Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0432

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 23 ta' Ġunju 2006 li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta' emerġenza meħuda għall-ġlieda kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Ġermanja fl-2001 (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 2407)

    ĠU L 173, 27.6.2006, p. 25–26 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 928–929 (MT)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/432/oj

    8.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    928


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-23 ta' Ġunju 2006

    li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta' emerġenza meħuda għall-ġlieda kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Ġermanja fl-2001

    (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 2407)

    (It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)

    (2006/432/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b' mod partikolari l-Artikolu 3 (3) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Seħħew tifqigħat tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Ġermanja fl-2001. Il-feġġ ta' din il-marda ppreżenta riskju serju għall-popolazzjoni tal-bhejjem tal-Komunità.

    (2)

    Biex jiġi evitat it-tixrid tal-marda u biex tinqered kemm jista' jkun malajr, il-Komunità għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għan-nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istat Membru fil-kuntest tal-miżuri ta' emerġenza meħuda biex tiġi kkumbattuta l-marda, kif previst fid-Deċiżjoni 90/424/KEE.

    (3)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/492/KE tat-3 ta' Lulju 2003 dwar kontribuzzjoni finanzjarja għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Ġermanja fl-2001 (2) tat kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità lill-Ġermanja għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta' emerġenza implimentati fl-2001 u meħuda biex tiġi kkumbattuta l-marda tad-deni klassiku tal-ħnieżer.

    (4)

    Skond din id-Deċiżjoni, ingħata l-ewwel pagament ta' € 440 000.

    (5)

    Skond dik id-Deċiżjoni, il-bilanċ tal-kontribuzzjoni Komunitarja għandu jkun ibbażat fuq l-applikazzjoni mressqa mill-Ġermanja, dokumenti li jistipulaw i-ċifri kkwotati fl-applikazzjoni, u r-riżultati ta' verifiki fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni. L-ammont stipulat fl-applikazzjoni mressqa mill-Ġermanja kien ta' DEM 3 256 879,80 jew EUR 1 665 216,19 bħala spejjeż ewlenin u DEM 16 978,40 jew EUR 8 680,92 bħala arretrati, li għalihom il-kontribut finanzjarju Komunitarju ma jistax ikun ogħla minn 50 % tan-nefqa eliġibbli.

    (6)

    Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija fuq, l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Ġermanja fl-2001 issa għandha tiġi ffissata.

    (7)

    Ir-riżultati tal-verifiki mwettqa mill-Kummissjon f'konformità mar-regoli veterinarji tal-Komunità u l-kundizzjonijiet għall-għoti ta' l-appoġġ finanzjarju Komunitarju jfissru li l-ammont kollu tan-nefqa mressqa ma jistax jiġi rikonoxxut bħala eliġibbli.

    (8)

    L-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni u l-metodu għall-kalkolu tan-nefqa eliġibbli ġew ikkomunikati lill-Ġermanja permezz ta' ittra.

    (9)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-kontribuzzjoni finanzjarja totali mill-Komunità għan-nefqa marbuta mal-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Ġermanja fl-2001 skond id-Deċiżjoni 2003/492/KE hija ffissata għal EUR 827 037,06 bħala spejjeż ewlenin u EUR 4 340,46 bħala arretrati.

    Billi ngħata diġà l-ewwel pagament ta' EUR 440 000 skond id-Deċiżjoni 2003/492/KE, il-bilanċ tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja huwa ffissat għal EUR 391 377,52.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

    Magħmul fi Brussell, nhar it-23 ta' Ġunju 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/53/KE (ĠU L 29, 2.2.2006, p. 37).

    (2)  ĠU L 168, 5.7.2003, p. 28.


    Top