This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006D0434
2006/434/EC: Commission Decision of 23 June 2006 establishing the Community’s financial contribution to the expenditure incurred in the context of the emergency measures taken to combat classical swine fever in Luxembourg in 2002 (notified under document number C(2006) 2410)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 23 ta' Ġunju 2006 li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta' emerġenza meħuda għall-ġlieda kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Lussemburgu fl-2002 (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 2410)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 23 ta' Ġunju 2006 li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta' emerġenza meħuda għall-ġlieda kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Lussemburgu fl-2002 (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 2410)
ĠU L 173, 27.6.2006, p. 29–30
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 932–933
(MT)
In force
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
932 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-23 ta' Ġunju 2006
li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta' emerġenza meħuda għall-ġlieda kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Lussemburgu fl-2002
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 2410)
(It-test bil-Franċiż biss hu awtentiku)
(2006/434/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b' mod partikolari l-Artikolu 3 (3) tagħha,
Billi:
(1) |
Seħħew tifqigħat tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Lussemburgu fl-2002. Il-feġġ ta' din il-marda jista' jirrappreżenta riskju serju għall-popolazzjoni tal-bhejjem tal-Komunità. |
(2) |
Biex jiġi evitat it-tixrid tal-marda u biex tinqered kemm jista' jkun malajr, il-Komunità għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għan-nefqa eliġġibbli mġarrba mill-Istat Membru skond tal-miżuri ta' emerġenza meħuda biex tkun ikkumbattuta l-marda, kif previst fid-Deċiżjoni 90/424/KEE. |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/491/KE tat-3 ta' Lulju 2003 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Lussemburgu fl-2002 (2) tat kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità lil-Lussemburgu għan-nefqa mġarrba taħt il-miżuri ta' emerġenza għall-ġlieda kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer implimentata fl-2002. |
(4) |
Skond dik id-deċiżjoni, ingħata l-ewwel pagament ta' EUR 500 000. |
(5) |
Skond dik id-Deċiżjoni, il-bilanċ tal-kontribuzzjoni Komunitarja għandu jkun ibbażat fuq l-applikazzjoni mressqa mil-Lussemburgu fis-17 ta' Lulju 2003, dokumenti li jistipulaw iċ-ċifri kkwotati fl-applikazzjoni, u r-riżultati tal-verifiki fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni. L-ammont stipulat fl-applikazzjoni mressqa mil-Lussemburgu kien ta' EUR 3 253 235, li għalih il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja ma tistax tkun ogħla minn 50 % tan-nefqa eliġibbli totali. |
(6) |
Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għan-nefqa eliġibbli mġarrba fil-kuntest tal-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Lussemburgu fl-2002 għandha issa tiġi ffissata. |
(7) |
Ir-riżultati tal-verifiki mwettqa mill-Kummissjoni skond ir-regoli veterinarji tal-Komunità u l-kundizzjonijiet għall-għoti ta' l-appoġġ finanzjarju Komunitarju jfissru li l-ammont sħiħ tan-nefqa li tressaq ma jistax jiġi rrikonoxxut bħala eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja. |
(8) |
L-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni u l-metodu għall-kalkolu tan-nefqa eliġibbli ġew ikkomunikati lil-Lussemburgu f'ittra bid-data ta' l-4 ta' Novembru 2005. |
(9) |
Il-konklużjonijiet finali tal-Kummissjoni ntbagħtu lil-Lussemburgu fit-18 ta' Jannar 2006, u qiesu l-informazzjoni addizzjonali mibgħuta mil-Lussemburgu lill-Kummissjoni fil-15 ta' Diċembru 2005. |
(10) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikol 1
Il-kontribuzzjoni finanzjarja totali tal-Komunità għan-nefqa marbuta mal-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Lussemburgu fl-2002 skond id Deċiżjoni 2003/491/KE hija ffissata għal EUR 1 589 734.
Billi diġà ngħata pagament ta' EUR 500 000 skond id-Deċiżjoni 2003/491/KE, għandu jitħallas bilanċ ta' EUR 1 089 734 lil-Lussemburgu.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu.
Magħmul fi Brussell, nhar it-23 ta' Ġunju 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/53/KE (ĠU L 29, 2.2.2006, p. 37).
(2) ĠU L 168, 5.7.2003, p. 23.