This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006D0351
2006/351/EC: Administrative Commission of the European Communities on social security for migrant workers - Decision No 205 of 17 October 2005 on the scope of the notion of partial unemployment with regard to frontier workers (Text of relevance to the EEA and to the EU/Switzerland Agreement)
Deċiżjoni Nru 205 tas- 17 ta' Ottubru 2005 dwar il-firxa tal-kunċett ta' qgħad parzjali fir-rigward ta' ħaddiema tal-fruntieri
Deċiżjoni Nru 205 tas- 17 ta' Ottubru 2005 dwar il-firxa tal-kunċett ta' qgħad parzjali fir-rigward ta' ħaddiema tal-fruntieri
ĠU L 130, 18.5.2006, p. 37–38
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 723–724
(MT)
In force
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
723 |
DEĊIŻJONI Nru 205
tas-17 ta' Ottubru 2005
dwar il-firxa tal-kunċett ta' “qgħad parzjali” fir-rigward ta' ħaddiema tal-fruntieri
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim ta' bejn l-UE u l-Iżvizzera)
(2006/351/KE)
IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA DWAR IS-SIGURTÀ SOĊJALI GĦALL-ĦADDIEMA MIGRANTI,
Wara li kkunsidrat l-Artikolu 81 (a) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' l-iskemi tas-sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għal membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu fi ħdan il-Komunità (1), li taħt it-termini tiegħu l-Kummissjoni hija responsabbli biex titratta ma' kwalunkwe kwistjoni amministrattiva li toħroġ mir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolamenti sussegwenti,
Wara li kkunsidrat l-Artikolu 71(1)(a) tar-Regolament imsemmi,
Billi:
1) |
L-Artikolu 71(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 fih dispożizzjoni li tikkostitwixxi eżenzjoni, fil-każ ta' ħaddiema tal-fruntieri li huma impjegati kompletament, mill-prinċipju ġenerali ta' lex loci laboris stipulat fl-Artikolu 13(2)(a) tar-Regolament imsemmi. |
2) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej iddeċidiet li sabiex jiġi determinat jekk ħaddiem tal-fruntiera għandux jitqies bħala li jinsab f'qgħad parzjali jew qgħad sħiħ fis-sens tat-tifsira ta' l-Artikolu 71(1)(a) tar-Regolament imsemmi, iridu jiġu applikati kriterji uniformi tal-Komunità. Din it-tip ta' valutazzjoni ma tistax issir fuq il-bażi ta' kriterji meħuda mil-liġi nazzjonali (2). |
3) |
Minħabba li l-prassi ta' istituzzjonijiet nazzjonali tas-sigurtà soċjali fl-Istati Membri differenti tirrifletti differenzi fl-interpretazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mad-diskriminazzjoni tat-tip ta' impjieg, huwa importanti li tiġi speċifikata l-firxa ta' l-Artikolu msemmi bil-ħsieb ta' adozzjoni ta' kriterji uniformi u bbilanċjati għall-għanijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu mill-istituzzjonijiet imsemmija. |
4) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej iddeċidiet li meta ħaddiem tal-fruntiera m'għadx fadallu kwalunkwe rabta ma' l-Istat Membru kompetenti u huwa kompletament qiegħed, il-benefiċċji tal-qgħad għandhom jiġu pprovduti mill-istituzzjoni tal-post tar-residenza minn butha. |
5) |
Valutazzjoni ta' jekk rabta ta' impjieg teżistix jew le jew inkella għadhiex mantenuta hija kompletament ibbażata fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta' l-Istat ta' impjieg. |
6) |
L-għan għall-ħarsien ulterjuri ta' ħaddiema tal-fruntiera skond l-Artikolu 71 tar-Regolament ma jinkisibx jekk il-ħaddiem li baqa' impjegat mill-istess intrapriża fi Stat Membru ieħor għajr dak li huwa residenti fit-territorju tiegħu — bl-attività tiegħu sospiża — kellu jitqies bħala kompletament qiegħed u kellu jintalab japplika lill-istituzzjoni tal-post ta' residenza tiegħu sabiex jikseb il-benefiċċji tal-qgħad. |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
1. |
Għall-għanijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 71(1)(a) tar-Regolament, id-determinazzjoni tan-natura tal-qgħad (jiġifieri jekk huwiex parzjali jew sħiħ) se tiddependi fuq jekk teżisti jew ma teżistix kwalunkwe rabta ta' impjieg kuntrattwali inkella jekk din ir-rabta hijiex mantenuta bejn il-partijiet, u mhux fuq id-dewmien ta' kwalunkwe sospensjoni temporanja ta' l-attività tal-ħaddiem. |
2. |
Jekk ħaddiem tal-fruntiera jibqa' impjegat minn intrapriża fi Stat Membru minbarra dak li joqgħod fit-territorju tiegħu, iżda l-attività tiegħu tiġi sospiża għalkemm jista' jerġa' lura għall-kariga tiegħu fi kwalunkwe waqt, il-ħaddiem imsemmi se jitqies bħala qiegħed b'mod parzjali, u l-benefiċċji korrispondenti se jiġu pprovduti mill-istituzzjoni kompetenti ta' l-Istat Membru ta' impjieg skond l-Artikolu 71(1)(a)(i) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71. |
3. |
Jekk ħaddiem tal-fruntiera, fin-nuqqas ta' kwalunkwe rabta ta' impjieg kuntrattwali, m'għandu l-ebda rabta ma' l-Istat Membru ta' l-impjieg (pereżempju minħabba li ntemmet jew skadiet ir-rabta kuntrattwali ta' l-impjieg) se jitqies bħala kompletament qiegħed skond l-Artikolu 71(1)(a)(ii) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, u l-benefiċċji se jiġu pprovduti mill-istituzzjoni tal-post tar-residenza minn butha. |
4. |
Din id-deċiżjoni għandha tapplika mill-ewwel jum tax-xahar wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. |
Il-President tal-Kummissjoni Amministrattiva
Anna HUDZIECZEK
(1) ĠU L 149, 5.7.1971, p. 2. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) 631/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 100, 6.4.2004, p. 1).
(2) Sentenza tal-15 ta' Marzu 2001 fil-każ C-444/98, “R. J. de Laat/Bestuur van het Landelijk instituut sociale verzekeringen”, ECR 2001, pp. I-2229 et seq.