Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1264

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1264/2006 tal- 21 ta’ Awwissu 2006 li jtemm l-investigazzjonijiet li jikkonċernaw il-miżuri anti-dumping li japplikaw għall-importazzjonijiet tal-karbur tas-silikon li joriġina mill-Federazzjoni Russa u mill-Ukraina u li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-karbur tas-silikon li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara reviżjoni ta’ skadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96

    ĠU L 232, 25.8.2006, p. 1–20 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 76M, 16.3.2007, p. 238–257 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/08/2011

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1264/oj

    16.3.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    238


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1264/2006

    tal-21 ta’ Awwissu 2006

    li jtemm l-investigazzjonijiet li jikkonċernaw il-miżuri anti-dumping li japplikaw għall-importazzjonijiet tal-karbur tas-silikon li joriġina mill-Federazzjoni Russa u mill-Ukraina u li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-karbur tas-silikon li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara reviżjoni ta’ skadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-“Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikoli 11(2) u 11(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:

    1.   IL-PROĊEDURA

    1.1   L-investigazzjonijiet ta’ qabel, il-miżuri fis-seħħ u l-investigazzjonijiet li għadhom sejrin

    (1)

    Permezz tar-Regolament (KE) Nru 821/94 (2), wara reviżjoni ta’ skadenza skond l-Artikoli 14 u 15 tar-Regolament (KEE)2423/88 (3), il-Kunsill estenda d-dazji anti-dumping definittivi li ġew imposti fuq l-importazzjonijiet tal-karbur tas-silikon (“SiC”) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”), mill-Polonja, mill-Federazzjoni Russa (“ir-Russja”) u mill-Ukraina. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni, bid-Deċiżjoni 94/202/KE (4), aċċettat impenn offrut mill-Gvern tar-Russja, flimkien ma’ V/O Stankoimport, f’Moska, ir-Russja.

    (2)

    F’Mejju 2000, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1100/2000 (5), il-Kunsill reġa’ estenda, wara reviżjoni ta’ skadenza, id-dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tas-SiC li joriġina mill-RPĊ, mir-Russja u mill-Ukraina, u estenda wkoll l-impenn offrut mill-Gvern Russu flimkien ma’ V/O Stankoimport, f’Moska, ir-Russja li ġie aċċettat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/202/KE.

    (3)

    L-investigazzjoni msemmija aktar ’il fuq fil-premessa (1) li wasslet għall-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping definittivi u għall-aċċettazzjoni ta’ l-impenji minn ċerti esportaturi konċernati minn din l-investigazzjoni, u r-reviżjonijiet ta’ skadenza konklużi fl-1994 u fl-2000 imsemmija aktar ’il fuq fil-premessi (1) u (2), minn hawn ’il quddiem se jissejħu “l-investigazzjonijiet oriġinali”.

    (4)

    Fl-2004, permezz tar-Regolament (KE) 991/2004, il-Kunsill ippreveda l-eżenzjoni mid-dazji anti-dumping ta’ l-importazzjonijiet li jidħlu fl-Istati Membri l-ġodda li daħlu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 (“l-UE-10”), li saru skond it-termini ta’ l-offerti ta’ l-impenn speċjali (“impenji tat-tkabbir”), u awtorizza lill-Kummissjoni biex taċċetta dawk l-impenji tat-tkabbir. Fuq din il-bażi, bid-Deċiżjonijiet 2004/498/KE (6) u 2004/782/KE (7), il-Kummissjoni aċċettat l-impenji offruti mill-produttur li jesporta Ukrajn Open Joint Stock Company“Zaporozhsky Abrasivny Combinat”. L-aċċettazzjoni ta’ dan l-impenn skadiet fl-20 ta’ Mejju 2005.

    (5)

    F’Jannar 2004 l-Kummissjoni tat bidu għal reviżjoni temporanja parzjali (8) li ntalbet minn Zaporozhsky Abrasivny Combinat, il-produttur ta’ l-Ukraina li jesporta. L-applikant kien allega li wara bidla sinifikanti fiċ-ċirkostanzi, għandu jingħata t-trattament ta’ l-ekonomija tas-suq (“MET”) u li l-marġni tad-dumping tiegħu kien ferm taħt il-livell tal-miżuri fis-seħħ. Madankollu, wara investigazzjoni, instab li l-kumpanija ma kinitx tissodisfa l-kriterji biex tingħata l-MET (l-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (“ir-Regolament bażiku”)) u sussegwentement l-investigazzjoni ġiet mitmuma permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/2005 (9).

    (6)

    Fl-aħħarnett, fit-30 ta’ Ġunju 2005 (10), il-Kummissjoni tat bidu għal proċediment anti-dumping li jikkonċerna importazzjonijiet tas-SiC li joriġina mir-Rumanija, wara lment li ġie ddepożitat mill-Kunsill Ewropew ta’ l-Industrija Kimika (“CEFIC”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw 100 % tal-produzzjoni totali tas-SiC tal-Komunità. Madankollu, wara l-irtirar ta’ l-ilment mis-CEFIC fl-1 ta’ Marzu 2006, l-investigazzjoni ġiet mitmuma bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/423/KE (11).

    1.2   It-talba għal reviżjoni ta’ skadenza

    (7)

    Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ fuq is-SiC li joriġina mill-RPĊ, mir-Russja u mill-Ukraina (12), il-Kummissjoni rċeviet, fl-24 ta’ Frar 2005, talba biex dawn il-miżuri jiġu riveduti skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni rċeviet ukoll talba biex tiġi riveduta l-forma tal-miżuri li japplikaw għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-Russja skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

    (8)

    Dawn it-talbiet ġew imressqa mill-Kunsill Ewropew ta’ l-Industrija Kimika (“CEFIC”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw 100 % tal-produzzjoni totali tas-SiC tal-Komunità. It-talba għal reviżjoni ta’ skadenza ġiet ibbażata fuq il-fatt li l-iskadenza tal-miżuri probabbilment tirriżulta f’kontinwazzjoni jew f’ripetizzjoni tad-dumping u tal-ħsara għall-industrija tal-Komunità. It-talba għal reviżjoni temporanja ġiet ibbażata fuq il-fatt li l-forma tal-miżuri ma tkunx xierqa u ma kinitx se telimina l-effetti ta’ ħsara tad-dumping.

    (9)

    Wara li ddeterminat, wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv, li kien hemm evidenza biżżejjed biex jingħata bidu għal reviżjoni ta’ skadenza skond l-Artikoli 11(2) u għal reviżjoni temporanja skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tat bidu għaż-żewġ reviżjonijiet fl-istess data (13).

    1.3   L-investigazzjoni

    (10)

    Uffiċjalment il-Kummissjoni informat lill-produtturi li jesportaw, lill-importaturi, lill-produtturi tal-materja prima, lill-utenti magħrufa li huma kkonċernati u lill-assoċjazzjonijiet tagħhom, lir-rappreżentanti tal-pajjiżi li jesportaw u lill-prodotturi tal-Komunità dwar il-bidu tar-reviżjoni ta’ skadenza u tar-reviżjoni temporanja. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità biex jagħtu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u biex jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-avviż tal-bidu.

    (11)

    Minħabba n-numru kbir ta’ produtturi li jesportaw u ta’ importaturi Ċiniżi fil-Komunità li mhumiex relatati ma’ produttur li jesporta f’wieħed mill-pajjiżi konċernati, tqies bħala xieraq, skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, li jiġi eżaminat jekk għandhomx jittieħdu kampjuni. Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni għandux tabilħaqq ikun meħtieġ u, jekk inhu hekk, li jintgħażel kampjun, il-partijiet t’aktar ’il fuq intalbu, skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, jippreżentaw irwieħhom fi żmien ġimagħtejn mill-bidu tal-proċediment u biex jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa fl-avviż tal-bidu.

    (12)

    L-ebda produttur Ċiniż li jesporta ma ressaq l-informazzjoni mitluba u l-ebda wieħed ma kkoopera f’dawn il-proċeduri. Għalhekk ġie deċiż li t-teħid ta’ kampjun ma kienx meħtieġ rigward il-produtturi Ċiniżi.

    (13)

    Sitt importaturi mhux relatati fil-Komunità pprovdew l-informazzjoni mitluba fl-avviż tal-bidu u esprimew ir-rieda tajba tagħhom biex jikkooperaw f’investigazzjonijiet oħra. Mis-sitt importaturi t’hawn fuq, intagħżlu tliet kumpaniji għall-kampjun. Dawn l-importaturi rrappreżentaw l-ikbar volum rappreżentattiv ta’ importazzjonijiet ta’ importaturi magħrufa fil-Komunità (98 %), li seta’ jiġi investigat fiż-żmien disponibbli.

    (14)

    Il-kwestjonarji għalhekk intbagħtu lit-tliet importaturi tal-Komunità li ttieħdu bħala kampjun, lil żewġ produtturi tal-Komunità, lil tmintax-il utent tal-Komunità, lil sittax-il fornitur tal-materja prima u liż-żewġ produtturi li jesportaw magħrufa fl-Ukraina u fil-Federazzjoni Russa. Barra minn hekk, żewġ produtturi fil-Brażil, li ntgħażel bħala l-pajjiż analogu potenzjali, ġew ikkuntattjati u rċevew kwestjonarju.

    (15)

    It-tweġibiet sħaħ għall-kwestjonarji waslu mingħand it-tliet importaturi tal-Komunità li ttieħdu bħala kampjun, minn seba’ utenti, minn żewġ produtturi tal-materja prima u minn żewġ produtturi li jesportaw fil-pajjiżi konċernati, kif ukoll minn żewġ produtturi fil-pajjiż analogu.

    (16)

    Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, u għamlet żjarat ta’ verifika fl-uffiċċji tal-kumpaniji li ġejjin:

     

    Il-produtturi tal-Komunità:

    Kollo Silicon carbide B.V. (l-Olanda), ESK-SIC GmbH (il-Ġermanja)

    Navarro SiC, S.A. (Spanja),

     

    Il-produtturi fil-pajjiżi li jesportaw:

    JSC Zaporozhsky Abrasivny Combinat, Zaporozhsky (l-Ukraina)

    JSC Volzhsky Abrasive Combinat, Volzhsky (ir-Russja)

     

    Il-produtturi fil-pajjiż analogu:

    Saint-Gobain Materials Cerámicas Ltda, Minas Gerais (il-Brażil)

    Treibacher Schleifmittel Brasil Ltda, Sao Paolo (il-Brażil)

     

    L-importaturi fil-Komunità:

    Imexco-Ullrich GmbH (il-Ġermanja)

    Smyris Abrasivi (l-Italja)

     

    L-utenti fil-Komunità:

    Morganite Crucible Limited (ir-Renju Unit)

    TGA Ltd (ir-Repubblika Ċeka)

    (17)

    L-investigazzjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ ripetizzjoni ta’ dumping u ta’ ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2004 sal-31 ta’ Marzu 2005 (“il-perjodu ta’ l-investigazzjoni” jew l-“PI”). L-eżami tat-tendenzi li huma rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ ripetizzjoni ta’ ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2001 sa tmiem l-PI (“il-perjodu meqjus”).

    (18)

    Il-partijiet ikkonċernati kollha ġew informati bil-fatti essenzjali u bil-konsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom ġew ibbażati l-konklużjonijiet ta’ din il-kxif. Dawn ingħataw ukoll perjodu li fih jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara dan il-kxif. Ir-rappreżentazzjonijiet li waslu, fl-iskadenzi, tqiesu b’attenzjoni u, fejn tqies li kien xieraq ġew ikkunsidrati għas-sejbiet.

    2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

    2.1   Il-Prodott ikkonċernat

    (19)

    Il-prodott ikkonċernat huwa l-istess bħal dak fl-investigazzjonijiet oriġinali li wasslu għall-impożizzjoni tal-miżuri li hemm fis-seħħ bħalissa, jiġifieri l-karbur tas-silikon (SiC). Is-SiC bħalissa jista’ jiġi klassifikat fil-kodiċi NM 2849 20 00.

    (20)

    Is-SiC jiġi prodott bit-tisħin tas-silikon u tal-kokk (jew tal-kokk tal-petroleum) f’temperaturi għoljin (sa 2 000 °C). Ir-riżultat ta’ dan il-proċess huwa SiC mhux raffinat, li s-soltu jiġi pproċessat aktar għall-użi aħħarija finali tiegħu. Il-proċess tal-produzzjoni tas-SiC huwa tali li r-riżultat jinkludi awtomatikament varjetà ta’ gradi relatati ma’ konċentrazzjoni ta’ kontenut differenti ta’ silikon. Il-gradi differenti jistgħu jiġu segregati f’żewġ gradi ewlenin: kristallin u metallurġiku. Il-grad kristallin jitqies ta’ kwalità ogħla għaliex għandu kontenut ogħla ta’ silikon. Il-grad kristallin jiġi klassifikat aktar taħt it-tipi iswed u aħdar.

    (21)

    Il-grad kristallin normalment jintuża fil-manifattura ta’ għodod abrażivi, ta’ roti tat-tħin, ta’ prodotti refrattorji ta’ kwalità għolja u ta’ ċeramika teknika, waqt li l-grad metallurġiku normalment jintuża f’operazzjonijiet ta’ funderiji u f’kalkarata funderija bħala ġarrier tas-silikon. Bħal fl-investigazzjonijiet ta’ qabel, għall-iskop ta’ din l-investigazzjoni ż-żewġ gradi se jkollhom jitqiesu bħala li jifformaw prodott wieħed.

    2.2   Il-Prodott simili

    (22)

    Kif stabbilit fl-investigazzjonijiet oriġinali, din l-investigazzjoni kkonfermat li l-prodott ikkonċernat u l-prodotti manifatturati u mibjugħa mill-produtturi li jesportaw fis-swieq domestiċi tagħhom, kif ukoll dawk manifatturati u mibjugħa mill-produtturi tal-Komunità fis-suq tal-Komunità u mill-produttur fil-pajjiż analogu fis-suq domestiku tal-pajjiż analogu, għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi kif ukoll l-istess użi aħħarija, u għalhekk jitqiesu bħala prodotti simili fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

    3.   IL-PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI U/JEW TA’ RIPETIZZJONI TAD-DUMPING

    3.1   Rimarki preliminari

    (23)

    F’din ir-reviżjoni ta’ skadenza, inkisbet kooperazzjoni sħiħa miż-żewġ produtturi magħrufin fl-Ukraina u fil-Federazzjoni Russa. Madankollu, kif issemma fil-premessa (12), ma ppreżenta ruħu l-ebda produttur mill-RPĊ.

    3.2   Id-dumping ta’ l-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni

    3.2.1   Il-pajjiż analogu

    (24)

    Peress li l-Ukraina (14) u l-RPĊ ma tqiesux bħala pajjiżi b’ekonomija tas-suq matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni (u fl-investigazzjonijiet ta’ qabel), il-valur normali kellu jiġi stabbilit skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, jiġifieri bbażat fuq l-informazzjoni miksuba f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq, fejn il-prodott kien magħmul u mibjugħ f’ambitu domestiku. Barra minn hekk, ta’ min ifakkar li l-produttur li jesporta fl-Ukraina ma setax jikseb il-MET f’reviżjoni temporanja li kienet konkluża qabel il-bidu ta’ din ir-reviżjoni ta’ skadenza (ara l-premessa (5)).

    (25)

    Fil-bidu ta’ din ir-reviżjoni ta’ skadenza, kien previst li jintuża l-Brażil bħala pajjiż analogu minn fejn setgħet tinkiseb informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-produzzjoni u dwar il-bejgħ domestiku. Ta’ min ifakkar li l-Brażil intuża wkoll fir-reviżjoni ta’ skadenza ta’ qabel.

    (26)

    L-investigazzjoni kkonfermat li l-Brażil għadu pajjiż analogu xieraq għar-raġunijiet li ġejjin:

    (27)

    L-ewwelnett, id-daqs tas-suq domestiku tiegħu jagħmel mill-Brażil pajjiż rappreżentattiv għall-istabbiliment tal-valur normali għaż-żewġ pajjiżi konċernati. It-tieni, il-prezzijiet domestiċi fil-Brażil huma rregolati mill-forzi normali tas-suq meta jitqies il-livell tat-talba fis-suq kif ukoll l-eżistenza ta’ produtturi li jikkompetu. It-tielet, il-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi tal-prodott simili fil-Brażil jistgħu jitqiesu li huma identiċi għall-prodott esportat miż-żewġ pajjiżi konċernati. Fl-aħħarnett, ma ġie ppreżentat l-ebda argument kontra l-użu tal-Brażil bħala pajjiż analogu.

    (28)

    Għalhekk, ġie konkluż li l-Brażil kien għażla raġonevoli u xierqa bħala pajjiż analogu biex jiġi stabbilit il-valur normali għall-importazzjonijiet tas-SiC li joriġina mill-RPĊ u mill-Ukraina.

    3.2.2   Il-Valur Normali

    3.2.2.1   Il-valur normali għall-produtturi li jesportaw fil-RPĊ u fl-Ukraina

    (29)

    L-ewwel ġie eżaminat jekk il-bejgħ domestiku mill-produtturi Brażiljani, dak ġenerali kif ukoll dak skond it-tip tal-prodott, kienx qed isir f’volumi li kienu rappreżentattivi meta mqabbla mal-volumi esportati mill-RPĊ u mill-Ukraina rispettivament.

    (30)

    Instab li l-volumi tal-bejgħ domestiku mill-produtturi Brażiljani kienu jaqbżu b’mod konsiderevoli l-bejgħ ta’ l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità mill-produtturi li jesportaw tal-RPĊ u ta’ l-Ukraina, kemm dak ġenerali kif ukoll dak skond it-tip tal-prodott.

    (31)

    Imbagħad ġie eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull wieħed miż-żewġ produtturi li kkooperaw fil-Brażil, Saint-Gobain Materials Cerámicas Ltda u Treibacher Schleifmittel Brasil Ltda, lil klijenti indipendenti kienx sar fl-andament ordinarju tal-kummerċ, skond l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku.

    (32)

    Instab li, għaż-żewġ kumpaniji, medja bil-piż differenzjat tal-prezz tal-bejgħ, tal-bejgħ kollu li sar matul il-PI, kien ogħla mill-ispiża tal-produzzjoni medja bil-piż differenzjat ta’ unità. Għalhekk, il-bejgħ domestiku kollu tqies bħala li kien sar fl-andament ordinarju tal-kummerċ. Barra minn hekk, biex jiġi żgurat paragun ġust bejn il-prezzijiet fil-Brażil u l-valur normali fil-RPĊ u fl-Ukraina, saru aġġustamenti sabiex titqies kwalunkwe differenza fil-PCN jew fil-livell tal-kummerċ.

    (33)

    Skond l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, il-valur normali kien ibbażat fuq il-medji bil-piż differenzjat tal-prezzijiet (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) tal-bejgħ taż-żewġ produtturi Brażiljani lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku tagħhom.

    (34)

    Wara l-kxif definittiv, is-CEFIC tefa’ dubju fuq l-eżattezza tad-determinazzjoni tal-valur normali, fejn qal li skond l-informazzjoni tagħhom, il-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq domestiku Brażiljan kienu ogħla mill-prezz ta’ l-esportazzjoni mill-Ukraina lejn is-suq tal-Komunità. Madankollu, din il-pretensjoni ma kinitx appoġġjata minn evidenza dokumentarja sostanzjata u kellha tiġi miċħuda. Fil-fatt, l-aġġustamenti msemmija fil-premessa (32) t’hawn fuq ippermettew li tiġi żgurata kalkolu ġust tal-valur normali.

    3.2.2.2   Il-Valur Normali għall-produtturi li jesportaw fir-Russja

    (35)

    L-ewwel ġie eżaminat jekk il-volumi tal-bejgħ domestiku, kemm dak ġenerali kif ukoll dak skond it-tip tal-prodott, mill-produttur li jesporta fir-Russja kinux rappreżentattivi, jiġifieri kinux jirrappreżentaw mill-inqas 5 % tal-volumi esportati lejn il-Komunità.

    (36)

    Instab li, meta mqabbel mal-volum ġenerali tal-bejgħ, u għal uħud mit-tipi tal-prodott, il-volum tal-bejgħ domestiku kien jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volumi esportati lejn il-Komunità. Għal dawk it-tipi ta’ prodotti fejn il-volum tal-bejgħ domestiku kien inqas minn 5 % tal-volumi esportati lejn il-Komunità, il-valur normali kellu jissawwar skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku.

    (37)

    Għal dawk it-tipi ta’ prodotti fejn il-volumi tal-bejgħ domestiku rrappreżentaw 5 % tal-volumi esportati, ġie eżaminat jekk il-bejgħ domestiku tal-produttur Russu lil konsumaturi indipendenti kienx sar fl-andament ordinarju tal-kummerċ, skond l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon tal-bejgħ domestiku lill-klijenti indipendenti, ta’ kull tip tal-prodott ikkonċernat li ġie esportat, li ma nbiegħx b’telf fis-suq domestiku matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni.

    (a)

    Għal dawk it-tipi ta’ prodott fejn iktar minn 80 %, skond il-volum, tal-bejgħ fis-suq domestiku kien inqas mill-ispejjeż ta’ l-unità, jiġifieri fejn il-prezz tal-bejgħ medju tat-tip tal-prodott ikkonċernat kien ugwali għal jew ogħla mill-ispiża medja tal-produzzjoni għat-tip tal-prodott ikkonċernat, il-valur normali kien ikkalkulat bħala l-prezz medju tal-bejgħ domestiku kollu tat-tip tal-prodott ikkonċernat, irrispettivament minn jekk dan il-bejgħ kienx bi qligħ jew le.

    (b)

    Għal dawk it-tipi ta’ prodotti fejn mill-inqas 10 % iżda mhux iktar minn 80 %, skond il-volum, tal-bejgħ fis-suq domestiku ma kienx taħt l-ispejjeż ta’ l-unità, il-valur normali ġie kkalkulat bħala l-medja bil-piż differenzjat tal-prezz tal-bejgħ ta’ dawk it-tranżazzjonijiet li saru skond jew iktar mill-ispejjeż ta’ l-unità tat-tip ikkonċernat.

    (ċ)

    Għal dawk it-tipi ta’ prodotti fejn inbiegħu inqas minn 10 %, skond il-volum, fis-suq domestiku bi prezz mhux inqas mill-ispiża ta’ l-unità, tqis li t-tip tal-prodott ikkonċernat ma nbiegħx fl-andament ordinarju tal-kummerċ, u għalhekk il-valur normali kellu jissawwar skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku.

    (38)

    Il-valuri normali nħadmu skond l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku fuq il-bażi ta’ l-ispiża tal-manifattura tat-tip ikkonċernat, li magħha żdiedu ammont ta’ nfiq ta’ bejgħ, ġenerali u amministrattiv (SG&A) kif ukoll marġni ta’ qligħ. L-ammont tas-SG&A kien dak li ġie akkumulat mill-produttur li jesporta għall-prodott simili, u l-ammont għall-qligħ kien ugwali għall-profitt medju li kiseb il-produttur li jesporta fuq il-bejgħ tal-prodott simili fl-andament ordinarju tal-kummerċ.

    3.2.3   Il-Prezz ta’ l-esportazzjoni

    Il-RPĊ

    (39)

    Kif issemma fil-premessa (12), l-ebda produttur li jesporta fl-RPĊ ma kkoopera fl-investigazzjoni. Għalhekk, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni kellhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-fatti disponibbli skond l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, jiġifieri l-informazzjoni fl-ilment.

    L-Ukraina u r-Russja

    (40)

    Il-prezzijiet ta’ l-esportazzjonijiet għall-produtturi li jesportaw fl-Ukraina u fir-Russja ġew stabbiliti skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni li effettivament tħallsu jew li jistgħu jitħallsu mill-klijenti indipendenti fil-Komunità.

    (41)

    Meta ġie kkalkulat il-prezz ta’ l-esportazzjoni għall-esportatur Russu għal dawk it-tranżazzjonijiet li ġew immaniġġjati minn Stankoimport (jiġifieri importati bla dazju anti-dumping taħt l-Impenn Kwantitativ (IK)), l-ispejjeż kollha li saru minħabba l-involviment ta’ Stankoimport tnaqqsu biex jinkiseb il-prezz ta’ l-esportazzjoni f’livell ta’ qabel il-prezz tas-suq.

    (42)

    Il-CEFIC ikkontesta r-riżultati rigward il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni ddeterminati għall-Ukraina, fejn argumenta li l-prezzijiet iċċarġjati għall-importazzjonijiet ta’ l-Ukraina kellhom ikunu ferm aktar baxxi. B’appoġġ għat-talba tagħhom, ressqu ċerti offerti ta’ prezzijiet. Din it-talba, madankollu, kellha tiċċaħħad għaliex l-offerti tal-prezzijiet ma jistgħux jitqiesu mingħajr prova li t-tranżazzjoni(jiet) kienet(kienu) finalment materjalizzata(i). Fi kwalunkwe eventwalità, kif issemma aktar ’il fuq fil-premessa (40), il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni miżmuma għall-kalkulazzjoni tad-dumping kienu dawk iċċarġjati mill-produttur li jesporta kkonċernat. Dawn il-prezzijiet kienu vverifikati matul l-investigazzjoni fuq il-post fl-uffiċċji tal-kumpanija kkonċernata.

    3.2.4   Il-Paragun

    (43)

    Il-valuri normali u l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni ġew imqabbla fuq bażi ta’ qabel il-prezz tas-suq. Skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, biex jinkiseb paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ l-esportazzjoni, saru aġġustamenti fejn għandhom x’jaqsmu l-ispejjeż tat-trasport, il-livell tal-kummerċ u l-ispiża ta’ l-ippakkjar, fejn intqal u ntwera li kienu qed jaffettwaw il-prezzijiet kif ukoll il-komparibilità tal-prezzijiet.

    3.2.5   Il-Marġni tad-dumping

    (44)

    Skond l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-marġni tad-dumping ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ paragun bejn il-medja bil-piż differenzjat tal-valur normali ta’ kull tip ta’ prodott u medja bil-piż differenzjat tal-prezz ta’ l-esportazzjoni tat-tip korrispondenti.

    Il-RPĊ

    (45)

    Fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, skond l-Artikoli 18(1) tar-Regolament bażiku, jiġifieri l-informazzjoni fl-ilment, il-marġni tad-dumping ġie stabbilit fl-istess ordni bħall-investigazzjoni preċedenti, jiġifieri madwar 50 %.

    L-Ukraina

    (46)

    Il-marġni tad-dumping għall-esportazzjonijiet tas-SiC mill-Ukraina matul l-PI instab li kien taħt il-livell de minimis ta’ l-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku.

    Ir-Russja

    (47)

    Ta’ min ifakkar li r-Russja ilha mill-1986 li għandha IK. L-IK ippermettiet lil importatur Russu wieħed, Stankoimport, li jimporta fil-Komunità kwantità fissata (iffissata f’ % tal-konsum tal-Komunità) fil-Komunità mingħajr dazji anti-dumping. Il-kwantitajiet ’il fuq minn dan il-livell ġew soġġetti għal dazji anti-dumping. Fil-kalkulazzjonijiet tad-dumping li saru, ma saret l-ebda distinzjoni bejn dawk il-kwantitajiet li ġew esportati permezz ta’ l-IK (77 %) u dawk li ġew soġġetti għad-dazju anti-dumping (23 %).

    (48)

    Il-marġni tad-dumping għall-esportazzjonijiet tas-SiC mir-Russja matul l-PI instab li kien taħt il-livell de minimis ta’ l-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku.

    3.3   L-iżviluppi ta’ l-importazzjonijiet kieku l-miżuri jiġu rrevokati

    3.3.1   Il-RPĊ

    (49)

    Kif diġà ġie spjegat, l-ebda produttur li jesporta ma kkoopera f’din l-investigazzjoni. Għalhekk, ix-xenarju probabbli dwar x’għandu jiġri jekk il-miżuri jitħallew jiskadu ġie bbażat fuq il-fatti disponibbli, b’mod partikolari l-ilment u d-data mill-COMEXT (COMEXT hija database elettronika tal-kummerċ barrani tal-Komunitajiet Ewropej).

    Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni Ċiniżi għall-pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fil-Komunità

    (50)

    Il-pajjiżi terzi ewlenin li lejhom kienu diretti l-esportazzjonijiet Ċiniżi matul il-PI kienu l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u l-Ġappun. L-informazzjoni fl-ilment tissuġġerixxi li l-prezzijiet CIF Ċiniżi lejn l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, għall-grad “Macro Black”, espressi f'Euro, kienu fil-medda ta’ Euro 650/tunnellata. Barra minn hekk, il-prezzijiet CIF Ċiniżi lejn il-Ġappun għall-grad “Macro Green”, espressi f’Euro, kienu fil-medda ta’ Euro 770/tunnellata. L-istatistiċi tal-prezzijiet ippubblikati fil-ġurnali tan-negozju jappoġġjaw l-eżattezza ta’ dawn il-kwotazzjonijiet tal-prezzijiet mill-esportaturi Ċiniżi.

    (51)

    Barra minn hekk, instab li l-prezzijiet medji ta’ l-esportazzjoni mill-RPĊ għall-Istati Uniti ta’ l-Amerika, kif miksuba mid-database COMEXT, kienu ferm taħt il-valur normali miksub mill-pajjiż analogu f’din l-investigazzjoni, li jindika li dawn l-esportazzjonijiet setgħu saru wkoll bi prezzijiet soġġetti għal dumping matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni.

    (52)

    Meta wieħed iqis li l-prezz medju ta’ l-Industrija tal-Komunità (madwar Euro 1 000 għall-“Macro Black” u madwar Euro 1 500 għall-“Macro Green”) huwa ogħla sew, il-produtturi Ċiniżi li jesportaw, fin-nuqqas ta’ miżuri, għandhom inċentiv importanti biex ibidlu d-direzzjoni tal-kwantitajiet sinifikanti ta’ esportazzjonijiet minn dan is-swieq tal-pajjiżi terzi tagħhom lejn is-suq tal-Komunità.

    (53)

    Għandu jitfakkar li fl-investigazzjoni oriġinali ta’ l-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat għall-UE instab li kienu soġġetti għal dumping u dawn komplew ikunu soġġetti għal dumping fl-istess livelli għolja matul l-PI ta’ l-investigazzjoni attwali. M’hemm l-ebda raġuni għaliex wieħed jemmen li din l-imġiba kellha tinbidel.

    (54)

    Barra minn hekk, l-informazzjoni disponibbli dwar il-valur normali u dwar il-prezzijiet għall-pajjiżi terzi, kif spjegat aktar ’il fuq, tappoġġja l-konklużjoni li hemm probabbiltà li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-esportaturi Ċiniżi għandhom ikomplu bil-prattiki tagħhom ta’ dumping.

    (55)

    Bħala konklużjoni, teżisti probabbiltà li, kieku l-miżuri jiġu rrevokati, l-esportazzjonijiet Ċiniżi, li bħalissa huma destinati lejn is-swieq tal-pajjiżi terzi, jiġu diretti mill-ġdid lejn il-Komunità. Barra minn hekk, kieku l-miżuri jiġu rrevokati, hemm ir-riskju ċar li l-kwantitajiet esportati jkunu soġġetti għal dumping.

    Il-kapaċitajiet u l-ħażniet mhux użati

    (56)

    Fit-talba għal din ir-reviżjoni, is-CEFIC (waqt li rrefera għall-informazzjoni miġbura u ppubblikata fil-ġurnali tan-negozju) ikkalkula li l-kapaċità tal-produzzjoni totali fl-RPĊ hija bejn 600 000 u 700 000 tunnellata. Il-produzzjoni effettiva ġiet ikkalkulata li tlaħħaq madwar 440 000 tunnellata, fejn qed tħalli kapaċità mhux użata ta’ bejn 160 000 u 260 000 tunnellata. M’hemm l-ebda informazzjoni dwar il-ħażniet.

    (57)

    Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, jidher ċar li l-produtturi li jesportaw fl-RPĊ għandhom kapaċità żejda sinifikanti sabiex jużawha għal produzzjoni miżjuda. Bħala konklużjoni, kieku l-miżuri jiġu rrevokati, huwa probabbli li l-produtturi li jesportaw jibdew jużaw il-kapaċità mhux użata sinifikanti tagħhom għall-esportazzjoni lejn il-Komunità.

    3.3.2   Ir-Russja

    (58)

    Peress li l-uniku produttur li jesporta magħruf fir-Russja kkoopera f’din l-investigazzjoni, ix-xenarju probabbli ta’ x’għandu jseħħ jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, ġie bbażat l-aktar fuq l-informazzjoni fornuta mit-tweġiba verifikata tal-produttur li jesporta għall-kwestjonarju.

    Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet fil-Komunità u l-prezzijiet fir-Russja

    (59)

    L-ewwelnett ta’ min isemmi li l-livell prevalenti tal-prezzijiet fil-Komunità diġà huwa soġġett għal influwenza sinifikanti mill-importazzjonijiet mir-Russja jekk jitqies li l-IK ikun stabbilit, għaliex l-esportatur Russu diġà qed jissodisfa madwar 10 % tal-konsum tal-Komunità.

    (60)

    Meta wieħed iqabbel l-livell prevalenti tal-prezzijiet fis-suq domestiku tar-Russja mal-livell prevalenti tal-prezzijiet fil-Komunità, il-livell tal-prezzijiet fir-Russja huwa ġeneralment aktar baxx. Madankollu, meta wieħed iqis li l-kwantitajiet li l-produttur Russu rnexxielu jesporta mingħajr dazji antidumping taħt l-IK kienu ffissati minn qabel, il-produttur Russu kellu inċentiv sabiex jesporta l-gradi kristallini (biex b’hekk ikkawża prezzijiet ogħla għal kull tunnellata metrika) lejn il-Komunità, waqt li jħalli l-gradi metallurġiċi għas-suq domestiku tiegħu u għal destinazzjonijiet oħra. Għalhekk, id-differenza fil-prezz reali bejn l-istess gradi, jekk ikun hemm, għandha tkun inqas minn x’jissuġġerixxi paragun bejn il-livelli tal-prezz medju.

    (61)

    Bħala konklużjoni, waqt li l-livell tal-prezzijiet ġeneralment ogħla fil-Komunità normalment għandu jikkawża żieda fl-esportazzjonijiet lejn il-Komunità jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, dan ix-xenarju ma jidhirx li huwa probabbli f’dan il-każ. Fil-fatt, meta wieħed iqis l-eżistenza ta’ l-IK, iż-żieda potenzjali fl-importazzjonijiet tas-SiC speċjalment ta’ grad għoli m’għandhiex tiġi kkalkulata b’aktar milli hi peress li l-esportatur Russu diġà kellu l-opportunità li jesporta kwantitajiet sinifikanti ta’ SiC u kellu l-inċentiv li jesporta SiC ta’ grad għoli. Għalhekk, huwa probabbli li żieda fl-importazzjonijiet tas-SiC tkun limitata kemm fil-kwantitajiet kif ukoll fit-tipi tas-SiC (il-gradi metallurġiċi), u fi kwalunkwe eventwalità, bil-probabbiltà kollha m’għandiex tkun bi prezzijiet soġġetti għal dumping.

    Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-pajjiżi terzi u l-prezzijiet fir-Russja

    (62)

    Iktar minn 75 % ta’ l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi mill-produtturi Russi huma destinati għall-Istati Uniti ta’ l-Amerika. Meta wieħed iqabbel il-prezzijiet domestiċi u l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, il-livelli tal-prezzijiet ta’ l-esportazzjonijiet lejn l-Istati Uniti ta’ l-Amerika huma, bħala medja, ogħla. Ta’ min jirrikonoxxi, madankollu, li t-taħlita tal-gradi tal-prodotti mibjugħa għall-esportazzjoni u dawk mibjugħa fis-suq domestiku probabbilment hija differenti (il-probabbiltà ta’ l-esportazzjonijiet li jkollhom gradi ta’ valur ogħla għal kull tunnellata metrika biex ikunu koperti l-ispejjeż tat-trasport involuti), li jagħmilha diffiċli biex wieħed jagħmel konklużjonijiet minn paragun ta’ din ix-xorta. Madankollu, ta’ min jinnota li dawn l-esportazzjonijiet mhumiex soġġetti għall-miżuri anti-dumping u m’hemm l-ebda indikazzjoni li esportazzjonijiet ta’ din ix-xorta jkunu soġġetti għal dumping.

    Ir-relazzjoni bejn il-prezz ta’ l-esportazzjoni lejn il-pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fil-Komunità

    (63)

    Meta wieħed iqabbel il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni ta’ l-esportatur Russu lejn is-suq tal-pajjiż terz ewlieni tiegħu, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, mal-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni ta’ l-esportatur Russu lejn is-suq tal-Komunità, huwa importanti li wieħed jiftakar fl-IK fis-seħħ. Kif ġie spjegat aktar ’il fuq, meta wieħed iqis il-kwantitajiet iffissati minn qabel li l-esportatur Russu rnexxielu jesporta lejn il-KE, kellu inċentiv biex jesporta gradi ta’ valur għoli għal kull tunnellata metrika lejn is-suq tal-Komunità.

    (64)

    Bl-istess mod u kif ġie spjegat fil-premessa (62) hawn fuq, wieħed jista’ jassumi li anki l-esportazzjonijiet lejn l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, meta wieħed iqis l-ispejjeż tat-trasport involuti, għandhom prinċipalment gradi ta’ valur għoli għal kull tunnellata metrika. Għalhekk, dan ipoġġi l-prezz medju tal-bejgħ lejn is-suq tal-Komunità u lejn is-suq ta’ l-Istati Uniti fuq bażi raġonevolment komparabbli.

    (65)

    Wara li tqabbel il-prezz medju tal-bejgħ lejn is-suq tal-Komunità mal-prezz medju tal-bejgħ lejn is-suq ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, il-prezzijiet lejn is-suq ta’ l-Istati Uniti nstabu li, bħala medja, kienu ogħla.

    (66)

    Bħala konklużjoni, jidher li m’hemm l-ebda inċentiv apparenti għall-produttur Russu sabiex ibiddel id-direzzjoni tal-kwantitajiet tiegħu li bħalissa qed jinbiegħu fis-suq ta’ l-esportazzjoni ewlieni tiegħu, l-Istati Uniti, lejn is-suq tal-Komunità, kieku l-miżuri jiġu rrevokati.

    Il-kapaċitajiet u l-ħażniet mhux użati

    (67)

    Il-kapaċità tal-produttur li jesporta fir-Russja hija limitata għal 62 000 tunnellata metrika. Matul il-PI, instab li kien qed jaħdem qrib il-kapaċità sħiħa, fejn matul il-perjodu ta’ referenza żied ir-rata ta’ użu tiegħu. Il-ħażniet instabu li kienu normali għal dan it-tip ta’ negozju.

    (68)

    Meta wieħed iqis it-teknoloġija użata mill-produttur Russu (teknoloġija li tuża l-‘vaguni tal-ferrovija (“train cars”) bħala l-post ta’ l-ipproċessar, li jiġu rranġati bejn installazzjonijiet ta’ l-elettriku u postijiet għall-ħatt/għażla), mhux probabbli li fil-futur qrib il-produttur li jesporta ikun jista’ jespandi.

    (69)

    Bħala konklużjoni, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, m’hemm l-ebda indikazzjoni li l-produttur Russu jkun jista’ jżid il-produzzjoni tiegħu sabiex iżid l-esportazzjonijiet tiegħu lejn il-Komunità.

    3.3.3   L-Ukraina

    (70)

    Peress li l-unika produttur li jesporta magħruf fl-Ukraina kkoopera f’din l-investigazzjoni, ix-xenarju probabbli ta’ x’għandu jiġri jekk il-miżuri jitħallew jiskadu ġie bbażat l-aktar fuq l-informazzjoni fornuta mit-tweġiba verifikata tal-produttur li jesporta għall-kwestjonarju.

    Il-kapaċitajiet u l-ħażniet mhux użati

    (71)

    Il-kapaċità tal-produttur li jesporta fl-Ukraina hija limitata għal 23 000 tunnellata metrika. Matul il-PI, instab li kien qed jaħdem qrib il-kapaċità sħiħa, fejn matul il-perjodu ta’ referenza żied ir-rata ta’ l-użu tiegħu. Il-ħażniet instabu li kienu normali għal dan it-tip ta’ negozju.

    (72)

    Meta wieħed iqis it-teknoloġija użata mill-produttur ta’ l-Ukraina (l-istess bħall-produttur Russu li ġie spjegat fil-premessa (68)), mhux probabbli li l-produttur li jesporta jkun jista’ jespandi fil-ġejjini qrib.

    (73)

    Is-CEFIC ilmenta li l-kapaċità tal-produttur li jesporta għandha tkun saħansitra għolja daqs 32 000 tunnellata. Madankollu, dan l-argument ġie bbażat fuq informazzjoni ipotetika, mingħajr ma tqiesu l-perjodi ta’ waqfien minħabba manutenzjoni u tiswija, u lanqas ma tqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-kumpanija li tipproduċi kkonċernata li tinstab f’żona urbana u li kienet soġġetta għal restrizzjonijiet ambjentali. Minħabba dawn ir-raġunijiet, il-kapaċità kif stabbilita fil-premessa (71) aktar ’il fuq ġiet ikkonfermata u l-ilment mis-CEFIC ġie miċħud.

    (74)

    Bħala konklużjoni, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, m’hemm l-ebda indikazzjoni li l-produttur ta’ l-Ukraina għandu jkun jista’ jżid il-produzzjoni tiegħu biex iżid l-esportazzjonijiet tiegħu lejn il-Komunità.

    Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet fil-Komunità u l-prezzijiet fl-Ukraina u fil-pajjiżi terzi

    (75)

    Meta wieħed iqabbel il-livell prevalenti tal-prezzijiet fis-suq domestiku fl-Ukraina mal-livell prevalenti tal-prezzijiet fil-Komunità, u mal-prezzijiet lejn il-pajjiżi terzi, il-livell tal-prezzijiet fl-Ukraina u lejn il-pajjiżi terzi huwa, bħala medja, aktar baxxi.

    (76)

    Madankollu, paragun magħmul bi ħsieb bejn is-suq ta’ l-Ukraina, is-swieq tal-pajjiżi terzi u s-suq tal-Komunità ma kienx possibbli għaliex it-taħlita tal-prodotti hija differenti ħafna u l-prezzijiet medji, għalhekk, ma jistgħux jitqabblu. Barra minn hekk, is-suq domestiku fl-Ukraina huwa limitat fid-daqs, u l-produttur ta’ l-Ukraina ma jistax jipproduċi l-gradi varji kollha (ta’ valur għoli) bħall-produtturi tal-Komunità.

    (77)

    Għalhekk, ma setax jiġi stabbilit jekk, kieku l-miżuri jitħallew jiskadu, l-esportatur ta’ l-Ukraina għandux inċentiv biex ibiddel id-direzzjoni tal-volumi mis-suq domestiku tiegħu jew mis-swieq ta’ l-esportazzjoni tiegħu lejn is-suq tal-Komunità. Madankollu, minħabba s-sejbiet dwar id-dumping, u fid-dawl tal-livell tal-prezz ġeneralment ogħla prevalenti fil-Komunità, ġie konkluż li, anki jekk l-esportazzjonijiet lejn is-suq tal-Komunità kellhom jiżdiedu, bil-probabbiltà kollha dawn l-esportazzjonijiet ma jsirux bi prezzijiet soġġetti għal dumping. Barra minn hekk, iż-żieda fi kwalunkwe eventwalità għandha tkun limitata (ikkalkulata għal inqas minn 10 000 tunnellati), meta wieħed iqis il-kapaċità limitata ta’ l-esportatur ta’ l-Ukraina.

    3.4   Il-Konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ ripetizzjoni tad-dumping

    3.4.1   Il-RPĊ

    (78)

    Ta’ min ifakkar li l-ebda produttur li jesporta fil-RPĊ ma kkoopera fl-investigazzjoni.

    (79)

    Fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, instab li l-esportaturi Ċiniżi xorta għadhom jużaw id-dumping, u huwa probabbli li jkomplu bil-prattiki tagħhom tad-dumping lejn is-suq tal-Komunità, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

    (80)

    Għalhekk, instab li hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping mill-produtturi li jesportaw fil-RPĊ, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

    3.4.2   L-Ukraina

    (81)

    Ta’ min ifakkar li l-esportatur ta’ l-Ukraina nstab li ma kienx jesporta bi prezzijiet soġġetti għal dumping matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni, u m’hemm l-ebda indikazzjoni li sitwazzjoni ta’ din ix-xorta għandha tinbidel, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

    (82)

    Barra minn hekk, instab li għalkemm l-esportazzjonijiet mill-Ukraina lejn il-Komunità jistgħu jiżdiedu, kieku l-miżuri jiġu rrevokati, huwa mistenni li żieda ta’ din ix-xorta tkun limitata. Fil-fatt, meta titqies il-kapaċità limitata li għandu l-produttur ta’ l-Ukraina, wieħed jassumi li din iż-żieda fl-esportazzjonijiet lejn il-Komunità hija inqas minn 10 000 tunnellata, u bil-probabbiltà kollha ma ssirx bi prezzijiet li kienu soġġetti għal dumping.

    (83)

    Għalhekk, qed jitqies li m’hemm l-ebda probabbiltà ta’ ripetizzjoni tad-dumping ta’ l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Ukraina.

    3.4.3   Il-Federazzjoni Russa

    (84)

    Ta’ min ifakkar, li matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni, il-produttur Russu nstab li ma kienx qed jesporta bi prezzijiet soġġetti għal dumping u m’hemm l-ebda indikazzjoni li sitwazzjoni ta’ din ix-xorta għandha tinbidel jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

    (85)

    Barra minn hekk, ta’ min ifakkar li l-produttur Russu li jesporta kien kapaċi jforni lis-suq tal-Komunità bi kwantità ffissata ta’ SiC permezz ta’ IK għal bosta snin. Il-kwantitajiet esportati permezz ta’ dan il-kanal laħqu, matul il-PI, madwar 17 % tal-kapaċità totali tal-produttur Russu. Għalhekk, il-produttur Russu li jesporta diġà huwa stabbilit sew fis-suq, jiġifieri żieda f’daqqa fl-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Russja, għalhekk, hija ferm improbabbli.

    (86)

    Barra minn hekk, peress li l-prezzijiet li bihom il-produttur li jesporta Russu biegħ lill-pajjiżi terzi nstab li kienu ogħla minn dawk li bihom inbiegħu l-kwantitajiet lill-Komunità, ir-riskju għal bidla fid-direzzjoni fil-kummerċ ta’ kwanitatijiet sinifikanti lejn is-suq tal-Komunità jidher li huwa relattivament żgħir.

    (87)

    Fl-aħħarnett, instab li l-produttur Russu li jesporta kien qed jaħdem qrib il-kapaċità sħiħa u għandu abbiltà limitata biex iżid il-kapaċità tiegħu.

    (88)

    Għal dawn ir-raġunijiet, qed jitqies li m’hemm l-ebda riskju ta’ ripetizzjoni tad-dumping ta’ l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa.

    (89)

    Meta jitqiesu s-sejbiet għall-Ukraina u għar-Russja, il-proċedura kontra dawn il-pajjiżi għandha tintemm.

    4.   ID-DEFINIZZJONI TA’ L-INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ

    (90)

    L-istruttura ta’ l-industrija tal-Komunità nbidlet mill-aħħar reviżjoni ta’ skadenza, jiġifieri il-produttur Ġermaniż ta’ qabel, Elektroschmelzwerk Kempten GmbH, München, inqasam f’żewġ kumpaniji relatati, b’waħda tinstab fl-Olanda u l-oħra fil-Ġermanja. Ta’ l-ewwel biss qed tipproduċi u tipproċessa s-SiC mhux raffinat, b’ta’ l-aħħar tipproċessa aktar is-SiC prodott minn Kollo Silicon carbide B.V., iżda l-prodott finali jibqa’ l-prodott simili. Barra minn hekk, ESK-SIC GmbH tbiegħ is-SiC tagħha imma wkoll is-SiC prodott minn Kollo Silicon carbide B.V. Għalhekk, iż-żewġ kumpaniji qed jitqiesu bħala li jifformaw grupp wieħed.

    4.1   Il-produzzjoni tal-Komunità

    (91)

    Fi ħdan il-Komunità, il-prodott simili jiġi mmanifatturat minn żewġ produtturi li jikkostitwixxu l-produzzjoni totali tal-Komunità fit-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

    4.2   L-industrija tal-Komunità

    (92)

    Il-produtturi tal-Komunità Ewropea li ġejjin appoġġjaw it-talba:

    Kollo Silicon carbide B.V. (l-Olanda), bil-kumpanja relatata tagħha ESK-SIC GmbH (il-Ġermanja).

    Navarro SiC, S.A. (Spanja)

    (93)

    Peress li hawn fuq il-produtturi tal-Komunità jirrappreżentaw 100 % tal-produzzjoni tal-Komunità, ġie konkluż li l-produtturi li qed jagħmlu l-ilment jikkostitwixxu l-industrija tal-Komunità fit-tifsira ta’ l-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku.

    5.   IS-SITWAZZJONI FIS-SUQ TAL-KOMUNITÀ

    5.1   Rimarki preliminari

    (94)

    L-eżami ta’ l-impatt ta’ l-importazzjonijiet ikkonċernati fuq l-industrija tal-Komunità inkluda valutazzjoni tal-fatturi u ta’ l-indiċijiet ekonomiċi li jkollhom effett fuq l-istat ta’ l-industrija kif elenkat fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

    5.2   Il-konsum fis-suq tal-Komunità

    (95)

    Il-konsum tal-Komunità apparenti ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volum ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-pajjiżi kkonċernati u mill-pajjiżi terzi l-oħra kollha, u fuq il-volumi tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità.

    (96)

    Il-volum ta’ l-importazzjonijiet ġie determinat fuq il-bażi taċ-ċifri ta’ l-Eurostat li jikkorrispondu għall-kodiċi NM rilevanti matul il-perjodu meqjus.

    (97)

    Fuq din il-bażi, il-konsum tal-Komunità żdied bi ftit, minn 217 137 tunnellata fl-2001 għal 226 450 tunnellata fil-PI, jiġifieri żieda ta’ 4 % matul il-perjodu meqjus. It-tendenza tintwera fit-tabella 1.

    (98)

    It-tendenza tal-konsum, madankollu, ma żviluppatx b’mod stabbli. Ta’ min jinnota li l-ewwel naqset mill-2001 sa l-2003, fejn waqgħet b’10 %. Mill-2003 ’il quddiem, madankollu, il-konsum reġa’ żdied b’aktar minn 10 % sal-PI, fejn qabżet il-livell ta’ l-2001.

    (99)

    It-tnaqqis fil-bidu tal-perjodu meqjus huwa sa ċertu punt spjegat bis-sostituzzjoni tas-SiC bi prodotti oħra, bħalma huma l-ferro-silicone u d-djamant industrijali, li dak iż-żmien kienu inqas għaljin.

    (100)

    Mill-2003 ’il quddiem, madankollu, skond it-tnaqqis fil-prezz tas-SiC, il-konsum żdied għal darb’oħra.

    Tabella 1

     

    2001

    2002

    2003

    2004

    PI

    Il-konsum tal-Komunità (tunnellati)

    217 137

    205 231

    194 486

    218 919

    226 450

    Indiċi

    100

    95

    90

    101

    104

    5.3   Il-volum, is-sehem tas-suq u l-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-RPĊ

    (101)

    Il-volumi u l-ishma tas-suq ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-RPĊ żviluppaw kif stabbilit aktar ’l isfel fit-tabella 2. Peress li l-produttur li jesporta fil-RPĊ ma kkooperax, it-tendenzi tal-prezzijiet u tal-volumi kienu bbażati fuq l-informazzjoni disponibbli skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Peress li ma kienet disponibbli l-ebda informazzjoni oħra li kienet aktar kredibbli, it-tendenzi tal-volumi ġew ibbażati fuq l-istatistika ta’ l-Eurostat.

    (102)

    Il-volum ta’ l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-RPĊ laħaq l-1 205 tunnellata u fl-2001 kien jirrappreżenta sehem tas-suq ta’ 0.6 %. Fl-2002 il-volum ta’ l-importazzjonijiet żdied kemxejn u laħaq livell ta’ 1 467 tunnellata, li jikkorrispondu għal sehem tas-suq ta’ 0.7 %, qabel ma niżel għal 651 tunnellata matul l-PI, li jikkorrispondu għal sehem tas-suq ta’ 0.3 %.

    (103)

    Il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-RPĊ naqsu kemxejn. Madankollu, ta’ min jinnota li minħabba l-kwantitajiet baxxi li ġew esportati mill-RPĊ, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni ma setgħux jitqiesu bħala rappreżentattivi, peress li jistgħu jirrelataw ma’ tipi ta’ prodott speċifiċi ħafna jew inkella klijenti speċifiċi ħafna. Għalhekk, ma setgħet titfassal l-ebda konklużjoni raġonevoli ta’ siwi dwar it-tendenzi tal-prezzijiet fuq il-bażi tal-figuri ta’ l-Eurostat. Madankollu, fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni mressqa fl-ilment rigward il-prezzijiet, seta’ jiġi stabbilit li l-prezzijiet Ċiniżi (li kienu jvarjaw minn 624 sa 1 814 Euro/tunnellata skond il-grad u l-kwalità) inżammu irħas mill-prezzijiet tal-KE b’aktar minn 30 %.

    Tabella 2

     

    2001

    2002

    2003

    2004

    PI

    Il-volum ta’ l-importazzjonijiet mill-RPĊ (tunnellati)

    1 205

    1 467

    1 465

    787

    651

    Is-sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet mill-RPĊ

    0,6  %

    0,7  %

    0,8  %

    0,4  %

    0,3  %

    5.4   L-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra kkonċernati minn din ir-reviżjoni

    (104)

    Biex tiġi ppreżentata stampa sħiħa tas-sitwazzjoni fis-suq tal-Komunità, it-tendenzi ta’ l-importazzjonijiet tas-SiC minn pajjiżi oħra ġew eżaminati wkoll. Ta’ min jinnota, madankollu, li, rigward il-prezzijiet, id-data ma tistax tiġi mqabbla minħabba d-differenzi fit-taħlita tal-prodotti, li tirriżulta f’differenza kbira fil-prezzijiet.

    5.4.1   Ir-Russja

    (105)

    L-iżvilupp ta’ l-importazzjonijiet mir-Russja huwa kif ġej:

    Tabella 3

     

    2001

    2002

    2003

    2004

    PI

    Il-volum ta’ l-importazzjonijiet mir-Russja (tunnellati)

    21 901

    24 368

    21 061

    20 457

    21 810

    Is-sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet mir-Russja

    10,1  %

    11,9  %

    10,8  %

    9,3  %

    9,6  %

    Il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mir-Russja (EUR/tunnellata)

    453

    465

    477

    464

    480

    Indiċi: 2001=100

    100

    103

    105

    102

    106

    (106)

    Il-volum ta’ l-importazzjonijiet mir-Russja naqas bi ftit minn 21 901 tunnellata fl-2001, li jikkorrispondu għal sehem tas-suq ta’ 10.1 %, għal 21 810 tunnellata fl-PI, li jikkorrispondu għal sehem tas-suq ta’ 9.6 %. Il-prezzijiet medji ta’ l-importazzjonijiet mir-Russja żdiedu b’6.0 % bejn l-2001 u l-PI, jiġifieri minn 453 Euro/tunnellata għal 480 Euro/tunnellata. Volum sinifikanti ta’ importazzjonijiet li joriġinaw mir-Russja kienu saru mill-impenn kwantitativ imsemmi fil-premessa (2). Ta’ min jiftakar li dazju anti-dumping ta’ 23.3 % kien japplika għall-importazzjonijiet kollha li kienu jaqbżu l-kwantitajiet mingħajr dazju anti-dumping iffissat mill-impenn li ssemma aktar ’il fuq.

    5.4.2   L-Ukraina

    (107)

    L-iżvilupp ta’ l-importazzjonijiet mill-Ukraina hija kif ġej:

    Tabella 4

     

    2001

    2002

    2003

    2004

    PI

    Il-volum ta’ l-importazzjonijiet mill-Ukraina (tunnellati)

    4 956

    6 760

    7 829

    8 491

    7 718

    Is-sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet mill-Ukraina

    2,3  %

    3,3  %

    4  %

    3,9  %

    3,4  %

    Il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-Ukraina (EUR/tunnellata)

    504

    502

    469

    468

    489

    Indiċi: 2001=100

    100

    99

    93

    96

    97

    (108)

    Il-volum ta’ l-importazzjonijiet mill-Ukraina żdied minn 4 956 tunnellata fl-2001, li jikkorrispondu għal sehem tas-suq ta’ 2.3 %, għal 7 718 tunnellata fl-PI, li jikkorrispondu għal sehem tas-suq ta’ 3.4 %. Il-prezzijiet medji ta’ l-importazzjonijiet mill-Ukraina naqsu bi 3.0 % bejn l-2001 u l-PI, jiġifieri minn 504 Euro/tunnellata għal 489 Euro/tunnellata. Ħlief għal persentaġġ sinifikanti ta’ importazzjonijiet li saru fl-impenn kwantitativ imsemmi fil-premessa (4) bejn l-2004 u l-2005, matul il-perjodu meqjus kien applikabbli dazju anti-dumping ta’ 24 % għall-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Ukraina.

    5.5   L-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħra li mhumiex ikkonċernati minn din ir-reviżjoni

    5.5.1   Ir-Rumanija

    (109)

    Kif issemma hawn fuq fil-premessa (6), fit-30 ta’ Ġunju 2005 l-Kummissjoni tat bidu għal proċediment anti-dumping dwar l-importazzjonijiet ta’ l-istess prodott li joriġina mir-Rumanija, wara ilment li tressaq mis-CEFIC. Madankollu, wara l-irtirar ta’ l-ilment mill-industrija tal-Komunità li għamlet l-ilment, din l-investigazzjoni ġiet mitmuma.

    (110)

    L-iżvilupp ta’ l-importazzjonijiet mir-Rumanija huwa kif ġej:

    Tabella 5

     

    2001

    2002

    2003

    2004

    PI

    Il-volum ta’ l-importazzjonijiet mir-Rumanija (tunnellati)

    14 173

    15 694

    22 844

    38 459

    42 387

    Is-sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet mir-Rumanija

    6,5  %

    7,6  %

    11,7  %

    17,6  %

    18,7  %

    Il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mir-Rumanija (EUR/tunnellata)

    439

    468

    465

    445

    456

    Indiċi: 2001=100

    100

    107

    106

    101

    104

    (111)

    Il-volum ta’ l-importazzjonijiet mir-Rumanija żdied minn 14 173 tunnellata fl-2001, li jikkorrispondu għal sehem tas-suq ta’ 6.5 %, għal 42 387 tunnellata fl-PI, li jikkorrispondu għal sehem tas-suq ta’ 18.7 %. Il-prezzijiet medji ta’ l-importazzjonijiet mir-Rumanija żdiedu bi 3.9 % bejn l-2001 u l-PI, jiġifieri minn 439 Euro/tunnellata għal 456 Euro/tunnellata.

    5.5.2   In-Norveġja

    (112)

    L-iżvilupp ta’ l-importazzjonijiet min-Norveġja huwa kif ġej:

    Tabella 6

     

    2001

    2002

    2003

    2004

    PI

    Il-volum ta’ l-importazzjonijiet min-Norveġja (tunnellati)

    60 496

    43 400

    32 520

    38 160

    38 550

    Is-sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet min-Norveġja

    27,9  %

    21,1  %

    16,7  %

    17,4  %

    17,0  %

    Il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet min-Norveġja (EUR/tunnellata)

    971

    919

    963

    898

    973

    Indiċi: 2001=100

    100

    95

    99

    93

    100

    (113)

    Il-volum ta’ l-importazzjonijiet min-Norveġja naqas minn 60 496 tunnellata fl-2001, li jikkorrispondu għal sehem tas-suq ta’ 27.9 %, għal 38 550 tunnellata fil-PI, li jikkorrispondu għal sehem tas-suq ta’ 17.0 %. Il-prezzijiet medji ta’ l-importazzjonijiet min-Norveġja baqgħu stabbli bejn l-2001 u l-PI, jiġifieri minn 971 Euro/tunnellata fl-2001 għal 973 Euro/tunnellata matul il-PI.

    5.5.3   Il-pajjiżi terzi l-oħra li ma ssemmewx hawn fuq

    (114)

    L-iżvilupp ta’ l-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħra li ma ssemmewx hawn fuq huwa kif ġej:

    Tabella 7

     

    2001

    2002

    2003

    2004

    PI

    Il-volum ta’ l-importazzjonijiet mill-pajjiżi li ma ssemmewx hawn fuq (tunnellati)

    44 473

    52 143

    48 354

    44 804

    48 271

    Is-sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet mill-pajjiżi li ma ssemmewx hawn fuq

    20,5  %

    25,4  %

    24,9  %

    20,5  %

    21,3  %

    Il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-pajjiżi li ma ssemmewx hawn fuq (EUR/tunnelalata)

    630

    618

    558

    560

    552

    Indiċi: 2001=100

    100

    98

    89

    89

    88

    (115)

    Il-volum ta’ l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra żdied bi ftit minn 44 473 tunnellata fl-2001, li jikkorrispondu għal sehem tas-suq ta’ 20.5 %, għal 48 271 tunnellata fl-PI, li jikkorrispondu għal sehem tas-suq ta’ 21.3 %. Il-prezzijiet medji ta’ l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra li ma ssemmewx aktar ’il fuq naqsu minn 630 Euro/tunnellata fl-2001 għal 552 Euro/tunnellata fl-PI.

    5.6   Konklużjoni

    (116)

    L-investigazzjoni kixfet li l-importazzjonijiet mir-Russja u mill-Ukraina baqgħu relattivament stabbli, f’termini ta’ sehem tas-suq kif ukoll f’termini ta’ prezzijiet medji. Inkixef ukoll li l-kwantitajiet ta’ l-importazzjoni tas-SiC Ċiniż kienu ftit wisq biex titfassal kwalunkwe konklużjoni ta’ siwi dwar it-tendenzi tal-prezzijiet għas-SiC ta’ kwalunkwe grad. Għalhekk, l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, jiġifieri l-ilment, intużat u kixfet li l-prezzijiet Ċiniżi inżammu ferm irħas mill-prezzijiet tal-KE.

    (117)

    Din uriet ukoll li f’termini kwantitativi l-importazzjonijiet mir-Rumanija prattikament ħadu post l-importazzjonijiet min-Norveġja, peress li s-sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet mir-Rumanija żdied f’livelli simili hekk kif l-importazzjonijiet min-Norveġja naqsu. Waqt li l-importazzjonijiet min-Norveġja saru bi prezzijiet medji ogħla minn dawk ta’ l-industrija tal-Komunità (Euro 973/tunnellata) possibbilment minħabba l-gradi ta’ kwalità għolja, il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni mir-Rumanija kienu f’livell ferm aktar baxx (Euro 456/tunnellata). F’dan il-kuntest, ta’ min jinnota, madankollu, li l-importazzjonijiet mir-Rumanija jirreferu kważi esklużivament għall-grad metallurġiku li huwa irħas, biex ma jkun jista’ jsir l-ebda paragun mal-prezzijiet medji minn pajjiżi oħra.

    (118)

    Rigward l-iżvilupp ta’ l-importazzjonijiet li joriġinaw minn pajjiżi terzi oħra, ta’ min jinnota li l-prezz medju segwa tendenza li naqset, filwaqt li l-kwantità importata fil-Komunità kif ukoll is-sehem tas-suq baqgħu stabbli matul il-perjodu meqjus.

    6.   IS-SITWAZZJONI EKONOMIKA TA’ L-INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ

    6.1   Kumment preliminari

    (119)

    Produttur wieħed tal-Komunità biegħ parti mill-produzzjoni tiegħu lil produttur relatat li pproċessa s-SiC iżjed u biegħu bħala l-prodott simili fis-suq ħieles. Fl-analiżi li ġejja, madankollu, il-bejgħ bejn dawn il-partijiet relatati ma tqisx. B’mod partikolari, tqis li kwalunkwe analiżi parallela tal-bejgħ li jrid isir bilfors u tal-bejgħ fis-suq ħieles mhix meħtieġa, għaliex il-bejgħ ta’ l-oġġetti li ġew ipproċessati aktar jibqa’ l-bejgħ tal-prodott simili. Għalhekk, jekk wieħed iqis il-bejgħ li jrid isir bilfors għandu jwassal għal għadd doppju. Bl-istess mod, kwalunkwe qligħ jew telf li sar fis-suq ħieles mit-tieni produttur għall-bejgħ tas-SiC li ġie pproċessat iżjed, għandu jiġi kkumpensat bi kwalunkwe qligħ jew telf li sar mill-ewwel produttur fis-suq miżmum, peress li ż-żewġ produtturi jitqiesu bħala entità ekonomika waħda.

    6.2   Il-produzzjoni

    (120)

    Il-produzzjoni fil-volum mill-industrija tal-Komunità żdiedet b’4 % matul il-perjodu meqjus. Fl-2002 il-produzzjoni niżlet, skond tnaqqis fil-konsum. Mill-2002 ’il quddiem il-volum tal-produzzjoni żviluppa b’mod pożittiv.

    6.3   Il-kapaċità tal-produzzjoni u r-rati ta’ l-użu tal-kapaċità

    (121)

    Wara nuqqas fl-użu tal-kapaċità bejn l-2001 u l-2002, ir-rati ta’ l-użu tal-kapaċità żdiedu kemmxejn minn dik is-sena u matul il-perjodu meqjus bi 3 punti perċentwali. Minħabba li l-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet l-istess matul il-perjodu meqjus kollu, dan l-iżvilupp huwa skond l-iżvilupp fil-volum tal-produzzjoni. Matul il-perjodu meqjus l-użu tal-kapaċità kienet dejjem ’il fuq minn 75 %.

    6.4   Il-prezzijiet tal-bejgħ u l-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet domestiċi

    (122)

    Il-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-unitajiet ta’ l-industrija tal-Komunità żdiedu bi ftit bejn l-2001 u l-PI (inqas minn 5 %). Dawn laħqu l-ogħla livell eċċezzjonali fl-2002, iżda naqsu minn dak iż-żmien lil hawn għal livelli relattivament stabbli bi ftit ’il fuq mil-livell ta’ l-2001. Il-fatt li l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Komunità laħqu l-ogħla livell fl-2002 jiġi spjegat b’żieda fl-ispiża tal-produzzjoni matul l-istess perjodu li l-industrija tal-Komunità kellha tirriflettiha fil-prezzijiet tal-bejgħ tagħha b’mod xieraq. Għaldaqstant, parzjalment minħabba t-tnaqqis fl-ispiża tal-produzzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità, parzjalment minħabba l-pressjoni kontinwa tal-prezzijiet fis-suq tal-Komunità, il-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità reġgħu naqsu.

    6.5   Il-ħażniet

    (123)

    Il-ħażniet naqsu kemmxejn matul il-perjodu meqjus; jiġifieri b’1 %, għalkemm dawn żdiedu b’mod sinifikanti matul il-perjodu 2002-2003 qabel ma naqsu għal-livell ta’ l-2001 matul il-PI. Din iż-żieda trid tiġi spjegata bit-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ kif spjegat fil-premessa (124). Mill-2003 ’il quddiem, il-ħażniet naqsu mhux biss minħabba ż-żieda fil-bejgħ fis-suq tal-Komunità, iżda wkoll minħabba żieda fil-bejgħ ta’ l-esportazzjonijiet ta’ l-industrija tal-Komunità. Minkejja dan l-iżvilupp, tqies li matul il-perjodu kollu meqjus il-livell tal-ħażniet inżamm f’livell raġonevoli.

    6.6   Il-volum tal-bejgħ u s-sehem tas-suq

    (124)

    Il-bejgħ tal-prodott simili mill-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità naqas b’mod ġenerali b’4 % matul il-perjodu meqjus. Waqt li l-konsum tal-Komunità żdied b’4 % matul il-perjodu meqjus, tnaqqis fil-bejgħ ta’ din ix-xorta ssarfet f’telf fl-ishma tas-suq ta’ l-industrija tal-Komunità, jiġifieri 2.6 %.

    6.7   L-investimenti

    (125)

    L-investimenti kellhom tendenza li jiżdiedu u rdoppjaw matul il-perjodu meqjus. Instab li l-investimenti kienu jikkonċernaw is-sostituzzjoni u l-manutenzjoni imma wkoll l-iżvilupp tal-prodotti għal applikazzjonijiet ġodda.

    6.8   It-tkabbir

    (126)

    B’mod ġenerali, ta’ min jinnota li l-ishma tas-suq ta’ l-industrija tal-Komunità fis-suq ħieles waqgħu (ara l-premessa (124)), waqt li s-suq ġenerali kiber b’4 %. L-industrija tal-Komunità, għalhekk, ma setgħetx tipparteċipa fit-tkabbir tas-suq.

    6.9   L-impjiegi u l-pagi

    (127)

    L-impjiegi naqsu b’7 % matul il-perjodu meqjus. Il-pagi totali naqsu bi 2 % matul il-perjodu meqjus. Min-naħa l-oħra, il-medja b’piż differenzjat tas-salarju żdiedet għaliex kellhom isiru l-pagamenti ta’ għeluq il-kuntratt lil dawk il-ħaddiema li ngħatatilhom is-sensja. Barra minn hekk, biex igawdu b’mod sħiħ mill-investimenti li saru f’termini ta’ tagħmir, kellhom jiġu impjegati ħaddiema mogħnija b’ħiliet li b’hekk, ikkawża żieda fl-ispiża tax-xogħol.

    6.10   Il-produttività

    (128)

    Il-produttività għal kull impjegat, imkejla bħala produzzjoni għal kull impjegat, żdiedet bi 12 % matul il-perjodu meqjus. Dan it-titjib fil-produttività jirrifletti l-livell ta’ l-investimenti li saru fil-makkinarju kif ukoll fit-tnaqqis ta’ l-impjegati.

    6.11   Id-dħul u l-ħruġ tal-flus, l-abbiltà li jinġabar il-kapital

    (129)

    Matul il-perjodu meqjus id-dħul u l-ħruġ tal-flus żdied b’10 %.

    (130)

    Il-produtturi tal-Komunità ma ħabtu wiċċhom ma’ l-ebda problema biex jiġbru l-kapital. Dawn iffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom permezz ta’ self mill-kumpaniji relatati u mill-banek. L-awto-finanzjament intuża wkoll.

    6.12   Il-qligħ fuq l-assi netti

    (131)

    Il-qligħ fuq l-assi netti ġie kkalkulat billi l-qligħ nett ta’ qabel it-taxxa tal-prodott simili li nbiegħ fil-Komunità ġie espress bħala persentaġġ tal-valur nett kif imniżżel fil-kotba tal-kumpanija ta’ l-assi fissi li ġew allokati lill-prodott simili mibjugħ fil-Komunità. Dan wera żvilupp simili bħall-profitabilità (ara l-premessa (132) t’aktar ’l isfel).

    6.13   Il-profitabilità

    (132)

    Il-profitabilità ta’ l-industrija tal-Komunità, espressa bħala persentaġġ tal-bejgħ nett, uriet tendenza f’daqqa ’l isfel mill-2001 sa l-2003, fejn il-marġni tal-profitt diġà baxx naqas b’aktar min-nofs. Il-profitabilità mbagħad telgħet mingħajr, madankollu, ma laħqitx il-livell tagħha ta’ l-2001. Matul il-PI, il-qligħ li għamlet l-industrija tal-Komunità rrappreżentaw ftit aktar minn nofs il-livell li kien intlaħaq fl-2001. Fl-2002, iż-żieda fil-prezzijiet ma setgħetx tikkontrobilanċja ż-żieda fl-ispiża tal-produzzjoni u lanqas it-telf ikkawżat minn volumi tal-bejgħ aktar baxxi. Is-sena 2003 wriet ċifri saħansitra aktar baxxi peress li l-prezzijiet tbaxxew waqt li l-volumi tal-bejgħ naqsu ferm aktar. Fl-2004 u matul il-PI, il-profitabilità ta’ l-industrija tal-Komunità tjiebet minħabba żieda importanti fil-volum tal-bejgħ waqt li l-livell tal-prezzijiet kien stabbli.

    6.14   Il-kobor tal-marġni tad-dumping

    (133)

    Rigward l-impatt tal-kobor tal-marġni effettiv tad-dumping fuq l-industrija tal-Komunità, ma tista’ tinġibed l-ebda konklużjoni ta’ siwi minħabba l-livell baxx ta’ importazzjonijiet mill-RPĊ.

    6.15   L-irkupru mill-effetti tad-dumping tal-passat

    (134)

    Waqt li l-indikaturi li ġew eżaminati hawn fuq juru xi titjib fis-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità wara l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping fis-sena 2000, dawn juru biċ-ċar ukoll it-tendenzi negattivi ta’ wħud mill-indikaturi li juru li l-industrija tal-Komunità għadha f’sitwazzjoni fraġli u vulnerabbli.

    6.16   Konklużjoni

    (135)

    Bejn l-2001 u l-PI, l-indikaturi li ġejjin żviluppaw b’mod pożittiv: il-prezzijiet tal-bejgħ, l-użu tal-kapaċità u l-volum tal-produzzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità żdiedu waqt li l-ħażniet ta’ l-għeluq naqsu bi ftit. Il-produttività żdiedet b’mod sinifikanti. L-investimenti u l-ħruġ u d-dħul tal-flus ukoll urew tendenzi pożittivi.

    (136)

    Bil-maqlub, l-indikaturi li ġejjin żviluppaw b’mod negattiv: il-volum tal-bejgħ naqas, l-ispiża tal-produzzjoni għal kull tunnellata u l-ispiża medja tax-xogħol għal kull impjegat żdiedu, waqt li l-impjiegi naqsu. Il-profitabilità u l-qligħ fuq l-assi netti tmermru wkoll.

    (137)

    B’mod ġenerali, is-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità hija mħallta: waqt li wħud mill-indikaturi juru żviluppi pożittivi, xi oħrajn juru tendenza negattiva. Jekk wieħed iqabbel it-tendenzi t’hawn fuq ma’ dawk deskritti fir-Regolament (KE) Nru 1100/2000, jidher ċar li l-introduzzjoni tal-miżuri anti-dumping fis-sena 2000 taw opportunità lill-industrija tal-Komunità biex tistabbilizza s-sitwazzjoni tagħha, iżda mhux biex tirkupra b’mod sħiħ mis-sitwazzjoni ta’ ħsara li kienet fiha. Għalkemm l-industrija tal-Komunità, wara l-iżviluppi pożittivi, bdiet tinvesti f’tagħmir ġdid destinat għal applikazzjonijiet ġodda, għandu jiġi enfasizzat li minħabba s-suq ferm sensittiv għall-prezzijiet, is-sehem tas-suq u l-profittabilità tagħha naqsu.

    (138)

    Mill-2001 sa tmiem il-PI, l-industrija tal-Komunità bbenefikat minn żieda fil-prezz għal kull unità tas-SiC. Iż-żieda inizjali kellha tikkumpensa għaż-żieda fl-ispiża tal-produzzjoni minħabba l-infiq relatat mall-istrutturar mill-ġdid u ma’ l-effiċjenza. Madankollu, iż-żieda fil-prezz tal-bejgħ ma setgħetx tikkumpensa għall-għoli fl-ispiża tal-produzzjoni, u għalhekk il-marġnijiet tal-qligħ naqsu.

    (139)

    Għalkemm il-konsum fil-Komunità żdied b’4 % matul il-perjodu meqjus, is-sehem tas-suq ta’ l-industrija tal-Komunità naqas bi 2.6 %, jiġifieri l-industrija tal-Komunità ma setgħetx tibbenefika minn din iż-żieda fil-konsum.

    (140)

    Min-naħa l-oħra, ir-rendiment ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità tjieb matul il-perjodu meqjus minħabba li matul il-perjodu meqjus il-bejgħ ta’ l-esportazzjonijiet żdied b’mod sinifikanti; jiġifieri b’aktar minn 25 %. Dan l-iżvilupp juri li l-industrija tal-Komunità tipproduċi prodott kompetittiv li għandu suċċess fis-swieq ta’ pajjiżi terzi, għalkemm f’kompetizzjoni ma’ prodotti importati oħrajn.

    (141)

    Meta wieħed iqabbel is-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu meqjus, numru ta’ indikaturi ta’ ħsara, bħalma huma l-kapaċità u l-użu tal-kapaċità, il-ħażniet u s-sehem tas-suq, qegħdin f’livelli simili. Indikaturi oħrajn, bħalma huma l-volum tal-bejgħ, l-ispiża tal-produzzjoni, il-profitabilità, id-dħul fuq l-investimenti u l-impjiegi juru tendenzi negattivi ċari, waqt li ftit indikaturi biss, jiġifieri l-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-unitajiet, il-produttività, l-investimenti u d-dħul u l-ħruġ tal-flus, juru tendenzi pożittivi. Għalhekk ġie konkluż li s-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità, għalkemm stabbilizzat ruħha matul il-perjodu meqjus, meta mqabbla mal-perjodu ta’ qabel l-impożizzjoni tal-miżuri fis-sena 2000, għadha fraġli. B’mod partikolari, it-tendenza negattiva ċara fil-profitabilità, li matul il-perjodu tal-PI baqgħet ma laħqitx livell aċċettabbli, kif ukoll is-sehem tas-suq imnaqqas ta’ l-industrija tal-Komunità jindikaw li ma setgħetx tirkupra b’mod sħiħ mill-effetti ta’ dumping li jagħmlu l-ħsara.

    7.   IL-PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW TA’ RIPETIZZJONI TAL-ĦSARA

    (142)

    Kif ġie spjegat fil-premessi (56) sa (57), il-produtturi li jesportaw fl-RPĊ għandhom il-potenzjal li jżidu sostanzjalment il-volum ta’ l-esportazzjonijiet tagħhom lejn il-Komunità billi jidderieġu mill-ġdid il-volumi ta’ dawn l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi lejn is-suq tal-Komunità li huwa aktar attraenti u/jew billi jużaw il-kapaċitajiet żejda sinifikanti tagħhom. Fil-fatt, il-kapaċitajiet sinifikanti huma disponibbli u jilħqu aktar minn 200 000 tunnellata, li jirrappreżentaw madwar 100 % mill-konsum tal-Komunità. Għalhekk huwa probabbli li kieku l-miżuri jiġu rrevokati, kwantitatjiet sostanzjali ta’ SiC Ċiniż se jippenetraw is-suq tal-Komunità sabiex jiksbu mill-ġdid is-sehem tas-suq mitluf kif ukoll biex iżiduh.

    (143)

    Matul il-perjodu kollu meqjus, is-suq ta’ l-Amerika ta’ Fuq kompla jkun żona ta’ interess ewlieni għall-RPĊ. Filwaqt li fl-Amerika ta’ Fuq għad fadal produttur wieħed biss tas-SiC mhux raffinat b’kapaċità ta’ 50 000 tunnellata, il-konsum f’din iż-żona huwa ta’ madwar 250 000 tunnellata. Il-RPĊ qed tipprovdi 80 % ta’ l-importazzjonijiet, ta’ l-importazzjonijiet tal-karbur tas-silikon mhux raffinat ta’ l-Istati Uniti u 57 % ta’ importazzjonijiet ta’ frak tas-SiC, segwita mill-Brażil (12 %), min-Norveġja (10 %) u mill-Ġermanja (6 %). Anki jekk il-RPĊ tkun tista’ tieħu l-kontroll tas-sehem ta’ l-importazzjonijiet fl-Istati Uniti tal-pajjiżi terzi l-oħra, il-kapaċitajiet żejda fl-RPĊ xorta jibqgħu biżżejjed biex jimlew is-suq tal-Komunità b’SiC irħis kieku l-miżuri jiġu rrevokati. Fil-fatt, kieku l-miżuri jiġu rrevokati, l-iżvilupp fis-suq ta’ l-Istati Uniti fejn ma kien hemm fis-seħħ l-ebda dazju anti-dumping probabbilment se jiġi rifless fis-suq tal-Komunità.

    (144)

    Peress li l-ebda wieħed mill-produtturi Ċiniżi li jesportaw ma kkoopera, l-informazzjoni dwar il-livelli probabbli tal-prezzijiet Ċiniżi, kieku l-miżuri jiġu rrevokati, kienet ibbażata fuq l-informazzjoni disponibbli skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. F’dan ir-rigward, intużat l-informazzjoni mressqa fl-ilment, l-istatistiċi ta’ l-importazzjonijiet u informazzjoni oħra disponibbli dwar is-suq. B’hekk, u kif issemma aktar ’il fuq fil-premessa (56), l-informazzjoni fl-ilment tissuġġerixxi li l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u l-Ġappun għal gradi ta’ kwalità għolja kienu ferm irħas mill-prezzijiet għal gradi simili ta’ l-industrija tal-Komunità.

    (145)

    Din it-tendenza kienet ikkonfermata minn sorsi oħra ta’ informazzjoni li juru li l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni Ċiniżi lejn pajjiżi terzi oħra, bħalma huma l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u l-Afrika t’Isfel, kienu ferm irħas mill-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità kif irreġistrati fil-Eurostat, jiġifieri 540 Euro/tunnellata għall-gradi kristallini (minimu ta’ 97 %) u 123 Euro/tunnellata għall-gradi metallurġiċi. Ta’ min jenfasizza li l-esportaturi Ċiniżi jistgħu jipproduċu u jesportaw it-tipi kollha tas-SiC ta’ kwalità għolja lejn il-KE. L-investigazzjoni kixfet li wieħed mis-SiC l-aktar prezzjużi u li l-aktar jiswew flus inbiegħ lill-KE b’1 500 Euro/tunnellata, dazji mhux inklużi, li jammonta għal 2 400 Euro/tunnellata meta jiġu inklużi d-dazju ta’ l-importazzjoni u d-dazju anti-dumping. Anki l-prezz ta’ l-aħħar huwa ferm irħas mill-prezz offrut mill-produtturi tal-Komunità. F’termini aktar ġenerali, l-istatistiċi ta’ l-Eurostat juru li, storikament, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni miċ-Ċina lejn il-Komunità kienu baxxi ħafna, jiġifieri bejn wieħed u ieħor bejn 250 u 500 Euro/tunnellata. B’hekk, wieħed jista’ jistenna li jekk il-miżuri jiskadu, is-SiC Ċiniż għandu jerġa’ jidħol fis-suq bi prezzijiet baxxi ħafna.

    (146)

    Dan jista’ jiġi kkonfermat mill-fatt li, fl-2006, wara tnaqqis sostanzjali fil-ħlasijiet tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni mill-awtoritajiet Ċiniżi, jiġifieri li kienu jvarjaw minn 125 għal 208 Euro/tunnellata u li tniżżlu għal 25.8 Euro/tunnellata, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħra għall-prodott ikkonċernat kienu baxxi sa livelli li għandhom jaqtgħu dan il-livell tal-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità.

    (147)

    Barra minn hekk, huwa probabbli li biex ikunu jistgħu jżidu b’mod sinifikanti l-bejgħ tagħhom, billi jużaw kapaċità żejda kbira, u jiksbu sehem tas-suq sostanzjali fil-Komunità, il-produtturi Ċiniżi li jesportaw se jkollhom jaqtgħu l-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi wkoll. Dan se jżid il-pressjoni tal-prezzijiet u mhux biss ma jħallix lill-industrija tal-Komunità tirkupra b’mod sħiħ mill-ħsara tal-passat, iżda wkoll iwassal għal deterjorament serju fis-sitwazzjoni tagħha li għadha fraġli.

    (148)

    Għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi msemmija aktar ’il fuq, ġie ddeterminat li kieku l-miżuri kontra l-RPĊ jitħallew jiskadu, hemm probabbiltà li l-produtturi li jesportaw Ċiniżi se jerġgħu jibdew bl-esportazzjonijiet lejn il-Komunità fi kwantitajiet sinifikanti bi prezzijiet soġġetti għal dumping, waqt li jżommu rħas b’mod konsiderevoli l-prezzijiet tal-KE, sabiex jiksbu mill-ġdid l-ishma tas-suq mitlufa.

    (149)

    Għalhekk ġie konkluż li hemm probabbiltà ta’ ripetizzjoni ta’ dumping li jagħmel il-ħsara kieku l-miżuri kontra l-importazzjonijiet tas-SiC li joriġina mill-RPĊ jitħallew jiskadu.

    8.   L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ

    8.1   Introduzzjoni

    (150)

    Skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Komunità kollha. Id-determinazzjoni ta’ l-interess tal-Komunità ġiet ibbażata fuq apprezzament ta’ l-interessi varji kollha involuti.

    (151)

    Ta’ min ifakkar li fl-investigazzjoni ta’ qabel, l-estensjoni tal-miżuri tqieset li ma tmurx kontra l-interess tal-Komunità. Matul l-investigazzjoni oriġinali numru sinifikanti ta’ utenti u ta’ importaturi li kkooperaw kienu favur il-kontinwazzjoni tal-miżuri.

    (152)

    F’din il-proċedura, l-ebda utent li kkoopera, l-ebda importatur u l-ebda produttur tal-materja prima ma oppona l-kontinwazzjoni tal-miżuri kontra l-RPĊ għar-raġunijiet li ġew spjegati fil-qosor aktar ’l isfel fil-premessi (153), (159) u (160) sa (171).

    8.2   L-interess ta’ l-industrija tal-Komunità

    8.2.1   L-impatt tal-kontinwazzjoni tal-miżuri

    (153)

    Minkejja l-irkupru parzjali ta’ l-industrija tal-Komunità minn mindu ġew imposti l-miżuri anti-dumping fis-sena 2000, jidher ċar li dawn il-miżuri għad ma kellhomx b’mod sħiħ l-effetti ta’ rimedju mistennija fuq l-industrija tal-Komunità.

    (154)

    F’każ li jinżammu l-miżuri kontra l-importazzjonijiet tas-SiC li joriġina mill-RPĊ, għandha tiġi evitata waqgħa oħra fil-prezzijiet fis-suq tal-Komunità u l-industrija tal-Komunità għandha tkun tista’ tilħaq livell ta’ prezzijiet raġonevoli u ttejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha. Prinċipalment, dan huwa minħabba l-fatt li l-industrija tal-Komunità investiet b’mod qawwi fil-kapaċitajiet ta’ l-ipproċessar ta’ ċerti tipi ta’ SiC li kienu destinati għal oqsma ta’ applikazzjonijiet ġodda bħalma huma l-filtri tal-partikoli tad-diżil. Bil-probabbiltà kollha, dan se jippermettilhom iżidu l-prezzijiet u l-volum tal-bejgħ tagħhom fil-futur u jiksbu mill-ġdid is-sehem tas-suq mitluf.

    (155)

    L-industrija tal-Komunità pprovat li hija industrija strutturalment vijabbli. Dan ġie kkonfermat mir-rendiment imtejjeb ta’ l-esportazzjoni u mill-isforzi ta’ l-istrutturar mill-ġdid tagħha.

    (156)

    Għar-raġunijiet stabbiliti aktar ’il fuq, wieħed jista’ raġonevolment jistenna li l-industrija tal-Komunità se tkompli tibbenefika mill-miżuri u tirkupra aktar billi tilħaq marġnijiet ta’ profitti raġonevoli. F’dan id-dawl, ġie konkluż li jkun fl-interess ta’ l-industrija tal-Komunità li żżomm il-miżuri kontra l-importazzjonijiet tas-SiC li joriġina mill-RPĊ.

    8.2.2   L-impatt ta’ l-iskadenza tal-miżuri

    (157)

    B’kuntrast, kieku l-miżuri fuq l-importazzjonijiet tas-SiC li joriġina mill-RPĊ jiskadu, huwa mistenni li fis-suq tal-Komunità jidħlu importazzjonijiet massivi ta’ SiC Ċiniż, li jikkawżaw pressjoni tal-prezzijiet sinifikanti fis-suq tal-Komunità. F’dawn iċ-ċirkostanzi, huwa probabbli li l-industrija tal-Komunità se terġa’ tibda ssofri ħsara minn importazzjonijiet miżjuda bi prezzijiet soġġetti għal dumping, li se jirriżultaw ukoll f’telf ta’ ishma tas-suq u f’deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika tagħha li għadha fraġli. F’xenarju ta’ din ix-xorta, l-għibien ta’ l-industrija tal-Komunità mhux eskluż.

    (158)

    Għalhekk ġie konkluż li għandu jkun fl-interess ta’ l-interessi tal-Komunità li jinżammu l-miżuri kontra l-importazzjonijiet tas-SiC li joriġina mill-RPĊ.

    8.3   L-interess ta’ l-importaturi

    (159)

    Kif ġie spjegat fil-qosor fil-premessa (13) t’hawn fuq, it-tliet importaturi fil-Komunità li mhumiex relatati ma’ produttur li jesporta li ttieħdu bħala kampjun imlew kwestjonarju. Dawn l-importaturi kienu jirrappreżentaw 98 % tal-volumi ta’ l-importazzjoni ta’ l-importaturi magħrufa fil-Komunità. Dawn opponew il-kontinwazzjoni tal-miżuri anti-dumping li hemm fis-seħħ kontra r-Russja u l-Ukraina, iżda ma ħadu l-ebda pożizzjoni speċifika rigward il-miżuri anti-dumping li hemm fis-seħħ kontra l-RPĊ.

    (160)

    Ta’ min ifakkar li fl-investigazzjoni oriġinali kien instab li l-impatt ta’ l-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-importaturi m’għandux ikun sinifikanti. Dan ġie kkonfermat minn din l-investigazzjoni. Fil-fatt, minn mindu ġew imposti l-miżuri, ma nstabet l-ebda bidla sinifikanti fis-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-importaturi, u dan mhux mistenni jinbidel jekk il-miżuri jinżammu. L-informazzjoni verifikata imressqa mill-importaturi wriet ukoll li dawn għamlu marġnijiet ta’ profitti raġonevoli minkejja d-dazju anti-dumping fis-seħħ.

    (161)

    Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, ġie konkluż li l-kontinwazzjoni tal-miżuri li japplikaw għall-importazzjonijiet tas-SiC li joriġina mill-RPĊ m’għandux ikollhom effett fuq is-sitwazzjoni ta’ l-importaturi.

    8.4   L-interess ta’ l-utenti

    (162)

    Kif ġie spjegat fil-qosor fil-premessi (14) sa (16) t’hawn fuq, tmintax-il utent fil-Komunità li jirrappreżentaw madwar 30 % tal-konsum totali tal-Komunità pprovdew informazzjoni bażika relatata max-xiri tagħhom tal-prodott ikkonċernat u esprimew ir-rieda tajba tagħhom li jikkooperaw. Fl-aħħar, seba’ utenti ressqu tweġibiet sħaħ għall-kwestjonarju, li tnejn minnhom kienu investigati fuq il-post. F’dan il-kuntest ta’ min jinnota li l-maġġoranza ta’ l-utenti li kkooperaw kienu proċessuri, u wieħed biss kien utent aħħari. L-ebda wieħed mill-utenti li kkooperaw ma ħa kwalunkwe pożizzjoni speċifika rigward il-miżuri anti-dumping li hemm fis-seħħ kontra l-RPĊ.

    (163)

    Is-SiC jintuża f’varjetà wiesgħa ta’ applikazzjonijiet, u għalhekk hemm ikkonċernati numru kbir ta’ industriji utenti, bħall-applikazzjoni abrażivi u tal-lostru kif ukoll bħala s-segment refrattorju għall-materjal kristallin. Fis-segment metallurġiku s-SiC jintuża bħala liga.

    (164)

    Fl-eżami ta’ l-effett possibbli ta’ l-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-utenti, fl-investigazzjoni oriġinali ġie konkluż li minħabba l-livell baxx ta’ kooperazzjoni u ta’ kummenti mressqa, il-miżuri fis-seħħ ma kellhomx impatt negattiv sinifikanti fuq in-negozju tagħhom.

    (165)

    L-investigazzjoni ta’ din ir-reviżjoni kkonfermat is-sejbiet, safejn huwa kkonċernat is-SiC li joriġina mill-RPĊ. Fil-fatt, l-analiżi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju wriet li l-utenti m’għandhomx għalfejn jistennew kwalunkwe żieda fl-ispejjeż kieku l-miżuri jinżammu. Peress li l-miżuri fl-istess livell diġà ilhom fis-seħħ mill-1986, iż-żamma ta’ dawn il-miżuri m’għandiex tbiddel din is-sitwazzjoni ta’ l-utenti. Fi kwalunkwe każ, peress li l-miżuri kontra r-Russja u l-Ukraina ntemmu, il-pożizzjoni ta’ l-utenti li jkollhom sorsi supplimentari ta’ forniment pjuttost se titjieb.

    (166)

    Ta’ min ifakkar ukoll li mindu ġew imposti l-miżuri fuq l-importazzjonijiet tas-SiC li joriġina mill-RPĊ, ma setgħet tiġi osservata l-ebda bidla sinifikanti fis-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-utenti.

    (167)

    Ċerti partijiet interessati qalu li l-kontinwazzjoni tal-miżuri fuq l-importazzjonijiet tas-SiC li joriġina mill-RPĊ għandha twassal għal aktar importazzjonijiet ta’ prodotti lesti li jużaw is-SiC Ċiniż. Madankollu, ma ġiet osservata l-ebda żieda ta’ din ix-xorta matul il-perjodu meqjus, minkejja l-miżuri anti-dumping fis-seħħ kontra l-RPĊ. Ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li żieda ta’ din ix-xorta fl-importazzjonijiet tal-prodotti lesti kienet imminenti jew prevedibbli fil-futur qrib. Għalhekk, dan l-argument ikollu jiġi miċħud.

    (168)

    Ċerti utenti argumentaw li jkun hemm nuqqas ta’ provvista kieku jinżammu l-miżuri kontra t-tliet pajjiżi kollha li kienu soġġetti għal din l-investigazzjoni. Madankollu, f’dan ir-rigward ta’ min ifakkar li l-miżuri li hemm fis-seħħ bħalissa ma wasslu għall-ebda nuqqas fil-provvista. Barra minn hekk, peress li l-miżuri anti-dumping kontra r-Russja u l-Ukraina ntemmu, sorsi ġodda ta’ provvista jistgħu jidħlu fil-Komunità mingħajr l-ebda dazju anti-dumping. Fl-aħħarnett, ta’ min ifakkar li l-iskop tad-dazji anti-dumping mhux li jipprevjeni l-importazzjonijiet tas-SiC mill-RPĊ milli jidħlu fis-suq tal-Komunità, iżda li jiżgura kondizzjonijiet ġusti ta’ kummerċ. Għal dawn ir-raġunijiet, dan l-argument ikollu jiġi miċħud.

    (169)

    Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, ġie konkluż li l-kontinwazzjoni tal-miżuri applikabbli għall-importazzjonijiet tas-SiC li joriġina mill-RPĊ m’għandiex ikollha effett sinifikanti fuq is-sitwazzjoni ta’ l-utenti.

    8.5   L-interess ta’ l-industrija bażika (upstream industry)

    (170)

    Il-Kummissjoni rċeviet żewġ tweġibiet għall-kwestjonarju minn fornituri tal-materja prima għall-industrija tal-Komunità. It-tnejn iddikjaraw li l-miżuri anti-dumping jista’ jkollhom impatt pjuttost limitat fuq in-negozju tagħhom.

    (171)

    L-investigazzjoni kkonfermat dawn il-valutazzjonijiet. Għalhekk ġie konkluż li m’hemm l-ebda raġuni konvinċenti min-naħa ta’ l-industrija bażika kontra l-kontinwazzjoni tal-miżuri kontra l-importazzjonijiet tas-SiC li joriġina mill-RPĊ.

    8.6   Konklużjoni dwar l-interess tal-Komunità

    (172)

    Minn dak li ntqal hawn fuq ġie konkluż li jekk il-miżuri jiskadu, is-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità għandha tiddeterjora, li jista’ jwassal ukoll għall-għibien tagħha.

    (173)

    Rigward l-importaturi, l-utenti u l-produtturi tal-materja prima tas-SiC, instab li l-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-importazzjonijiet tas-SiC li joriġina mill-RPĊ ma kellha l-ebda effett negattiv mhux xieraq fuq is-sitwazzjoni ekonomika tagħhom.

    (174)

    Għalhekk ġie konkluż li mhemm l-ebda raġuni konvinċenti ta’ interess tal-Komunità kontra l-kontinwazzjoni tal-miżuri fuq l-importazzjonijiet tas-SiC li joriġina mill-RPĊ.

    9.   IR-REVIŻJONI TEMPORANJA

    (175)

    Meta jitqiesu s-sejbiet li jikkonċernaw ir-Russja u kif ġie spjegat fil-qosor hawn fuq fil-premessi (84) sa (89), il-proċeduri ta’ l-anti-dumping kontra dan il-pajjiż se jintemmu u l-miżuri anti-dumping li hemm fis-seħħ se jiġu rrevokati.

    (176)

    Għalhekk, ir-reviżjoni temporanja msemmija fil-premessa (7) ta’ dan ir-Regolament, li hija limitata għall-eżami tal-forma tal-miżuri fis-seħħ kontra r-Russja, għandha wkoll tintemm.

    10.   IL-MIŻURI ANTI-DUMPING

    (177)

    Il-partijiet kollha ġew informati bil-fatti u bil-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġiet ibbażata ż-żamma tal-miżuri eżistenti. Dawn ingħataw perjodu biex jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara dan il-kxif. Ma wasal l-ebda kumment li kien tali li jbiddel il-konklużjonijiet t’hawn fuq.

    (178)

    Minn dak li ntqal hawn fuq ġie konkluż, kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet tas-SiC li joriġina mill-RPĊ għandhom jinżammu.

    (179)

    Fl-aħħarnett, kif ġie spjegat fil-qosor aktar ’il fuq, il-proċeduri relatati ma’ l-importazzjonijiet tas-SiC li joriġina mill-Federazzjoni Russa u mill-Ukraina għandhom jintemmu u l-miżuri jiġu rrevokati.

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-proċedura ta’ anti-dumping li tikkonċerna l-importazzjonijiet tal-karbur tas-silikon li joriġina mill-Federazzjoni Russa u mill-Ukraina, li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 2849 20 00, hawnhekk qed jintemm u l-miżuri anti-dumping imposti fuq dawk il-pajjiżi bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2000 qed jiġu rrevokati.

    Artikolu 2

    Qed jiġi hawnhekk impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-karbur tas-silikon, li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 2849 20 00, li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

    Ir-rata tad-dazju applikabbli għall-prezz nett liberu fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, għandha tkun kif ġej:

    Pajjiż

    Rata tad-dazju (%)

    Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

    52,6

    Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Awwissu 2006.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    E. TUOMIOJA


    (1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17)

    (2)  ĠU L 94, 13.4.1994, p. 21, ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1786/97 (ĠU L 254, 17.9.1997, p. 6).

    (3)  ĠU L 209, 2.8.1988, p. 1.

    (4)  ĠU L 94, 13.4.1994, p. 32.

    (5)  ĠU L 125, 26.5.2000, p. 3, Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 991/2004 (ĠU L 182, 19.5.2004, p. 18).

    (6)  ĠU L 183, 20.5.2004, p. 88.

    (7)  ĠU L 344, 20.11.2004, p. 37.

    (8)  ĠU C 3, 7.1.2004, p. 4.

    (9)  ĠU L 131, 25.5.2005, p. 18.

    (10)  ĠU C 159, 30.6.2005, p. 4.

    (11)  ĠU L 168, 21.6.2006, p. 37.

    (12)  ĠU C 254, 14.10.2004, p. 3.

    (13)  ĠU C 129, 26.5.2005, p. 17.

    (14)  L-Ukraina ngħatat Status ta’ Ekonomija tas-Suq permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17). L-istatus il-ġdid japplika biss għall-investigazzjonijiet li nbdew mill-1 ta’ Jannar 2006.


    Top