Valige katsefunktsioonid, mida soovite proovida

See dokument on väljavõte EUR-Lexi veebisaidilt.

Dokument 32006D0263

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta' Marzu 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2005/648/KE dwar il-miżuri ta' protezzjoni fir-rigward tal-marda tan-Newcastle fil-Bulgarija (innotifikata taħt dokument numru (C2006) 893) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 95, 4.4.2006, lk 3—5 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 118M, 8.5.2007, lk 551—553 (MT)

Dokumendi õiguslik staatus Kehtetud, Kehtetuks muutumise kuupäev: 23/01/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/263/oj

8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

551


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas- 27 ta' Marzu 2006

li temenda d-Deċiżjoni 2005/648/KE dwar il-miżuri ta' protezzjoni fir-rigward tal-marda tan-Newcastle fil-Bulgarija

(innotifikata taħt dokument numru (C2006) 893)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/263/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(7) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2), u partikolarment l-Artikolu 22 (6) tagħha,

Billi:

(1)

Il-marda tan-Newcastle hija marda virali kuntaġġjuża ħafna fit-tjur ta' l-irziezet u l-għasafar u hemm riskju li l-aġent tal-marda jista' jiddaħħal permezz tal-kummerċ internazzjonali fil-prodotti tat-tjur ta' l-irziezet ħajjin u tal-prodotti tat-tjur ta' l-irziezet.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/648/KE tat-8 ta' Settembru 2005 dwar il-miżuri ta' protezzjoni dwar il-marda tan-Newcastle fil-Bulgarija (3) kienet ġiet adottata wara tifqigħa tal-marda tan-Newcastle fir-reġjun amministrattiv ta' Vratsa. Dik id-Deċiżjoni tissospendi l-importazzjoni tat-tjur ta' l-irziezet ħajjin, ir-ratiti, it-tjur selvaġġi u dak mrobbi u l-bajd tat-tfaqqis, il-laħam frisk u l-preparazzjonijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam minn dawn l-ispeċi.

(3)

Fit-23 ta' Jannar 2006, il-Bulgarija kkonfermat tifqigħa tal-marda tan-Newcastle fid-distrett amministrattiv tal-Blagoevgrad fil-Bulgarija.

(4)

Waqt li titqies is-sitwazzjoni attwali epidemjoloġika fil-Bulgarija dwar il-marda tan-Newcastle u l-fatt li dak il-pajjjiż applika ċerti miżuri ta' kontroll tal-marda u bagħat iktar informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-marda lill-Kummissjoni. Fuq il-bażi ta' din l-informazzjoni, jidher li s-sitwazzjoni fil-Bulgarija, minbarra ir-reġjuni ta' Vratsa u l-Blagoevgrad għadha waħda sodisfaċenti. Huwa għalhekk xieraq li tiġi limitata s-sospensjoni ta' l-importazzjonijiet għal dawk ir-reġjuni u biex jittawwal il-perjodu ta' l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2005/648/KE.

(5)

L-Anness għad-Deċiżjoni 2005/648/KE għandu, għalhekk, jiġi emendat kif xieraq.

(6)

Sabiex jiġu awtorizzati l-importazzjonijiet tal-prodotti tal-laħam soġġetti għal trattament tas-sħana suffiċjenti biex jinattiva kwalunkwe vajrus possibbli fil-laħam, jeħtieġ li jkun speċifikat it-trattament meħtieġ għal-laħam tat-tjur ta' l-irziezet fiċ-ċertifikati mfassla skond l-Annessi III u IV għad Deċiżjoni 2005/432/KE (4).

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2005/648/KE hija emendata kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 5, id-data “it-23 ta' Awwissu 2006” tinbidel għal “it-23 ta' Jannar 2007”.

2.

Il-paragrafi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda ma' l-Artikolu 3:

“4.   It-trattament speċifiku applikat fi qbil mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandu jiġi speċifikat fil-punt 9.1 kolonna B fiċ-ċertifikat veterinarju mfassal skond il-mudell mfassal fl-Anness III għad-Deċiżjoni 2005/432/KE, u il-kliem li ġej għandu jiżdied ma' dak iċ-ċertifikat:

‘Prodotti tal-laħam trarrati skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/648/KE’;

5.   It-trattament speċifiku applikat fi qbil mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandu jiġi ċċertifikat biż-żieda tal-kliem li ġej liċ-ċertifikat veterinarju stabbilit skond il-mudell mfassal fl-Anness IV għad-Deċiżjoni 2005/432/KE :

‘Prodotti tal-laħam trattati skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/648/KE’”;

3.

l-Anness jiġi sostitwit mill-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom minnufih jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni u jippubblikaw dawk il-miżuri. Huma għandhom jinformaw immedjatament lill-Kummissjoni dwar dan.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar is-27 ta' Marzu 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.

(2)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).

(3)  ĠU L 238, 15.9.2005, p. 16.

(4)  ĠU L 151, 14.6.2005, p. 3.


ANNESS

“ANNESS

Id-distrett amministrattiv ta' Blagoevgrad.

Id-distrett amministrattiv ta' Vratsa”


Üles