EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R0107

Ir-Regolament (KE) Nru 107/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Jannar 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru. 2130/2001 dwar operazzjonijiet biex jgħinu popolazzjonijiet li kienu mġiegħla jitilqu minn pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw ta' l-Asja u ta' l-Amerika Latina

ĠU L 23, 26.1.2005, p. 1–2 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/107/oj

26.1.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

L 23/1


IR-REGOLAMENT (KE) Nru 107/2005 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-12 ta' Jannar 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru. 2130/2001 dwar operazzjonijiet biex jgħinu popolazzjonijiet li kienu mġiegħla jitilqu minn pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw ta' l-Asja u ta' l-Amerika Latina

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 179(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (1),

Billi:

(1)

Il-Komunità qed timplimenta programm favur operazzjonijiet biex jiġu megħjuna popolazzjonijiet li kienu mġiegħla jitilqu minn pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw ta' l-Asja u ta' l-Amerika Latina taħt ir-Regolament (KE) Nru. 2130/2001 (2). Dak ir-Regolament skada fil-31 ta' Diċembru 2004..

(2)

It-Tiġdid tar-Regolament (KE) Nru. 2130/2001 ser ikun dipendenti fuq il-possibbiltàjiet li jiġi integrat f'Regolament kwadru uniku għall-Asja u l-Amerika Latina.

(3)

F'Lulju 2002, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar koperazzjoni Komunitarja mal-pajjiżi ta' l-Asja u ta' l-Amerika Latina (3) li jintegra l-għajnuna lil popolazzjonijiet li kienu mġiegħla jitilqu minn pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw ta' l-Asja u ta' l-Amerika Latina u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru. 2130/2001. Ir-Regolament propost ma ġiex adottat fil-ħin sabiex jidħol fis-seħħ sal-31 ta' Diċembru 2004. Tali sitwazzjoni tista' tpoġġi f'periklu l-kontinwità u tfixkel l-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet ta' għajnuna għal popolazzjonijiet li kienu mġiegħla jitilqu minn pajjiżi li qed jiżviluppaw ta' l-Asja u ta' l-Amerika Latina.

(4)

Jeħtieġ li tiġi żgurata l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru. 2130/2001 sad-dħul fis-seħħ tar-Regolament futur. Dan ta' l-aħħar konsegwentement ikun jikkostitwixxi l-qafas legali ġdid għal operazzjonijiet ta' għajnuna għal popolazzjonijiet li kienu mġiegħla jitilqu minn pajjiżhom f'dawn iż-żewġ reġjuni.

(5)

Jeħtieġ li jiġi indikat il-qafas finanzjarju għas-snin li baqa' tal-perspettiva finanzjarja attwali, jiġifieri l-2005 u l-2006.

(6)

Jeħtieġ ukoll li jsir provvediment għal valutazzjoni indipendenti ta' l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru. 2130/2001.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nu 2130/2001 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

.

Ir-Regolament (KE) Nru. 2130/2001 huwa b'dan emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli biex tivvaluta, tiddeċiedi u tamministra l-operazzjonijiet koperti minn dan ir-Regolament skond il-proċeduri tal-budget u proċeduri oħra fis-seħħ, b'mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikoli 27, 48(2) u 167 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru. 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (*).”;

(*)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1."

(2)

Fl-Artikolu 15, jiġi nserit il-paragrafu li ġej:

“1a.   Il-qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-perjodu mill-2005 sa l-2006 huwa b'dan stabbilit għal EUR 141 miljun.”;

(3)

It-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 20 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Għandu japplika sal-31 ta' Diċembru 2006.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, it-12 ta' Januar 2005

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. P. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

Nicolas SCHMIT


(1)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2004 (li għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Diċembru 2004.

(2)  ĠU L 287, 31.10.2001, p. 3.

(3)  ĠU C 331 E, 31.12.2002, p. 12.


Top