Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006B0846

    2006/846/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas- 27 ta' April 2006 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Ikel għas-sena finanzjarja 2004

    ĠU L 340, 6.12.2006, p. 134–134 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/846/oj

    6.12.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    134


    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    tas-27 ta' April 2006

    dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Ikel għas-sena finanzjarja 2004

    (2006/846/KE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW,

    wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta' Ikel għas-sena finanzjarja 2004 (1),

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Ikel għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Awtorità (2),

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 – C6- 0093/2006),

    wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276, tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistipula l-prinċipji ġenerali u l-ħtieġiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea għas Sikurezza ta' l-Ikel u jistipula proċeduri dwar kwistjonijiet tas-sikurezza ta' l-ikel (4), b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0105/2006),

    1.

    Jagħti kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Ikel għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2004;

    2.

    Jagħmel il-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni hawn taħt;

    3.

    Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u biex jippubblikahom fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

    Il-President

    Josep BORRELL FONTELLES

    Is-Segretarju Ġenerali

    Julian PRIESTLEY


    (1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 21.

    (2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 45.

    (3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    (4)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1642/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 4).

    (5)  ĠU L 357, 31.12.2005, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).


    Top