This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005H0011
Commission Recommendation of 28 December 2004 complementary to Recommendation 96/129/EC on the European firearms passText with EEA relevance
Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Diċembru 2004 kumplimentari għar-Rakkomandazzjoni 96/129/KE dwar id-Dokument Ewropew ta’ l-Armi tan-NarTest b’rilevanza għaż-ŻEE
Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Diċembru 2004 kumplimentari għar-Rakkomandazzjoni 96/129/KE dwar id-Dokument Ewropew ta’ l-Armi tan-NarTest b’rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 9, 12.1.2005, p. 1–6
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
In force
12.1.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
L 9/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-28 ta’ Diċembru 2004
kumplimentari għar-Rakkomandazzjoni 96/129/KE dwar id-Dokument Ewropew ta’ l-Armi tan-Nar
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2005/11/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 211, it-tieni inċiż,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1991, dwar il-kontroll ta’ l-akkwist u l-pussess ta’ l-armi (1) jipprevedi l-introduzzjoni ta’ dokument Ewropew ta’ l-armi tan-nar; |
(2) |
Bir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 93/216/KEE tal-25 ta’ Frar 1993 dwar id-dokument Ewropew ta’ l-armi tan-nar (2) u bir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 96/129/KE tat-12 ta’ Jannar 1996 li tissupplimenta r-Rakkomandazzjoni 93/216/KEE dwar id-dokument Ewropew ta’ l-armi tan-nar (3), il-Kummissjoni stiednet lill-Istati Membri biex jintroduċu dan id-dokument skond mudell anness mar-Rakkomandazzjonijiet; |
(3) |
Dan il-mudell għad-dokument Ewropew ta’ l-armi tan-nar irid jiġi adattat sabiex titqies l-adeżjoni ta’ l-Istati l-Membri l-ġodda, |
TIRRAKKOMANDA:
L-Artikolu 1
Ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja, u s-Slovakkja, għandhom jintroduċu d-dokument Ewropew ta’ l-armi tan-nar skond il-mudell li hemm fl-Anness.
L-Artikolu 2
L-Istati Membri l-oħra, li diġà joħorġu d-dokument Ewropew ta’ l-armi tan-nar fi qbil mal-mudell anness mar-Rakkomandazzjoni 96/129/KE għandhom gradwalment jintroduċu d-dokument Ewropew ta’ l-armi tan-nar fi qbil mal-mudell li hemm fl-Anness hekk kif l-istokk tad-dokumenti Ewropej ta' l-armi tan-nar antiki jkun spiċċa u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2006.
Magħmula fi Brussel, it-28 ta’ Diċembru 2004.
Għall-Kummissjoni
Günter VERHEUGEN
Viċi President
(1) ĠU L 256 tat-13. 9.1991, p. 51.
(2) ĠU L 256 tat-13. 9.1991, p. 51.
(3) ĠU L 8 tat-13. 9.1991, p. 47.
ANNESS
Adattament tad-Dokument Ewropew ta’ l-armi tan-nar (mudell ta’ l-1996) li jinkludi l-modifiki lingwistiċi meħtieġa mit-tkabbir ta’ l-1 ta’ Mejju 2004.
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni