This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006O0011
Guideline of the European Central Bank of 3 August 2006 amending Guideline ECB/2005/16 on a Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system (TARGET) (ECB/2006/11)
Linja ta' Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 3 ta' Awwissu 2006 li temenda l-Linja ta' Gwida BĊE/2005/16 tat- 30 ta' Diċembru, 2005 , dwar is-Sistema Trans-European Automated Real-time Gross Settlement Express Transfer ( TARGET ) (BĊE/2006/11)
Linja ta' Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 3 ta' Awwissu 2006 li temenda l-Linja ta' Gwida BĊE/2005/16 tat- 30 ta' Diċembru, 2005 , dwar is-Sistema Trans-European Automated Real-time Gross Settlement Express Transfer ( TARGET ) (BĊE/2006/11)
ĠU L 221, 12.8.2006, p. 17–18
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 1085–1086
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 14/09/2008; Imħassar b' 32007O0002
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
1085 |
LINJA TA' GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-3 ta' Awwissu 2006
li temenda l-Linja ta' Gwida BĊE/2005/16 tat-30 ta' Diċembru, 2005, dwar is-Sistema Trans-European Automated Real-time Gross Settlement Express Transfer (“TARGET”)
(BĊE/2006/11)
(2006/562/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunita' Ewropea, partikolarment l-ewwel u r-raba inċiż ta' l-Artikolu 105(2) u l-Artikoli 3.1, 12.1, 14.3, 17, 18 u 22 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew,
Billi:
(1) |
Ir-raba inċiż ta' l-Artikolu 105(2) tat-Trattat u r-raba' inċiż ta' l-Artikolu 3.1 ta' l-Istatut jistabbilixxu li waħda mill-ħidmiet li għandhom jitwettqu permezz tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) hija l-promozzjoni ta' l-operat bla xkiel ta' sistemi ta' ħlas. |
(2) |
L-Artikolu 22 ta' l-Istatut jistabbilixxi li l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) jistgħu jipprovdu faċilitajiet biex jiżguraw sistemi ta' ħlas u kklerjar effiċjenti u validi fil-Komunita' u ma' pajjizi oħra. |
(3) |
Barra mill-komunikazzjoni (connection) permezz ta' interlinking jew permezz ta' link bilaterali, it-tielet forma ta' komunikazzjoni mat-TARGET għandha ssir disponibbli bħala miżura tranżitorja minħabba l-istruttura futura tat-TARGET2. BĊN mingħajr is-sistema tiegħu ta' RTGS għandu jingħata aċċess għall-infrastruttura kurrenti tat-TARGET permezz ta' parteċipazzjoni remota f'sistema ta' RTGS ta' BĊN. |
(4) |
Il-Linja ta' Gwida BĊE/2005/16 tat-30 ta' Diċembru, 2005, dwar is-Sistema Trans-European Automated Real-time Gross Settlement Express Transfer (“TARGET”) (1) għandha tiġi emendata biex tinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw parteċipazzjoni remota, |
ADOTTA DIN IL-LINJA TA' GWIDA:
Artikolu 1
Il-Linja ta' Gwida BĊE/2005/16 hija emendata kif ġej:
1. |
Fl-Artikolu 1 qed jiddaħħlu d-definizzjonijiet li ġejja:
|
2. |
Qed jiddaħħal l-Artikolu 2(3) li ġej: “3. Meta xi BĊN remot u xi istituzzjonijiet ta' kreditu u entitajiet oħra fl-Istat Membru tiegħu jipparteċipaw b'mod remot f'sistema ta' RTGS ta' BĊN host skond ir-regoli ta' RTGS ta' dik is-sistema ta' RTGS, id-dispożizzjonijiet addizzjonali speċifiċi li ġejjin għandhom japplikaw:
|
Artikolu 2
Dispożizzjonijiet finali
1. Din il-Linja ta' Gwida hija indirizzata lill-BĊNi ta' l-Istati Membri parteċipanti.
2. Din il-Linja ta' Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-15 t'Awwissu 2006. Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2007.
Magħmul fi Frankfurt am Main, nhar it-3 ta' Awwissu 2006.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET