Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0436

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 23 ta' Ġunjuu 2006 li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta' emerġenza meħuda għall-ġlieda kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Belġju fl-2003 (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 2422)

ĠU L 173, 27.6.2006, p. 33–34 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 936–937 (MT)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/436/oj

8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

936


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta' Ġunjuu 2006

li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta' emerġenza meħuda għall-ġlieda kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Belġju fl-2003

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 2422)

(It-testi bil-Franċiż u bl-Olandiż biss huma awtentiċi)

(2006/436/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b' mod partikolari l-Artikolu 3 (3) tagħha,

Billi:

(1)

Seħħew tifqigħat ta' l-influwenza tat-tjur fil-Belġju fl-2003 Il-feġġ ta' din il-marda ppreżenta riskju serju għall-popolazzjoni tal-bhejjem u annimali varji tal-Komunità.

(2)

Biex jiġi evitat it-tixrid tal-marda u biex tinqered kemm jista' jkun malajr, il-Komunità għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għan-nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istat Membru fil-kuntest tal-miżuri ta' emerġenza meħuda biex tkun ikkumbattuta l-marda, kif previst fid-Deċiżjoni 90/424/KEE.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/749/KE ta' l-10 ta' Ottubru 2003 dwar kontribuzzjoni finanzjarja għall-qerda tal-marda ta' l-influwenza tat-tjur fil-Belġju fl-2001 (2) tat kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità lill-Belġju għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta' emerġenza implimentati fl-2001 u meħuda biex tiġi kkumbattuta l-marda ta' l-influwenza tat-tjur.

(4)

Skond din id-Deċiżjoni, ingħata l-ewwel pagament ta' EUR 3 000 000.

(5)

Skond dik id-Deċiżjoni, il-bilanċ tal-kontribuzzjoni mill-Komunità għandu jkun ibbażat fuq l-applikazzjoni mressqa mill-Belġju, dokumenti li jistipulaw iċ-ċifri kkwotati fl-applikazzjoni, u r-riżultati tal-verifiki fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni. L-ammont stipulat fl-applikazzjoni mressqa mill-Belġju kien ta' EUR 18 035 727,78 li għalihom il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità ma tistax tkun ogħla minn 50 % tan-nefqa eliġibbli.

(6)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija fuq, l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-qerda ta' l-influwenza tat-tjur fil-Belġju fl-2003 issa għandha tiġi ffissata.

(7)

Ir-riżultati tal-verifiki mwettqa mill-Kummissjon f'konformità mar-regoli veterinarji tal-Komunità u l-kundizzjonijiet għall-għoti ta' l-appoġġ finanzjarju Komunitarju jfissru li l-ammont kollu tan-nefqa mressqa ma jistax jiġi rikonoxxut bħala eliġibbli għal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja.

(8)

L-aħħar osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, il-konklużjoniiet finali u l-metodu għall-kalkolu tan-nefqa eliġibbli ġew ikkomunikati lill-Belġju fil-21 ta' Frar 2006.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribuzzjoni finanzjarja totali mill-Komunità għan-nefqa marbuta ma' l-influwenza tat-tjur fil-Belġju fl-2003 skond id-Deċiżjoni 2003/749/KE hija ffissata għal EUR 8 088 508,16.

Billi ngħata diġà l-ewwel pagament ta' EUR 3 000 000 skond id-Deċiżjoni 2003/749/KE, il-bilanċ tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja huwa ffissat għal EUR 5 088 508,16.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju.

Magħmul fi Brussell, nhar it-23 ta' Ġunju 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/53/KE (ĠU L 29, 2.2.2006, p. 37).

(2)  ĠU L 271, 22.10.2003, p. 19. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/18/KE (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 81).


Top