Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R0367

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 367/2006 tas- 27 ta’ Frar 2006 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjoni ta’ film tal-polyethylene terephthalate (PET) li joriġina fl-Indja wara reviżjoni ta’ għeluq iż-żmien skond l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 2026/97

    ĠU L 68, 8.3.2006, p. 15–36 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/03/2011: This act has been changed. Current consolidated version: 03/07/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/367/oj

    8.3.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 68/15


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 367/2006

    tas-27 ta’ Frar 2006

    li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjoni ta’ film tal-polyethylene terephthalate (PET) li joriġina fl-Indja wara reviżjoni ta’ għeluq iż-żmien skond l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 2026/97

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta’ Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjoni ssussidjata minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (hawn aktar “il quddiem ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikulari l-Artikolu 18 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:

    A.   PROĊEDURA

    1.   MIŻURI EŻISTENTI U INVESTIGAZZJONIJIET MITMUMA DWAR L-ISTESS PRODOTT

    (1)

    Il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 2597/1999 (2), impona dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjoni ta’ film tal-polyethylene terephthalate (“PET”) li jaqa’ taħt l-ex kodiċi NM ex 3920 62 19 u ex 3920 62 90 u li joriġina fl-Indja (hawn aktar ‘il quddiem “il-miżuri kumpensatorji definittivi”). Il-miżuri ħadu l-forma ta’ dazju ad valorem li jvarja bejn it-3,8 % u 19,1 % impost fuq l-importazzjoni mingħand esportaturi imsemmija individwalment, b’rata residwa ta’ dazju ta’ 19.1 % imposta fuq l-importazzjoni mingħand il-kumpaniji l-oħrajn kollha.

    (2)

    Il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1676/2001 (3), impona dazji definittivi anti-dumping fuq l-importazzjoni ta’ film tal-PET li joriġina fl-Indja u r-Repubblika tal-Korea. Il-miżuri ħadu l-forma ta’ dazji ad valorem li jvarja bejn 0 % u 62,6 % fuq l-importazzjoni ta’ film tal PET li joriġina fl-Indja (hawn aktar ‘il quddiem “il-miżuri anti-dumping definittivi”), ħlief għall-importazzjoni mingħand ħames kumpaniji Indjani Ester Industries Limited (“Ester”), Flex Industries Limited (hawn aktar ‘il quddiem “Flex”), Garware Polyester Limited (hawn aktar ‘il quddiem “Garware”), MTZ Polyesters Limited (hawn aktar ‘il quddiem “MTZ”), u Polyplex Corporation Limited (hawn aktar ‘il quddiem “Polyplex”) li mingħandhom kienu aċċettati garanziji bid-Deċiżjoni 2001/645/KE (4).

    (3)

    Kien innutat li l-kumpanija li qabel kienet magħrufa bħala MTZ Polyesters Limited biddlet isimha. L-isem il-ġdid tagħha huwa MTZ Polyfilms Limited. Din il-bidla fl-isem bl-ebda mod ma qiegħda taffettwa s-sejbiet tar-Regolament (KE) Nru 2597/1999 u d-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata ta’ dazju individwali applikata lilha taħt l-isem preċedenti tagħha. Il-Kummissjoni, fis-17 ta’ Frar 2005 ħabbret il-bidla fl-isem ta’ l-MTZ b’notifika ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (5). Kien innutat ukoll li l-MTZ biddlet l-indirizz b’effett minn Lulju 2005, mingħajr ma kien hemm bidla la fis-sidien tal-kumpanija, la fl-istruttura u lanqas fl-operazzjonijiet. L-indirizz tal-kumpanija għandu għalhekk jiġi emendat.

    (4)

    Il-Kunsill, bir-Regolamenti (KE) Nru 1975/2004 (6) u (KE) Nru 1976/2004 (7), estenda l-miżuri kumpensatorji u anti-dumping definittivi fuq l-importazzjoni ta’ film tal-PET li joriġina fl-Indja, għall-importazzjoni ta’ l-istess prodott ikkunsinnat mill-Brażil u mill-Iżrael, (kemm jekk iddikjarat li joriġina fil-Brażil jew fl-Iżrael u kemm le).

    (5)

    Fit-28 ta’ Ġunju 2002 (8), il-Kummissjoni bdiet reviżjoni temporanja parzjali limitata għall-forma tal-miżuri kumpensatorji definittivi u, b’mod partikulari għall-eżami ta’ l-aċċettabilità tal-garanzija offruta minn produttur u esportatur Indjan, skond l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku. Din l-investigazzjoni intemmet bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 365/2006 (9).

    (6)

    Fit-22 ta’ Novembru 2003 (10), il-Kummissjoni bdiet revizjoni temporanja parzjali limitata għall-forma tal-miżuri anti-dumping definittivi. Din l-investigazzjoni ntemmet bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 365/2006.

    (7)

    Fl-4 ta’ Jannar 2005 (11), il-Kummissjoni bdiet revizjoni temporanja parzjali limitata għal-livell tal-miżuri anti-dumping definittivi. Din l-investigazzjoni ntemmet bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 365/2006 li emenda l-livell tal-miżuri anti-dumping definittivi.

    (8)

    Fir-23 ta’ Awwissu 2005 (12), il-Kummissjoni bdiet revizjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 1975/2004 u (KE) Nru 1976/2004 fir-rigward ta’ l-applikazzjoni ta’ produttur Iżraeljan għall-eżenzjoni mill-miżuri estiżi. Din l-investigazzjoni ntemmet bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 101/2006.

    2.   TALBA GĦAL REVIŻJONI TA’ GĦELUQ IŻ-ŻMIEN

    (9)

    Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż tal-għeluq imminenti taż-żmien (13) tal-miżuri kumpensatorji definittivi fis-seħħ, il-Kummissjoni rċeviet talba biex tinbeda reviżjoni ta’ għeluq iż-żmien tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/1999 skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, minn produtturi fil-Komunità ta’ prodott li jixbhu, i.e. DuPont Teijin Films, Mitsubishi Polyester Film GmbH, Nuroll SpA u Toray Plastics Europe (hawn aktar ‘il quddiem “l-applikanti”). L-applikanti jirrapprezentaw proporzjon kbir, f’dal-każ iktar minn 50 %, tal-produzzjoni totali tal-Komunità ta’ film tal-PET.

    (10)

    It-talba saret għar-raġuni illi t-tmiem tal-miżuri kien x’aktarx jirriżulta fil-kontinwazzjoni jew ripetizzjoni tas-sussidju u fi ħsara għall-industrija tal-Komunità.

    (11)

    Qabel ma nbdiet ir-revizjoni ta’ għeluq iż-żmien, u skond l-Artikoli 10(9) u 22(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni innotifikat lill-Gvern ta’ l-Indja (hawn aktar ‘il quddiem “il-GOI”) illi kienet irċeviet talba għal reviżjoni ddokumentata kif inhu xieraq u stiednet lill-GOI għal konsultazzjonijiet bil-għan li tkun iċċarata s-sitwazzjoni dwar il-kontenut ta’ l-ilment u tinstab soluzzjoni maqbula reċiprokament. Madankollu, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda tweġiba mill-GOI dwar l-offerta tagħha għall-konsultazzjoni.

    3.   BIDU TAR-REVIŻJONI TA’ GĦELUQ IŻ-ŻMIEN

    (12)

    Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza ppreżentata mill-applikanti u dehrilha li kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu tar-reviżjoni skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 18 ltar-Regolament bażiku. Wara li kkunsultat mal-Kumitat ta’ Konsulenza, il-Kummissjoni bdiet ir-reviżjoni ta’ għeluq iż-żmien tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/1999 permezz ta’ avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (14).

    4.   PERJODU TA’ INVESTIGAZZJONI

    (13)

    L-investigazzjoni kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2003 sat-30 ta’ Settembru 2004 (hawn aktar ‘il quddiem il-perjodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni jew “IP”). L-eżami tat-tendenzi fil-kuntest tal-ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2001 sa l-aħħar tal-perjodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni (hawn aktar ‘il quddiem “il-perjodu eżaminat”).

    5.   PARTIJIET KONĊERNATI MILL-INVESTIGAZZJONI

    (14)

    Il-Kummissjoni nnotifikat uffiċjalment lill-applikanti, produtturi magħrufa oħra fil-Komunità, produtturi li jesportaw, importaturi, fornituri tal-produtturi, utenti u l-GOI bil-bidu tar-reviżjoni. Il-partijiet kollha konċernati, li talbu hekk u wrew illi kien hemm raġunijiet partikulari l-għala kellhom jinstemgħu, ingħatatilhom l-opportunità li jitkellmu. Il-kummenti bil-miktub u bil-fomm ippreżentati mill-partijiet kienu kkunsidrati u, meta kien xieraq, ingħata kas tagħhom.

    (15)

    Minħabba illi deher li kien hemm numru kbir ta’ produtturi fl-Indja li jesportaw il-film tal-PET u li kienu msemmija fit-talba, l-użu ta’ tekniki ta’ teħid ta’ kampjuni fl-investigazzjoni tal-għoti tas-sussidji kien previst fl-avviż tal-bidu tar-reviżjoni skond l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku. Sabiex ikun deċiż jekk it-teħid ta’ kampjuni jkunx meħtieġ u, jekk ikun hekk, biex jintgħażel kampjun, il-produtturi li jesportaw intalbu jippreżentaw ruħhom u jipprovdu, kif speċifikat fl-avviż tal-bidu tar-reviżjoni, informazzjoni bażika fuq l-attivitajiet tagħhom konnessi mal-prodott konċernat matul l-IP. Wara l-eżami ta’ l-informazzjoni ppreżentata, u meta wieħed jikkunsidra n-numru kbir ta’ produtturi li jesportaw li indikaw ir-rieda tagħhom li jikkooperaw, kien deċiż illi kien meħtieġ it-teħid ta’ kampjuni.

    (16)

    Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa bħala li kienu konċernati jew li kienu ppreżentaw ruħhom fiż-żmien ta’ l-għeluq imniżżel fl-avviż tal-bidu tar-reviżjoni. Tweġibiet waslu lura mingħand erba’ produtturi fil-Komunità, tmien produtturi li jesportaw, wieħed importatur/utent, wieħed fornitur tal-produtturi u l-GOI.

    (17)

    Mit-tmien produtturi Indjani li jesportaw, erba’ kumpaniji (Ester, Flex, Garware u Jindal Poly Films Limited (hawn aktar ‘il quddiem “Jindal”), ntgħażlu għall-kampjun. Dawn instabu li jikkostitwixxu l-ikbar volum rappreżentattiv tal-produzzjoni, bejgħ u esportazzjoni fil-Komunità ta’ film PET, li setgħu jkunu investigati b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli, skond l-Artikolu 27(1) tar-Regolament bażiku.

    (18)

    B’notifika ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (15), il-Kummissjoni ħabbret li l-kumpanija li qabel kienet magħrufa bħala Jindal Polyester Limited biddlet l-indirizz tagħha. L-indirizz tal-kumpanija għandu għalhekk jiġi emendat.

    (19)

    B’notifika ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (16), il-Kummissjoni ħabbret li l-kumpanija li qabel kienet magħrufa bħala Jindal Polyester Limited biddlet isimha għal Jindal Poly Films Limited. L-isem tal-kumpanija għandu għalhekk jiġi emendat.

    (20)

    Il-Komunità fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset bħala meħtieġa biex ikunu ddeterminati s-sussidju u l-ħsara kif ukoll biex ikun iddeterminat jekk hemmx il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ripetizzjoni tas-sussidju u l-ħsara u jekk iż-żamma tal-miżuri tkunx fl-interess tal-Komunità. Saru żjajjar ta’ verifika fil-bini tal-partijiet konċernati li ġejjin:

    (a)

    Produtturi fil-Komunità

    DuPont Teijin Films, Il-Lussemburgu u Middlesbrough, Ir-Renju Unit,

    Mitsubishi Polyester Film GmbH, Wiesbaden, Il-Ġermanja,

    Nuroll SpA, Pignataro Maggiore, L-Italja,

    Toray Plastics Europe, Miribel, Franza;

    (b)

    Gvern ta’ l-Indja

    Ministeru tal-Kummerċ, New Delhi;

    (ċ)

    Produtturi fl-Indja li jesportaw

    Ester Industries Limited, New Delhi,

    Flex Industries Limited, New Delhi,

    Garware Polyester Limited, Aurangabad,

    Jindal Poly Films Limited, New Delhi;

    (d)

    Importatur/utent

    Coveme SpA, San Lazzaro di Savena, L-Italja;

    (e)

    Fornitur tal-produtturi

    Oxxynova GmbH, Marl, Il-Ġermanja.

    6.   SKOPERTURA

    (21)

    Skond l-Artikolu 30 tar-Regolament bażiku, il-GOI u l-partijiet interessati l-oħra kienu infurmati dwar il-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li fuqhom għandha l-intenzjoni li tipproponi t-tkomplija tal-miżuri. Ġew mogħtija wkoll żmien raġonevoli biex jikkummentaw. Ċertu partijiet ippreżentaw il-kummenti tagħhom bil-miktub. Barra minn hekk, il-GOI ġie offrut, u aċċetta, konsultazzjoni skond l-Artikolu 10(11) tar-Regolament bażiku. Is-sottomissjonijiet kollha u l-kummenti ttieħdu f’ konsiderazzjoni.

    B.   PRODOTT KONĊERNAT U PRODOTT LI JIXBHU

    (22)

    Il-prodott kopert minn din ir-reviżjoni huwa l-istess prodott bħal dak konċernat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/1999, jiġifieri l-film tal-PET li huwa kklassifikat taħt il-kodiċi NM ex 3920 62 19 u ex 3920 62 90 li joriġina fl-Indja (hawn aktar ‘il quddiem “il-prodott konċernat”).

    (23)

    L-investigazzjoni kkonfermat illi, bħal fl-investigazzjoni oriġinali, il-prodott konċernat u l-film tal-PET maħdum u mibjugħ fis-suq domestiku fl-Indja, kif ukoll il-film tal-PET maħdum u mibjugħ fil-Komunità mill-produtturi tal-Komunità kellhom l-istess karatteristiċi bażiċi u użu tal-prodott konċernat u għalhekk kienu prodott li jixxiebah fil-kuntest ta’ l-Artikolu 1(5) tar-Regolament bażiku.

    Ċ.   SUSSIDJI

    1.   INTRODUZZJONI

    (24)

    Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni fit-talba għar-reviżjoni u t-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-Kummissjoni, l-iQ li ġejjin, li allegatament jinvolvu l-għoti ta’ sussidji, kienu investigati:

    1.1.   Skemi fuq skala nazzjonali

    (25)

    L-iskemi (a) sa (e) huma bbażati fuq l-Att ta’ l-1992 dwar il-Kummerċ Barrani (Żvilupp u Regolazzjoni) Nru 22 ta’ l-1992) li daħal fis-seħħ fis-7 ta’ Awissu 1992 (hawn aktar ‘il quddiem “Att dwar il-Kummerċ Barrani”). L-Att dwar il-Kummerċ Barrani jawtorizza lill-GOI biex joħroġ notifiki dwar il-politika ta’ l-esportazzjoni u l-importazzjoni. Dawn jinsabu miġbura fil-qosor fid-dokumenti “Politika ta’ l-Esportazzjoni u l-Importazzjoni”, li l-Ministeru tal-Kummerċ joħroġ kull ħames snin u jaġġorna regolarment. Dokument wieħed dwar il-Politika ta’ l-Esportazzjoni u l-Importazzjoni huwa rilevanti għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni ta’ dal-każ; i.e. il-pjan ta’ ħames snin konness mal-perjodu mill-1 ta’ April 2002 sal-31 ta’ Marzu 2007 (hawn aktar ‘il quddiem “politika-EXIM 2002-2007”). Barra dan, il-GOI jistipula l-proċeduri li jirregolaw il-politika-EXIM 02-27 f’“Manwal ta’ Proċeduri - mill-1 ta’ April 2002 sal-31 ta’ Marzu 2007, Volum I” (hawn aktar ‘il quddiem “HOP I 2002-2007”) (17). Il-Manwal ta’ Proċedura jkun aġġornat ukoll fuq bażi regolari.

    (26)

    L-iskema (f) hija bbażata fuq l-Att ta’ l-1961 dwar it-Taxxa tad-Dħul, li tkun emendata kull sena bl-Att dwar il-Finanzi.

    (27)

    L-iskema (g) hija bbażata fuq it-taqsimiet 21 u 35A ta’ l-Att ta’ l-1949 dwar ir-Regolazzjoni ta’ l-Attività Bankarja, li tippermetti lill-Bank tar- Riserva ta’ l-Indja (hawn aktar ‘il quddiem “RBI”) li jagħti istruzzjonijiet lill-banek kummerċjali dwar il-kreditu fuq l-esportazzjoni.

    (28)

    L-iskema (h) hija sussidju ad hoc li għalih ma setgħet tkun stabbilita l-ebda bażi legali il-liġi Indjana.

    1.2.   Skemi reġjonali

    (29)

    Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni fit-talba għar-reviżjoni u t-tweġibiet għall-kwestjonarjual-Kummissjoni, il-Kummissjoni investigat ukoll numru ta’ skemi li allegatament huma permessi minn gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet f’ċerti Stati Indjani.

    (a)

    L-Istat ta’ Uttar Pradesh,

    L-iskemi huma bbażati fuq l-Att ta’ l-1948 dwar it-Taxxa fuq il-Kummerċ tal-Gvern ta’ Uttar Pradesh (hawn aktar ‘il quddiem “il-GOUP”).

    (b)

    L-Istat ta’ Maharashtra,

    Skema ta’ Pakkett ta’ Inċentivi (hawn aktar ‘il quddiem “il-PSI”) tal-Gvern ta’ Maharashtra (hawn aktar ‘il quddiem “il-GOM”) 1993. Din l-iskema hija bbażata fuq riżoluzzjonijiet tad-Dipartiment ta’ l-Industiji, Enerġija u Xogħol tal-GOM.

    2.   SKEMI FUQ SKALA NAZZJONALI

    2.1.   Skema ta’ Liċenzja bil-Quddiem (hawn aktar ‘il quddiem “ALS”)/Ordni għar-Rilaxx bil-Quddiem(hawn aktar ‘il quddiem “ARO”)

    (a)   Bażi legali

    (30)

    Id-deskrizzjoni ddettaljata ta’ l-iskema tinsab fil-paragrafi 4.1.1 sa 4.1.14 tal-politika-EXIM 2002-2007 u l-kapitoli 4.1 sa 4.30 tal- HOP I 2002-2007.

    (b)   Eliġibilità

    (31)

    L-ALS tikkonsisti f’sitt sotto-skemi, kif deskritti f’iktar dettal fil-premessa (28). Dawk is-sotto-skemi inter alia għandhom għanijiet ta’ eliġibilità differenti. Il-produtturi-esportaturi u n-negozjanti-esportaturi “marbuta ma” produtturi sekondarji jkunu eliġibbli għall-ALS għall-esportazzjoni materjali u għall-ALS għall-ħtieġa annwali. Il-produtturi-esportaturi li jfornu l-esportatur finali jkunu eliġibbli għall-ALS għall-provvisti intermedji. Il-kuntratturi prinċipali li jfornu l-kategoriji “meqjusa esportati” msemmija fil-paragrafu 8.2 tal-politika-EXIM 2002-2007, bħalma huma l-fornituri lill-unità orjentata lejn l-esportazzjoni (hawn aktar ‘il quddiem “EOU”), ikunu eliġibbli għall-benefiċċji ta’ dawk “meqjusa esportati” taħt is-sotto-skemi ARO u għall-ħruġ ta’ ittra ta’ kreditu interna immedjatament kif tagħlaq dik ta’ qabel.

    (ċ)   Implimentazzjoni prattika

    (32)

    Liċenzi bil-quddiem jistgħu jinħarġu għal:

    (i)

    Esportazzjoni materjali: Din hija s-sotto-skema prinċipali. Hija tippermetti l-importazzjoni bla ħlas ta’ dazju tal-materjal li jidħol fil-produzzjoni tal-prodott speċifiku li jirriżulta għall-esportazzjoni. “Materjali” f’dan il-kuntest tfisser illi l-prodott għall-esportazzjoni jrid iħalli t-territorju Indjan. Il-permess għall-importazzjoni u l-obbligazzjoni ta’ l-esportazzjoni inkluż it-tip ta’ prodott għall-esportazzjoni jkunu speċifikati fil-liċenzja.

    (ii)

    Ħtieġa annwali: Din il-liċenzja mhix marbuta ma’ prodott għall-esportazzjoni speċifiku, imma ma’ grupp usa’ ta’ prodotti (e.g. prodotti kimiċi u dawk relatati). Id-detentur ta’liċenzja jista’- sa ċertu limitu fil-valur iffissat fuq kif tkun marret l-esportazzjoni fiż-żmien ta’ qabel -jimporta bla ħlas ta’ dazju dak kollu li jkun se jintuża fil-manifattura ta’ kull oġġett li jaqa’ taħt dan il-grupp ta’ prodotti. Jista’ jagħżel li jesporta kull prodott li jirriżulta li jaqa’ taħt dan il-grupp ta’ prodotti billi juża dan il-materjal eżentat mid-dazju.

    (iii)

    Provvisti intermedji: Din is-sotto-skema tkopri l-każi meta żewġ produtturi jkollhom il-ħsieb li jipproduċu prodott wieħed għall-esportazzjoni u jaqsmu l-proċess tal-produzzjoni. Il-produttur-esportatur jipproduċi l-prodott intermedju. Huwa jista’ jimporta bla ħlas ta’ dazju l-materjal li jidħol fil-prodott u għal din ir-raġuni jista’ jikseb l-ALS għall-provvisti intermedji. L-esportatur finali jwassal fit-tmiem il-produzzjoni u jkun obbligat li jesporta l-prodott lest.

    (iv)

    Meqjusa esportati: Din is-sotto-skema tippermetti lill-kuntrattur prinċipali li jimporta bla ħlas ta’ dazju dak li jkun meħtieġ li jidħol fil-produzzjoni ta’ l-oġġetti li se jinbiegħu bħala “meqjusa esportati” lill-kategoriji ta’ klijenti msemmija fil-paragrafu 8.2 (b) sa (f), (g), (i) u (j) tal-politika-EXIM 2002-2007. Skond il-GOI, meqjusa esportati tirreferi għal dawk it-transazzjonijiet li fihom l-oġġetti fornuti ma jħallux il-pajjiż. Numru ta’ kategoriji ta’ provvisti jkunu meqjusa esportati sakemm l-oġġetti jkunu maħduma fl-Indja. e.g. provvista ta’ oġġetti lil EOU jew lil kumpanija li tkun tinsab f’żona ekonomika speċjali (hawn aktar ‘il quddiem “SEZ”).

    (v)

    ARO: Id-detentur ta’ l-ALS li jkollu l-ħsieb li jġib dak li juża fil-prodott minn fonti tal-lokal, minflok ma jimporta direttament, ikollu l-għażla li jġibhom kontra l-AROs. F’dawn il-każi il-Liċenzi bil-Quddiem ikunu kkonfermati bħala AROs u jkunu endorsjati lill-fornitur lokali mal-kunsinna ta’ l-oġġetti speċifikati fihom. L-endorsjar ta’ l-ARO jintitola l-fornitur lokali għall-benefiċċji fuq dawk meqjusa esportati kif spjegat fil-paragrafu 8.3 tal-politika EXIM 2002-2007 (i.e. l-ALS għall-provvisti intermedji/oġġetti meqjusa esportati, ħlas lura ta’ dazju mħallas fuq oġġetti meqjusa esportati u rifużjoni ta’ dazju tas-sisa finali). Il-mekkaniżmu ta’ l-ARO jirrifondi t-taxxi u d-dazji lill-fornitur minflok ma jirrifondi dawn lill-esportatur finali fil-forma ta’ ħlas lura/rifużjoni ta’ dazji. Ir-rifużjoni tat-taxxi/tad-dazji tista’ ssir fuq dak li jidħol fil-prodott kemm jekk dak li jidħol ikun tal-lokal u kemm jekk ikun importat.

    (vi)

    Hruġ ta’ ittra ta’ kreditu interna immedjatament kif tagħlaq dik ta’ qabel: Din is-sotto-skema għal darba oħra tkopri l-provvisti mil-lokal lid-detentur ta’ l-ALS. Id-detentur ta’ l-ALS jista’ javviċina l-bank biex jiftaħ ittra ta’ kreditu interna favur il-fornitur lokali. Il-liċenzja titħassar mill-bank għall-importazzjoni diretta, b’konnessjoni biss mal-valur u l-volum ta’ l-oġġetti miġjuba minn fonti tal-lokal minflok ikunu importati. Il-fornitur lokali jkun intitolat għall-benefiċċji fuq dawk meqjusa esportati kif spjegat fil-paragrafu 8.3 tal-politika EXIM 2002-2007 (i.e. l-ALS għall-provvisti intermedji/oġġetti meqjusa esportati, ħlas lura ta’ dazju mħallas fuq oġġetti meqjusa esportati u rifużjoni ta’ dazju tas-sisa finali).

    (33)

    Mill-erba’ produtturi li jesportaw li ttieħdu bħala kampjun, wieħed biss għamel użu mill-ALS matul l-IP. B’mod iktar preċiż, dan il-produttur li jesporta għamel użu minn żewġ sotto-skemi, jiġifieri (i) u (ii) t’hawn fuq. Dan l-esportatur li kkoopera spjega li, filwaqt li għamel użu mill-Iskema tal-Pass għall-Intitular għad-Dazji (hawn aktar ‘il quddiem “id-DEPB”) fl-1999 waqt il-miżuri ta’ dazji definittivi, minn dak iż-żmien ‘l hawn iddeċieda li jieqaf juża d-DEPB u minflok jagħmel użu mill-ALS.

    (34)

    Għal skop ta’ verifika mill-awtoritajiet Indjani, id-detentur ta’ liċenzja huwa obbligat legalment li jżomm “rendikont veru u xieraq tal-konsum u l-użu ta’ oġġetti importanti b’referenza għall-liċenzja” fil-format speċifikat (kapitolu 4.30 HOP I 2002-2007), minn issa ‘l quddiem imsejjaħ bħala r-“reġistru tal-konsum”. Il-verifika uriet illi l-obbligazzjoni l-kumpanija żżomm ir-reġistru tal-konsum b’mod xieraq.

    (35)

    Fir-rigward tas-sotto-skema (i) hawn fuq, kemm il-konċessjoni għall-importazzjoni kif ukoll l-obbligu ta’ l-esportazzjoni (inkluż dak meqjus esportat) ikunu ffissati fil-volum u fil-valur mill-GOI u jkunu ddokumentati fuq il-liċenzja. Barra dan, fil-waqt ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni, it-transazzjonijiet li jikkorrispondu jridu jkunu ddokumentati mill-uffiċjali tal-Gvern. Il-volum ta’ l-importazzjoni konċess taħt din l-iskema jkun iddeterminat mill-GOI fuq il-bażi tan-normi standard ta’ dħul-ħruġ (hawn aktar ‘il quddiem “SIONs”). Is-SIONs jeżistu għall-biċċa l-kbira tal-prodotti inkluż il-prodott konċernat u jkunu ppublikati fil-HOP II 2002-2007.

    (36)

    Fil-każ tas-sotto-skema (ii) elenkata hawn fuq taħt il-premessa (28) (l-ALS għall-ħtieġa annwali), il-valur tal-konċessjoni għall-importazzjoni biss tkun iddokumentata fuq il-liċenzja. Id-detentur ta’ liċenzja jkun obbligat li “jżomm ir-rabta bejn dak li jkun importat biex jidħol fil-prodott u l-prodott li jirriżulta” (paragrafu 4.24A(c) HOP I 2002-2007).

    (37)

    Il-materjal importat biex jidħol fil-prodott ma jkunx transferibbli u jrid jintuża biex ikun maħdum il-prodott li jirriżulta esportat. L-obbligazzjoni ta’ l-esportazzjoni trid tkun osservata fit-tul ta’ żmien preskritt wara l-ħruġ tal-liċenzja (18-il xahar b’żewġ estensjonijiet possibbli ta’ 6 xhur kull waħda).

    (38)

    Il-verifika wriet illi r-rata speċifika ta’ konsum tal-kumpanija tal-materja prima prinċipali meħtieġa biex tipproduċi kilogram ta’ film tal-PET, u kif irrapurtata fir-reġistru tal-konsum, kienet iktar baxxa mis-SION korrispondenti. Fi kliem ieħor, l-esportatur li jikkoopera magħha tħalla jimporta bla ħlas ta’ dazju skond is-SION iktar mill-materja prima msemmija milli fil-fatt kien meħtieġ mill-proċess ta’ manifattura tal-prodott. Il-kumpanija sostniet illi l-GOI se jaġġusta l-benefiċċji żejda meta l-liċenzi jkun għalqilhom iż-żmien, i.e. 30 xahar mill-ħruġ tal-liċenzja, ara (33) hawn fuq, billi l-prattika komuni hija li jsir użu ta’ żewġ estensjonijiet possibbli ta’ 6 xhur kull waħda. Madankollu, meta wieħed jikkunsidra illi l-ewwel liċenzja inħarġet lill-kumpanija fil-31.01.2003, il-kumpanija ma setgħetx tissostanzja l-allegazzjoni tagħha waqt il-verifika fuq il-post mis-servizzi tal-Kummissjoni li seħħet f’Mejju 2005. F’Diċembru 2005, meta l-kumpanija kkummentat dwar l-iżvelar, ma pprovdiet ebda evidenza li r-remissjoni żejda ġiet aġġustata. Dawn is-SIONs iwasslu b’mod ċar għal remissjoni żejda ta’ dazji. Il-GOI ma pprovda l-ebda evidenza li turi illi huwa sistematikament jaġġusta r-remissjoni meta l-liċenzi jagħlqilhom iż-żmien, lanqas illi teżisti sistema raġonevoli biex taġġusta r-remissjoni żejda.

    (d)   Kummenti fuq dak li sar magħruf

    (39)

    Wara l-iskopertura, il-GOI indika li, fi tliet okkażjonijiet matul l-2005, kien immodifika l-ALS sabiex, inter alia, jikkontrolla aħjar l-użu ta’ l-ALS mill-produtturi esportaturi, u li l-modifiki u l-metodi imtejba ta’ kontroll ma jwasslu għall-ebda remissjoni żejda. Għalhekk ġie ddikjarat li kull sussidju ġenerat mill-ALS u inkorporat fil-kalkolazzjoni m’għandux iħallas dazju.

    (40)

    Ta’min jinnota li l-bidliet imsemmija fl-ALS seħħu kemm wara l-IP kif ukoll wara ż-żjara ta’ verifika tas-servizzi tal-Kummissjoni, u għalhekk ma setgħux jiġu vverifikati fil-prassi tagħhom. B’żieda ma’ dan, permezz ta’ notifika pubblika ppubblikata fl-10 ta’ Ottubru 2005, paragrafu 4.26 HOP I 2002-2007 kien ikkumplimentat kif ġej: “l-awtorità ta’ liċenzjar għandha wkoll tieħu azzjoni kontra min għandu l-liċenzja f’każ ta’ non sottomissjoni ta’ formoli taħt l-appendiċi 23 (isem ieħor għar-reġistru tal-konsum)”. Madankollu, m’hemm ebda indikazzjoni ta’ x’tista’ tkun l-azzjoni.

    (41)

    Huwa għalhekk ikkunsidrat li l-modifiki ta’ hawn fuq introdotti mill-awtoritajiet Indjani ma ġewx ivverifikati fl-implimentazzjoni prattika. B’mod partikolari l-konsegwenzi ta’ non sottomissjoni tar-reġistru tal-konsum m’humiex provduti. Il-konklużjonijiet li hawn hawn taħt huma għalhekk ibbażati fuq is-sejbiet kif stabbiliti waqt l-IP.

    (e)   Konklużjoni

    (42)

    Eżenzjoni mid-dazji ta’ importazzjoni hija sussidju fil-kuntest ta’ l-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, i.e. kontribuzzjoni finanzjarja tal-GOI li tagħti benefiċċju lill-esportaturi investigati.

    (43)

    Barra dan, l-ALS għall-esportazzjoni materjali u l-ALS għall-ħtieġa annwali huma b’mod ċar assoċjati fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, u għalhekk huma meqjusa li jkunu speċifiċi u kumpensatorji taħt l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku. Mingħajr l-obbligazzjoni li tesporta l-kumpanija ma tistax tikseb benefiċċji taħt dawn l-iskemi.

    (44)

    Is-sotto-skemi użati fil-każ preżenti ma jistgħux jitqiesu bħala sistemi permissibbli ta’ ħlas lura ta’ dazju jew sistemi li jissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju fil-kuntest ta’ l-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Huma m’humiex konformi mar-regoli stretti preskritti fl-Anness I partita (i), fl-Anness II (definizzjoni u regoli għall-ħlas lura ta’ dazju) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għal sistemi li jissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju) tar-Regolament bażiku. Il-GOI m’applikax b’mod effettiv is-sistema jew il-proċedura ta’ verifika tagħha biex tikkonferma jekk u f’liema ammonti dak li kellu jidħol fil-prodott kienx ikkunsumat fil-produzzjoni tal-prodott esportat (Anness II (II)(4) tar-Regolament bażiku u, fil-każ ta’ skemi li jissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju, l-Anness (III)(II)(2) tar-regolament bażiku). Is-SIONs għall-prodott konċernat ma kinux preċiżi biżżejjed. Is-SIONs infushom ma jistgħux jitqiesu bħala sistema ta’ verifika tal-konsum attwali, għaliex il-mudell ta’ dawk in-normi standard ġenerużi żżejjed ma jagħmilhiex possibbli għall-GOI li jivverifika bi preċiżjoni suffiċjenti liema ammonti ta’ dak li kellu jidħol fil-prodott kienu kkunsmati fil-produzzjoni għall-esportazzjoni. Barra dan, ma jsirx kontroll effettiv mill-GOI ibbażat fuq ir-reġistru ta’ l-appendiċi 18 miżmum b’mod korrett.

    (45)

    Għalhekk tista’ tingħata protezzjoni kontra s-sotto-skemi.

    (f)   Kalkolu ta’ l-ammont ta’ sussidju

    (46)

    L-ammont ta’ sussidju għall-esportatur li għamel użu mill-ALS kien ikkalkulat kif ġej. In-numeratur ikun id-dazji ta’ importazzjoni ċeduti (dazju ta’ importazzjoni bażiku u dazju ta’ importazzjoni speċjali addizzjonali) fuq il-materjal importat taħt iż-żewġ sotto-skemi ta’ l-ALS użati għall-prodott konċernat matul l-IP (numeratur). Skond l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku, id-drittijiet li neċessarjament riedu jitħallsu biex tinkiseb il-liċenzja tnaqqsu mill-ammonti ta’ sussidju meta saru talbiet iġġustifikati. Skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, id-denominatur ikun id-dħul mill-esportazzjoni ġġenerat mill-prodott konċernat matul l-IP.

    (47)

    Il-kumpanija li għamlet użu minn din l-iskema matul l-IP kisbet sussidju ta’ 6.0 %.

    2.2.   Skema ta’ Dokument Uffiċjali tad-Dritt għad-Dazju (“DEPB”)

    (a)   Bażi Legali

    (48)

    Id-deskrizzjoni ddettaljata tad-DEPB tinsab fil-paragrafu 4.3 tal-POLITIKA-exim 2002-2007 u fil-kapitolu tal-HOP I 2002-2007. Fiż-żmien ta’ l-investigazzjoni oriġinali, kienu jeżistu żewġ forom ta’ DEPB - qabel l-esportazzjoni u wara l-esportazzjoni. F’April 2000 il-formola tad-DEPB ta’ qabel l-esportazzjoni nqagħtet u għalhekk l-investigazzjoni eżaminat biss il-formola ta’ wara l-esportazzjoni tas-sussidju allegat.

    (b)   Eliġibilità

    (49)

    Kull produttur-esportatur jew negozjant-esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema. Tliet kumpaniji nstabu li bbenefikaw minn din l-iskema matul l-IP.

    (ċ)   Implimentazzjoni prattika tad-DEPB

    (50)

    L-esportatur eliġibbli jista’ japplika għall-krediti tad-DEPB li jkunu kkalkulati bħala persentaġġ tal-valur tal-prodotti esportati taħt din l-iskema. Dawn ir-rati tad-DAPB kienu stabbiliti mill-awtoritajiet Indjani għall-biċċa l-kbira tal-prodotti, inkluż il-prodott konċernat. Huma jkunu ddeterminati fuq il-bażi tas-SIONs, billi jkun ikkunsidrat il-kontenut preżunt importat ta’ dak li ddaħħal fil-prodott esportat u l-inċidenza tad-dazju ta’ importazzjoni fuq din il-preżunta importazzjoni mingħajr ma jingħata kas ta’ jekk id-dazji ta’ importazzjoni kinux tħallsu jew le.

    (51)

    Biex tkun eliġibbli għall-benefiċċji taħt din l-iskema, il-kumpanija trid tesporta. Fil-mument li tkun qed issir l-esportazzjoni, trid issir dikjarazzjoni mill-esportatur lill-awtoritajiet fl-Indja li tindika illi l-esportazzjoni qed issir taħt id-DEPB. Sabiex l-oġġetti jkunu esportati, l-awtoritajiet doganali Indjani joħorġu, waqt il-proċedura tad-dispaċċ, il-polza ta’ l-esportazzjoni. Dan id-dokument juri, inter alia, l-ammont tal-kreditu tad-DEPB li jrid jingħata għal dik it-transazzjoni ta’ esportazzjoni. F’dak il-mument, l-esporatur ikun jaf il-benefiċċju li jkun se jirċievi. Ladarba l-awtoritajiet doganali joħorġu l-polza ta’ l-esportazzjoni, il-GOI ma jkollu l-ebda diskrezzjoni fuq l-għoti tal-kreditu tad-DEPB. Ir-rata tad-DEPB rilevanti biex ikun ikkalkulat il-benefiċċju hija dik applikata fiż-żmien li ssir id-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni. Għalhekk, ma jkunx hemm possibbiltà li l-livell tal-benefiċċju jkun emendat b’mod retroattiv.

    (52)

    Instab ukoll illi skond l-istandards Indjani għaż-żamma tal-kotba, il-krediti tad-DEPB jistgħu jiddaħħlu fil-kotba fuq bażi ta’ akkumulazzjoni ta’ dħul għal skopijiet kummerċjali, malli tkun sodisfatta l-obbligazzjoni ta’ l-esportazzjoni. Dawn il-krediti jistgħu jintużaw biex jitħallsu d-dazji doganali fuq importazzjonijiet ta’ wara ta’ l-oġġetti kollha li jistgħu jkunu importati mingħajr ostakolu, ħlief l-oġġetti kapitali. L-oġġetti importati kontra dawn il-krediti jistgħu jinbiegħu fis-suq domestiku (suġġetti għat-taxxa fuq il-bejgħ) jew jintużaw mod ieħor. Il-krediti tad-DEPB huma trasferibbli mingħajr l-ebda ostakolu u validi għall-perjodu ta’ 12-il xahar mid-data tas-ħruġ.

    (53)

    L-applikazzjoni għall-krediti tad-DEPB tista’ tkopri sa 25 transazzjoni ta’ esportazzjoni u, jekk tkun imdaħħla elettronikament, numru bla limitu ta’ transazzjonijiet ta’ esportazzjoni. De facto, ma jeżistix tul ta’ żmien strett li fih trid tapplika għall-krediti tad-DEPB, għaliex il-perjodi ta’ żmien imsemmija fil-kapitolu 4.47 HOP I 2002-2007 jingħaddu dejjem mit-transazzjoni ta’ esportazzjoni l-iktar riċenti inklużi f’applikazzjoni tad-DEPB speċifika.

    (54)

    Il-GOI u importatur wieħed resqu għall-attenzjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni illi din l-iskema dalwaqt se titwaqqaf u tinbidel bi skema allegatament “kompatibbli mad-WTO”. Id-DEPB kienet bil-bidu ppjanata li tintemm fl-1 ta’ April 2005. Madankollu, billi l-iskema li kellha tieħu postha ma kinitx lesta biex tkun implimentata, id-DEPB se tibqa’ fis-seħħ sa’ l-1 ta’ April 2006. Jekk l-iskema l-ġdida ma tkunx lesta biex tidħol fis-seħħ sa dik id-data, id-DEPB tibqa’ fis-seħħ sa kemm ikun meħtieġ.

    (d)   Kummenti fuq dak li sar magħruf

    (55)

    Ma’ l-iskopertura, il-GOI u ż-żewġ esportatui, li rċevew benefiċċji taħt din l-iskema, ikkummentaw fuq l-analiżi tad-DEPB kif stabbiliti hawn fuq. Huma (i) issottomettew li l-krediti tad-DEPB jistgħu allegament jinkisbu biss jekk il-merkanziji li huma esportati għandhom dazji ta’ l-importazzjoni fuq il-materjali tad-dħul, (ii) għamlu mistoqsijiet dwar il-metodoloġija tal-kalkolazzjoni tal-Kummissjoni bbażata fuq dak li hu dovut bil-maqlub tal-metodoloġija użata fil-proċedimenti oriġinali ta’ l-1999 li wasslet għal miżuri ta’ dazju definittivi u li kienet ibbażata fuq il-bażi ta’ rċevuta, (iii) talbu twaqqif immedjat tal-proċedimenti fir-rigward tad-DEPB fuq il-bażi li GOI kien ħabbar it-twaqqif tiegħu mill-1 ta’ April 2006 u (iv) allegaw li jekk jiġu mkeċċija mill-kalkolazzjoni jkun hemm ksur tad-dispożizzjonijiet li hemm fl-Artikolu 27 ta’ l-ASCM favur il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw.

    (56)

    It-talba (i) hawn fuq ma ġietx sostanzjata aktar mill-GOI u lanqas mill-esportaturi. Dwar din kien hemm kontradizzjoni mis-sejbiet ta’ l-investigazzjoni kif imsemmija taħt il-premessi (50) sa (53). It-talba hi għalhekk rifjutata.

    (57)

    Rigward din it-talba (ii), il-metodoloġija użata f’din l-investigazzjoni għandha l-għan li tirrifletti aħjar l-impatt tas-sussidju dwar is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-esportaturi li kkooperaw matul perjodu fiss ta’ investigazzjoni. Rigward dan, kien ikkunsidrat li l-benefiċċju jgħaddi għal fuq ir-reċipjent meta tranżazzjoni ta’ esportazzjoni issir taħt l-iskema. Dan huwa kkonfermat, inter alia, bl-ibbukkjar tal-krediti tad-DEPB fuq bażi ta’ dak li hu dovut skond standards ta’ kontabilità Indjani. Kien innutat ukoll li din il-metodoloġija kienet użata wkoll għadd ta’ drabi mis-servizzi tal-Kummissjoni, notevolment fil-każ tas-sistema ta’ l-elettrodu tal-grafita (18) u li din il-metodoloġija ma tirriżultax f’evalwazzjoni sħiħa mill-ġdid ta’ l-iskema, li fil-fatt dejjem instabet li għamlet kontrobilanċ. Din it-talba hi għalhekk rifjutata.

    (58)

    Dwar it-talba (iii), fil-fatt instab li l-GOI fil-passat ħabbar it-tneħħija tad-DEPB. Id-DEPB kienet trid tintemm sal-31 ta’ Marzu 2005 imma ttawlet mill-GOI sat-30 ta’ Settembru 2005. Il-GOI imbagħad estenda aktar il-validità ta’ l-iskema sa l-1 ta’ April 2006. F’dawn iċ-ċirkustanzi, għadu mhux ċert jekk id-DEPB hux fil-fatt se jitneħħa mill-1 ta’ April 2006 (ara premessa (123)).

    (59)

    Rigward it-talba (iv) t’hawn fuq, m’hemm ebda ksur tad-dispożizzjonijiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw li hemm fl-Artikolu 27 ta’ l-ASCM. Dak l-Artikolu ma jipprekludix, fil-fatt, membru tad-WTO milli jieħu azzjoni ta’ kontrobilanċ kontra effetti dannużi ta’ sussidju minn Membru ieħor. Minħabba li d-DEPB instab li jibbilanċja, din it-talba hija għalhekk rifjutata.

    (e)   Konklużjonijiet fuq id-DEPB

    (60)

    Id-DEPB jipprovdi s-sussidji fil-kuntest ta’ l-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-kreditu tad-DEPB huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-GOI, billi l-kreditu se jintuża eventwalment biex ipatti għad-dazji ta’ importazzjoni, b’hekk jitnaqqas id-dħul tal-GOI mid-dazju li altrimenti kien ikun dovut. Barra dan, il-kreditu tad-DEPB jagħti benefiċċju lill-esportatur, għaliex ittejjeb il-likwidità tal-kumpanija.

    (61)

    Barra dan, id-DEPB huwa assoċjat fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, u għalhekk huwa meqjus bħala speċifiku u kumpensatorju taħt l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku.

    (62)

    Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema ta’ ħlas lura ta’ dazju jew sistema li jissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju permissibbli fil-kuntest ta’ l-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Hija mhix konformi mar-regoli stretti preskritti fl-Anness I partita (i), fl-Anness II (definizzjoni u regoli għall-ħlas lura ta’ dazju) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għal sistemi li jissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju) tar-Regolament bażiku. L-esportatur m’għandu l-ebda obbligazzjoni li fil-fatt jikkonsma fil-proċess tal-produzzjoni l-oġġetti importati bla ħlas ta’ dazju u l-ammont tal-kreditu mhux ikkalkulat b’konnessjoni ma’ l-oġġetti li fil-fatt intużaw. Barra dan, m’hemmx sistema jew proċedura kif għandha tkun li tikkonferma liema oġġetti kienu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk kienx sar ħlas żejjed ta’ dazji ta’ importazzjoni fil-kuntest tal-partita (i) ta’ l-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Finalment, l-esportatur ikun eliġibbli għall-benefiċċji tad-DEPB mingħajr ma jingħata kas jekk fil-fatt huwa jimportax oġġetti biex jidħlu fil-prodott. Sabiex jikseb il-benefiċċju, ikun biżżejjed għall-esportatur li sempliċiment jesporta l-oġġetti mingħajr ma jipprova li kien importat materjal biex jidħol fil-prodott. B’hekk, ukoll l-esportaturi li jakkwistaw lokalment dak kollu li jidħol fil-prodott u ma jimportaw l-ebda oġġett li jista’ jintuża fil-prodott jibqgħu intitolati li jibbenifikaw mid-DEPB.

    (f)   Kalkolu ta’ l-ammont ta’ sussidju

    (63)

    Skond l-Artikoli 2(2)u Artikolu 5 tar-Regolament bażiku, l-ammont ta’ sussidji kumpensatorji kien ikkalkulat fit-termini tal-benefiċċju li jingħata lil min jirċevih, li nstab li jeżisti matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni. F’dan ir-rigward, huwa kkunsidrat illi l-benefiċċju jingħata lil min jirċevih fil-mument meta t-transazzjoni ta’ l-esportazzjoni ssir taħt din l-iskema. F’dan il-ħin, il-GOI ikun suġġett li jċedi id-dazji ta’ importazzjoni, li jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja fil-kuntest ta’ l-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku.

    (64)

    Fid-dawl ta’ dan hawn fuq, huwa kkunsidrat xieraq li l-benefiċċju taħt id-DEPB jkun stmat bħala s-somma tal-krediti mogħtija fuq it-transazzjonijiet ta’ esportazzjoni kollha magħmula taħt din l-iskema matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni.

    (65)

    Meta saru talbiet iġġustifikati, id-drittijiet li neċessarjament riedu jitħallsu biex tinkiseb il-liċenzja tnaqqsu mill-krediti hekk stabbiliti biex wieħed jasal għall-ammonti tas-sussidju bħala n-numeratur, skond l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku.

    (66)

    Skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dawn l-ammonti ta’ sussidju kienu allokati fuq l-ammont kollu ta’ dħul mill-esportazzjoni matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa assoċjat mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma jkunx ingħata b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati. Tliet kumpaniji ibbenefikaw minn din l-iskema matul l-IP u ħadu sussidji ta’ bejn id-9 % u l-11.3 %.

    2.3.   Skemi ta’ Unitajiet Orjentati lejn l-Esportazzjoni (hawn aktar ‘il quddiem “EOU”)/ Żoni Ekonomiċi Speċjali (hawn aktar ‘il quddiem “SEZ”)

    (a)   Bażi legali

    (67)

    Id-dettalj ta’ dawn l-iskemi jinsabu fil-kapitoli 6 (EOU) u 7 (SEZ) rispettivament tal-politika-EXIM 2002-2007 u tal-HOP I 2002-2007.

    (b)   Eliġibilità

    (68)

    Ħlief għall-kumpaniji purament kummerċjali, l-intrapriżi kollha, li fil-prinċipju, jintrabtu li jesportaw il-produzzjoni intiera tagħhom ta’ oġġetti jew servizzi jistgħu jitwaqqfu taħt l-iskemi tas-SEZ jew l-EOU. Kumpanija waħda nstabet tibbenifika mill-iskema ta’ l-EOU matul l-IP.

    (ċ)   Implimentazzjoni prattika

    (69)

    Is-SEZ huma żoni ddelinjati speċifikament bħala ħielsa mid-dazju u kkunsidrati mill-politka-EXIM 2002-2007 bħala territorju barrani għall-iskop ta’ operazzjonijiet ta’ kummerċ, dazji u taxxi.

    (70)

    Min-naħa l-oħra, l-EOU huma geografikament iktar flessibbli u jistgħu jkunu stabbiliti f’kull post fl-Indja. Din l-iskema tikkomplementa dik tas-SEZ.

    (71)

    L-applikazzjoni għal status ta’ EOU jew SEZ trid tinkludi d-dettalji għall-perjodu ta’ ħames snin li jkunu ġejjin fuq, inter alia, il-kwantitajiet ta’ produzzjoni ppjanati, il-valur ta’ l-esportazzjoni pproġettat, ħtiġiet ta’ importazzjoni u ħtiġiet mill-lokal. Jekk l-awtorirajiet jaċċettaw l-applikazzjoni lktal-kumpanija, it-termini u l-kondizzjonijiet marbuta ma’ l-aċċettazzjoni jkunu kkomunikati lill-kumpanija. Il-ftehim li bih il-kumpanija tkun irrikonoxxuta taħt is-SEZ jew l-EOU jkun validu għall-perjodu ta’ ħames snin. Il-fehim jista’ jiġġedded għal perijodi addizzjonali.

    (72)

    Obbligazzjoni kruċjali ta’ EOU jew SEZ kif spjegata fil-politika-EXIM 2002-2007 hija li jinkiseb dħul nett ta’ munita barranija (hawn aktar ‘il quddiem “NFE”), i.e. f’perjodu ta’ referenza (5 snin) il-valur totali ta’ l-esportazzjoni jrid ikun ikbar mill-valur totali ta’ l-oġġetti importati.

    (73)

    L-unitajiet EOU/SEZ huma intitolati għall-konċessjonijiet li ġejjin:

    (i)

    eżenzjoni mid-dazji ta’ importazzjoni fuq kull tip ta’ oġġett (inklużi l-oġġetti kapitali, il-materja prima u l-oġġetti ta’ konsum) meħtieġ għall-manifattura, produzzjoni, ipproċessar, jew b’konnessjoni magħhom;

    (ii)

    eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fuq l-oġġetti miġjuba minn fonti tal-lokal;

    (iii)

    rimborż tat-taxxa ċentrali fuq il-bejgħ imħallsa fuq l-oġġetti akkwistati lokalment;

    (iv)

    faċilità li jbigħu parti mill-produzzjoni fis-suq domestiku bil-ħlas tad-dazji applikabbli fuq il-prodott lest bħala eċċezzjoni għall-kondizzjoni ġenerali li tkun esportata l-produzzjoni kollha;

    (v)

    eżenzjoni mit-taxxa tad-dħul li normalment tkun dovuta fuq il-profitti magħmula fuq il-bejgħ għall-esportazzjoni skond it-Taqsima 10A jew it-Taqsima 10B ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq id-Dħul, għal perjodu ta’ 10 snin wara li jibdew l-operazzjonijiet, iżda mhux iktar tard mill-2010;

    (vi)

    possibbiltà li 100 % ta’ l-ishma tal-kumpanija jkunu ta’ proprjetà barranija.

    (74)

    L-unitajiet taħt dawn l-iskemi joperaw bħala depost taħt is-sorveljanza ta’ l-uffiċjali doganali skond it-Taqsima 65 ta’ l-Att dwar id-Dwana. Huma jkunu obbligati li jżommu, fil-format speċifikat, rendikont xieraq ta’ l-oġġetti importati kollha, tal-konsum u l-użu tal-materjal importat kollu u ta’ l-esportazzjoni li ssir. Dawn id-dokumenti għandhom ikunu ppreżentati perjodikament, kif jista’ jkun meħtieġ, lill-awtoritajiet kompetenti (hawn aktar ‘il quddiem “rapporti ta’ progress kull tliet xhur u kull sena”). Madankollu, “fl-ebda mument m’għandha [unità EOU jew SEZ] tkun mitluba li tirrelata kull kunsinna importata ma’ l-oġġetti esportati, trasferiti lil unitajiet oħra, mibjugħa lid-DTA jew stokks”, skond il-paragrafu 10.2 ta’ l-appendiċi 14-I u l-paragrafu 13.2 ta’ l-appendiċi 14-II tal-HOP I 2002-2007.

    (75)

    Il-bejgħ domestiku jkun mibgħut u rreġistrat fuq bażi ta’ ċertifikazzjoni fiha nfisha. Il-proċess tad-dispaċċ tal-kunsinni għall-esportazzjoni minn EOU jkun sorveljat minn uffiċjal tad-dwana jew tas-sisa, li jkun stazzjonat fl-EOU b’mod permanenti.

    (76)

    Fil-każ preżenti, l-iskema ta’ l-EOU intużat darba biss minn wieħed mill-esportaturi li jikkooperaw matul parti mill-IP. Billi l-iskema tas-SEZ ma ntużatx, ma jkunx għalhekk meħtieġ li jkun analizzat il-mod ta’ kumpens li tagħti din l-iskema. L-isportatur li jikkoopera li uża l-EOU utilizza l-iskema biex jimporta l-materja prima u l-oġġetti kapitali bla ħlas ta’ dazji ta’ importazzjoni u biex jikseb ir-rimborż tat-taxxa ċentrali fuq il-bejgħ imħallsa fuq l-oġġetti akkwistati lokalment. Dan l-esportatur m’għamilx użu mill-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjonijiet fuq il-materji primi. Dawn iċ-ċipep tal-PET huma prodotti f’unità oħra ta’ din il-kumpanija mill-materji primi mixtrija taħt l-ALS. B’hekk, il-kumpanija approfittat ruħha mill-benefiċċji deskritti taħt (i) u (iii) fil-premessa (73) hawn fuq.

    (d)   Kummenti fuq dak li sar magħruf

    (77)

    Kumpanija li għamlet ruħha disponibbli għall-benefiċċji taħt l-EOU għaddiet kummenti dwar ċertu dettalji tal-kalkolazzjoni tal-marġini ta’ sussidju korrispondenti. Fejn dawn il-kummenti nstabu ġġustifikati, il-kalkolazzjonijiet ġew irranġanti b’riżultat ta’ dan.

    (e)   Konklużjonijiet fuq l-EOU

    (78)

    L-eżenzjoni ta’ l-EOU minn żewġ tipi ta’ dazji ta’ importazzjoni (hawn aktar ‘il quddiem “dazju doganali bażiku” u “dazju doganali speċjali addizzjonali”) u r-rimborż tat-taxxa ċentrali fuq il-bejgħ huma kontribuzzjoni finanzjarja fil-kuntest ta’ l-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Il-finanzi li kieku kienu jkunu dovuti lill-Gvern fin-nuqqas ta’ din l-iskema jkunu ċeduti, b’hekk, barra dan, jingħata benefiċċju lill-EOU fil-kuntest ta’ l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, billi tkun faddlet likwidità għax ma kellhiex tħallas id-dazji li normalment ikunu dovuti.

    (79)

    Għalhekk, l-eżenzjoni mid-dazju doganali bażiku u mid-dazji doganali speċjali addizzjonali u r-rimborż tat-taxxa fuq il-bejgħ tikkostitwixxi sussidji fil-kuntest ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku. Huma assoċjati fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, u għalhekk huma meqjusa li jkunu speċifiċi u kumpensatorji taħt l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku. L-iskop ta’ l-EOU li tesporta kif spjegat fil-paragrafu 6.1 tal-politika-EXIM 2002-2007 huwa kundizzjoni sine qua non biex jinkisbu l-inċentivi.

    (80)

    Barra dan, kien ikkonfermat illi l-GOI m’għandux sistema jew proċedura effettiva ta’ verifika kif għandha tkun biex tikkonferma jekk u f’liema ammonti oġġetti akkwistati bla dazju jew taxxa fuq il-bejgħ kienu kkunsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat (Anness II(II)(4) tar-Regolament bażiku, u fil-każ ta’ l-iskemi li jissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju, l-Anness III(II)(2) tar-Regolament bażiku). Barra dan, l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-oġġetti kapitali hija b’mod ċar skema ta’ ħlas lura ta’ dazju mhux permissibbli.

    (81)

    Il-GOI m’għamilx eżami addizzjonali bbażat fuq l-oġġetti attwalment użati fil-produzzjoni li kienu involuti, għalkemm dan ikun meħtieġ li jsir normalment fin-nuqqas ta’ sistema ta’ verifika effettiva (Anness II(II)(5) u Anness III(II)(3) tar-Regolament bażiku), lanqas ma ippruvat illi ma kien hemm l-ebda remissjoni żejda.

    (f)   Kalkolu ta’ l-ammont ta’ sussidju

    (82)

    Għal din ir-raġuni, il-benefiċċju kumpensatorju huwa r-remissjoni tad-dazji ta’ importazzjoni totali (dazju doganali bażiku u dazju doganali speċjali addizzjonali) li normalment ikun dovut waqt l-importazzjoni, kif ukoll ir-rimborż tat-taxxa fuq il-bejgħ, it-tnejn matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni.

    (i)   Rimborż tat-taxxa ċentrali fuq il-bejgħ fuq oġġetti suġġetti għat-taxxa

    (83)

    In-numeratur kien stabbilit kif ġej. L-ammont tas-sussidju għall-esportatur li uża din l-iskema kien ikkalkulat fuq il-bażi tat-taxxa fuq il-bejgħ rimborżata fuq l-oġġetti mixtrija għas-settur tal-produzzjoni, i.e. inter alia partijiet u materjal ta’ l-ippakkjar, matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni. Id-drittijiet li neċessarjament riedu jitħallsu biex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu skond l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku.

    (84)

    Skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq l-ammont ta’ dħul mill-esportazzjoni ġġenerat mill-bejgħ kollu għall-esportazzjoni matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa assoċjat mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti jew ittrasportati. Il-marġni ta’ sussidju hekk miksub kien ta’ 0.02 %.

    (ii)   Eżenzjoni mid-dazji ta’ importazzjoni (dazju doganali bażiku u dazju doganali speċjali addizzjonali) u rimborż tat-taxxa ċentrali fuq il-bejgħ fuq l-oġġetti kapitali

    (85)

    Skond l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, il-benefiċċju għall-kumpanija li tutilizza din l-iskema kien ikkalkulat fuq il-bażi ta’ l-ammont ta’ dazju doganali mhux imħallas fuq l-oġġetti kapitali importati u l-ammont ta’ taxxa fuq il-bejgħ rimborżat fuq ix-xiri ta’ l-oġġetti kapitali, it-tnejn mifruxa tul perjodu li jirrifletti l-perjodu normali ta’ deprezzament ta’ l-oġġetti kapitali fl-industrija tal-prodott konċernat. L-ammont hekk ikkalkulat li jkun imbagħad attribwit għall-IP kien aġġustat billi ntgħaddu miegħu l-interessi ta’ matul dan il-perjodu sabiex jirrifletti l-valur tal-benefiċċju tul iż-żmien u b’hekk ikun stabbilit il-benefiċċju kollu ta’ din l-iskema għal min irċevih. Id-drittijiet li neċessarjament riedu jitħallsu biex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu skond l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku minn din is-somma biex wieħed jasal għall-ammont ta’ sussidju bħala n-numeratur. Skond l-Artikolu 7(2) u (3) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq l-ammont ta’ dħul mill-esportazzjoni ġġenerat mis-settur matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa assoċjat mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti jew ittrasportati. Il-marġni ta’ sussidju hekk miksub kien ta’ 5.0 %.

    (86)

    Għalhekk, il-marġni totali ta’ sussidju taħt l-iskema ta’ l-EOU għall-kumpanija konċernata ikun ta’ 5.0 %.

    2.4.   Skema ta’ Promozzjoni ta’ l-Esportazzjoni ta’ Oġġetti Kapitali (hawn aktar ‘il quddiem “EPCG”)

    (a)   Bażi legali

    (87)

    Id-deskrizzjoni ddettaljata ta’ l-EPCG jinstabu fil-kapitolu 5 tal-politika-EXIM 2002-2007 u fil-kapitolu 5 tal-HOP I.

    (b)   Eliġibilità

    (88)

    Il-manifatturi-esportaturi, in-negozjanti-esportaturi “marbuta ma’” manifatturi sekondarji u dawk lli jipprovdu servizz huma eliġibli għal din l-iskema. L-erba’ kumpaniji li ttieħdu bħala kampjun instabu li bbenefikaw minn din l-iskema matul l-IP.

    (ċ)   Implimentazzjoni prattika

    (89)

    Taħt l-obbligazzjoni li tesporta, il-kumpanija titħalla timporta oġġetti kapitali (ġodda u -minn April 2003 - oġġetti kapitali ġa użati mhux qodma aktar minn 10 snin) b’rata mnaqqsa ta’ dazju. Għal dan il-għan il-GOI joħroġ liċenzja ta’ l-EPCG wara applikazzjoni u l-ħlas ta’ dritt. Minn April 2000 l-iskema tipprovdi għal rata ta’ dazju ta’ importazzjoni mnaqqsa ta’ 5 % applikabbli għall-oġġetti kapitali kollha importati taħt l-iskema. Sa Marzu 2000, kienet applikabbli rata ta’dazju effettiva ta’ 11 % (inkluż ħlas barrani ta’ 10 %) u, fil-każ ta’ importazzjoni ta’ oġġetti ta’ valur għoli kienet tapplika rata ta’ dazju ta’ zero. Sabiex tkun issodisfatta l-obligazzjoni ta’ l-esportazzjoni, l-oġġetti kapitali importati jridu jintużaw biex jipproduċu ċertu ammont ta’ oġġetti għall-esportazzjoni matul ċertu perjodu.

    (d)   Kummenti fuq dak li sar magħruf

    (90)

    Wara l-iżvelar il-GOI sostniet li, meta jiżdied l-interess biex ikun determinat l-ammont sħiħ tal-benefiċċju, m’hemm ebda bażi għall-assunzjoni li kumpanija kienet iffinanzjat l-ammont sħiħ tad-dazji tad-dwana addizzjonali permezz ta’ self u li għalhekk il-proporzjon dejn-ekwità ta’ kull kumpanija fil-perjodu ta’ l-investigazzjoni għandu jiġi kkunsidrat u li l-ammont pro-rata biss għandu jiġi użat għall-kalkolazzjoni.

    (91)

    Qiegħed ikun ikkunsidrat li indipendentement mill-fatt jekk kumpanija isselfitx flus jew użatx il-fondi tagħha biex tiffinanzja d-dazji tagħha xorta jkollha spiża. F’dak li għandu x’jaqsam mas-self, din l-ispiża hija l-interess li jrid jitħallas fuqhom. Fir-rigward tal-fondi tagħha, l-ispiża tal-kumpanija hija li ma jkunx hemm interess fuq l-investiment. L-argument għalhekk ma kienx aċċettat.

    (92)

    Tliet kumpaniji li bbenefikaw taħt l-EPCG għamlu kummenti minuri dwar ċertu dettalji tal-kalkolazzjoni tal-marġini tas-sussidju korrispondenti. Fejn dal-kummenti nstabu li huma ġustifikabbli, il-kalkolazzjonijiet ġew irranġati b’riżultat ta’ dan.

    (e)   Konklużjoni fuq l- EPCG

    (93)

    L-EPCG tipprovdi sussikji fil-kuntest ta’ l-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku. It-tnaqqis fid-dazju jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja mill-GOI, billi din il-konċessjoni tnaqqas id-dħul mid-dazju li kieku kien ikun dovut lill-GOI. Barra dan, it-tnaqqis fid-dazju jibbenefika lill-esportatur, għaliex id-dazji ffrankati waqt l-importazzjoni jtejbu l-likwidità tal-kumpanija.

    (94)

    Barra dan, l-EPCG hija assoċjata fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, billi dawn il-liċenzji ma jistgħux jinkisbu mingħajr l-obbligazzjoni li ssir l-esportazzjoni. Għalhekk hija titqies bħala speċifika u kumpensatorja taħt l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku.

    (95)

    Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema ta’ ħlas lura ta’ dazju jew sistema li jissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju permissibbli fil-kuntest ta’ l-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. L-oġġetti kapitali m’humiex koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ sistemi permissibbli bħal dawn, kif spjegat fl-Anness I, partita (i), tar-Regolament bażiku, għaliex huma ma jkunx ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodotti għall-esportazzjoni.

    (f)   Kalkolu ta’ l-ammont tas-sussidju

    (96)

    In-numeratur kien stabbilit kif ġej. L-ammont ta’ sussidju kien ikkalkulat, skond l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tad-dazju doganali li ma tħallasx fuq l-oġġetti kapitali importati mifrux fuq perjodu li jirrefletti l-perjodu normali ta’ deprezzament ta’ dawn l-oġġetti kapitali fl-industrija tal-film tal-PET. L- interessi ntgħaddu ma’ dan l-ammont sabiex jirrifletti l-valur sħiħ tal-benefiċċju tul iż-żmien Id-drittijiet li neċessarjament riedu jitħallsu biex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu skond l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku.

    (97)

    Skond l-Artikolu 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq l-ammont kollu ta’ dħul mill-esportazzjoni matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa assoċjat mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni. Is-sussidji miksuba mill-erba’ kumpaniji li ttieħdu bħala kampjun varjaw bejn 1.3 % u 2.7 %.

    2.5.   Ċertifikat għar-Riforniment bla Dazju, (hawn aktar ‘il quddiem “DFRC”)

    (a)   Bażi legali

    (98)

    Il-bażi legali ta’ din l-iskema tinsab fil-paragrafi 4.2.1 sa 4.2.7 tal-politika-EXIM 2002-2007 u fil-paragrafi 4.31 sa 4.36 tal-HOP I 2002-2007.

    (b)   Implimentazzjoni prattika

    (99)

    Billi l-ebda waħda mill-erba’ kumpaniji li ttieħdu bħala kampjun ma bbenefikat taħt id-DFRC, mhix meħtieġa analiżi addizzjonali tal-mod ta’ kumpens li tagħti d-DFRC.

    2.6.   Skema ta’ Eżenzjoni mit-Taxxa tad-Dħul (hawn aktar ‘il quddiem “ITES”)

    (a)   Bażi legali

    (100)

    Il-bażi legali ta’ din l-iskema tinsab fl-Att ta’ l-1961 dwar it-Taxxa tad-Dħul (hawn aktar ‘il quddiem “ITA”), li jkun emendat kull sena bl-Att dwar il-Finanzi. Dan ta’ l-aħħar jispjega kull sena l-bażi għall-ġbir tat-taxxi kif ukoll id-diversi eżenjonijiet u tnaqqis li jistgħu jkunu kklemjati. Il-kumpaniji li jesportaw jistgħu jitolbu għall-eżenzjonijiet mit-taxxa tad-dħul taħt it-taqsimiet 10A, 10B, u 80HHC ta’ l-ITA.

    (b)   Implimentazzjoni prattika

    (101)

    Billi l-ebda waħda mill-erba’ kumpaniji li ttieħdu bħala kampjun ma bbenefikat taħt it-taqsimiet 10A u 10B ta’ l-ITA, mhix meħtieġa analiżi addizzjonali tal-mod ta’ kumpens li jagħtu t- taqsimiet 10A u 10B ta’ l-ITA.

    (102)

    Tnejn mill-esportaturi investigati indikaw li kienu bbenefikaw minn eżenzjoni parzjali mit-taxxa tad-dħul fuq il-profitti miksuba mill-bejgħ għall-esportazzjoni matul l-IP taħt it-taqsima 80HHC ta’ l-ITA. Madankollu, meta wieħed jikkunsidra illi din id-dispożizzjoni tneħħiet mis-sena finanzjarja ta’ bejn l-1 ta’ April 2004 sa l-31 ta’ Marzu 2005 ‘il quddiem, hija m’hija se tagħti l-ebda benefiċċju lill-applikant wara l-31 ta’ Marzu 2004. Il-benefiċċji taħt it-taqsima 80HHC ta’ l-ITA m’humiex għalhekk se jkunu kkompensati, skond l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku.

    2.7.   Skema ta’ Kreditu fuq l-Esportazzjoni (hawn aktar ‘il quddiem “ECS”)

    (a)   Bażi legali

    (103)

    Id-dettalji ta’ l-iskema huma spjegati fiċ-Ċirkulari Prinċipali IECD Nru 5/04.02.01/2002-03 (Kreditu għall-Esportazzjoni f’Munita barranija) u ċ-Ċirkulari Prinċipali Nru 10/04.02.01/2003-04 (Kreditu għall-Esportazzjoni fir-Rupee) tal-Bank tar- Riserva ta’ l-Indja (hawn aktar ‘il quddiem “RBI”), li hija indirizzata lill-banek kummerċjali kollha fl-Indja.

    (b)   Eliġibilità

    (104)

    L-esportaturi li jimmanifatturaw u n-negozjanti li jesportaw ikunu eliġibbli għal din l-iskema. Tliet kumpaniji nstabu li bbenefikaw minn din l-iskema matul l-IP.

    (ċ)   Implimentazzjoni prattika

    (105)

    Taħt din l-iskema, ir-RBI jiffissa b’mod obbligatorju l-ogħla livell ta’ rati ta’ interessi applikabbli għall-kreditu għall-esportazzjoni, kemm fir-Rupee Indjan jew fil-munita barranija, li l-banek kummerċjali jistgħu jiċċarġjaw lill-esportatur “bil-ħsieb li l-kreditu jkun disponibbli għall-esportaturi b’rati kompetittivi internazzjonalment”. L-ECS tikkonsisti f’żewġ sotto-skemi, l-Iskema ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni qabel l-Oġġetti Jintbagħtu Barra (“kreditu għall-ippakkjar”), li tkopri kreditu pprovdut lill-esportatur biex jiffinanzja x-xiri, l-ipproċessar, il-manifattura, l-ippakkjar u/jew it-trasport ta’ l-oġġetti qabel ikunu esportati, u l-Iskema ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni Wara li l-Oġġetti Jintbagħtu Barra, li tipprovdi għal self ta’ kapital ċirkolanti bl-iskop li wieħed jaħdem bih sakemm jidħol il-ħlas ta’ l-oġġetti esportati. Ir-RBI jordna wkoll lill-banek biex jipprovdu ċertu ammont mill-kreditu bankarju nett tagħhom għall-finanzjarjament ta’ l-esportazzjoni.

    (106)

    Bħala riżultat ta’ dawn i-Ċirkularijiet Prinċipali tar-RBI l-esportaturi jistgħu jiksbu kreditu għall-esportazzjoni b’rati ta’ interessi preferenzjali meta mqabbla mar-rati ta’ interessi għall-kreditu kummerċjali ordinarji (“kreditu fuq flus”), li huma ffissati purament fuq il-kondizzjonijet tas-suq.

    (d)   Kummenti fuq dak li nstab

    (107)

    Żewġ kumpaniji li bbenefikaw taħt l-ECS għaddew kummenti minuri dwar ċertu dettalji tal-kalkolazzjoni tal-marġini ta’ sussidju korrispondenti. Fejn dawk il-kummenti nstabu li kienu ġustifikabbli, il-kalkolazzjonijiet ġew irranġati b’riżultat ta’ dan.

    (e)   Konklużjoni fuq l-ECS

    (108)

    L-ewwelnett, bit-tnaqqis fl-ispejjeż ta’ l-iffinanzjar meta mqabbel mar-rati ta’ interessi fis-suq, ir-rati ta’ interessi preferenzjali hawn fuq jagħtu benefiċċju fil-kuntest ta’ l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku lil dan l-esportatur. Minkejja l-fatt illi l-kreditu preferenzjali taħt l-ECS jingħata mill-banek, dan il-benefiċċju huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-gvern fil-kuntest ta’ l-Artikolu 2(1)(iv) tar-Regolament bażiku. Ir-RBI huwa istituzzjoni pubblika, li taqa’ għalhekk taħt id-definizzjoni ta’ “gvern” kif spjegat fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament bażiku u huwa jordna lill-banek kummerċjali biex jiffinanzjaw b’mod preferenzjali lill-kumpaniji li jesportaw. Dan l-iffinanzjar preferenzjali huwa ekwivalenti għal sussidju, li huwa meqjus li hu speċifiku u kumpensatorju billi r-rati ta’ interessi preferenzjali huma assoċjati mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, skond l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku.

    (f)   Kalkolu ta’ l-ammont ta’ sussidju

    (109)

    L-ammont ta’ sussidju kien ikkalkulat fuq il-bażi tad-differenza bejn l-interessi mħallsa fuq il-kreditu għall-esportazzjoni użat matul l-IP u l-ammont li kien irid jitħallas kieku kienu applikati l-istess rati ta’ interessi li kienu applikabbli għall-kreditu kummerċjali ordinarju użat mill-kumpaniji individwali. Dan l-ammont ta’ sussidju (numeratur) kien allokat fuq id-dħul totali mill-esportazzjoni matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni bħala d-denominatur xieraq skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku għaliex ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturai, prodotti esportati jew trasportati. L-erba’ kumpaniji bbenefikaw taħt l-ECS. Huma kisbu sussidji ta’ bejn 0.01 % u 1.3 %.

    2.8.   Injezzjoni ta’ kapital

    (110)

    Billi l-ebda waħda mill-erba’ kumpaniji li ttieħdu bħala kampjun ma bbenifikat taħt din l-iskema ad hoc mhix meħtieġa analiżi addizzjonali tal-mod ta’ kumpens tagħha.

    3.   SKEMI REĠJONALI

    3.1.   Skema ta’ Pakkett ta’ Inċentivi tal-Gvern ta’ Uttar Pradesh

    (111)

    Instab illi ħadd mill-produtturi li jesportaw ma uża l-Iskema ta’ Pakkett ta’ Inċentivi tal-Gvern ta’ Uttar Pradesh.

    3.2.   Skema ta’ Pakkett ta’ Inċentivi (“PSI”) tal-Gvern ta’ Maharashtra (“GOM”)

    (a)   Bażi legali

    (112)

    Sabiex jinkoraġġixxi t-tixrid ta’ l-industriji fiż-żoni inqas żviluppati ta’ l-Istat, il-GOM kien ilu jagħti inċentivi lill-unitajiet ġodda li jespandu u jistabbilixxu ruħhom f’reġjuni li qed jiżviluppaw ta’ l-Istat, sa mill-1964, taħt l-iskema magħrufa komunement bħala l-“Iskema ta’ Pakkett ta’ Inċentivi”. L-iskema kienet emendata diversi drabi mid-dħul tagħha u l-“Iskema ta’ l-1993” kienet operattiva mill-1 ta’Ottubru 1993 sal-31 ta’ Marzu 2001 waqt li l-aħħar emenda l-“Iskema ta’ l-2001”, iddaħħlet fil-31 ta’ Marzu 2001 u se tkun operattiva sal-31 ta’ Marzu 2006. Il-PSI tal-GOM tikkonsisti f’diversi sotto-skemi li fosthom dawk prinċipali huma: (i) l-eżenzjoni mit-taxxa lokali fuq il-bejgħ u (ii) ir-rifużjoni tat-taxxa octroi.

    (b)   Eliġibilità

    (113)

    Sabiex ikunu eliġibbli, il-kumpaniji jridu jinvestu fiż-żoni inqas żviluppati jew billi jwaqqfu stabbiliment industrijali ġdid jew billi jagħmlu investiment kapitali fuq skala kbira biex jespandu jew jiddiversifikaw stabbiliment industrijali eżistenti. Dawn iż-żoni jkunu kklassifikati skond l-iżvilupp ekonomiku tagħhom f’kategoriji differenti (e.g. żona inqas żviluppata, żona iżjed inqas żviluppata, żona l-inqas żviluppata). Il-kriterju prinċipali biex ikun stabbilit l-ammont ta’ inċentivi huwa ż-żona li fiha l-intrapriża tinsab jew se tkun tinsab u d-daqs ta’ l-investiment.

    (ċ)   Implimentazzjoni prattika

    (114)

    Eżenzjoni mit-taxxa lokali fuq il-bejgħ - L-oġġetti jkunu normalment suġġetti għat-taxxa ċentrali fuq il-bejgħ (għall-bejgħ bejn l-istati) jew it-taxxa ta’ l-Istat fuq il-bejgħ (għall-bejgħ ġewwa l-Istat) f’livelli li jvarjaw skond f’liema Stat/Stati t-transazzjonijiet ikunu qed isiru. M’hemmx taxxa fuq il-bejgħ fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta’ oġġetti, waqt li l-bejgħ domestiku huwa suġġett għat-taxxa fuq il-bejgħ bir-rati applikabbli. Taħt l-iskema ta’ l-eżenzjoni, l-unitajiet innominati ma jintalbu jiġbru l-ebda taxxa fuq il-bejgħ fuq it-transazzjonijiet ta’ bejgħ tagħhom. Bl-istess mod, l-unitajiet innominati jkunu eżentati mill-ħlas tat-taxxa lokali fuq il-bejgħ fuq ix-xiri tagħhom ta’ oġġetti minn fornitur li huwa nnifsu jkun eliġibbli għall-iskema. Waqt li t-transazzjoni ta’ bejgħ ma tagħti l-ebda benefiċċju lill-unità nnominata li tbigħ, it-transazzjoni ta’ xiri tagħti iżda benefiċċju lill-unità nnominata li tixtri. Tnejn mill-erba’ kumpaniji li ttieħdu bħala kampjun kellhom unità waħda eliġibbli għall-PSI tal-GOM matul l-IP. Taħt din l-iskema, dawn iż-żewġ unitajiet kienu eżentati mit-taxxa fuq il-bejgħ fuq xi xiri domestiku tagħhom li sar mingħand fornituri eliġibbli għall-iskema ta’ eżenzjoni.

    (115)

    Rifużjoni tat-taxxa octroi - L-octroi hija taxxa miġbura mill-Gvernijiet lokali fl-Indja, inkluż il-GOM, fuq l-oġġetti li jidħlu fil-limiti territorjali ta’ belt jew distrett. L-entrapriżi industrijali jkunu intitolati għar-rifużjoni tat-taxxa octroi mill-GOM, jekk l-istabbiliment tagħhom ikun jinsab f’ċerti bliet u distretti speċifikati ġewwa t-territorju ta’ l-Istat. L-ammont totali li jista’ jingħata lura huwa ristrett għall-100 % ta’ l-investiment kapitali fiss. Miż-żewġ kumpaniji ta’ hawn fuq b’unità eliġibbli għall-PSI tal-GOM matul l-IP0, waħda biss instabet li tibbenifika mir-rifużjoni tat-taxxa octroi mill-GOM.

    (d)   Kummenti fuq dak li nstab

    (116)

    Kumpanija waħda li bbenefikat taħt il-PSI tal-GOM għaddiet kummenti minuri dwar ċertu dettalji tal-kalkolazzjoni tal-marġini tas-sussidju korrispondenti. Fejn dal-kummenti nstabu li huma ġustifikabbli, il-kalkolazzjonijiet ġew irranġati b’riżultat ta’ dan.

    (e)   Konklużjoni fuq il- PSI tal-GOM

    (117)

    Il-PSI tal-GOM tipprovdi sussidji fil-kuntest ta’ l-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Iż-żewġ sotto-skemi eżaminati hawn fuq jikkostitwixxu kontribuzzjoni finanzjarja mill-GOM, billi din il-konċessjoni tnaqqas id-dħul ta’ finanzi li kieku kienu jkunu dovuti lill-GOM. Barra dan, din l-eżenzjoni/rifużjoni tibbenefika lill-kumpanija, għaliex ittejjeb il-likwidità tal-kumpanija.

    (118)

    L-iskema hija disponibbli biss għall-kumpaniji li jkunu investew f’ċerti żoni geografiċi nnominati taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ l-Istat ta’ Maharashtra. Hija mhix disponibbli għall-kumpaniji li jinsabu barra dawn iż-żoni. Il-livell ta’ benefiċċju jkun differenti skond iż-żona konċernata. L-iskema hija speċifika skond l-Artikolu 3(2)(a) u l-Artikolu 3(3) tar-Regolament bażiku u għalhekk hija kumpensatorja.

    (f)   Kalkolu ta’ l-ammont ta’ sussidju

    (119)

    Fir-rigward ta’ l-eżenzjoni fuq it-taxxa tal-bejgħ, l-ammont ta’ sussidju kien ikkalkulat fuq il-bażi ta’ l-ammont ta’ taxxa fuq il-bejgħ normalment dovuta matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni imma li baqgħet ma tħallsitx taħt l-iskema. Bl-istess mod, safejn hija konċernata l-octroi, il-benefiċċju lill-esportatur kien ikkalkulat bħala l-ammont ta’ taxxa octroi mħallsa lura matul l-IP. Skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dawn l-ammonti ta’ sussidju (numeratur) kienu mbagħad allokati fuq il-bejgħ kollu matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju mhux assoċjat ma’ l-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati. Matul dan il-perjodu żewġ kumpaniji bbenefikaw minn dawn l-iskemi. Huma t-tnejn kisbu sussidji ta’ 1.6 %.

    4.   AMMONT TA’ SUSSIDJI KUMPENSATORJI

    (120)

    L-ammont ta’ sussidji kumpensatorji ddeterminati skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, espressi ad valorem, għall-produtturi li jesportaw investigati ivarja bejn il-11.7 % u l-15.2 %. Dawn l-ammonti ta’ għoti ta’ sussidju jaqbżu l-limiti de minimis imsemmija taħt l-Artikolu 14(5)(a)u (b) tar-Regolament bażiku.

    (121)

    Wieħed għalhekk jikkunsidra illi, skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, l-għoti ta’ sussidji kompla matul l-IP.

    SKEMA

    ALS

    DEPB

    EOU

    EPCG

    ECS

    PSI tal- GOM

    Total

    KUMPANIJA

    %

    %

    %

    %

    %

    %

    %

    Ester Industries Ltd

    0

    11,0

    0

    1,3

    0,5

    0

    12,8

    Flex Industries Ltd.

    0

    9,0

    0

    2,7

    negl.

    0

    11,7

    Garware Polyester Ltd.

    0

    10,5

    0

    1,5

    1,3

    1,6

    14,9

    Jindal Poly Films Ltd.

    6,0

    0

    5,0

    2,2

    0,4

    1,6

    15,2

    D.   PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW RIPETIZZJONI TA’ L-GĦOTI TA’ SUSSIDJI

    (122)

    Skond l-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku, kien eżaminat jekk l-għeluq iż-żmien tal-miżuri fis-seħħ kienx se jwassal x’aktarx għall-kontinwazzjoni jew ripetizzjoni ta’ l-għoti ta’ sussidji.

    (123)

    Kien stabbilit illi matul l-IP, l-esportaturi Indjani tal-prodott konċernat li ttieħdu bħala kampjun komplew jibbenefikaw mill-għoti ta’ sussidji kumpensatorji mill-awtoritajiet Indjani. Ħlief għal kumpanija waħda, il-marġni ta’ sussidju misjuba waqt ir-reviżjoni huma ogħla minn dawk stabbiliti matul l-investigazzjoni oriġinali. Waqt li ċerti programmi li kienu kkompensati fl-1999 (bħad-DEPB ta’ qabel l-esportazzjoni) ma tkomplewx, programmi oħra li ma kinux jeżistu fl-1999 (bħall-ALS) instabu li kienu kumpensatorji fir-reviżjoni preżenti. L-iskemi ta’ sussidju analizzati hawn fuq jagħtu benefiċċji ripetutament. Ħlief għad-DEPB (ara l-premessa 54), m’hemmx indikazzjoni li dawn il-programmi se jitneħħew bil-mod jew ikun mmodifikati fil-futur qarib. Skond il-GOI, l-iskema li se tissostitwixxi d-DEPB hija pjanata li tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ April 2006 l-iktar kmieni. Is-sitwazzjoni li nħolqot bis-sostituzzjoni tad-DEPB bi skema allegatament “kompatibbli mad-WTO” li l-Kummissjoni m’għandhiex informazzjoni fuqha, tkun teħtieġ li tiġi evalwata fiż-żmien xieraq. Kien innutat li wieħed mill-produtturi esportaturi li kkoopera li kien irċieva benefiċċji taħt id-DEPB ma kompliex jagħmel dan taħt l-IP ta’ din l-investigazzjoni (ara premessa (33)). Dan l-esportatur, madankollu, ibbenefika mill-ALS, li hija wkoll tip ta’ skema ta’ rifużjoni ta’ dazju, fl-IP ta’ l-investigazzjoni kurrenti. Fil-każ li d-DEPB kellu jitneħħa fl-1 ta’ April 2006 u jekk ebda benefiċċji ma jingħataw lill-esportaturi wara dik id-data, qiegħed ikun ikkunsidrat li hemm, permezz ta’ l-eżistenza ta’ skema ta’ sussidju ta’ kontrobilanċ alternattiv (l-ALS), ċans ta’ tkomplija tas-sussidji qrib tal-livelli li hemm għad-DEPB. Sadanittant, l-esportaturi tal-prodott konċernat se jkomplu jirċievu s-sussidji kumpensatorji. Barra minn dan, wieħed irid jiftakar illi l-esportaturi kollha tal-prodott konċernat huma eliġibbli għal numru ta’ programmi investigati. F’dawn iċ-ċirkostanzi, kien ikkunsidrat bħala raġonevoli li jkun deċiż illi x’aktarx l-għoti ta’ sussidji se jkompli fil-futur.

    (124)

    Billi kien ippruvat ill l-għoti ta’ sussidji kompla fiż-żmien tar-reviżjoni u x’aktarx se jkompli fil-futur, il-kwistjoni tal-probabbiltà ta’ ripetizzjoni ta’ l-għoti ta’ sussidji hija irrelevanti.

    E.   INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ

    1.   PRODUZZJONI TAL-KOMUNITÀ

    (125)

    Ġewwa l-Komunità, il-prodott li jixbhu huwa mmanifatturat minn 10 produtturi li jikkostitwixxu l-produzzjoni totali tal-komunità fil-kuntest ta’ l-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku.

    2.   INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ

    (126)

    Wieħed għandu jinnota illi fl-investigazzjoni oriġinali l-industrija tal-Komunità kienet tikkonsisti minn tmien produtturi. Iż-żewġ produtturi ġodda huma bbażati fl-Istati Membri ġodda. Sitta mill-kumpaniji ma appoġġjawx it-talba u ma kkooperawx fl-investigazzjoni tar-reviżjoni. L-erba’ produtturi li ġejjin appoġġjaw l-ilment u qablu li jikkooperaw:

    DuPont Teijin Films,

    Mitsubishi Polyester Film GmbH,

    Nuroll SpA,

    Toray Plastics Europe.

    (127)

    Dawn il-kumpaniji ikkooperaw bis-sħiħ fl-investigazzjoni. Huma kienu responsabbli għal 86 % tal-produzzjoni totali ltal-Komunità matul l-IP.

    (128)

    Wieħed għalhekk jikkunsidra illi l-erba’ produtturi tal-Komunità msemmija hawn fuq huma responsabbli għal proporzjon kbir tal-produzzjoni tal-Komunità tal-prodott li jixbhu.. L-erba’ produtturi tal-Komunità msemmija hawn fuq huma għalhekk meqjusa li jikkostitwixxu l-industrija tal-Komunità fil-kuntest ta’ l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 10(8) tar-Regolament bażiku u hawn iktar ‘il quddiem imsejħa “l-industrija tal-Komunità”.

    F.   SITWAZZJONI FIS-SUQ TAL-KOMUNITÀ

    1.   RIMARKA PRELIMINARI

    (129)

    Ix-xejriet fil-prezzijiet li ġejjin huma bbażati fuq il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni ta’ l-Eurostat u jinkludu kemm id-dazji tad-dwana konvenzjonali u dawk anti-dumping, meta applikabbli, kif ukoll l-istima ta’ l-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni.

    2.   KONSUM FIS-SUQ TAL-KOMUNITÀ

    (130)

    Il-konsum tal-Komunità kien stabbilit fuq il-bażi tal-volum tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità, id-data ta’ l-Eurostat għall-importazzjoni kollha ta’ l-UE, u l-volum tal-bejgħ tal-produtturi l-oħra tal-Komunità fis-suq tal-Komunità.

    (131)

    Bejn l-2001 u l-IP, il-konsum tal-Komunità naqas b’7 %. Speċifikament, huwa baqa’ ġeneralment stabbli bejn l-2001 u l-2002, niżel b’6 punti perċentwali bejn l-2002 u l-2003, u fl-aħħarnett naqas b’punt perċentwali fl-IP.

     

    2001

    2002

    2003

    IP

    Total konsum UE (tunnellati metriċi)

    271 417

    271 787

    253 890

    251 491

    Indiċi (2001 = 100)

    100

    100

    94

    93

    3.   IMPORTAZZJONI MILL-PAJJIŻ KONĊERNAT

    (132)

    Il-volum ta’ l-importazzjoni li toriġina mill-pajjiż konċernat żdied b’107 % matul il-perjodu kkunsidrat u laħaq il-livell ta’ 12 679 tunnellata metrika matul l-IP, li jikkorrispondi għal sehem mis-suq ta’ 5.0 % matul l-IP ta’ l-investigazzjoni oriġinali, is-sehem mis-suq tal-pajjiż konċernat kien ta’ 9.6 %, iżda kien waqa’ għal 2.3 % fl-2001 wara li kienu imposti l-miżuri.

    (133)

    Il-prezzijiet ta’ l-oġġetti importati mill-pajjiż konċernat żdiedu bi ftit, b’2 punti perċentwali, bejn l-2001 u l-2003, i.e. wara li kienu imposti l-miżuri kumpensatorji definittivi imma minn hemm ‘l hawn naqsu b’5 punti perċentwali fl-IP.

    (134)

    Fuq il-bażi ta’ paragun bejn mudell u mudell, l-investigazzjoni wriet illi l-prezzijiet ta’ l-importazzjoni mill-pajjiż konċernat inżammu irħas minn dawk ta’ l-industrija tal-Komunità b’2 sa 21 % fl-IP, li jiddependi fuq produttur esportatur. Dan il-paragun sar fuq il-bażi tal-prezzijiet attwali ta’ l-esportazzjoni ta’ l-esperti tal-Komunità li kkooperaw. L-invgestigazzjonijiet imsemmija fil-premessi (5), (6) u (7) taw xhieda li parti kbira mill-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni għall-Komunità ġew marbuta ftit aktar minn Prezzijiet Minimi ta’ l-Importazzjoni (hawn aktar ‘il quddiem “MIPs”) stabbiliti bl-impenji aċċettati fil-kuntest tal-miżuri definittivi anti-dumping (ara premessa (2)) u l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni Indjani lil pajjiżi terzi oħra kienu sostanzjalment aktar baxxi mill-prezzijiet tal-Komunità. Għalhekk, jekk il-kalkolazzjonijiet tat-tnaqqis saru fuq il-bażi tal-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lil pajjiżi terzi oħra, il-marġini ta’ tnaqqis kienu jkunu akbar minn dawk imsemmija hawn fuq.

     

    2001

    2002

    2003

    IP

    Volum ta’ importazzjoni mill-pajjiż konċernat (tunnellati metriċi)

    6 129

    7 738

    11 520

    12 679

    Indiċi (2001 = 100)

    100

    126

    188

    207

    Sehem fis-suq ta’ l-importazzjoni mill-pajjiż konċernat

    2,3 %

    2,8 %

    4,5 %

    5,0 %

    Prezz ta’ l-importazzjoni mill-pajjiż konċernat (EUR/tunnellata metrika)

    2 010

    2 025

    2 060

    1 952

    Indiċi (2001 = 100)

    100

    101

    102

    97

    (135)

    L-investigazzjoni msemmija taħt premessa (6) waslet għall-konklużjoni illi l-garanziji ma kinux adegwati għall-prodott konċernat u illi huma kellhom ikunu irtirati. Dawn l-elementi jispjegaw fil-biċċa l-kbira ix-xejriet osservati hawn fuq dwar l-importazzjoni mill-Indja, u wkoll ir-raġuni għaliex l-industrija tal-Komunità ma rkupratx għal kollox mill-għoti ta’ sussidji tal-passat (ara l-premessa (161) hawn taħt).

    4.   IMPORTAZZJONI LI NSTABET LI QED TAĦRAB MILL-MIŻURI

    (136)

    Kif issemma fil-premessa (3), l-oġġetti importati mill-Indja nstabu li kienu qed jaħarbu mill-miżuri oriġinali billi jgħaddu mill-Brażil u l-Iżrael rispettivament. B’konsegwenza, il-miżuri imposti fuq l-oġġetti importati mill-Indja kienu estiżi f’Novembru 2004 għall-importazzjoni ta’ l-istess film tal-PET ikkunsinnat mill-Brażil u mill-iżrael, kemm jekk iddikjarat li joriġina fil-Brażil jew mill-Iżrael u kemm le, ħlief għal dak prodott minn produttur Brażiljan ġenwin u produttur Iżraeljan ġenwin. Kif imsemmi fil-premessa (7) hawn fuq, it-tieni produttur Iżraeljan kien eżentat mill-miżuri estiżi. Iż-żewġ proċeduri msemmija hawn fuq urew illi volum limitat ħafna ta’ importazzjoni fil-Komunità mill-Brażil (madwar 10 tunnellati metriċi) u mill-Iżrael (madwar 180 tunnellata metrika) kienu attribwiti fl-2003 għall-produtturi Brażiljani u Iżraeljani ġenwini. Wieħed irid jiftakar illi d-data ta’ l-estensjoni tal-miżuri anti-dumping u dawk kumpensatorji msemmija hawn fuq daħlet wara it-tendenzi deskritti taħt il-premessi (137) u (138).

     

    2001

    2002

    2003

    IP

    Volum ta’ importazzjoni mill-Brażil (tunnellati metriċi)

    1 231

    2 533

    2 159

    1 225

    Sehem fis-suq ta’ l-importazzjoni mill-Brażil

    0,5 %

    0,9 %

    0,9 %

    0,5 %

    Prezz ta’ l-importazzjoni mill-Brażil (EUR/tunnellata metrika)

    776

    1 612

    1 628

    1 758

    Indiċi (2001 = 100)

    100

    208

    210

    226

    Volum ta’ importazzjoni mill-Iżrael (tunnellati metriċi)

    3 561

    4 338

    4 620

    4 788

    Sehem fis-suq ta’ l-importazzjoni mill-Iżrael

    1,3 %

    1,6 %

    1,8 %

    1,9 %

    Prezz ta’ l-importazzjoni mill-Iżrael (EUR/tunnellata metrika)

    2 052

    1 821

    1 678

    1 790

    Indiċi (2001 = 100)

    100

    89

    82

    87

    (137)

    Il-volum ta’ l-importazzjoni mill-Brażil irdoppja bejn l-2001 u l-2002, niżel kemmxejn fl-2003 u fl-aħħarnett niżel aktar fl-IP biex laħaq livell qrib dak ta’ l-2001, potenzjalment bħala konsegwenza tal-bidu matul l-2004 ta’ l-investigazzjoni msemmija hawn qabel fuq kif kienu qed jinħarbu l-miżuri. Bl-istess mod, is-sehem mis-suq miżmum mill-importazzjoni mill-Brażil żdied minn 0.5 % fl-2001 għal 0.9 % fl-2002 qabel ma niżel għal 0.5 %matul l-IP. L-importazzjoni mill-Brażil saret bi prezzijiet baxxi ħafna fl-2001. Dawn il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni żdiedu matul il-perjodu taħt konsiderazzjoni biex laħqu livell ta’ madwar 1 800 EUR/tunnellata metrika, jiġifieri kemmxejn taħt il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni mill-Indja.

    (138)

    Il-volum ta’ l-importazzjoni mill-Iżrael żdied b’mod stabbli minn madwar 3 600 tunnellata metrika fl-2001 għal madwar 4 800 tunnellata metrika fl-IP. Is-sehem mis-suq miżmum mill-importazzjoni mill-Iżrael żdied minn 1.3 % fl-2001 għal 1.9 % fl-IP. Il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni mill-Iżrael niżlu minn madwar 2 000 EUR/tunnellata metrika fl-2001 għal madwar 1 800 EUR/tunnellata metrika fl-IP. Għal darb’oħra, il-prezz ta’ l-esportazzjoni Iżraeljan huwa kemmxejn taħt il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni mill-Indja.

    5.   IMPORTAZZJONI MIR-REPUBBLIKA TAL-KOREA

    (139)

    Kif imsemmi taħt il-premessa (2), il-Kunsill impona fl-2001 miżuri definittivi anti-dumping fuq l-importazzjoni ta’ film tal-PET li joriġina fir-Repubblika tal-Korea, fil-forma ta’ rati ta’ dazju ad valorem fuq l-importazzjoni ta’ film tal-PET li joriġina fir-Repubblika tal-Korea, li jvarjaw bejn iż-0 u t-13.4 %. Il-kwantitajiet ta’ film tal-PET importati mir-Repubblika tal-Korea niżlu minn madwar 34 000 tunnellata metrika fl-2001 għal madwar 23 300 tunnellata metrika fl-IP, wara l-impożizzjoni tal-miżuri msemmija hawn fuq. Is-sehem mis-suq miżmum mill-importazzjoni mir-Repubblika tal-Korea niżel b’madwar 3 punti perċentwali bejn l-2001 u l-IP. Il-prezzijiet tal-prodotti Koreani niżlu b’7 % bejn l-2001 u l-2002, żdiedu bi 3 punti perċentwali fl-2003, u b’punt perċentwali ieħor fl-IP. Fuq il-bażi ta’ l-istatistika Eurostat, il-prezzijiet għall-esportazzjoni Koreani kienu b’mod konsistenti ogħla l-prezzijiet għall-esportazzjoni Indjani, imma taħt il-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità.

     

    2001

    2002

    2003

    IP

    Volum ta’ importazzjoni mill-Korea t’Isfel (tunnellati metriċi)

    34 002

    30 187

    25 631

    23 166

    Sehem mis-suq ta’ l-importazzjoni mill-Korea t’Isfel

    12,5 %

    11,1 %

    10,1 %

    9,2 %

    Prezz ta’ l-importazzjoni mill-Korea t’Isfel (EUR/tunnellata metrika)

    2 514

    2 339

    2 422

    2 434

    Indiċi (2001=100)

    100

    93

    96

    97

    6.   IMPORTAZZJONI MINN PAJJIŻI OĦRA

    (140)

    Il-volum ta’ l-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra mhix imsemmija hawn fuq naqas minn madwar 41 000 tunnellata metrika fl-2001, li jikkorrispondu għal sehem mis-suq ta’ 15 %, għal madwar 40 000 tunnellata metrika fl-IP, li jikkorrispondu għal sehem mis-suq ta’ 16 %. Is-sehem mis-suq żdied għaliex il-konsum (id-denominatur) niżel aktar mill-importazzjoni msemmija hawn fuq (in-numeratur). Il-prezzijiet medji ta’ l-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra mhux imsemmija hawn fuq għall-ewwel żdiedu minn madwar 5 300 EUR/tunnellata metrika fl-2001 għal madwar 6 000 EUR/tunnellata metrika fl-2002, u mbagħad niżlu għal madwar 4 800 EUR/tunnellata metrika fl-IP. Prezzijiet bħal dawn huma sostanzjalment ogħla mill-prezzijiet kemm Indjani kif ukoll ta’ l-industrija tal-Komunità. Fost dawn il-pajjiżi terzi, il-pajjiż individwali li prinċipalment esporta lill-Komunità kien il-USA, b’volum ta’ esportazzjoni ta’ 17 500 tunnellata metrika matul l-IP. Il-prezz għall-Komunità ta’ l-importazzjoni mill-USA (madwar 6 700 EUR/tunnellata metrika fl-IP) kien wkoll sostanzjalment ogħla minn dawk ta’ l-importazzjoni mill-pajjiż konċernat u ogħla mill-prezzijiet ta’ l-Industrija tal-Komunità matul l-IP.

     

    2001

    2002

    2003

    IP

    Volum ta’ importazzjoni minn pajjiżi mhux imsemmija hawn fuq (tunnellati metriċi)

    41 098

    31 324

    35 093

    39 869

    Sehem fis-suq ta’ l-importazzjoni minn pajjiżi mhux imsemmija hawn fuq

    15 %

    12 %

    14 %

    16 %

    Prezz ta’ l-importazzjoni minn pajjiżi mhux imsemmija hawn fuq (EUR/tunnellata metrika)

    5 312

    6 000

    5 125

    4 803

    Indiċi (2001 = 100)

    100

    113

    96

    90

    G.   SITWAZZJONI EKONOMIKA TA’ L-INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ

    (141)

    Skond l-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi u l-indiċi ekonomiċi kollha rilevanti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-istat ta’ l-ekonomija tal-Komunità.

    1.   PRODUZZJONI

    (142)

    Il-produzzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità żdiedet b’10 % fl-2002 meta mqabbla mal-2001, qabel ma niżlet u baqgħet fil-livell ta’ l-2001 fis-snin ta’ wara.

     

    2001

    2002

    2003

    IP

    Produzzjoni (tunnellati metriċi)

    171 142

    187 620

    171 975

    169 288

    Indiċi (2001 = 100)

    100

    110

    100

    99

    2.   KAPAĊITÀ U RATI TA’ UŻU TAL-KAPAĊITÀ

    (143)

    Il-kapaċità tal-produzzjoni naqset marġinalment (bi 3 %) bejn l-2001 u l-IP. Billi l-produzzjoni baqgħet stabbli, waqt li fl-istess żmien il-kapaċità niżlet kemmxejn, l-użu tal-kapaċità rriżulta li żdied xi ftit.

     

    2001

    2002

    2003

    IP

    Kapaċità ta’ produzzjoni (tunnellati metriċi)

    200 037

    202 542

    190 393

    193 888

    Indiċi (2001 = 100)

    100

    101

    95

    97

    Kapaċità ta’ użu

    86 %

    93 %

    90 %

    87 %

    Indiċi (2001 = 100)

    100

    108

    106

    102

    3.   STOKKS

    (144)

    Il-livell ta’ l-istokks ta’ l-għeluq ta’ l-industrija tal-Komunità, wara li żdied b’mod konsiderevoli fl-2002 meta mqabbel ma’ l-2001, naqas b’mod stabbli minn dik is-sena. Fl-IP, il-livell ta’ l-istokks kien ta’ 28 % iktar baxx mill-2001. Madankollu, billi l-prodott li jixbhu huwa ġeneralment maħdum fuq l-ordni, il-livell ta’ l-istokks m’għandux sinifikat kbir.

     

    2001

    2002

    2003

    IP

    Stokk ta’ l-għeluq (tunnellati metriċi)

    22 322

    31 479

    23 676

    16 090

    Indiċi (2001 = 100)

    100

    141

    106

    72

    4.   VOLUM TA’ BEJGĦ

    (145)

    Il-bejgħ mill-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità lill-klijenti mhux konnessi għall-ewwel żdied fl-2002, wara l-impożizzjoni tal-miżuri, iżda mbagħad naqas bi 12-il punt perċentwali bejn l-2002 u l-IP.

     

    2001

    2002

    2003

    IP

    Produzzjoni (tunnellati metriċi)

    142 173

    156 716

    141 959

    139 874

    Indiċi (2001 = 100)

    100

    110

    100

    98

    5.   SEHEM MIS-SUQ

    (146)

    Is-sehem mis-suq miżmum mill-industrija tal-Komunità naqas b’madwar 2 punti perċentwali bejn l-2001 u l-IP. B’mod speċifiku, l-industrija tal-Komunità akkwistat madwar 4 punti perċentwali fl-2002, wara l-impożizzjoni tal-miżuri kemm kumpensatorji kif ukoll anti-dumping, tilfet kważi 3 punti perċentwali fl-2003 u fl-aħħarnett tilfet 1.4 punti perċentwali fl-IP. Ix-xejra u l-livell milħuqa urew ċertu titjib f’relazzjoni ma’ dawk osservati qabel l-impożizzjoni tal-miżuri kumpensatorji, meta s-sehem tas-suq miżmum mill-industrija tal-Komunità kien waqa’ minn madwar 57 % għal madwar 50 %.

     

    2001

    2002

    2003

    IP

    Sehem fis-suq ta’ l-industrija tal-Komunità

    61,6 %

    65,3 %

    60,6 %

    59,5 %

    Indiċi (2001 = 100)

    100

    106

    98

    97

    6.   ŻVILUPP

    (147)

    Bejn l-2001 u l-IP, il-konsum tal-Komunità naqas b’7 %. L-industrija tal-Komunità tilfet madwar 2 punti perċentwali tas-sehem mis-suq, waqt li l-importazzjoni konċernata akkwistat 2.7 punti perċentwali tas-sehem mis-suq.

    7.   IMPJIEG

    (148)

    Il-livell ta’ l-impjieg fl-industrija tal-Komunità naqas bi 8 % bejn l-2001 u l-IP.

     

    2001

    2002

    2003

    IP

    Prodott ta’ l-impjieg konċernat

    2 323

    2 310

    2 235

    2 134

    Indiċi (2001 = 100)

    100

    99

    96

    92

    8.   PRODUTTIVITÀ

    (149)

    Il-produttività ta’ l-impjegati fl-industrija tal-Komunità mkejla bħala l-produzzjoni ta’ persuna impjegata għal sena, żdiedet bi 8 % bejn l-2001 u l-IP.

     

    2001

    2002

    2003

    IP

    Produttività (tunnellati metriċi għal kull impjegat)

    74

    81

    77

    79

    Indiċi (2001 = 100)

    100

    110

    104

    108

    9.   PREZZIJIET TAL-BEJGĦ U FATTURI LI JOLQTU L-PREZZIJIET DOMESTIĊI

    (150)

    Il-prezzijiet tal-bejgħ għal kull unità mill-industrija tal-Komunità żdiedu b’4 % bejn l-2001 u l-IP. Dan l-iżvilupp fil-prezz huwa b’mod ġenerali skond il- prezz tal-produzzjoni u tal-materja prima, li wkoll urew żjieda matul il-perjodu kkunsidrat.

     

    2001

    2002

    2003

    IP

    Prezz għal kull unità fis-suq ta’ l-UE (EUR/tunnellata metrika)

    3 010

    3 009

    3 130

    3 118

    Indiċi (2001 = 100)

    100

    100

    104

    104

    10.   PAGI

    (151)

    Bejn l-2001 u l-IP, il-paga medja għal kull impjegat żdiedet bi 12 %, figura li taqbeż ir-rata ta’ żjieda fil-prezz nominali medju tax-xogħol għal kull unità (6 %) osservata matul l-istess perjodu fl-ekonomija tal-Komunità b’mod ġenerali.

     

    2001

    2002

    2003

    IP

    Prezz ta’ xogħol ta’ sena għal kull impjegat (000 EUR)

    56

    60

    62

    63

    Indiċi (2001 = 100)

    100

    107

    110

    112

    11.   INVESTIMENTI

    (152)

    Il-fluss annwali ta’ investimenti fil-prodott konċernat magħmul mill-industrija tal-Komunità naqas b’mod kostanti mill-2002. Wieħed jista’ jispjega ż-żjieda fl-2002 bl-investimenti f’impjant u makkinarju minn produttur wieħed u investiment biex ikun iffaċilitat l-għeluq ta’ ċerti linji ta’ produzzjoni ta’ produttur ieħor.

     

    2001

    2002

    2003

    IP

    Investimenti netti (000 EUR)

    334 426

    38 326

    34 979

    29 341

    Indiċi (2001 = 100)

    100

    115

    105

    88

    12.   TENDENZA TAL-PROFITTI U PROFITT MILL-INVESTIMENTI

    (153)

    It-tendenza lejn il-profitt ta’ l-industrija tal-Komunità, waqt li turi titjib gradwali tul il-perjodu kkunsidrat, baqgħet negattiva bejn l-2001 (–5,2 %) u l-IP (–2,5 %). Il-profitt fuq l-investimenti (ROI), espress bħala profitt perċentwali tal-valur nett ta’ l-investimenti kif imniżżel fil-kotba tal-kumpanija, b’mod ġenerali segwa t-tendenza lejn il-profitt msemmija hawn fuq tul il-perjodu kollu kkunsidrat.

     

    2001

    2002

    2003

    IP

    Profitabilità tal-bejgħ UE lil klijenti mhux relatati (% tal-bejgħ nett)

    –5,2  %

    –1,9  %

    –2,7  %

    –2,5  %

    ROI (profitt bħala % tal-valur nett fil-ktieb ta’ l-investimenti)

    –4,6  %

    –1,9  %

    –2,9  %

    –2,9  %

    13.   DĦUL U ĦRUĠ TA’ LIKWIDITÀ U ABBILTÀ BIEX TIĠBOR IL-KAPITAL

    (154)

    Is-sitwazzjoni tal-ħruġ u d-dħul ta’ flus kontanti ħżienet bejn l-2001 u l-IP, prinċipalment mħabba partiti oħra mhux ta’ flus kontanti bħal ma huma d-deprezzament ta’ assi u movimenti ta’ l-inventarju.

     

    2001

    2002

    2003

    IP

    Likwidità ta’ flus

    44 503

    42 047

    49 486

    32 150

    Indiċi (2001 = 100)

    100

    94

    111

    72

    (155)

    L-investigazzjoni wriet illi l-ħtiġiet kapitali tal-produtturi tal-Komunità ntlaqtu ħażin mis-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli tagħhom. Għalkemm diversi minn dawn il-kumpaniji jagħmlu parti minn kumpaniji kbar, il-ħtiġiet kapitali mhux dejjem ikunu ssodisfatti fil-livell mixtieq, billi r-riżorsi finanzjarji jkunu ġeneralment allokati ġewwa dawn il-gruppi lill-entitajiet li jagħmlu l-ikbar profitt. Din l-inabbiltà relattiva biex jinġabar kapital tista’ tkun marbuta ma’ l-investiment dejjem jonqos iddokumentat taħt il-premessa (152).

    14.   GRAD TA’ KOBOR FL-GĦOTI TA’ SUSSIDJI

    (156)

    Fejn jikkonċerna l-impatt fuq l-industrija tal-Komunità tal-grad ta’ kobor tal-marġni fl-għoti ta’ sussidji attwali, meta jkunu kkunsidrati l-volum u l-prezzijiet ta’ l-importazzjoni mill-pajjiż konċernat, dan l-impatt ma jistax jitqies li huwa negliġibbli, speċjalment fis-swieq trasparenti u għalhekk sensittivi ħafna għall-prezz bħal dak tal-prodott konċernat.

    15.   RKUPRU MILL-EFFETTI TA’ L-GĦOTI TA’ SUSSIDJI FIL-PASSAT U TA’ DUMPING FIL-PASSAT

    (157)

    Waqt li l-indikaturi eżaminati hawn fuq juru xi titjib fis-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja ta’ l-industrija tal-Komunità, wara l-impożizzjoni tal-miżuri kumpensatorji definittivi fl-1999, u wara l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping fl-2001, huma juru wkoll illi l-Komunità għadha fraġli u vulnerabbli.

    16.   KONKLUŻJONI

    (158)

    Kif intwera taħt il-premessi (132) sa (135), il-volum ta’ l-importazzjoni mill-pajjiż konċernat irdoppja bejn l-2001 u l-IP. Meta wieħed jikkunsidra illi l-konsum naqas b’7 % tul l-istess perjodu, dan irriżulta f’żjieda ċara fis-sehem mis-suq miżmum mill-esportaturi Indjani minn 2.3 % fl-2001 għal 5.0 % matul l-IP. Fl-istess waqt, il-prezzijiet Indjani għall-esportazzjoni lill-Komunità baqgħu relattivament stabbli fil-livell ta’ madwar 2 000EUR/tunnellata metrika, b’hekk inżammu sostanzjalment irħas mill-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità.

    (159)

    Bejn l-2001 u l-IP, l-indikaturi li ġejjin żviluppaw b’mod pożittiv: l-użu tal-kapaċità u l-produttività ta’ l-industrija tal-Komunità żdiedu u l-istokks ta’ l-għeluq naqsu. Il-prezzijiet tal-bejgħ għal kull unità żdiedu skond il-prezz tal-materja prima bejn l-2001 u l-IP, it-tendenza lejn il-profitt tjiebet imma baqgħet negattiva fl-IP, kif ukoll bħala profitt fuq l-investiment. Il-pagi żviluppaw b’mod pożittiv.

    (160)

    Bil-maqlub, l-indikaturi li ġejjin żvilippaw b’mod negattiv: is-sehem mis-suq miżmum mill-industrija tal-Komunità naqas marġinalment, il-produzzjoni u l-kapaċità tal-produzzjoni naqsu, il-volum tal-bejgħ naqas, u l-impjiegi, id-dħul u l-ħruġ totali ta’ flus kontanti u l-investimenti naqsu. Għalhekk, l-industrija tal-Komunità turi tendenzi imħallta mill-2001: waqt li xi indikaturi juru żviluppi pożitivi, numru ta’ oħrajn juru tendenza negattiva.

    (161)

    Jekk wieħed iqabbel it-tendenzi msemmija hawn fuq ma’ dawk deskritti fir-Regolamenti li jimponu l-miżuri kumpensatorji provviżorji u definittivi, l-evalwazjoni terġa’ tkun imħallta. Fejn jikkonċerna s-sehem mis-suq, l-industrija tal-Komunità tilfet biss 0.8 punti perċentwali bejn l-2001 u l-IP, waqt li kienet tilfet kważi 7 punti perċentwali fl-erba’ snin ta’ qabel l-adozzjoni tal-miżuri kumpensatorji definittivi. Wieħed għalhekk jista’ jikkunsidra ill l-miżuri laħqu waħda mill-miri tagħhom, jiġifieri li jwaqqfu d-deterjorament tas-sehem mis-suq. Mill-banda l-oħra, it-tendenza lejn il-profitt ta’ l-industrija tal-Komunità hija agħar fl-IP minn qabel l-impożizzjoni tal-miżuri kumpensatorji definittivi. Kieku l-importazzjoni mill-Brażil u l-Iżrael ma kinitx ħarbet mill-miżuri, is-sitwazzjoni setgħet kienet aktar favorevoli. Wieħed irid ukoll ifakkar illi l-effiċjenza tal-miżuri, u b’dan l-effett tagħhom li jirrimedja s-sitwazzjoni ta’ ħsara ta’ l-industrija tal-Komunità, kienet imdgħajfa severament mill-fatt illi l-garanziji ma ffunzjonawx kif kien xieraq, kif imsemmi taħt il-premessa(135).

    (162)

    Wieħed għalhekk jikkonkludi illi s-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità ma tjibitx sal-punt li seta’ kien mistenni wara l-impożizzjoni tal-miżuri kumpensatorji u anti-dumping definittivi. L-industrija tal-Komunità għadha għalhekk f’sitwazzjoni fraġili.

    (163)

    Minbarra li nstab il-mezz kif taħrab mill-miżuri oriġinali u l-fatt illi l-garanzija ma kisbitx l-effett mixtieq, kien ukoll analizzat jekk fatturi oħra, bħal, p.e. l-importazzjoni minn pajjiżi oħra, jew l-ineffiċjenza ipotetika ta’ l-industrija tal-Komunità, jistgħux jispjegaw is-sitwazzjoni finanzjarja fqira persistenti ta’ din ta’ l-aħħar. F’dan ir-rigward instab illi ma jistax ikun eskluż illi l-importazzjoni mir-Repubblika tal-Korea u l-konsum li qed jonqos kellhom sa ċertu punt impatt fuq is-sitwazzjoni fraġili. Imma dawn iż-żewġ fatturi ma jispjegawx waħedhom is-sitwazzjoni preżenti ta’ l-industrija tal-Komunità. Barra dan, dak li hu finalment rilevanti huwa kif l-industrija tal-Komunità se tiżviluppa fin-nuqqas tal-miżuri kumpensatorji u jekk hux probabbli li jkun hemm ripetizzjoni tal-ħsara. Din il-kwistjoni hija eżaminata fit-taqsima.

    (164)

    Wara l-iżvelar, żewġ produtturi saħqu li l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti ta’ l-Amerka, iż-żieda fil-pagi ta’ l-industrija tal-Komunità u t-tnaqqis fil-konsum tal-Komunità huma fatturi li għandhom effett sinifikanti fuq is-sitwazzjoni fraġili ta’ l-industrija tal-Komunità. Rigward l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti, ta’ min ifakkar (ara premessa 140), li l-prezzijiet ta’ l-importazzjoni minn dan il-pajjiż kienu bħala medja sostanzjalment aktar minn dawk ta’ l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u aktar ukoll mill-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità matul l-IP. Aktar minn hekk, kien stabbilit li l-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet minn dan il-pajjiż kienu sostanzjalment ogħla minn dawk imsemmija hawn fuq matul il-perjodu sħiħ li kien ikkunsidrat. Għalhekk, jista’ jiġi konkluż b’mod raġonevoli li dan il-fattur ma kellu ebda effett negattiv fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità. Rigward iż-żieda fl-ispejjeż tal-pagi għal kull impjegat matul il-perjodu kkunsidrat (12 %), ta’ min jinnota li kull effett negattiv ta’ dan il-fattur fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità huwa fil-parti l-kbira kkumpensat bin-nuqqas b’mod parallel fil-livell ta’ impjiegi matul il-perjodu kkunsidrat, li jaffettwa l-kont tal-pagi, biss bi 3.3 %. Għalhekk, l-istqarrija li dan il-fattur kellu effett sinifikanti fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità ma setax jiġi aċċettat. Rigward it-tnaqqis fil-konsum, hawn fuq qiegħed ikun aċċettat li dan il-fattur sa ċertu punt kellu impatt fuq is-sitwazzjoni fraġili ta’ l-industrija tal-Komunità. Madankollu dan il-fattur ma jistax jiġi kkunsidrat sinifikanti minħabba t-tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ lil klijenti mhux relatati, mill-industrija tal-Komunità, kien biss ta’ 2 % b’kuntrast mat-tnaqqis ta’ 7 % fil-konsum. Fid-dawl tas-sejbiet stabbiliti f’sezzjonijiet F u G, u fuq il-bażi ta’ dan t’hawn fuq, qiegħed ikun konkluż li importazzjonijiet mill-Istati Uniti ma jistax ikollhom effett negattiv fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità u li ż-żewġ fatturi l-oħra msemmija qabel l-aktar li seta’ kellhom kien rwol minuri.

    H.   PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI U/JEW RIPETIZZJONI TAL-ĦSARA

    1.   RIMARKI PRELIMINARI

    (165)

    Kif wieħed diġà ra, l-impożizzjoni tal-miżuri kumpensatorji ppermettiet lill-industrija tal-Komunità li tirkupra biss sa ċertu punt mill-ħsara li batiet. Minħabba d-diversi elementi msemmija hawn fuq, hija għadha f’sitwazzjoni fraġili u vulnerabbli. Kienu eżaminati diversi fatturi sabiex ikun iddeterminat jekk is-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità tibqax l-istess, titjieb jew teħżien fil-kaz li l-miżuri jitħallew jaqgħu.

    (166)

    L-eżami ta’ jekk ikunx probabbli illi l-ħsara tkompli u/jew tirrepeti ruħha kieku l-miżuri jitħassru kien ibbażat b’mod partikulari fuq l-informazzjoni pprovduta mill-produtturi kooperaturi. L-informazzjoni dwar il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni minn esportaturi li ma kinux l-esportatur kooperatur, iddeterminata fuq il-bażi ta’ l-Eurostat, kienet eżaminata wkoll. Kienu eżaminati l-mod kif jiffunzjona l-iffissar tal-prezzijiet tal-produtturi kooperaturi li jesportaw lil swieq oħra ta’ esportazzjoni, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lill-Komunità, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-istokks. Fl-aħħarnett, kien evalwat ukoll l-effett probabbli tal-miżuri fuq il-prezzijiet ta’ oġġetti importati oħrajn.

    2.   KONNESSJONI BEJN IL-VOLUM TA’ L-ESPORTAZZJONI U L-PREZZIJIET LILL-PAJJIŻI TERZI U L-VOLUM TA’ L-ESPORTAZZJONI U L-PREZZIJIET LILL-KOMUNITÀ

    (167)

    Instab illi l-prezz ta’ l-esportazzjoni medju tal-bejgħ Indjan lill-pajjiżi mhux tal-Komunità kien b’mod sinifikanti taħt il-prezz ta’ l-esportazzjoni medju lill-Komunità u taħt ukoll il-prezzijiet fis-suq domestiku. Il-bejgħ Indjan ta’ l-esportatur lill-pajjiżi mhux tal-Komunità kien isir fi kwantitajiet sinifikanti, u kien jammonta għal 73 % tal-bejgħ totali għall-esportazzjoni. Għalhekk, kien ikkunsidrat illi, kieku l-miżuri kellhom jaqgħu, l-esportaturi Indjani kien ikollhom l-inċentiv biex idawru kwantità sinifikanti ta’ esportazzjoni mill-pajjiżi terzi oħra għas-suq tal-Komunità li hu aktar attraenti, b’livelli ta’ prezzijiet, illi, ukoll jekk jogħlew, kienu x’aktarx jibqgħu taħt il-livelli tal-prezzijiet kurrenti għall-esportazzjoni lill-Komunità.

    3.   KAPAĊITÀ MHUX UŻATA U STOKKS

    (168)

    Bħala medja, il-produtturi kooperaturi Indjani kellhom kapaċitajiet ekstra sinifikanti li jirrappreżentaw kważi tliet darbiet il-kwanitità esportata lill-Komunità matul l-IP. Bl-istess mod, l-istokks medji tal-prodotti lesti huma sinifikanti u, fl-aħħar ta’ l-IP, kienu jirrapreżentaw 16 % tal-volum esportat lill-Komunità. Għalhekk, teżisti l-kapaċità biex tiżdied il-kwantità esportata lill-Komunità b’mod sinifikanti, partikularment għaliex m’hemmx indikazzjonijiet illi s-swieq tal-pajjiżi terzi jew is-suq domestiku jistgħu jassorbu xi produzzjoni addizzjonali. F’dan ir-rigward, wieħed għandu jinnota illi mhux probabbli ħafna illi s-suq domestiku Indjan, kawża tal-preżenza ta’ mill-inqas erba’ produtturi kompetituri oħra, jkun kapaċi jassorbi l-kapaċità ekstra kollha ta’ l-erba’ produtturi kooperaturi li jesportaw.

    4.   KONKLUŻJONI

    (169)

    Il-produtturi fil-pajjiż konċernat għandhom għalhekk il-potenzjal li jgħollu u/jew jindirizzaw mill-ġdid il-volum ta’ l-esportazzjoni lis-suq tal-Komunità. L-investigazzjoni wriet illi, fuq il-bażi tat-tipi ta’ prodotti komparabbli, il-produtturi kooperaturi li jesportaw biegħu l-prodott konċernat bi prezz iktar baxx minn dak ta’ l-industrija tal-Komunità (il-marġni ta’ tnaqqis fil-prezz ivarja bejn it-2 % u l-21 %). Huwa wisq probabbli illi dawn il-prezzijiet baxxi jkomplu jkunu mitluba jew ukoll imnaqqsa skond il-prezzijiet aktar baxxi mitluba lill-kumplament tad-dinja, kif imsemmi fil-premess (134), ukoll sabiex jintrebaħ mill-ġdid il-livell tal-ishma mis-suq miżmuma qabel l-impożizzjoni tal-miżuri. Dan il-mod kif jiffunzjona l-ffissar tal-prezzijiet, flimkien mal-ħila ta’ l-esportaturi fil-pajjiż konċernat li jikkunsinnaw kwantitajiet sinifikanti tal-prodott lis-suq tal-Komunità se jkollu l-effett wisq probabbli li jsaħħaħ it-tendenza li jitmewtu l-prezzijiet fis-suq, bl-impatt negattiv mistenni fuq is-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija tal-Komunità.

    (170)

    Kif intwera hawn fuq, is-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità tibqa’ vulnerabbli u fraġili. Jekk l-industrija tal-Komunità tkun esposta għall-volum ikbar ta’ importazzjoni mill-pajjiż konċernat bi prezzijiet issussidjati, dan x’aktarx jirriżulta f’deterjorament fil-bejgħ tagħha, fl-ishma mis-suq, fil-prezzijiet tal-bejgħ kif ukoll f’deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja, għal-livelli misjuba fl-investigazzjoni oriġinali. Fuq din il-bażi, wieħed għalhekk jikkonkludi illi r-revoka tal-miżuri tirriżulta wisq probabbli fid-deterjorament tas-sitwazzjoni diġà fraġili u fir-ripetizzjoni ta’ l-istat ukoll iktar ta’ ħsara ta’ l-industrija tal-Komunità.

    I.   INTERESS TAL-KOMUNITÀ

    1.   INTRODUZZJONI

    (171)

    Skond l-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, kien eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri kumpensatorji eżistenti tkunx kontra l-interess tal-Komunità sħiħa. Id-determinazzjoni ta’ l-interess tal-Komunità kien ibbażat fuq l-apprezzament ta’ l-interessi diversi kollha involuti.

    (172)

    Wieħed irid jiftakar illi, fl-investigazzjoni oriġinali, l-adozzjoni tal-miżuri ma kinitx meqjusa bħala kontra l-interess tal-Komunità. Barra dan, il-fatt illi l-investigazzjoni preżenti hija reviżjoni, b’hekk tanalizza sitwazzjoni li fiha l-miżuri kumpensatorji kienu diġà f’posthom, tippermetti l-evalwazzjoni ta’ kull impatt negattiv mhux mixtieq fuq il-partijiet konċernati mill-miżuri kumpensatorji kurrenti.

    (173)

    Fuq din il-bażi, kien eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet fuq il-probabbiltà tal-kontinwazzjoni jew ripetizzjoni ta’ l-għoti ta’ sussidji, jeżistux raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni illi mhux fl-interess tal-Komunità li żżomm il-miżuri f’dal-każ partikulari.

    2.   INTERESS TA’ L-INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ

    (174)

    L-industrija tal-Komunità tat prova li hija industrija strutturalment vijabbli. Dan kien ikkonfermat mill-bejgħ għall-esportazzjoni li baqa’ stabbli f’livell għoli mill-2001 u l-iżvilupp pożittiv tas-sitwazzjoni ekonomika tagħha osservat wara l-impożizzjoni tal-miżuri kumpensatorji fl-1999. B’mod partikulari, il-fatt illi l-industrija tal-Komunità kważi waqqfet it-telf tagħha mis-sehem tas-suq fil-ftit snin ta’ qabel l-IP jikkuntrasta b’mod ċar mas-sitwazzjoni li kien hemm qabel l-impożizzjoni tal-miżuri. Ukoll, l-industrija tal-Komunità rat it-telf tagħha jonqos bejn l-2001 u l-IP. Wieħed irid jiftakar ukoll illi kien instab illi l-importazzjoni mill-Brażil u l-Iżrael kienu ħarbu mill-miżuri u illi l-garanzija ma ħadmitx kif mixtieq. Kieku dawn l-iżviluppi ma seħħewx, is-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità kienet saħansitra tkun iktar favorevoli.

    (175)

    Huwa raġonevolment mistenni illi l-industrija tal-Komunità se tkompli tibbenifika mill-miżuri imposti bħalissa u tirkupra iżjed, x’aktarx billi tirbaħ mill-ġdid is-sehem mis-suq u ttejjeb il-profitti tagħha. Kieku l-miżuri ma jinżammux, ikun probabbli illi l-industrija tal-Komunità ssofri ħsara f’livell ogħla mill-importazzjoni bi prezzijiet issussidjati ikbar mill-pajjiż konċernat u li s-sitwazzjoni finanzjarja fqira ta’ bħalissa tmur aktar għall-agħar.

    3.   INTERESS TA’ L-IMPORTATURI/UTENTI

    (176)

    Kif indikat taħt il-premessa (20), kumpanija waħda biss li timporta, li hija wkoll utent tal-prodott konċernat, ikkooperat bis-sħiħ f’din l-investigazzjoni. Minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, ma jistgħux jinkixfu l-figuri eżatti dwar dan l-importatur/utent. Madankollu, dan l-importatur/utent jitqies li jirrappreżenta s-sitwazzjoni ta’ importaturi/utenti oħrajn fil-Komunità mħabba l-valur totali ta’ negozju li huwa relattivament għoli. Dan l-importatur jixtri l-film tal-PET minn diversi fonti, li jinkludu l-Indja u l-industrija tal-Komunità. Il-bejgħ mill-ġdid ta’ din il-kumpanija tal-prodott konċernat li joriġina fl-Indja rrappreżenta inqas minn 20 % tal-valur tan-negozju tagħha matul l-IP. It-tendenza lejn il-profitt ta’ l-importatur/utent li kkoopera kienet ta’ bejn 5 sa 10 % fuq il-valur tan-negozju matul l-IP.

    (177)

    Wieħed irid ifakkar ukoll illi, fl-investigazzjoni oriġinali, instab illi l-impatt ta’ l-impożizzjoni tal-miżuri ma jkunx sinifikanti għall-importaturi, u lanqas għall-utenti. Minkejja l-eżistenza tal-miżuri għal ħames snin, l-importaturi/utenti fil-Komunità komplew iġibu l-provvista tagħhom, inter alia, mill-Indja. Lanqas ma tressqu ‘l quddiem indikazzjonijiet li kien se jkun hemm diffikultajiet biex jinstabu fonti oħra. Barra dan, wieħed jiftakar illi, dwar l-effett ta’ l-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-utenti, kien konkluż fl-investigazzjoni oriġinali illi, ikkunsidrata l-inċidenza negliġibbli fuq il-prezz tal-film tal-PET fuq l-industriji li jużawh, kull żjieda fil-prezz ma kinitx se jkollha x’aktarx effett sinifikanti fuq l-industrija li tużah. Ma nstabux indikazzjonijiet li jgħidu l-kuntrarju wara l-impożizzjoni tal-miżuri. Għalhekk wieħed jikkonkludi illi ż-żamma tal-miżuri kumpensatorji x’aktarx mhux se jkollha effett serju fuq l-importaturi/utenti fil-Komunità.

    4.   INTERESS TAL-FORNITURI TAL-PRODUTTURI

    (178)

    L-investigazzjoni oriġinali ikkonkludiet illi l-fornituri ta’ l-industrija tal-Komunità jibbenefikaw mill-impożizzjoni tal-miżuri. Kif indikat hawn fuq, fornitur wieħed biss ikkoopera ma’ l-investigazzjoni u jikkonferma dan il-fatt, billi kważi huwa waħdu jforni l-produtturi tal-Komunità u l-kondizzjoni finanzjarja tiegħu tmur għall-agħar. Għalhekk huwa kkunsidrat illi l-kontinwazzjoni tal-miżuri tkompli jkollha impatt pożittiv fuq il-fornituri.

    5.   KONKLUŻJONI

    (179)

    Meta wieħed jikkunsidra dak li ntqal hawn fuq, wieħed jikkonkludi illi m’hemmx raġunijiet konvinċenti bbażati fuq l-interess tal-Komunità kontra ż-żamma tal-miżuri kumpensatorji kurrenti.

    J.   MIŻURI KUMPENSATORJI

    (180)

    Il-partijiet kollha kienu infurmati bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom hemm il-ħsieb li jkun irrikomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Huma ngħataw ukoll perjodu biex jagħmlu r-rappreżentazzjonijiet tagħhom.

    (181)

    Minn dan ta’ hawn fuq isegwi illi, kif jipprovdi l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri kumpensatorji applikabbli għall-importazzjoni ta’ film tal-PET li joriġinaw fl-Indja għandhom jibqgħu. Wieħed irid jiftakar illi dawn il-miżuri jikkonsistu f’dazji ad valorem.

    (182)

    Kif spjegat fil-qosor taħt il-premessa (4), id-dazji kumpensatorji fis-seħħ kienu estiżi biex ikopru, ukoll, l-importazzjoni ta’ film tal-PET ikkunsinnat mill-Brażil u l-Iżrael, kemm jekk iddikjarat li joriġina mill-Brażil jew l-Iżrael u kemm le. Il-miżuri kumpensatorji li se jinżammu fuq il-prodott konċernat, kif spjegat fil-premessa (181), għandhom ikunu l-miżuri kif estiżi għall-importazzjoni ta’ film tal-PET ikkunsinnat mill-Brażil u l-Iżrael, kemm jekk iddikjarat li joriġina mill-Brażil jew l-Iżrael u kemm le. Il-produtturi Brażiljani u Iżraeljani li jesportaw u li kienu eżentati bir-Regolament (KE) Nru 1976/2004 u emendat bir-Regolament tal-Kunsill Nru 101/2006 għandhom ukoll ikunu eżentati mill-miżuri kif imposti minn dan ir-Regolament.

    (183)

    Ir-rati tad-dazju kumpensatorju ta’ kumpanija individwali speċifikati f’dan ir-Regolament jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba waqt ir-reviżjoni dwar l-esportaturi li kkooperaw. B’hekk, huma japplikaw biss għall-importazzjoni tal-prodott konċernat immanifatturat minn dawn il-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. L-importazzjoni tal-prodott konċernat immanifatturat minn kull kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament b’isimha u l-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet konnessi ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma tistax tibbenifika minn dawn ir-rati u għandha tkun suġġetta għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

    (184)

    Kull talba biex ikunu applikati dawn ir-rati ta’ dazju kumpensatorju individwali (eż wara bidla fl-isem ta’ l-entità jew wara li jkunu stabbiliti entitajiet ġodda għall-produzzjoni jew bejgħ) għandha minnufih tkun indirizzata lill-Kummissjoni (19) bl-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikulari kull modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, bejgħ domestiku jew għall-esportazzjoni, assoċjata ngħidu aħna ma’ dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla f’dawk l-entitajiet għall-produzzjoni jew bejgħ. Jekk ikun xieraq, u wara li jkun ikkunsultat il-Kumitat ta’ Konsulenza, ir-Regolament ikun emendat għal dik ir-raġuni billi tkun aġġornata l-lista tal-kumpaniji li jibbenefikaw mir-rati ta’ dazju individwali.

    (185)

    Sabiex ikun żgurat l-infurzar xieraq tad-dazju kumpensatorju, il-livell tad-dazju residwu m’għandux japplika biss għall-esportaturi li ma kkooperawx iżda għandu japplika wkoll għal dawk il-kumpaniji li ma esportawx matul l-IP. Madankollu, dawn il-kumpaniji ta’ l-aħħar huma mistiedna, meta jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta’ l-Artiklu 20 tar-Regolament bażiku, biex jippreżentaw talba għal reviżjoni skond dak l-Artikolu sabiex is-sitwazzjoni tagħhom tkun eżaminata individwalment,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   B’dan qed ikun impost dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjoni ta’ film tal-polyethylene terephthalate (PET) ikklassifikat taħt il-kodiċi NM ex 3920 62 19 (kodiċi TARIC 3920621903, 3920621906, 3920621909, 3920621913, 3920621916, 3920621919, 3920621923, 3920621926, 3920621929, 3920621933, 3920621936, 3920621939, 3920621943, 3920621946, 3920621949, 3920621953, 3920621956, 3920621959, 3920621963, 3920621969, 3920621976 u 3920621994) u ex 3920 62 90 (kodiċi TARIC 3920629033 u 3920629094), li joriġina fl-Indja.

    2.   Ir-rata ta’ dazju applikabbli għall-prezz nett liberu fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju fuq l-importazzjoni ta’ oġġetti prodotti fl-Indja mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandha tkun kif ġej:

    Pajjiż

    Kumpanija

    Dazju Definittiv (%)

    TARIC Kodiċi Addizzjonali

    Indja

    Ester Industries Limited

    75-76, Amrit Nagar,

    Behind South Extension Part-1,

    New Delhi - 110 003,

    India

    12,0

    A026

    Indja

    Flex Industries Limited

    A-1, Sector 60,

    Noida 201 301 (U.P.),

    India

    12,5

    A027

    Indja

    Garware Polyester Limited

    Garware House,

    50-A, Swami Nityanand Marg,

    Vile Parle (East),

    Mumbai 400 057,

    India

    3,8

    A028

    Indja

    India Polyfilms Limited

    112 Indra Prakash Building

    21 Barakhamba Road

    New Delhi 110 001,

    India

    7,0

    A029

    Indja

    Jindal Poly Films Limited

    56 Hanuman Road,

    New Delhi 110 001,

    India

    7,0

    A030

    Indja

    MTZ Polyfilms Limited

    New India Centre, 5th floor,

    17 Co-operage Road,

    Mumbai 400 039,

    India

    8,7

    A031

    Indja

    Polyplex Corporation Limited

    B-37, Sector-1,

    Noida 201 301,

    Dist. Gautam Budh Nagar,

    Uttar Pradesh,

    India

    19,1

    A032

    Indja

    Kumpaniji oħra kollha

    19,1

    A999

    3.   Id-dazju kumpensatorju definittiv applikabbli għall-importazzjoni mill-Indja, kif spjegat fil-paragrafu 2, huwa b’dan estiż għall-importazzjoni ta’ l-istess film tal-polyethylene terephthalate ikkunsinnat mill-Brażil u kkunsinnat mill-Iżrael (kemm jekk iddikjarat li joriġina mill-Brażil jew l-Iżrael u kemm jekk le) (kodiċi TARIC 3920621901, 3920621904, 3920621907, 3920621911, 3920621914, 3920621917, 3920621921, 3920621924, 3920621927, 3920621931, 3920621934, 3920621937, 3920621941, 3920621944, 3920621947, 3920621951, 3920621954, 3920621957, 3920621961, 3920621967, 3920621974, 3920621992, 3920629031, 3920629092) bl-eċċezzjoni ta’ dawk prodotti minn:

    Terphane Ltda BR 101, km 101, City of Cabo de Santo Agostinho, Stat ta’ Pernambuco, Brazil (kodiċi TARIC addizzjonali A569);

    Jolybar Filmtechnic Converting Ltd (1987), Hacharutsim str. 7, Ind. Park Siim 2000, Natania South, 42504, POB 8380, Israel (kodiċi TARIC addizzjonali A570);

    Hanita Coatings Rural Cooperative Association Ltd, Kibbutz Hanita, 22885, Israel (kodiċi TARIC addizzjonali A691).

    4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali għandhom japplikaw.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-27 ta’ Frar 2006.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    U. PLASSNIK


    (1)  ĠU L 288, 21.10.1997, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12).

    (2)  ĠU L 316, 10.12.1999, p. 1.

    (3)  ĠU L 227, 23.8.2001, p. 1.

    (4)  ĠU L 227, 23.8.2001, p. 56.

    (5)  ĠU C 40, 17.2.2005, p. 8.

    (6)  ĠU L 342, 18.11.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 101/2006 (ĠU L 17, 21.1.2006, p. 1.)

    (7)  ĠU L 342, 18.11.2004, p. 8. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 101/2006.

    (8)  ĠU C 154, 28.6.2002, p. 2.

    (9)  Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    (10)  ĠU C 281, 22.11.2003, p. 4.

    (11)  ĠU C 1, 4.1.2005, p. 5.

    (12)  ĠU L 218, 23.8.2005, p. 3.

    (13)  ĠU C 62, 11.3.2004, p. 4.

    (14)  ĠU C 306, 10.12.2004, p. 2.

    (15)  ĠU C 189, 9.8.2002, p. 34.

    (16)  ĠU C 297, 2.12.2004, p. 2.

    (17)  Notifika Nru 1/2002-2007 tal-31 ta’ Marzu 2002 tal-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija tal-GOI.

    (18)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1628/2004, ĠU L 295, 18.9.2004, p. 4 (premessa (13)).

    (19)  Kummissjoni Ewropea, Direttorat-Ġenerali għall-Kummerċ, Direttorat B, J-79 5/17.B-1049 Brussell.


    Top