EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0178

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta' Frar 2006 għat-twaqqif ta' Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar il-Libreriji Diġitali (Dan it-test jirrevoka u jissostitwixxi t-test ippublikat fil- Ġurnal Uffiċjali L 46 tas-16 ta' Frar 2006, p. 32 )

ĠU L 63, 4.3.2006, p. 25–27 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 350–352 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/178/oj

8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

350


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta' Frar 2006

għat-twaqqif ta' Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar il-Libreriji Diġitali

(Dan it-test jirrevoka u jissostitwixxi t-test ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali L 46 tas-16 ta' Frar 2006, p. 32)

(2006/178/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

billi:

(1)

l-Artikolu 157 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jagħti lill-Komunità u l-Istati Membri l-kariga biex jiżguraw li hemm il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-kompetittività ta' l-industrija tal-Komunità. L-Artikolu 151 jipprevedi li l-Komunità għandha tikkontribwixxi biex il-kulturi ta' l-Istati Membri jiffjorixxu, filwaqt li tiġi rrispettata d-diversità nazzjonali u reġjunali tagħhom u fl-istess waqt twassal biex il-wirt kulturali komuni jimxi 'il quddiem.

(2)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “i2010 — Soċjetà Informatika Ewropea għall-impjieg u t-tkabbir” (1) ħabbret inizjattiva prominenti dwar il-libreriji diġitali.

(3)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “i2010: Libreriji Diġitali” (2) (minn hawn 'il quddiem “il-Komunikazzjoni”) ħabbret il-ħolqien ta' Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar il-Libreriji Diġitali li għandu jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar kif l-aħjar tindirizza l-isfidi ta' organizzazzjoni, legali u tekniċi fil-livell Ewropew.

(4)

Il-White Paper dwar Politika Ewropea dwar il-Komunikazzjoni (3) adottata mill-Kummissjoni fl-1 ta' Frar 2006 issemmi r-rwol essenzjali li l-libreriji diġitali għandhom fl-għoti ta' aċċess ħieles liċ-ċittadini Ewropej għal tagħrif dwar l-Ewropa permezz tat-teknoloġiji ta' l-informazzjoni.

(5)

Il-grupp għandu jikkontribwixxi għal viżjoni strateġika komuni għal-libreriji diġitali Ewropej.

(6)

Il-grupp għandu jkun magħmul minn esperti kwalifikati ħafna b'kompetenza fil-libreriji diġitali, maħtura f'kapaċità personali.

(7)

Il-“Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar il-Libreriji Diġitali” għandu għalhekk jitwaqqaf u jitħejju d-dettalji dwar it-termini ta' referenza u l-istruttura tiegħu.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

B'dan, il-Kummissjoni twaqqaf il-grupp ta' esperti “Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar il-Libreriji Diġitali”, minn hawn 'il quddiem msemmi “il-grupp”.

Artikolu 2

Ħidma

Il-Kummissjoni tista' tikkonsulta l-grupp fuq kwalunkwe kwistjoni li għandha x'taqsam ma' l-implimentazzjoni ta' l-inizjattiva tal-libreriji diġitali kif stabbilit fil-Komunikazzjoni.

Il-ħidma tal-grupp se tkun li:

jagħti pariri lill-Kummissoni dwar kif l-aħjar tindirizza l-isfidi ta' organizzazzjoni, legali u tekniċi fil-livell Ewropew;

jikkontribwixxi għal viżjoni strateġika komuni għal-libreriji diġitali Ewropej.

Artikolu 3

Kompożizzjoni — Ħatra

1.   Id-Direttur Ġenerali tad-DĠ “Soċjetà dwar l-Informazzjoni u l-Medja” jew permezz tar-rappreżentant tiegħu/tagħha, għandu l-kariga li jaħtar il-membri tal-grupp. Għandhom jiġu maħtura bħala esperti ta' livell għoli b'kompetenza fil-libreriji diġitali.

2.   Il-grupp se jkun magħmul minn massimu ta' 20 membru.

3.   Japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

Il-membri huma maħtura fil-kapaċità personali kemm bħala esperti ta' livell għoli dwar il-libreriji diġitali u huma meħtieġa li jagħtu pariri lill-Kummissjoni b'mod independenti minn influwenza oħra minn barra.

Il-Membri se jinħatru biex jiżguraw, kemm jista' jkun possibbli, bilanċ adegwat f'termini ta':

firxa ta' kompetenzi;

oriġini ġeografika;

sess.

Il-Grupp se jinkludi esperti mill-kategoriji li ġejjin:

organizzazzjonijiet ta' memorja (libreriji, arkivji, mużewijiet);

awturi, pubblikaturi u fornituri tal-kontenut;

l-industrija ta' l-ICT (e.għodod għat-tiftix, fornituri ta' teknoloġija);

organizzazzjonijiet ta' xjenza u riċerka, l-akkademja.

Il-membri jistgħu ma jaħtrux alternattiv biex jissostitwuhom.

Il-membri jinħatru għal mandat ta' sentejn li jista' jiġġedded. Għandhom jibqgħu fil-kariga sa meta jiġu ssostitwiti jew jispiċċalhom il-mandat.

Il-membri li ma għadhomx fil-pożizzjoni li jikkontribwixxu b'mod effettiv fil-ħidmiet tal-grupp, li jippreżentaw ir-riżenja tagħhom jew li ma jirrispettawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ħames inċiż ta' dan il-paragrafu jew ta' l-Artikolu 287 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, jistgħu jiġu ssostitwiti għall-perjodu taż-żmien li jkun fadallu l-mandat tagħhom.

Il-membri għandhom jiffirmaw kull sena dikjarazzjoni fejn jistqarru li huma jaġixxu fl-interess pubbliku kif ukoll dikjarazzjoni li tikkonferma n-nuqqas jew l-eżistenza ta' kull interess li jista' jaffettwa l-indipendenza tagħhom.

L-ismijiet tal-membri huma ppublikati fuq is-sit ta' l-Internet tad-DĠ “Soċjetà ta' l-Informazzjoni u l-Medja”. L-ismijiet tal-membri jinġabru, jiġu pproċessati u ppubblikati skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 4

Operazzjoni

1.   Il-grupp għandu jkun ppresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

2.   Bi ftehim mal-Kummissjoni, jistgħu jitwaqqfu subgruppi biex jeżaminaw il-mistoqsijiet speċifiċi skond it-termini ta' referenza stabbiliti mill-grupp; kif ilestu l-ħidmiet tagħhom il-gruppi għandhom jinfirdu.

3.   Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jista' jistieden esperti jew osservaturi b'kompetenza speċifika f'suġġett fuq l-aġenda biex jipparteċipaw fil-ħidmiet tal-grupp meta dan ikun utli u/jew neċessarju.

4.   L-informazzjoni akkwistata fil-qafas tal-parteċipazzjoni fid-ħidmiet tal-grupp jew subgrupp ma tistax tinħareġ jekk il-Kummissjoni tiddikjara li din tkun marbuta ma' kwistjonijiet konfidenzjali.

5.   Il-grupp u s-subgruppi tiegħu normalment jitaqgħu fl-istabbilimenti tal-Kummissjoni skond il-proċeduri u l-iskeda stabbilita minnha. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi s-servizzi segretarjali. Uffiċjali oħra tal-Kommissjoni li għandhom interess fil-proċedimenti jistgħu jieħdu sehem f'dawn il-laqgħat.

6.   Il-grupp għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu abbażi tar-regoli standard ta' proċedura adottati mill-Kummissjoni (4).

7.   Il-Kummissjoni tista' tippubblika, fil-lingwa oriġinali tad-dokument ikkonċernat, kull sommarju, konklużjoni, jew parti minn konklużjoni jew dokument ta' ħidma tal-grupp.

Artikolu 5

Spejjeż tal-laqgħat

L-ispejjeż tal-vjaġġ u, ta' l-akkomodazzjoni mħallsa mill-membri, l-esperti u l-osservaturi fl-ambitu ta' l-attivitajiet tal-grupp jistgħu jiġu rimborżati mill-Kummissjoni b'konformità mad-dispożizzjoni fis-seħħ fi ħdan din ta' l-aħħar. Il-membri mhumiex imħallsa tas-servizzi tagħhom.

Artikolu 6

Id-dħul fis-seħħ

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Hija applikabbli mill-31 ta' Diċembru 2008. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar estensjoni possibbli qabel din id-data.

Magħmula fi Brussell, is-27 ta' Frar 2006.

Għall-Kummissjoni

Mrs Viviane REDING

Membru tal-Kummissjoni


(1)  COM (2005) 229 finali.

(2)  COM (2005) 465 finali.

(3)  COM (2005) 35 finali.

(4)  SEC 2005(1004), Anness III.


Top