Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0024

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 20 ta' Jannar 2006 li temenda għat-tieni darba d-Deċiżjoni 2005/710/KE dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni li għandhom x'jaqsmu ma' suspett ta' influwenza tat-tjur ta' patoġeniċità għolja fir-Rumanija (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 62) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 17, 21.1.2006, p. 30–32 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 56–58 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/24(1)/oj

    8.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    56


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    ta' l-20 ta' Jannar 2006

    li temenda għat-tieni darba d-Deċiżjoni 2005/710/KE dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni li għandhom x'jaqsmu ma' suspett ta' influwenza tat-tjur ta' patoġeniċità għolja fir-Rumanija

    (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 62)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2006/24/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistipula l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi, u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE, u 90/675/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(7) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 22(6) tagħha,

    Billi:

    (1)

    L-influwenza tat-tjur hija marda virali infettiva fit-tjur ta' l-irziezet u għasafar oħra, li tikkawża mwiet u disturbi li malajr jistgħu jiksbu daqs epiżootiku li kapaċi jkunu ta' theddida serja għas-saħħa pubblika u dik ta' l-annimali u li jnaqqsu sew il-profittabbiltà tat-trobbija tat-tjur ta' l-irziezet. Hemm riskju li l-aġent tal-marda jista' jiddaħħal permezz tal-kummerċ internazzjonali fit-tjur ħajjin u fil-prodotti tat-tjur.

    (2)

    Fit-12 ta' Ottubru 2005, ir-Rumanija nnotifikat lill-Kummissjoni bl-iżolament tal-varjant Ażjatiku ta' virus ta' l-influwenza tat-tjur miġbur minn każ kliniku fit-tjur ta' l-irziezet. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/710/KE dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni li għandhom x'jaqsmu ma' suspett ta' influwenza tat-tjur ta' patoġeniċità għolja fir-Rumanija (3) ġiet għalhekk adottata.

    (3)

    Dik id-Deċiżjoni ġiet emendata sabiex tirreġjonalizza r-Rumanija għall-importazzjoni lejn il-Komunità ta' laħam tat-tjur u prodotti tal-laħam tat-tjur minħabba li t-tifqigħat tar-razza Ażjatika tal-virus ta' l-influwenza tat-tjur fir-Rumanija kienu limitati għad-delta tad-Danubju.

    (4)

    Seħħew tifqigħat ġodda tal-marda f'dik il-parti tar-Rumanija li kienet meqjusa bħala ħielsa mill-infezzjoni. Jeħtieġ li tiġi estiża ż-żona tar-Rumanija li minnħa għandhom jibqgħu jiġu pprojbiti l-importazzjonijiet tal-laħam tat-tjur u l-prodtti tal-laħam tat-tjur, sabiex tkopri dik il-parti tal-pajjiż fil-Lvant u fin-Nofsinsar tal-Muntanji Karpazji.

    (5)

    Billi r-Rumanija issa ikkonfermat il-preżenza tal-marda fuq it-territorju tagħha, it-titolu tad-Deċiżjoni 2005/710/KE għandu jiġi emendat sabiex jitqies dan il-fatt.

    (6)

    Id-Deċiżjoni 2005/710/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

    (7)

    Il-miżuri li hemm f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il- Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2005/710/KE hija emendata kif ġej:

    1.

    It-titolu jinbidel b'dan li ġej:

    “Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/710/KE tat-13 ta' Ottubru 2005 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni li għandhom x'jaqsmu ma' l- influwenza tat-tjur ta' patoġeniċità għolja fir-Rumanija”

    2.

    L-Anness jiġi ssostitwit mit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    L-Istati Membri ser jieħdu l-miżuri meħtieġa biex iħarsu din id-Deċiżjoni u jippubblikaw dawk il-miżuri. Huma għandhom jgħarrfu b'dan lill-Kummissjoni minnufih.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Jannar 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.

    (2)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1; verżjoni kkoreġuta fi ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1).

    (3)  ĠU L 269, 14.10.2005, p. 42. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/23/KE (ara paġna 27 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


    ANNESS

    “ANNESS

    Partijiet mit-territorju tar-Rumanija msemmija fl-Artikolu 1 (a) u (b)

    Parti A

    Kodiċi ISO tal-pajjiż

    Isem il-pajjiż

    Deskrizzjoni ta' parti mit-territorju

    RO

    Ir-Rumanija

    It-territorju kollu tar-Rumanija

    Parti B

    Kodiċi ISO tal-pajjiż

    Isem il-pajjiż

    Deskrizzjoni ta' parti mit-territorju

    RO

    Ir-Rumanija

    Fir-Rumanija, il-kontei ta':

    Arges

    Bacau

    Botosani

    Braila

    Bucuresti

    Buzau

    Calarasi

    Constanta

    Dimbovita

    Dolj

    Galati

    Giurgiu

    Gorj

    Ialomita

    Iasi

    Ilfov

    Mehedinti

    Neamt

    Olt

    Prahova

    Suceava

    Teleorman

    Tulcea

    Vaslui

    Vilcea

    Vrancea”


    Top