Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0142

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 17 ta' Frar 2006 rigward l-għajnuna finanzjaraja tal-Komunità, għas-sena 2006, lil ċerti laboratorji ta' referenza tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika veterinarja tar-riskji bijoloġiċi (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 328)

    ĠU L 54, 24.2.2006, p. 50–52 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 306–308 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/142(1)/oj

    8.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    306


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-17 ta' Frar 2006

    rigward l-għajnuna finanzjaraja tal-Komunità, għas-sena 2006, lil ċerti laboratorji ta' referenza tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika veterinarja tar-riskji bijoloġiċi

    (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 328)

    (Huma awtentiċi biss it-testi bl-Ispanjol, bil-Franċiż, bl-Olandiż u bl-Ingliż)

    (2006/142/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju (1) u b' mod partikolari l-Artikolu 28(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni 90/424/KEE tipprovdi li l-Komunità għandha tikkontribwixxi sabiex tittejjeb l-effiċjenza ta' l-ispezzjonijiet veterinarji billi tagħti għajnuna finanzjarja lil laboratorji ta' referenza. Kwalunkwe laboratorju ta' referenza li jkun indikat bħala tali, jista' jirċievi għajnuna tal-Komunità, taħt ċerti kundizzjonijiet.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 156/2004 tad-29 ta' Jannar 2004 dwar l-għajnuna finanzjarja tal-Kummissjoni lil-laboratorji ta' referenza tal-Komunità skond l-Artikolu 28 tad-Deċiżjoni 90/424/KEE (2) jipprovdi li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tingħata jekk il-programmi ta' ħidma approvati jitwettqu b'mod effiċjenti u jekk il-benefiċjarji jfornu l-informazzjoni kollha meħtieġa f'ċerti limiti ta' żmien.

    (3)

    Il-Kummissjoni vvalutat il-programmi ta' ħidma u l-estimi ta' baġit korrispondenti, ippreżentati mil-laboratorji ta' referenza tal-Komunità għas-sena 2006.

    (4)

    Għaldaqstant, mill-1 ta' Jannar 2006, l-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandha tingħata lil-laboratorji ta' referenza Komunitarji magħżula biex iwettqu l-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 882/2004 tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta' l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta' l-annimali u mar-regoli dwar il-welfare ta' l-annimali (3) u fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tad-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċerta enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (4).

    (5)

    Flimkien ma' l-għajnuna finanzjarja Komunitarja, aktar għajnuna għandha tingħata għall-organizzazzjoni ta' laqgħat ta' ħidma f'oqsma li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-laboratorji ta' referenza tal-Komunità.

    (6)

    Ir-Regolament (KE) Nru 156/2004 jistipula regoli ta' eliġibilità għal-laqgħat ta' ħidma organizzati mil-laboratorji ta' referenza tal-Komunità. Jillimita wkoll l-għajnuna finanzjarja għal massimu ta' 30 parteċipant fil-laqgħat ta' ħidma. Derogi lil dik il-limitazzjoni għandhom jingħataw għal laboratorju wieħed ta' referenza tal-Komunità li jeħtieġ appoġġ għal attendenza ta' aktar minn 30 parteċipant sabiex jilħaq l-aqwa riżultat tal-laqgħat ta' ħidma tiegħu.

    (7)

    Il-Laboratorio de Biotoxinas Marinas, Agencia Española de Seguridad Alimentaria (Ministerio de Sanidad y Consumo), Vigo, Spanja, magħżul bħala l-laboratorju ta' referenza tal-Komunità għall-monitoraġġ tal-bijotossini mir-Regolament (KE) 882/2004, intalab iżid mal-programm ta' ħidma annwali tiegħu proġett b'appoġġ ta' l-iżvilupp ta' politika u leġiżlazzjoni Komunitarja dwra is-sikurezza ta' l-ikel fil-qasam ta' l-individwazzjoni u l-monitoraġġ tal-bijotossini ta' l-ibħra, fejn għandha tingħata attenzjoni speċjali biex standards isiru disponibbli għall-individwazzjoni ta' ċerti bijotossini ta' l-ibħra sabiex ikun hemm metodi alternattivi ta' l-individwazzjoni.

    (8)

    Skond l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni (5), il-miżuri tas-saħħa veterinarja u tal-pjanti li ttieħdu skond ir-regoli tal-Komunità huma ffinanzjati taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Ewropew Agrikolu ta' Gwida u Garanzija. Għal skopijiet ta' kontroll finanzjarju, japplikaw l-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999.

    (9)

    Il-miżuri li hemm f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il- Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Għajnuna finanzjarja lil Spanja għall-funzjonijiet u d-dmirijiet taħt ir-Regolament (KE) Nru 882/2004

    1.   Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil Spanja għall-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) 882/2004, li għandhom jitwettqu mil-Laboratorio de Biotoxinas Marinas, Agencia Española de Seguridad Alimentaria (Ministerio de Sanidad y Consumo), Vigo, Spanja, għall-monitoraġġ tal-bijotossini ta' l-ibħra.

    Għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż EUR 360 000.

    Fil-limitu tal-valur massimu msemmi fit-tieni subparagrafu, u mingħajr ħsara għall-iskadenzi stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 156/2004, somma ta' EUR 140 000 għandha tiġi rriservata għall-proġett għall-produzzjoni ta' materjali ta' referenza għall-individwazzjoni tas-Saxitoxin u l-analogi tiegħu, Okadaic acid u l-analogi tiegħu, Azaspiracids, Pectenotoxins, Palytoxin, SpirolidesYessotoxin, u għandu jingħata direttament lil-laboratorju ta' referenza Komunitarju għall-monitoraġġ tal-bijotossini ta' l-ibħra f'Vigo, bil-kundizzjoni li:

    (a)

    kull xahar jintbagħtu rapporti intermedji dwar il-progress li jkun sar fil-proġett;

    (b)

    jitressaq abbozz ta' rapport sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2006;

    (ċ)

    jitressaq rapport finali, flimkien ma' evidenza li tiġġustifika l-infiq li jkun sar, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2007.

    2.   Flimkien ma' l-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil Spanja għall-organizzazzjoni ta' laqgħa ta' ħidma mil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1. Dik l-għajnuna ma għandhiex taqbeż EUR 30 000.

    Artikolu 2

    Għajnuna finanzjarja lil Franza għall-funzjonijiet u d-dmirijiet taħt ir-Regolament (KE) Nru 882/2004

    1.   Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil Franza għall-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) 882/2004, li għandhom jitwettqu mil-Laboratoire d'Etudes et de Recherches sur la Qualité des Aliments et sur les Procédés Agro-alimentaires, ta' l-Agence Française de Sécurité Sanitaire des Aliments, Maisons-Alfort, Franza, għall-analiżi u l-ittestjar tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib.

    Għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż EUR 145 000.

    2.   Flimkien ma' l-ammont massimu previst fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil Franza għall-organizzazzjoni ta' laqgħa ta' ħidma mil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1. Dik l-għajnuna ma għandhiex taqbeż EUR 27 000.

    Artikolu 3

    Għajnuna finanzjarja lill-Olanda għall-funzjonijiet u d-dmirijiet taħt ir-Regolament (KE) Nru 882/2004

    1.   Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-Olanda għall-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) 882/2004, li għandhom jitwettqu mir-Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu (RIVM), Bilthoven, l-Olanda, fir-rigward ta' l-analiżi u l-ittestjar taż-żoonożi (salmonella).

    Għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż EUR 305 000.

    2.   Flimkien ma' l-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-Olanda għall-organizzazzjoni ta' laqgħa ta' ħidma mil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1. Dik l-għajnuna ma għandhiex taqbeż EUR 28 000.

    Artikolu 4

    Għajnuna finanzjarja lir-Renju Unit għall-funzjonijiet u d-dmirijiet taħt ir-Regolament (KE) Nru 882/2004

    1.   Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lir-Renju Unit għall-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) 882/2004, li għandha titwettaq mil-laboratorju tas-Centre for Environment, Fisheries and Aquaculture Science, Weymouth, ir-Renju Unit, għall-monitoraġġ tal-kontaminazzjoni virali u batterjoloġika tal-molluski bivalvi.

    Għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż EUR 263 000.

    2.   Flimkien ma' l-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lir-Renju Unit għall-organizzazzjoni ta' laqgħa ta' ħidma mil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1. Dik l-għajnuna ma għandhiex taqbeż EUR 30 000.

    Artikolu 5

    Għajnuna finanzjarja lir-Renju Unit għall-funzjonijiet u d-dmirijiet taħt ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 u r-Regolament (KE) Nru 999/2001

    1.   Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lir-Renju Unit għall-funzjonament u d-dmirijiet stipulati fil-Kapitolu B ta' l-Anness X għar-Regolament (KE) Nru 999/2001, li għandhom jitwettqu mill-Veterinary Laboratories Agency, Addlestone, ir-Renju Unit, għall-monitoraġġ ta' l-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli.

    Għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż EUR 731 000.

    2.   Flimkien ma' l-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lir-Renju Unit għall-organizzazzjoni ta' laqgħat ta' ħidma mil-laboratorju msemmija fil-paragrafu 1. Dik l-għajnuna ma għandhiex taqbeż EUR 70 000.

    3.   B'deroga mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 156/2004, il-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 se jkun intitolat li jirreklama l-assistenza finanzjarja għall-attendenza minn massimu ta' 50 parteċipant għal waħda mil-laqgħat ta' ħidma tiegħu msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

    Artikolu 6

    Destinatarji

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju ta' l-Olanda u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, is-17 ta' Frar 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid- Deċiżjoni 2006/53/KE (ĠU L 29, 2.2.2006, p. 37).

    (2)  ĠU L 27, tat-30.1.2004, p. 5.

    (3)  ĠU L 165, tat-30.4.2004, p. 1, kif ikkoreġuta mill-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1.

    (4)  ĠU L 147, tal-31.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1974/2005 (ĠU L 317, 3.12.2005, p. 4).

    (5)  ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 103.


    Top