għajnuna li l-Kummissjoni tikkunsidra bħala inkumpatibbli mas-suq komuni jiġi ffinalizzat malli jiġi rripristinat l-istatus quo ante  (59). Il-Qorti stabbilixxiet f’dan ir-rigward li dan l-objettiv jintlaħaq meta l-benefiċjarju jkun irrimborża s-sussidji mogħtija bħala għajnuniet illeġittimi, sabiex b’hekk jitlef il-vantaġġ li minnu jkun gawda fuq is-suq fir-rigward tal-kompetituri tiegħu, u tiġi rripristinata s-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel l-għoti ta' l-għajnuna (60).

(180)

Fuq il-bażi ta' din il-ġurisprudenza, l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (61) stabbilixxa li: “Fejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f'każijiet ta' għajnuna illegali, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju […]. Il-Kummissjoni m'għandhiex teħtieġ l-irkupru ta' l-għajnuna jekk dan ikun kuntrarju għal prinċipju ġenerali tal-liġi tal-Komunità.”

(181)

Fl-osservazzjonijiet tagħha, l-Italja sostniet li l-Kummissjoni m’għandhiex timponi l-obbligu ta' rkupru ta' l-għajnuna peress li dan imur kontra prinċipju ġenerali tad-dritt Komunitarju:

a)

skond l-Italja, l-impożizzjoni ta' l-obbligu ta' rkupru tmur kontra l-prinċipju tal-protezzjoni ta' l-aspettattivi leġittimi peress li, anki kieku aġixxew b’mod diliġenti, it-trażmettituri ma setgħux jirrifjutaw l-għajnuna u lanqas jopponu b’ebda mod l-għoti tagħha. L-Italja ssostni li l-istess raġunament ġie adottat fid-Deċiżjoni 2006/513/KE (62);

b)

barra minn hekk, dejjem skond ma ssostni l-Italja, sa mill-bidu kien hemm il-konsapevolezza li kien impossibbli li jsir irkupru (63): fil-każ ikkonċernat, isostnu l-awtoritajiet Taljani, huwa impossibbli li jiġi ddeterminat liema trażmettituri bbenefikaw mill-miżura u sa liema grad, u għaldaqstant il-Kummissjoni ma tistax timponi l-obbligu ta' rkupru ta' l-għajnuna.

(182)

Fil-każ ikkonċernat, il-Kummissjoni hija tal-fehma li ebda prinċipju ġenerali tad-dritt Komunitarju ma jopponi l-irkupru ta' l-għajnuna. B’mod partikolari fir-rigward tal-prinċipju ta' aspettattivi leġittimi l-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet hekk: “meta wieħed iqis in-natura imperattiva tal-kontroll ta' l-għanuna mill-Istat operat mill- Kummissjoni skond l-Art. 93 (= attwalment Art. 87) tat-Trattat, l-impriżi benefiċjarji ta' għajnuna jista jkollhom aspettattiva leġittima, bħala prinċipju, dwar ir-regolarità ta' l-għajnuna biss meta din ta' l-aħħar tkun ingħatat b mod konformi mal-proċedura prevista fl-Artikolu msemmi. Operatur ekonomiku diliġenti, fil-fatt, normalment għandu jkun f pożizzjoni li jafferma li din il-proċedura ġiet imħarsa (64). Il-benefiċjarju jista’ jopponi r-restituzzjoni ta' l-għajnuna biss f’każijiet fejn ikun jista’ jinvoka “ċirkustanzi eċċezzjonali li fuqhom seta’ jibbaża l-fiduċja tiegħu fin-natura regolari ta' l-għajnuna” [Traduzzjoni mhux uffiċjali] (65).

(183)

L-għanuna kkonċernata ngħatat mingħajr notifika minn qabel; mhux biss, iżda f'dan il-każ ma tistax tiġi stabbilita l-eżistenza ta' ċirkustanzi eċċezzjonali, peress li ebda element ma seta’ jwassal lill-impriża benefiċjarja biex tikkonkludi li kienet awtorizzata, fuq il-bażi ta' fatti specifici jew garanziji mogħtija mill-Kummissjoni, li jkollha aspettattivi leġittimi dwar il-fatt li l-benefiċċju mogħti lilha mill-awtoritajiet pubbliċi ma kienx ser jitqies bħala għajnuna illeġittima.

(184)

Fir-rigward ta' l-impossibbiltà għall-benefiċjarji li “jirrifjutaw” l-għajnuna, il-Kummissjoni tosserva li, kieku kellu jiġi aċċettat dan l-argument, l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħtu għajnuniet indiretti permezz tal-konsumaturi mingħajr ma l-Kummissjoni tkun tista’ b’ebda mod tirrespristina l-kondizzjonijiet normali tal-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni tosserva wkoll li m’huwiex opportun li ssir referenza għad-Deċiżjoni 2006/513/KE (66), peress li f’dak il-każ il-Kummissjoni kienet iddeċidiet li l-miżura setgħet titneħħa permezz ta' l-irkupru mingħand il-benefiċjarji diretti ta' l-għajnuniet kollha mogħtija, u dan huwa dak li seħħ effettivament. Ma kinitx ġiet issollevata l-kwistjoni tal-possibbiltà li “tiġi rrifjutata” l-għajnuna jew le. Għandu jiġi osservat ukoll fir-rigward tal-kawża Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (67), li l-Kummissjoni imponiet l-obbligu ta' rkupru ta' l-għajnuna mogħtija lill-investituri li kienu akkwistaw ishma azzjonarji f’impriżi li jinsabu fil-Länder Ġermaniżi l-ġodda u l-Berlin tal-Lvant, u li l-ordni ta' rkupru ġiet ikkonfermata mill-Qorti.

(185)

L-Italja sostniet, barra minn hekk, li l-irkupru huwa impossibbli peress li m’huwiex possibbli li jiġi stabbilit liema trażmettituri bbenefikaw mit-trasferiment tar-riżorsi ta' l-Istat u sa liema grad.

(186)

Huwa minnu li l-Kummissjoni ma tistax timponi obbligu li l-eżekuzzjoni tiegħu tirriżulta li tkun a priori impossibbli f’termini oġġettivi u assoluti. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li, minħabba l-elementi li ħarġu matul il-każ ikkonċernat, b’ċertu mod jista’ jirriżulta li huwa aktar diffiċli, meta mqabbel ma' każijiet oħrajn, li jiġi ddeterminat bi preċiżjoni l-ammont tar-riżorsi ta' l-Istat li marru effettivament favur il-benefiċjarji ta' l-għajnuna. Minkejja dan, hija ssostni li m’huwiex impossibbli li jiġi kkwantifikat il-vantaġġ mogħti lill-benefiċjarji ta' l-għajnuna.

(187)

Il-Kummissjoni għaldaqstant tiddeċiedi li m’hemmx raġunijiet suffiċjenti biex l-Istat Membru jiġi eżentat mill-obbligu li jneħħi l-miżura u li jirripristina l-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni.

V.B   BENEFIĊJARJI TA' L-GĦAJNUNA MILL-ISTAT

(188)

Fil-każ konċernat l-Istat ta lill-individwi sussidju għall-akkwist ta' ċerti decoders; madankollu, la l-konsumaturi u lanqas il-produtturi tad-decoders ma jistgħu jitqiesu bħala benefiċjarji ta' l-għajnuna ta' l-Istat skond l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE. Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ppreċiżat li l-għajnuniet għandhom jiġu rkuprati mingħand il-benefiċjarji effettivi ta' l-istess għajnuniet, li, fil-każ preżenti, huma t-trażmettituri diġitali terrestri li joffru servizzi televiżivi bi ħlas u l-operaturi tat-televiżjoni bil-kejbil bi ħlas (68).

(189)

Fil-fatt, fuq il-bażi ta' l-argumenti ppreżentati fit-taqsimiet IV.A.2 u IV.A.3 fil-kuntest ta' l-evalwazzjoni ta' l-eżistenza ta' vantaġġ selettiv u tfixkil fil-kompetizzjoni, il-Kummissjoni tiddeċiedi li l-vantaġġi prinċipali li jirriżultaw mill-miżura jikkonsistu fil-ħolqien ta' klijentali għall-introduzzjoni ta' servizzi diġitali ġodda, b’mod partikolari servizzi ta'pay per view, u fiż-żieda tan-numru ta' klijenti għall-operaturi tal-kejbil.

(190)

Il-Kummissjoni, għaldaqstant, titlob l-irkupru ta' l-għajnuna mingħand it-trażmettituri diġitali terrestri li joffru servizzi televiżivi bi ħlas u l-operaturi tat-televiżjoni bil-kejbil bi ħlas.

V.Ċ   KWANTIFIKAZZJONI TA' L-GĦAJNUNA LI GĦANDHA TIĠI RKUPRATA

(191)

Għall-finijiet biex tistabbilixxi xi jrid jiġi rkuprat mingħand it-trasmettituri, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li huwa eżerċizzju partikolarment kumpless biex jiġi ddeterminat bi preċiżjoni l-ammont ta' riżorsi ta' l-Istat li minnhom ibbenefikaw effettivament il-benefiċjarji. Dan għaliex l-għajnuna mhux biss ingħatat b’mod indirett permezz tal-konsumaturi, iżda wkoll għaliex kienet marbuta mat-tagħmir ta' riċezzjoni meħtieġ għar-riċeviment tas-servizzi tat-trażmettituri aktar milli għas-servizzi per se.

(192)

Madankollu, skond il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, ebda dispożizzjoni tad-dritt Komunitarju ma timponi li l-Kummissjoni, meta tordna r-rifużjoni ta' l-għajnuna ddikjarata inkumpatibbli mas-suq komuni, għandha tiddetermina l-ammont eżatt ta' l-għajnuna li għandha tiġi restitwita. Huwa biżżejjed li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tkun tinkludi l-elementi li jippermettu lid-destinatarju ta' l-istess deċiżjoni biex jistabbilixxi mingħajr diffikultajiet eċċessivi dawn l-ammonti (69).

(193)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni hija tal-fehma li huwa xieraq li jingħataw xi direzzjonijiet dwar il-metodu li għandu jiġi adottat biex jiġi kkwantifikat il-vantaġġ. B’mod partikolari, il-Kummissjoni hija tal-fehma li, meta jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi partikolari tal-każ preżenti, metodu xieraq jikkonsisti fil-kalkolu ta' l-ammont tal-qligħ żejjed iġġenerat, bis-saħħa tal-miżura, mis-servizzi diġitali l-ġodda u mill-offerti ta' televiżjoni bi ħlas jew ta' pay per view.

(194)

Għandu jiġi mfakkar li fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura l-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jipprovdu stima tal-vantaġġ, jew ta' l-anqas, biex jipproponu metodu li l-Kummissjoni tista’ ssegwi biex tikkwantifika bi preċiżjoni il-vantaġġ selettiv li minnu bbenefikaw il-benefiċjarji. Madankollu ma ġewx ippreżentati osservazzjonijiet f’dan ir-rigward; Sky Italia biss ipprovdiet elenku proviżorju ta' l-effetti possibbli ta' l-għajnuna, iżda mingħajr ma pproponiet metodu ta' kwantifikazzjoni preċiża li jista’ jintuża biex jiġi kkalkulat l-ammont li għandu jiġi rkuprat.

(195)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-qligħ żejjed hawn fuq imsemi jista’ jiġi kkalkulat bħala l-kwota tal-qligħ iġġenerat min-numru ta' telespettaturi ġodda li ġew attirati lejn is-servizzi tat-televiżjoni pay per view jew l-istazzjonijiet diġitali l-ġodda permezz tal-miżura ta' għajnuna pubblika.

(196)

L-ewwel element li għandu jiġi ddeterminat, għaldaqstant, huwa stima tan-numru ta' telespettaturi ġodda rreġistrati mat-televiżjoni terrestri jew bil-kejbil bi ħlas. Peress li perċentwal sinifikanti tal-konsumaturi li setgħu jibbenefikaw mis-sussidju fil-fatt ma użawx is-sussidju, u peress li minn dawk li bbenefikaw mis-sussidju seta’ kien hemm min kellu raġunijiet oħrajn apparti s-sussidju, in-numru ta' telespettaturi li d-deċiżjoni tagħhom ġiet influwenzata mill-konċessjoni ta' din ta' l-aħħar m’hijiex ekwivalenti għan-numri totali ta' spettaturi li akkwistaw decoder permezz tas-sussidju.

(197)

Biex ikun jista’ jiġi stabbilit il-mod kif il-kontribut influwenza l-aġir tal-konsumaturi, għandu jiġi ddefinit mudell tad-domanda tal-konsumaturi u jiġi vvalutat il-piż rispettiv tad-diversi inċentivi għal din id-domanda. L-effett tal-prezz tas-servizzi televiżivi bi ħlas (inkluż l-apparat) fuq l-għażla tal-konsumaturi b’hekk jagħti indikazzjoni ta' l-effett li jirriżulta mill-għoti tas-sussidju.

(198)

L-ewwel fażi ta' l-analiżi tikkonsisti f’li jiġu ddefiniti mudelli ta' għażla tal-konsumaturi bejn l-alternattivi prinċipali li huma kellhom. Matul l-2004 u l-2005 il-konsumaturi Taljani tat-televiżjoni analogali setgħu jagħżlu bejn dawn l-erba’ alternattivi ewlenin:

a)

li jibqgħu bis-sistema analogali u li jipposponu l-qalba għas-sistema diġitali;

b)

jeqilbu għat-televiżjoni diġitali bis-satellita, bl-akkwist ta' servizzi televiżivi bi ħlas jew mingħajrhom;

c)

jeqilbu għat-televiżjoni diġitali terrestri, bl-akkwist ta' servizzi televiżivi bi ħlas jew mingħajrhom;

d)

jeqilbu għat-televiżjoni bil-kejbil, bl-akkwist ta' servizzi televiżivi bi ħlas jew mingħajrhom.

(199)

It-televiżjoni bi ħlas fuq is-sistemi terrestri, bis-satellita jew bil-kejbil tikkonsisti f’għadd ta' għażliet bi ħlas għall-forniment lit-telespettaturi ta' kontenut televiżiv speċjali u ta' valur miżjud (l-hekk imsejjaħ kontenut premium). Il-konsumaturi mhux interessati fl-offerta ta' televiżjoni bi ħlas qelbu għat-televiżjoni diġitali l-aktar għal raġunijiet tekniċi, peress li matul l-2004-2005 s-servizzi televiżivi mhux ikkodifikati disponibbli b’teknoloġija diġitali kienu ċertament aktar rikki minn dawk b’teknoloġija analogali iżda sostanzjalment mhux wisq diversi. L-għoti tas-sussidju ma kellux effett fuq l-għażla ta' dawn il-konsumaturi, li għalhekk għandhom jiġu esklużi mill-kalkolu.

(200)

Madankollu, kien hemm ċertu numru ta' konsumaturi interessati fil-kontenut premium (televiżjoni bi ħlas) li kellhom jagħżlu bejn iż-żewġ fornituri ta' servizzi diġitali terrestri disponibbli fuq is-suq (jiġifieri l-Mediaset u t-Telecom Italia), il-fornitur ta' servizzi bis-satellita u Fastweb; is-sussidju seta’ kellu ċertu effett fuq l-għażla ta' dawn il-konsumaturi.

(201)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li għandha tiġi kkunsidrata d-differenza bejn is-servizzi ta' Fastweb, li huwa operatur ta' “triple play”, u dawk tal-fornituri ta' televiżjoni bi ħlas għall-finijiet tal-kalkolu tan-numru ta' konsumaturi li għażlu Fastweb biss minħabba s-sussidju.

(202)

Grupp ieħor ta' konsumaturi li l-għażla tagħhom setgħet ġiet influwenzata mill-għoti tas-sussidju huwa dak tal-konsumaturi marġinali tat-televiżjoni bi ħlas, jiġifieri dawk li għandhom preferenza dgħajfa għall-kontenut premium u li setgħu ġew imħajra minn promozzjonijiet u offerti speċjali għall-akkwist ta' dan il-kontenut. L-għoti tas-sussidju seta’ żied l-aċċess tal-fornituri ta' servizzi diġitali terrestri għal din ix-xorta ta' domanda.

(203)

Pereżempju, mudell ta' domanda b’għażla diskreta (discrete choice demand model) (70) jista’ jivvaluta l-impatt ta' għadd ta' fatturi diversi, bħall-kontenut tal-programmi u l-prezz, fuq l-għażliet li saru minn diversi tipi ta' konsumaturi. Sabiex tkun tista telabora bi preċiżjoni mudell ta' dan it-tip, il-Kummissjoni teħtieġ il-kollaborazzjoni ta' l-Italia, peress li d-definizzjoni tal-mudell tiddependi neċessarjament mid-disponibilità tad-data relevanti u l-karatteristiċi tagħha. Peress li jippermetti li jiġi stmat l-impatt ta' għadd ta' fatturi, bħal pereżempju l-kontenut tal-programmi u l-prezz, fuq l-għażliet li saru minn diversi tipi ta' konsumaturi, dan il-mudell ta' domanda b’għażla diskreta jista’ jippermetti li jiġi stabbilit in-numru ta' konsumaturi addizzjonali li għażlu l-pay per view biss minħabba s-sussidju u b’hekk, jiġi eskluż mill-kalkolu l-porzjon l-ieħor ta' konsumaturi li jirrappreżentaw id-domanda l-ġdida rreġistrata matul il-perjodu 2004-2005.

(204)

Malli tinħadem l-istima tan-numru ta' konsumaturi addizzjonali għas-servizzi ta' televiżjoni bi ħlas terrestri u tat-televiżjoni pay per view, it-tieni fażi tikkonsisti fi stima tad-dħul medju minn kull utent (average revenue per user) għall-2004 u l-2005. Dan jeħtieġ stima tan-numru totali ta' utenti tas-servizzi televiżivi bi ħlas u tal-pay per view: il-valur tad-dħul medju għal kull utent jiġi kkalkulat billi d-dħul totali derivat mis-servizzi televiżivi bi ħlas jiġi diviż bin-numru totali ta' utenti.

(205)

Meta d-dħul medju għal kull utent jiġi mmultiplikat bin-numru stmat ta' utenti addizzjonali, wieħed jikseb il-qligħ supplimentari derivat mill-miżura ta' għajnuna. Biex jinkiseb l-ammont li għandu jiġi rkuprat, minn din l-aħħar ċifra għandhom jitnaqqsu l-ispejjeż addizzjonali tas-servizz għal dawn l-utenti (71), spejjeż li l-Kummissjoni tipprevedi li kienu relattivament baxxi, peress li l-ispejjeż addizzjonali tat-trażmissjoni huma negliġibbli u l-ispejjeż fissi m’għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu.

V.D   EŻEKUZZJONI TAD-DEĊIŻJONI

(206)

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej iddikjarat li Stat Membru li jitlaqa’ ma diffikultajiet mhux previsti u imprevedibbli jew li jintebaħ b’konsegwenzi mhux ikkunsidrati mill-Kummissjoni, jista’ jissottometti dawn il-problemi għall-evalwazzjoni ta' l-istess Kummissjoni, waqt li jipproponi modifiki xierqa. F’dan il-każ, il-Kummissjoni u l-Istat Membru għandhom jikkollaboraw in bona fede sabiex jegħlbu d-diffikultajiet waqt li jikkonformaw b’mod sħiħ mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat tal-KE (72).

(207)

Il-Kummissjoni għaldaqstant tistieden lill-Italja biex tissottometti għall-evalwazzjoni tal-Kummissjoni l-problemi li tista’ tiltaqa’ magħhom matul l-eżekuzzjoni ta' din id-deċiżjoni.

(208)

Wara li kkunsidrat is-sovrappost, il-Kummissjoni:

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iskema adottata illegalment mir-Repubblika Taljana favur it-trażmettituri diġitali terrestri li joffru servizzi televiżivi bi ħlas u lill-operaturi tat-televiżjoni bil-kejbil bi ħlas tikkostitwixxi għajnuna ta' l-Istat inkumpatibbli mas-suq komuni.

Artikolu 2

1.   Ir-Repubblika Taljana għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tirkupra mingħand il-benefiċjarji l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1.

2.   L-irkupru għandu jseħħ mingħajr telf ta' żmien u skond il-proċeduri taħt il-liġi nazzjonali, kemm-il darba dawn jippermettu l-implimentazzjoni immedjata u effettiva ta' din id-Deċiżjoni. L-ammonti li għandhom jiġu rkuprati għandhom jinkludu l-interessi, li jiddekorru mid-data meta l-għajnuna tpoġġiet għad-disposizzjoni tal-benefiċjarji sad-data ta' l-irkupru tagħhom.

3.   L-imgħaxijiet li għandhom jiġu rkuprati skond il-paragrafu 2 għandhom jiġu kkalkulati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 9 u 11 tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 tal-Kummissjoni, tal-21 ta' April 2004, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat (73).

Artikolu 3

Fi żmien xahrejn min-notifika ta' din id-Deċiżjoni, ir-Repubblika Taljana għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar il-miżuri adottati biex tikkonforma magħha. Din l-informazzjoni għandha tingħata permezz tal-kwestjonarju anness ma' din id-Deċiżjoni.

Fl-istess terminu hawn fuq imsemmi r-Repubblika Taljana għandha tibgħat id-dokumenti meħtieġa biex turi li tat bidu għall-proċedura ta' rkupru mingħand il-benefiċjarji ta' l-għajnuniet illeġittimi u inkumpatibbli.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmul fi Brussell, 24 ta' Jannar 2007.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 118, 19 ta’ Mejju 2006, p. 10.

(2)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(3)  Ara n-nota 1 f’qiegħ il-paġna.

(4)  Il-kliem preċiż tat-test tal-liġi fl-Artikolu msemmi jgћid: “[…] Is-sussidju jingħata bil-kundizzjoni illi tiġi garantita t-tgawdija diretta u mingћajr ma jkun hemm restrizzjoni tal-kontenut u tas-servizzi mhux kodifikati u li jiġu pprovduti mezzi ta’ interattività, […] permezz ta’ interface ta’ programmi (API) miftuћa u rikonoxxuti bћala tali, li tkun konformi ma’ l-istandards ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea skond l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002 […]”.

(5)  Miżura nru 15389 ta’ l-Awtorità tal-Kompetizzjoni u tas-Suq (AGCM) CI2 “Il-President tal-Kunsill tal-Ministri – Sussidji għal decoders tat-TV” ta’ l-10 ta’ Mejju 2006 bbażat fuq il-liġi dwar il-kunflitt ta’ interessi.

(6)  Biex tiġi mxandra l-istess informazzjoni, u skond il-kwalità tax-xandir u ta’ l-użu ta’ l-interattività, it-teknoloġija diġitali tuża l-aktar gћoxrin fil-mija tal-frekwenza meћtieġa permezz tat-teknoloġija analogali tax-xandir.

(7)  Ara COM (2002) 263 finali, “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – e-Ewropa 2005: soċjetà ta’ l-informatika gћal kulћadd” fil-Ġurnal Uffiċjali C 154 E tad-29 ta’ Mejju 2001 paġna 123, COM (2003) 541 finali, “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar trażmissjoni mix-xandir radjuteleviżiv analogali gћal dak diġitali (mill-‘iswitchover’ diġitali gћall-‘iswitch-off’ analogali)” fil-Ġurnal Uffiċjali C 96 ta’ l-24 ta’ April 2004 paġna. 17, COM (2004) 541 finali, “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-interoperabilità tas-servizzi ta’ televiżjoni diġitali interattiva” fil-Ġurnal Uffiċjali C 123 tal-21 ta’ Mejju 2005 paġna 2 u COM (2005) 204 finali, “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Tћaffif tal-bidla tax-xandir televiżiv mit-teknoloġija analogali gћal dik diġitali” fil-Ġurnal Uffiċjali C 49 tat-28 ta’ Frar 2006 paġna 23.

(8)  Gћal finijiet ta’ sempliċità, fil-bqija tat-test ser jintuża biss it-terminu “terrestri”.

(9)  L-infrastrutturi huma mmexxija minn RTI, li hija proprjetà ta’ Mediaset.

(10)  Lejn l-aћћar ta’ Diċembru 2005 il-Mediaset akkwistat mingћand Holland Italia l-frekwenzi analogali ta’ EuropaTV u kienet qiegћda tippjana stazzjon tat-tip DVB-H gћat-televiżjoni mobbli. Skond it-tagћrif mogћti mill-awtoritajiet Taljani fil-każ dwar l-gћajnuna mill-Istat C52/2005 tat-13 ta’ Mejju 2005 (ref. A/33952), fl-2005 l-operaturi fis-suq kienu r-RAI, l-RTI, it-TI u l-Prima TV.

(11)  Tagћrif miġbur mill-informazzjoni mogћtija mill-awtoritajiet Taljani fil-każ ta’ l-gћajnuna mill-Istat C52/2005 tat-13 ta’ Mejju 2005.

(12)  Skond AGCOM 136/05/CONS, “Interventi a tutela del pluralismo ai sensi della legge 3 maggio 2004, n. 112”), Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Taljana tal-11 ta’ Marzu 2005, nru 35.

(13)  L-obbligi l-aktar rilevanti imposti fuq iż-żewġ operaturi huma: a) li l-bidla tan-netwerk għal sistema diġitali ssir aktar malajr; b) l-RTI irid jagћmel użu minn aġenzija pubbliċitarja differenti minn Pubitalia ’80 għax-xandir permezz ta’ teknoloġija diġitali; barra minn hekk, Pubitalia ’80 trid iżżomm kontijiet separati għad-dћul mit-televiżjoni analogali u d-dћul mit-televiżjoni diġitali terrestri; ċ) ir-RAI trid tћaddem programm ta’ natura ġenerali ġdid ta’ xandir f’teknoloġija diġitali.

(14)  ĠU L 108 ta’ l-24.4.2002, paġna 33.

(15)  ĠU L 108 ta’ 24.4.2002, paġna. 21.

(16)  ĠU L 249 ta’ 17.9.2002, paġna. 21.

(17)  Miżura 15389 ta’ l-Awtorità tal-Kompetizzjoni u s-Suq (Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato, AGCM) CI2 “Il-President tal-Kunsill tal-Ministri – Kontributi dwar id-decoders tat-TV” (“Presidente del Consiglio dei Ministri – Contributi decoder TV”) ta’ l-10 ta’ Mejju 2006.

(18)  Rapport Annwali ta’ l-AGCOM tat-30 ta’ Ġunju 2006.

(19)  Sit elettroniku tal-Ministeru Taljan gћall-Komunikazzjoni, taqsima “News”.

(20)  Ara d-deċiżjoni ta’ l-AGCOM fil-kuntest tal-liġi ta’ l-24 ta’ Frar 2004, nru. 43 bis-sostituzzjoni relattiva ta’ l-effetti tal-liġi ta’ l-24 Diċembru 2004, nru 352, “Disposizzjonijiet urġenti li jikkonċernaw formalita’ u żminijiet ta’ waqfien definit tar-reġim tranżitorju tal-liġi tal-31 ta’ Lulju 1997, nru 249”. (“Disposizioni urgenti concernenti modalità e tempi di definitiva cessazione del regime transitorio della legge 31 luglio 1997, n. 249”).

(21)  Id-Deċiżjoni tal-11 ta’ Mejju 2006, Prot. nru 21263/06.

(22)  Il-Liġi ta’ l-20 ta’ Lulju 2004, nru 215.

(23)  Id-Deċiżjoni tat-13 ta’ Lulju 2002 fil-Kawża C-382/99, Ġabra l-2002, paġna, I-05163.

(24)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/513/KE tad-9 ta’ Novembru 2005 dwar l-gћajnuna C 25/2004 – Finanzjament dwar l-istallazzjoni tad-DVB-T (televiżjoni terrestri diġitali) f’Berlin-Brandeburg – Ġermanja, ippubblikata fil-ĠU L 200 tat-22 ta’ Lulju 2006, paġna 14.

(25)  L-Opinjoni nru 163/06/CONS, id-Dokument ta’ Indirizz – Approvazzjoni ta’ programm ta’ interventi maћsub biex jiffavorixxi l-użu ta’ frekwenzi destinati gћas-servizzi radjuteleviżivi fil-kuntest tal-qalba gћat-teknoloġija diġitali (Delibera n. 163/06/CONS, Atto di indirizzo – Approvazione di un programma di interventi volto a favorire l utilizzazione razionale delle frequenze destinate ai servizi radiotelevisivi nella prospettiva della conversione alla tecnica digitale). Ippubblikata fuq il-websajt ta’ l-AGCOM fid-29 ta’ Marzu 2006.

(26)  Il-Miżura 13137, każ nru C/6161 – RA vs Rami d azienda, tad-29 t’April 2004.

(27)  L-Istћarriġ nru 23, miftuћ bid-Deċiżjoni nru 12056 tad-29 ta’ Mejju u magћluq bid-Deċiżjoni nru 13770 tas-16 ta’ Novembru 2004.

(28)  Fil-punt 55 tad-Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura l-Kummissjoni semmiet l-istћarriġ effettwat mill-AGCOM tal-preżenza fis-suq ta’ decoders bi prezzijiet aċċessibbli. L-AGCOM waslet gћall-konklużjoni li l-impatt tax-xiri tad-decoder fuq id-dħul ta’ familja medja, kemm jekk bl-għanuna pubblika kif ukoll mingħajr, hu limitat u li t-tendenza tas-suq uriet li, anki mingћajr gћajnuna, aktar minn 50 % tal-familji kien se jkollhom decoder sa l-2006, f’xenarju “ottimistiku”, jew gћall-bidu ta’ l-2008 f’xenarju “pessimistiku”.

(29)  Ara n-nota 24.

(30)  Il-Kawża C-75/97, Belġju/Kummissjoni, Ġabra 1999, paġna I-3671.

(31)  Ara nota 24.

(32)  L-ostakli ewlenin kienu dawn: a) qafas regolatorju li jippermetti lill-fornituri ta’ televiżjoni terrestri li jkunu operattivi biss mill-2007 ‘l hemm; b) il-bżonn li jkunu modernizzati netwerks ta’ xandir bi spejjeż kbar; ċ) spejjeż akbar ta’ xandir gћat-televiżjoni diġitali terrestri fir-rigward tas-satellita; d) il-bżonn li jkun imniedi fis-suq gћadd ikbar ta’ decoders tad-diġitali terrestri; e) il-bżonn li l-awtoritajiet regolatorji jbiddlu l-iskema li tapplika gћall-frekwenzi nazzjonali biex jippermettu t-twettiq tas-simulcast; u f) ir-riskju li perċentwal imdaqqas tal-popolazzjoni ma tirċivix is-sinjal tat-televiżjoni diġitali terrestri.

(33)  “Mediaset, The beautiful game”, tat-18 ta’ Jannar 2005.

(34)  L-ANIE ssostni li l-imġieba ta’ Sky qiegћda tfixkel l-iżvilupp teknololoġiku gћaliex mhux jitћalla l-iżvilupp ta’ decoders li jużaw sistemi differenti ta’ aċċess kundizzjonat, kif ukoll l-iżvilupp ta’ potenzjal ieħor, bћal dawk maћluqa minn decoders“miftuћa”. Sky ixxekkel, partikolarment, l-iżvilupp teknoloġiku ta’ decoders satellitari komuni u ta’ dawk terrestri iktar evoluti.

(35)  Il-Kawża C-382/99, L-Olanda vs Il-Kummissjoni, Ġabra 2002, paġna I-5163 u l-Kawża C-156/98, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, Ġabra 2000, paġna I-6857, il-punti 24-28.

(36)  Il-każ Taljan mhux uniku: b’analoġija, l-Office of Fair Trading (OFT) tar-Renju Unit, fil-punt 371 ta’ l-Istħarriġ nru CA98/20/2002 dwar BskyB, juri l-importanza ta’ l-akkwist ta’ klijentela għal BSkyB.

(37)  Bl-“ismart card” hawnhekk wieħed ifisser mekkaniżmu li permezz tiegħu ssir l-identifikazzjoni ta’ min juża l-mezz u li jħalli li jsiru transazzjonijiet on-line.

(38)  “Mediaset, The beautiful game”, diġà kkwotat, ara n-nota 33.

(39)  Ir-Rapport Annwali ta’ l-AGCOM tat-30 ta’ Ġunju 2006.

(40)  Il-Kawża C-156/98 diġa’ msemmija (ara n-nota 35). Fil-każ imsemmi, probabbilment il-benefiċjarju indirett ma kienx se jaġixxi mingħajr l-intervent ta’ l-Istat: il-benefiċjarji huma l-kumpaniji li fihom isiru investiment mill-investituri li lilhom jiġi mogћti vantaġġ fiskali, u hu possibbli li hemm każijiet fejn dawn il-kumpaniji lanqas ma jaġixxu biex jirċievu tali vantaġġ. Kif kien iċċarat mill-Qorti fil-punti 25-28 tas-sentenza, miżura titqies bħala għajnuna meta l-oriġini tal-vantaġġ mogħti indirettament lill-kumpaniji huwa r-rinunzja ta' l-Istat Membru gћad-dħul fiskali li normalment kien jirċievi, eżattament fejn rinunzja simili tagħti l-possibilità lill-investituri li jixtru ishma f’tali kumpaniji b’kundizzjonjiet fiskali aktar vantaġġjużi. L-intervent ta’ deċiżjoni awtonoma min-naħa ta’ investituri ma tissodisfax il-konnessjoni bejn it-tnaqqis fit-taxxa u l-benefiċċju li jiffavorixxi lill-kumpaniji interessati, dejjem jekk, f’termini ekonomiċi, il-bidla fil-kundizzjonijiet tas-suq maħluqa minn dawn il-benefiċju jikkostitwixxi l-effett miksub ta’ dħul fiskali għall-awtoritajiet pubbliċi.

(41)  Iċċitat f’nota 24.

(42)  Kif diġa’ spjegat fil-punt 9, ix-xandir b’teknoloġija diġitali tippermetti użu aktar effiċjenti tal-medda tar-radju frekwenzi.

(43)  Ara l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Qafas).

(44)  “Triple play” (“logћob triplu”) hu terminu tal-marketing li jindika l-offerta konġunta ta’ Internet ta’ veloċità gћolja, ta’ servizzi tat-telefonija u ta’ servizzi televiżivi fuq broadband.

(45)  Ara l-punt 88(d) tar-Rapport ta' l-AGCOM ċit. (ara n-nota 20).

(46)  L-Awtorità tal-Kompetizzjoni u tas-Suq: Conclusion of fact-finding investigation into sale of television commercials (verżjoni Ingliża tal-“Conclusioni dell indagine conoscitiva sul settore televisivo: la raccolta pubblicitaria”) Ruma, 6 ta’ Diċembru 2004.

(47)  Ċit (ara n-nota 5).

(48)  Is-Sentenza ta’ l-24 ta’ Lulju 2003 fil-kawża C-280/00, Altmark Trans Gmbh, . Ġabra 2003, paġna I-7747 para. 88-94.

(49)  ĠU C 350 ta’ l-1994, paġna 5. Ara t-Taqsima III.3.

(50)  Ara r-rapport ta’ l-AGCOM, ċit., il-punti 50 -56.

(51)  Is-Sentenza tat-8 ta’ Marzu 1988 fil-kawżi konġunti C 62/87 u C72/87 Exécutif régional wallonSA Glaverbel vs Il-Kummissjoni Ġabra 1998, ECR I-1573.

(52)  COM(2003) 541 finali u COM(2005) 204 finali, ċit. (ara n-nota 7).

(53)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l- Kumitat tar-Reġjuni, COM(2005) 229 ta’ l-1 ta’ Ġunju 2005.

(54)  Ċit. (ara n-nota 14). Ara u kkunsidra nota 18.

(55)  Ara COM (2004) 541, ċit. (ara n-nota 7).

(56)  Ara wkoll id-Deċiżjoni finali tal-Kummissjoni 2006/513/KE hawn fuq iċċitata (ara n-nota 24).

(57)  Il-Kummissjoni ssostni li, minħabba s-sitwazzjoni partikolari ta’ integrazzjoni vertikali b’saħħitha tas-suq televiżiv Taljan, ir-riskji li għalihom huma esposti l-partijiet interessati m’humiex wisq għoljin, għall-inqas għal ċerti operaturi. Din l-opinjoni tal-Kummissjoni tidher li hija appoġġjata minn xi operaturi finanzjarji; fl-istudju hawn fuq iċċitat ta’ Deutsche Bank, pereżempju, jingħad: “Surely the risk is that ... Mediaset is helping undermine its own terrestrial franchise... we believe that... as analogue TV will be switched off, it is far more sensible to capitalize on the opportunity created by the technological payTV hardware vacuum arising due largely to Italy's unique broadcasting infrastructure. We suspect Mediaset and RAI will jointly continue to dominate audience shares in DTT...Given their control of access to DTT customers for new entrant channels seeking to join their multiplexes, we believe their control of the competitive landscape is assured” (“Ċertament hemm ir-riskju li … il-Mediaset qed tikkontribwixxi biex iddgħajjef il-pożizzjoni tagħha fit-trasmissjonijiet terrestri... aħna nemmnu li... bil-waqfa tat-trasmissjoni ta’ programmi b’teknoloġija analogali, ikun aktar reġonevoli li tiġi sfruttata l-opportunità offruta min-nuqqas ta’ tagħmir għat-televiżjoni bi ħlas ikkawżat, prinċipalment, mill-infrastruttura unika tax-xandir fl-Italja. Nissuspettaw li l-Mediaset u r-RAI ser ikomplu jiddominaw flimkien il-porzjon ta’ l-udjenza tat-televiżjoni diġitali terrestri … Meta wieħed iqis il-kontroll li għandhom dawn l-impriżi fuq l-aċċess għall-klijenti tat-trasmissjonijiet diġitali terrestri għall-istazzjonijiet il-ġodda li ser jippruvaw jużaw il-multiplessi tagħhom, aħna nemmnu li l-kontroll tagħhom tal-kompetizzjoni fuq is-suq huwa żgurat”).

(58)  Il-Kawża C-70/72, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, Ġabra 1973, paġna 00813, il-punt 13.

(59)  Il-Kawżi Konġunti C-278/92, C-279/92 u C-280/92, Spanja vs Il-Kummissjoni, Ġabra 1994, paġna I-4103, il-paragrafu 75.

(60)  Il-Kawża C-75/97, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, Ġabra 1999, paġna I-03671, il-paragrafi 64-65.

(61)  Ara n-nota 2.

(62)  Hawn fuq iċċitata (ara n-nota 24).

(63)  L-Italja tirreferi għall-Kawża C 75/97, hawn fuq iċċitata.

(64)  Il-Kawża C-169/95, Spanja vs Il-Kummissjoni, Ġabra 1997, paġna I-135, il-paragrafu 51.

(65)  Il-Kawża C 5/89, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (BUG-Alutechnik), Ġabra 1990, paġna I-3437, il-paragrafi 13 u 14.

(66)  Hawn fuq iċċitata (ara n-nota 24).

(67)  Il-Kawża C-156/98, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, hawn fuq iċċitata (ara n-nota 35).

(68)  Il-Kawża C-303/88, L-Italja vs Il-Kummissjoni, Ġabra 1991, paġna I-1433, il-paragrafu 57.

(69)  Ara, b’mod partikolari, il-Kawża C-480/98, Spanja vs Il-Kummissjoni, Ġabra 2000, paġna I-8717, il-paragrafu 25, u l-Kawża C-415/03, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, Ġabra 2005, paġna I-03875, il-paragrafu 39.

(70)  Fil-letteratura akkademika spiss jintużaw dawn il-mudelli biex tingħata stima ta’ kwistjonijiet relatati ma’ l-għażla tal-konsumatur. Introduzzjoni għal dan it-tip ta’ mudelli tinstab f’diversi kotba dwar l-ekonometrija miktuba għal korsijiet ta’ dottorat jew ta’ speċjalizzazzjoni: ara, per eżempju, W. Greene (2000), Econometric Analysis, ir-raba' edizzjoni, Prentice Hall, Upper Saddle River, NJ jew G.S. Maddala, Limited Dependent Variables and Qualitative Variables in Econometrics, Cambridge University Press, 1983.

(71)  Dawn l-ispejjeż spiss huma definiti bħala “spejjeż evitabbli”, jew spejjeż li setgħu jiġu evitati kieku l-għoti tas-sussidju ma attiratx telespettaturi żejda.

(72)  Il-Kawża C-94/87, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, Ġabra 1989, paġna 175, il-paragrafu 9; il-Kawża C-348/93, Il-Kummissjoni vs L-Italja, Ġabra 1995 paġna I-673, il-paragrafu 17.

(73)  ĠU L 140 tat-30.4.2004, paġna 1.


ANNESS

Informazzjoni dwar l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni C(2006)6634 tal-Kummissjoni dwar l-iskema ta' għajnuna ta' l-Istat C 52/2005 (ex NN 88/2005, ex CP 101/2004) – L-Italja: sussidju għad-decoders diġitali

1.   Kalkolu ta' l-ammont li jrid jiġi rkuprat

1.1

Jekk jogħġbok niżżel fid-dettall l-ammonti ta' inċentivi illeġittimi mogħtija lill-benefiċjarji ta' l-għajnuna:

Data(i) tal-ħlasijiet (1)

Ammont ta' għajnuna (2)

Munita

Identità tal-benefiċjarju

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Kummenti:

1.2

Jekk jogħġbok spjega fid-dettall kif ser jiġu kkalkulati l-imgħaxijiet li għandhom jitħallsu fuq l-ammont ta' għajnuna li għandu jiġi rkuprat.

2.   Miżuri ppjanati u diġà meħuda sabiex jiġu rkuprati l-għajnuniet

2.1

Jekk jogħġbok iddeskrivi fid-dettall liema miżuri huma ppjanati u liema miżuri diġà ttieħdu sabiex jiġi żgurat irkupru immedjat u effettiv ta' l-inċentivi. Jekk jogħġbok indika wkoll liema miżuri alternattivi huma previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali biex jiġi affettwat l-irkupru. Speċifika l-bażi legali ta' dawn il-miżuri.

2.2

Sa liema data ser jitlesta l-irkupru?

3.   Ammonti diġà rkuprati

3.1

Jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji li ġejjin dwar l-ammonti ta' għajnuna li diġà ġew irkuprati mingħand il-benefiċjarji:

Data(i) (3)

Ammont rimburżat

Munita

Identità tal-benefiċjarju

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.2

Jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni meħtieġa bħala prova li sar l-ħlas ta' l-ammonti ta' għajnuna indikati fit-tabella taħt il-punt 3.1.


(1)  Data(i) meta l-għajnuna tpoġġiet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju (jekk il-miżura tikkonsisti f'diversi ħlasijiet u/jew rimborżi uża linji differenti).

(2)  Ammont ta' għajnuna mpoġġija għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju (f'ekwivalenti ta' sussidju gross; prezzi ta'...).

(3)  Data(i) meta l-għajnuna ġiet rimburżata.


Top