Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006B0820

2006/820/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas- 27 ta' April 2006 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2004

ĠU L 340, 6.12.2006, p. 63–63 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/820/oj

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

63


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2004

(2006/820/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kotba annwali taċ-Centru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6- 0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 ta' l-10 ta' Frar 1975 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 12a tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0094/2006),

1.

Jagħti kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2004;

2.

Jagħmel il-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni ta' hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minnha lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u biex jippubblikahom fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY


(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 29.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 60.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2051/2004 (ĠU L 355, 1.12.2004, p. 1).

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).


Top