Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0059

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 24 ta' Jannar 2006 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' ħobż tas-segala miżjud bil-fitosteroli/fitostanoli bħala ikel ġdid jew ingredjent ġdid ta' l-ikel taħt ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 115) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 31, 3.2.2006, p. 21–23 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 115–117 (MT)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/59(1)/oj

    8.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    115


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    ta' l-24 ta' Jannar 2006

    li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' ħobż tas-segala miżjud bil-fitosteroli/fitostanoli bħala ikel ġdid jew ingredjent ġdid ta' l-ikel taħt ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 115)

    (It-testi Finlandiżi u Żvediżi biss huma awtentiċi)

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    (2006/59/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat r-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 li jikkonċerna ikel ġdid u ingredjenti ta' l-ikel ġodda (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 ta' dan,

    Billi:

    (1)

    Fil-21 ta' Settembru 2000 Karl Fazer Ltd. talbet lill-awtoritajiet kompetenti tal-Finlandja biex iqiegħdu ikel miżjuda bil-fitosteroli fis-suq bħala ikel ġdid jew ingredjent ġdid ta' l-ikel;

    (2)

    Fid-29 ta' Jannar 2001 l-awtoritajiet kompetenti tal-Finlandja ħarġu r-rapport ta' valutazzjoni inizjali tagħhom;

    (3)

    Fir-rapport ta' valutazzjoni inizjali tagħhom, il-korp kompetenti Finlandiż dwar il-valutazzjoni tas-sigurtà ta' l-ikel wasal għall-konklużjoni li l-fitosteroli/fitostanoli huma tajbin għall-konsum mill-bniedem;

    (4)

    Il-Kummissjoni bagħtet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali lil kull Stat Membru fit-13 ta' Marzu 2001;

    (5)

    Fil-perjodu ta' 60 ġurnata stipulat fl-Artikolu 6 (4) tar-Regolament, tressqu oġġezzjonijiet raġunati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti f'konformità ma' dik id-dispożizzjoni;

    (6)

    Il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel (SCF) fl-opinjoni tiegħu “Ħarsa ġenerali fuq l-effetti fit-tul ta' konsum elevat ta' fitosteroli minn ħafna għejun tad-dieta, b'mod partikolari għall-effetti fuq il-ß-carotene” tas-26 ta' Settembru 2002 indika li m'hemmx evidenza ta' benefiċċji addizzjonali minn konsum ta' iktar minn 3 g/jum u li l-konsum għoli jaf iwassal għal effetti mhux mixtieqa u li għalhekk kien ikun iktar prudenti li jiġi evitat il-konsum ta' l-isterol tal-pjanti li hu ta' aktar minn 3 g/jum;

    (7)

    Minbarra dan, l-SCF, fl-opinjoni tiegħu tal-5 ta' Marzu 2003 dwar applikazzjonijiet għal approvazzjoni ta' varjetà ta' ikel bl-isteroli tal-pjanti miżjuda, reġa' tenna t-tħassib tiegħu dwar l-effetti ta' konsum kumulattiv minn firxa wiesa' ta' ikel bil-fitosteroli miżjuda. Madankollu, fl-istess waqt, l-SCF ikkonferma b'rigward ta' l-applikazzjoni ta' l-Oy Karl Fazer Ab li ż-żieda tal-fitosteroli lil firxa wiesa' ta' prodotti tal-ħobż kien sigur;

    (8)

    Sabiex jindirizza dan it-tħassib dwar il-konsum kumulattiv tal-fitosteroli/fitostanoli minn prodotti differenti, l-Oy Karl Fazer Ab konsegwentement qabel li jirriduċi l-applikazzjoni oriġinali għal ħobż tas-segala

    (9)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 tal-31 ta' Marzu 2004 (2) li għandu x'jaqsam ma' l-ittikettjar ta' ikel u ingredjenti ta' l-ikel miżjud bil-fitosteroli, esteri tal-fitoseroli, fitostanoli u/jew esteri tal-fitostanoli jiżgura li l-konsumatur jirċievi l-informazzjoni neċessarja sabiex jevita l-konsum eċċessiv tal-fitosteroli addizzjonali;

    (10)

    Il-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali ma tax opinjoni favorevoli; il-Kummissjoni għalhekk ressqet proposta lill-Kunsill fit-22 ta' Awwissu 2005 skond l-Artikolu 5(4) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE (3), bil-Kunsill obbligat jaġixxi fi żmien 3 xhur.

    (11)

    Madankollu, il-Kunsill ma rreaġixxiex fiż-żmien meħtieġ u għalhekk għandha tiġi adottata deċiżjoni mill-Kummissjoni.

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Ikel u ingredjenti ta' l-ikel kif deskritti fl-Anness 1 biż-żieda ta' fitosteroli/fitostanoli kif speċifikati fl-Anness 2 minn hawn 'il quddiem imsejħa l-prodotti, jistgħu jitqiegħdu fis-suq fil-Komunità.

    Artikolu 2

    Il-prodotti ser jiġu ppreżentati b'tali mod li jkunu faċilment jistgħu jiġu maqsuma f' porzjonijiet li jkun fihom jew massimu ta' 3g (fil-każ ta' porzjon 1 kuljum) jew massimu ta' 1g (fil-każ ta' 3 porzjonijiet kuljum) ta' fitosteroli/fitostanoli miżjuda.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Oy Karl Fazer Ab, Fazerintie 6, FIN-00941 Helsinki.

    Magħmula fi Brussell, l-24 ta' Jannar 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Markus KYPRIANU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

    (2)  ĠU L 97, 1.4.2004, p. 44.

    (3)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.


    ANNESS I

    PRODOTTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

    Ħobż tas-segala bid-dqiq li fih ≥ 50 % segala (dqiq oħxon tas-segala, sħiħ jew il-qalba maqsuma tas-segala u laqx tas-segala) u ≤ 30 % qamħ; u b'≤ 4 % ta' zokkor miżjud iżda l-ebda xaħam miżjud.


    ANNESS II

    SPEĊIFIKAZZJONIJIET TA' FITOSTEROLI U FITOSTANOLI BIEX JIŻDIEDU MA' IKEL U INGREDJENTI TA' L-IKEL

    Definizzjonijiet

    Il-Fitosteroli u l-fitostanoli huma steroli u stanoli li huma estratti minn pjanti u li jistgħu jiġu ppreżentati bħala steroli u stanoli ħielsa jew esterifikati b'aċidu grass ta' l-ikel.

    Kompożizzjoni (bi GC-FID jew metodu ekwivalenti):

     

    < 80 % β-sitosterol

     

    < 15 % β-sitostanol

     

    < 40 % campesterol

     

    < 5 % campestanol

     

    < 30 % stigmasterol

     

    < 3 % brassicasterol

     

    < 3 % steroli/stanoli oħrajn

    Kompożizzjoni (bi GC-FID jew metodu ekwivalenti):

    Il-fitosteroli u l-fitostanoli estratti minn sorsi għajr żejt veġetali tajjeb għall-ikel iridu jkunu ħielsa minn sustanzi li jikkontaminaw, l-aħjar assigurati permezz ta' purità ta' iktar minn 99 % ta' l-ingredjent tal-fitosterol/fitostanol.


    Top