This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006D0627
2006/627/EC: Council Decision of 11 July 2006 abrogating Decision 2005/184/EC on the existence of an excessive deficit in Cyprus
Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 11 ta’ Lulju 2006 li tħassar id-Deċiżjoni 2005/184/KE dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv f’Ċipru
Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 11 ta’ Lulju 2006 li tħassar id-Deċiżjoni 2005/184/KE dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv f’Ċipru
ĠU L 256, 20.9.2006, p. 13–14
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 76M, 16.3.2007, p. 333–334
(MT)
In force
16.3.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
333 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Lulju 2006
li tħassar id-Deċiżjoni 2005/184/KE dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv f’Ċipru
(2006/627/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 104(12) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2005/184/KE (1), li ssegwi rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 104(6) tat-Trattat, ġie deċiż li f'Ċipru kien jeżisti defiċit eċċessiv. |
(2) |
Skond Artikolu 104(7) tat-Trattat u Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (2), fil-5 ta’ Lulju 2004 l-Kunsill għamel Rakkomandazzjoni indirizzata lil-Ċipru sabiex is-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv tispiċċa sa mhux aktar tard mill-aħħar ta’ l-2005. Ir-rakkomandazzjoni ġiet ippublikata. Speċifikament, kien irrakomandat li l-miżuri mbassra fil-programm ta’ konverġenza ta’ Mejju 2004, jiġu implimentati b'mod qawwi; b’mod partikolari, sabiex sal-5 ta’ Novembru 2004, tittieħed azzjoni effettiva sabiex fl-2005 d-defiċit jitniżżel taħt it-3 % tal-PGD b’mod kredibbli u sostenibbli. Il-Kunsill irrakomanda wkoll li jiġi assigurat li ż-żieda fil-proporzjon tad-dejn tispiċċa fl-2004 u minn hemmhekk ‘l quddiem tiġi rriversjata. Il-Kunsill stieden lill-awtoritajiet Ċiprijotti biex jassiguraw li l-konsolidazzjoni tal-baġit lejn l-objettiv ta’ terminu medju tiġi sostnuta wara li jissewwa d-defiċit eċċessiv. |
(3) |
Skond l-Artikolu 104(12) tat-Trattat, Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv għandha titħassar meta d-defiċit eċċessiv fl-Istat Membru partikolari jkun, fl-opinjoni tal-Kunsill, issewwa. |
(4) |
Skond il-Protokoll dwar il-proċedura għad-defiċit eċċessiv anness mat-Trattat, il-Kummissjoni tipprovdi d-dejta għall-implimentazzjoni tal-proċedura. Bħala parti mill-applikazzjoni ta’ dak il-Protokoll, l-Istati Membri għandhom jipprovdu dejta dwar l-iżbilanċi ppjanati u attwali tal-gvern tagħhom u dwar kemm ikun id-dejn tal-gvern, u dan darbtejn fis-sena, l-ewwel darba qabel l-1 ta’ April u qabel l-1 Ottubru, skond Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93 tat-22 ta’ Novembru 1993 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tad-defiċit eċċessiv annessa mat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea (3). |
(5) |
Ibbażat fuq it-tagħrif provdut mill-Kummissjoni (Eurostat) skond Artikolu 8g tar-Regolament (KE) Nru 3605/93, wara n-notifika miċ-Ċipru qabel l-1 ta’ April 2006 u fuq it-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni fir-rebbiegħa 2006, il-konklużjonijiet li ġejjin huma ġustifikati:
|
(6) |
Skond l-Opinjoni tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Marzu 2006 dwar ir-reviżjoni tal-programm ta’ konverġenza ta’ Ċipru, 2005-2009, il-miżuri ppjanati mill-awtoritajiet Ċiprijotti dwar il-perjodu tal-programm kieku jniżżlu d-defiċit strutturali għal madwar 0,5 % tal-PGD sa l-2009, li huwa meqjus bħala l-għan tat-terminu medju magħżul mill-awtoritajiet Ċiprijotti. Ibbażat fuq ir-riżultat stmat għall-2005 u waqt li tqis il-bilanċ tar-riskji għal miri baġitarji, il-pożizzjoni tal-baġit fil-programm tidher li hi biżżejjed biex tassigura li l-MTO tal-programm ikun kważi intlaħaq sa l-2009, kif previst fil-programm. Fis-snin ta’ wara l-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv, il-pass ta’ l-aġġustament strutturali lejn l-MTO tal-programm implikat mill-programm, huwa ġeneralment konsistenti mal-Patt ta’ Stabbilità u Tkabbir. |
(7) |
Id-Deċiżjoni 2005/184/KE għandha għalhekk tiġi mħassra. |
ADOTTAT DIN ID-DECIZJONI:
Artikolu 1
Minn din l-evalwazzjoni ġenerali, jista’ jiġi konkluż li s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv f’Ċipru ġiet irranġata.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 2005/184/KE hija b'dan imħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ Ċipru.
Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Lulju 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
E. HEINÄLUOMA
(2) ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1056/2005 (ĠU L 174, 7.7.2005, p. 5).
(3) ĠU L 332, 31.12.1993, p. 7. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2103/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 1).